Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

ŻJARA LILL-PARROĊĊA ROMANA
TA’ SAN ĠWANN EVANĠELISTA FI SPINACETO

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Il-Ħadd, 18 ta’ Novembru 1979

 

Għeżież Ħuti.

1. Ġejt hawn illum biex inwassal fi tmiemha l-vista pastorali tal-parroċċa, li l-Isqof Awżiljarju, Monsinjur Clemente Riva, żvolġa fil-bidu tax-xahar ta’ Ottubru li għadda.

Il-vista lill-komunitajiet individwali tal-Poplu ta’ Alla jappartienu lid-dmirijiet fundamentali ta’ kull Isqof. Dawn huma d-dmirijiet indikati b’mod speċjali lilna mill-Appostli tal-Mulej, li żaru komunitajiet insara singuli,speċjalment dawk li huma bdew. Taħt dan l-aspett, hija elokwenti b’mod partikolari ix-xhieda ta’ San Pawl. Ukoll San Ġwann, Patrun tal-Parroċċa tagħkom, juri b-diversi modi it-tħassib apostoliku tiegħu għall-knejjes individwali, kemm fl-ittri tiegħu, kif ukoll b’mod partikolari fl-Apokalissi, meta fil-bidu jindirizza lis-sebà Knejjes tal-Asja: “ F’Efeso, fi Smirne, f’Pergamo, f’Tiatira, f’Sardi, f’Filadelfja u f’Laodicea” (Ap 1,11).

Bħala Isqof ta’ Ruma u flimkien magħkom, Ħuti fl-Episkopat Kardinal Vigarju, Arċisqfijiet u Isqfijiet Awżiljarji, nixtieq inżomm fedeltà ma’ din it-tradizzjoni apostolika.

Fl-okkażjoni taż-żjara tallum nestendi tislima kordjali lill-parruċċani għeżież kollha ta’ San Ġwann Evanġelista fi Spinaceto. B’mod partikolari nixtieq insemmi lis-saċerdoti li jixirqilhom kull tifħir li jiddedikaw ruħhom għall-attenzjoni spiritwali tagħkom, lill-Piccole Suore tal-Assunzjoni u lill-Ancelle tal-Imħabba Ħanina. Il-Membri tal-Kunsill parrokkjali Id-diversi Movimenti ekkleżjali hawn irrappreżentati. Lil kulhadd tmur kelmti ta’ inkuraġġiment ħaj biex ikomplu fuq it-triq ta’ xhieda nisranija awtentika.

2. Fil-liturġija ta’ dan il-Ħadd il-Mulej jindirizzalna, b’mod speċjali, kelma: “Ishru”. Kristu ppronunzjaha diversi drabi u f’diversi ċirkustanzi. Illum il-kelma “ishru” tingħaqad mal-prospettiva eskatoloġika, mal-prospettiva tal-aħħar realtà: “Ishru u itolbu f’kull ħin, sabiex tkunu tistgħu tippreżentaw ruħkom quddiem Bin il-Bniedem” (cf. Mt 24,42.44).

Ma’ din l-invokazzjoni jikkorrispondi diġa l-kliem tal-ewwel qari mill-Ktieb tal-profeta Danjiel. Fuq kollox, iżda, jikkorrispondi l-kliem tal-Vanġelu skont San Mark. Dan il-kliem jiddikjara li “is-sema u l-art jgħaddu”(Mc 13,31) u jieħu forma wkoll il-kwadru ta’ din il-mogħdija, billi jirriferi għall-aħħar tad-dinja.

Din ir-realtà hija mibnija fuq ix-xbiha tal-univers propju ta’ dak iż-żmien. Għal elfejn sena ix-xjenzi naturali u kosmoloġiċi tagħna għamlu passi ‘l quddiem. Il-bniedem illum jibżà mill-qerda tal-pjaneta tiegħu, u jgħaqqadha b’mod speċjali mat-totalità ta’ dawn il-mezzi kollha ta’ qerda, li ġew prodotti mix-xjenza u mit-teknika moderna. Ippermettuli nirreferi ruħi hawn għall-kliem li ġej mill-Enċiklika Redemptor Hominis. “Il-bniedem… jgħix dejjem iktar fil-biżà. Huwa jibżà li l-prodotti tiegħu, naturalment mhux kollha u mhux fil-parti l-kbira, imma wħud u propju dawk  li jinkludu porzjon speċjali tal-ġenjalità tiegħu u tal-inizjattiva tiegħu, jistgħu jkunu mdawrin b’mod radikali kontra tiegħu stess; jibżà li jistgħu jsiru mezzi u strumenti ta’ awtodistruzzjoni inimmaġinabbli, li quddiemha il-katakliżmi u l-katastrofijiet tal-istorja, li aħna nafu, jidhru jisparixxu” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, III, 15).

Tali qerda, jew aħjar awtodistruzzjoni tad-dinja tagħna, li l-periklu tagħha jakkumpanja l-kuxjenza tal-bniedem kontemporanju, jieħu forma fl-istess ħin bħala konsegwenza tal-predominju tal-mibegħda fuq l-imħabba u fuq il-ġustizzja, jiġifieri tal-ħażin fuq it-tajjeb fis-sens morali. F’dan il-kuntest, l-“ishru” ta’ Kristu takkwista ċarezza speċjali, Issir imperattiv uman kbir, ta’ dimensjoni internazzjonali u universali. Inħossu dmir profond li naħsbu u li naġixxu fl-ispirtu ta’ dan l-imperattiv, waqt li nirripetu bla naqtgħu l-invokazzjoni għall-ġustizzja u għall-paċi fid-dinja tallum.

3. Spiss ħafna jakkuża ruħu l-Kristjaneżmu għaliex, waqt li jindirizza lill-bniedem għar-rejaltajiet aħħarin u eterni, iwarrab l-attenzjoni tiegħu minn fuq il-ħwejjeġ temporali. Tali ċanfira timplika fehim żbaljat tal-invokazzjoni ta’ Kristu biex “nishru”. Din hija ppronunzjata fi prospettiva eskatoloġika, imma kontemporanjament tiftaħ beraħ għall-milja kollha tal-problemi u tad-dmirijiet tal-bniedem li jgħix fuq din l-art. L-eżistenza temporali tiġġenera serje ta’ dmirijiet, li appuntu jikkostitwixxu l-kontenut ta’ din l-“ishru”, skont il-Vanġelu.

Il-Konċilju Vatikan II jesprimi din l-idea b’ħafna modi _speċjalment fil-kostituzzjoni Gaudium et Spes waqt li jfakkar li d-dmir tal-insara, flimkien mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, huwa li jagħmel iva li l-ħajja tal-bniedem fuq l-art issir dejjem iktar “umana”: u dan fl-isferi kollha tal-eżistenza terrena. Dan id-dmir tal-Knisja fl-universalità kollha tagħha għandha tkun b’mod iktar ħaj mismugħa f’kull komunità, f’kull parroċċa, bħal ma f’kull partiċella u ċellula ta’ organiżmu ħaj; il-Knisja, infatti, hija l-Ġisem ta’ Kristu.

4. Fl-istess ħin, dik l-“ishru” ta’ Kristu, li b’tali kontenut sfiq tidwi fil-liturġija tallum, hija ndirizzata lil kull wieħed u waħda minna, lil kull bniedem. Kull wieħed u waħda minna għandna l-parti propja fl-istorja tad-dinja u fl-istorja tas-salvazzjoni, permezz tal-parteċipazzjoni fil-ħajja tas-soċjetà propja, tan-nazzjon, tal-ambjent, tal-familja. Nistgħu u għandna nkunu kuxjenti tal-fatt li f’dawn iċ-ċrieki ta’ rapport, li fihom kull wieħed u waħda neżistu, jitwessgħu u jikkonċentraw: mill-wiesgħa ħafna, li kultant ikun diffiċli ħafna li tħaddanhom, sa dawk l-iktar limitati u viċini. Mhemmx dubju, iżda, li minn kif kull wieħed u waħda minna se naċċettaw dik l-“ishru” evanġelika fiċ-ċirku l-iktar immedjat, jiddependu wkoll iċ-ċrieki l-iktar imbegħdin u x-xbiha kollha tal-ħajja tal-umanità.

Illum, mela, waqt li nisimgħu dik l-invokazzjoni hawn miġbura fl-okkażjoni tal-vista lill-parroċċa ta’ San Ġwann Evanġelista, kull wieħed u waħda minn naħsbu għall-ħajjitna personali. Naħsbu għal ħajjitna konjugali u familjari. Ir-raġel jaħseb għall-imġieba tiegħu lejn martu; il-mara taħseb għall-imġieba tagħha lejn żewġha; il-ġenituri lejn uliedhom, u l-ulied lejn il-ġenituri. Iż-żgħażagħ jaħsbu dwar ir-rapport tagħhom mal-adulti u mas-soċjetà kollha, li għandha dritt li tara fihom il-propju futur aħjar. Dawk b’saħħithom jaħsbu dwar il-morda u l-batuti; l-għonja dwar dawk fil-bżonn. Ir-rgħajja tal-erwieħ dwar dawn l-aħwa irġiel u nisa, li jiffurmaw “il-merħla tar-Ragħaj it-Tajjeb”, eċċ.

Dan il-mod ta’ ħsieb, imwieled mill-kontenut profond u universali tal-“ishru” ta’ Kristu, huwa sors tal-ħajja nterna vera. Huwa l-prova tal-maturità tal-kuxjenza. Huwa l-manifestazzjoni tar-responsabiltà għaliha nfisha u għall-oħrajn. Permezz ta’ tali mod ta’ ħsieb u ta’ aġir, kull wieħed u waħda minna bħala nsara nipparteċipaw fil-missjoni tal-Knisja.

5. L-Isqof jasal fil-parroċċa biex jagħmel konxji lil kulħadd u lil kull wieħed u waħda tal-fatt li l-imgħammdin jieħdu sehem fil-missjoni tal-Knisja. Iktar: li jieħdu sehem fl-opra tas-salvazzjoni, imwettqa darba għal dejjem minn Kristu, u kontinwament fit-triq tat-twettiq, fl-ikbar imħabba għal Alla u għall-bnedmin. Jitkellem dwar dan l-Awtur tal-Ittra lil-Lhud, waqt li jiddikjara li Ġesù Kristu “b’oblazzjoni unika rrenda perfetti għal dejjem dawk li jiġu mqaddsa” (Lh 10,14). Aħna, permezz tal-fidi, ngħixu fil-prospettiva ta’ dan is-Sagrifiċċju uniku, u b’mod kostanti inwettquh, kulħadd għalih innifsu u kollha f’komunità ma’ ħajjitna, mal-velja tagħna.

Ma nistgħux, għeżież Ħuti, nagħlqu għajnejna dwar l-aħħar realtajiet. Ma nistgħux nagħlqu għajnejna dwar is-sinifikat definittiv tal-eżistenza terrena tagħna. “Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix” (Mk 13,31), jgħid il-Mulej. Irridu ngħixu b’għajnejna miftuħin beraħ.

Tali ftuħ tal-għajnejn, iffavorit mid-dawl tal-fidi, iġib ukoll l-paċi u l-ferħ, kif jixhed il-kliem tas-Salm responsorjali tal-liturġija tallum. Il-ferħ jiġi mill-fatt li l-“Mulej huwa parti mill-wirt tiegħi u l-kalċi tiegħi” (Sal 16,5). Ma ngħixux fil-vojt, u ma nimxux lejn il-vojt!

“Il-Mulej huwa parti mill-wirt tiegħi u l-kalċi tiegħi / f’idejk hija ħajti. / Jiena nqiegħed dejjem quddiemi lill-Mulej, / jinsab fuq lemini, ma nistax nogħtor. / B’dan tifraħ qalbi, / tifraħ ruħi” (Sal 5.8.9). 6. Mela m’għandniex nibżgħu naċċettaw din il-vokazzjoni: “Għassu, mela, għaliex ma tafux f’liema jum se jiġi l-Mulej tagħkom”; għassu, “għaliex fis-siegħa li ma tobsrux se jiġi Bin il-bniedem” (Mt 24,42.44).

Din l-invokazzjoni tifforma ħajjitna sa mis-sisien. Tippermettilna ngħixu fil-milja tal-kejl tad-dinjità tal-bniedem: jiġifieri fil-libertà matura. Tagħti lil ħajja ta’ kuljum ta’ kull wieħed u waħda minna dik id-dimensjoni splendida, li s-sors tagħha huwa Kristu.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb