ŻJARA LILL-PARROĊĊA RUMANA
TAT XII L-APPODSTLU
OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦ
ĠWANNI PAWLU II
III Ħadd tal-Avvent, 16 ta’
Diċcembru 1979
“Grazzja lilkom u paċi m’għand
Alla, Missierna, u mingħand Sudna Ġesù Kristu” (Fil 1,2).
B’dan il-kliem, indirizzat minn
San Pawli lill-ewwel insara tal-belt ta’ Filippi, jiena nindirizza t-tislima
maħbuba tiegħi lill-komunità parrokkjali tat-Tnax-il Appostlu.
1. Nesprimi, qabel kollox, tislima
lill-Kardinal Vigarju u lill-Prelati li riedu jieħdu parti f’din
iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika. Tislima kordjali lill-Membri tal-Kurja Ġeneralizja
tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali, li mill-1463 ħadu ħsieb pastorali
ta’ din il-Bażilika distinta. Tislima fraterna lill-Kappillan, Patri Domeniku
Camusi u lir-Reliġjużi li jiddedikaw l-enerġiji tagħhom għall-ġid tal-erwieħ ta’
din iż-żona storika ta’ Ruma.
Nixtieq barra minn dan insellem
lir-Reliġjużi numerużi li jgħixu fl-isfera tal-parroċċa: il-Patrijiet Serviti,
il-Missjunarji ta’ San Vinċens, il-Patrijiet Ġiżwiti tal-università Gregorjana
Pontifiċja u tal-Istitut Bibbliku Pontifiċju, li żort ilbieraħ filgħaxija;
linqas ma nistà ninsa lir-Reliġjużi nisa: is-Sorijiet ta’ Marija Riparatriċi,
is-Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù, l-Ulied ta’ San Pawl, is-Sorijiet Pollakki, li
jinsabu għas-servizz tal-Kulleġġ Amerikan
Tislima speċjali fl-aħħar nett
lill-fidili kollha: irġiel, nisa tfal subien u bniet, ġuvintur u xebbiet,
żgħażagħ, anzjani, li jiffurmaw il-“ġebel ħaj” (1Pt 2,5) ta’ din il-komunità
parrokkjali, li – veru – mhijiex daqstant kbira – fil-fatt fiha biss madwar
tminn mitt ruħ b’272 familja – imma mhi xejn inqas għanja b’vitalità u ħeġġa ta’
problemi ta’ karattru pastorali.
2. It-tielet Ħadd tal-Avvent
joffrilna dejjem aċċenti partikolari ta’ ferħ, li juru ruħhom b’kuluri sħan
fil-libsa tagħhom liturġika. Il-ferħ huwa antitesi tan-niket u tal-biżà. U
għalhekk, waqt li jistedinna għall-ferħ, il-Profeta Sofonija jipproklama: “La
tibżax, Sion, / tħallix dirgħajk jaqgħu! / Il-Mulej Alla tiegħek li jinsab
f’nofsok / huwa Salvatur qawwi. / Se jiċċelebra bil-ferħ għalik, / se jġeddek
b’imħabbtu, / se jifraħ għalik b’għajjat ta’ ferħ, / bħal fil-jiem tal-festa” (Sof 3,16-18).
Diġa nħossuna qrib il-Milied.
L-Avvent joqrob lejh permezz tal-erbà Ħdud tiegħu, li minnhom dan tallum huwa
t-tielet. L-istess stedina għall-ferħ itenniha San Pawl fl-ittra lill-Filippin.
Waqt li l-profeta ħabbar il-preżenza tal-Mulej f’Sion, l-Appostlu jħabbar
bil-quddiem il-viċinanza tiegħu: “Ifirħu fil-Mulej, dejjem: nerġà ntennilkom dan
mill-ġdid, ifirħu. Il-ġentilezza tagħkom magħrufa mal-bnedmin kollha. Il-Mulej
huwa fil-qrib!” (Fil 4,4-5).
3. L-għarfien tal-viċinanza ta’
Alla, li jiġi biex “ikun magħna” (Emmanuel), hemm bżonn li jirrifletti ruħu
fil-kondotta kollha tagħna. U dwar dan tkellimna l-liturġija tallum b’mod
speċjali bil-fomm ta’ San Ġwann Battista, li kien jippridka qrib il-Ġordan.
Diversi nies jiġu għandu biex jistaqsuh: “X’hemm bżonn li nagħmlu?” (Lq 3,10).
It-tweġibiet huma diversi.
Waħda għall-pubblikani. Oħra
għas-suldati: jistieden lil tal-ewwel għall-onesta professjonali; lill-oħrajn
biex jirrispettaw lill-proxxmu fil-problemi sempliċi umani. U lil kulħadd
jistieden għall-istess atteġġjament, li għalih kienu stiednu l-profeti
fit-tradizzjoni kollha tat-Testment il-Qadim: biex jaqsmu kollox mal-oħrajn;
biex iqiegħdu lilhom infushom għas-servizz tagħhom skont l-abbundanza propja;
biex iwettqu opri ta’ rieda tajba u ta’ ħniena.
Dawn it-tweġibiet ta’ Ġwanni qrib
il-Ġordan nistgħu nwessgħuhom u nimmultiplikawhom, billi nittrasferuhom ukoll
għal zminijietna, għall-kondizzjonijiet li fihom jgħixu l-bnedmin tallum.
Is-sensazzjoni tal-viċinanza ta’ Alla tqanqal dejjem domandi simili għal dawk li
saru lil Ġwanni qrib il-Ġordan: “X’hemm bżonn li nagħmel?” “X’hemm bżonn li
nagħmlu?” Il-Knisja ma tonqosx li twieġeb għal dawn id-domandi. Biżżejjed li
wieħed jaqra b’attenzjoni d-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II biex jagħraf għal
kemm domandi tal-bniedem kontemporanju l-Konċilju ta t-tweġibiet xierqa.
Tweġibiet indirizzati lill-insara kollha u lill-gruppi ndividwali,
lill-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi, lil-lajċi, lill-familji,
liż-żgħażagħ, lin-nies tal-kultura u tax-xjenza, lin-nies tal-ekonomija u
tal-politika, lin-nues tax-xogħol.
4. Madankollu, hemm bżonn, li dik
id-domanda: “X’hemm bżonn li nagħmlu?” tkun indirizzata biss minn kulħadd imma
wkoll minn kuill wieħed u waħda. Mhux biss mill-gruppi ndividwali u komunitajiet
skont ir-responsabiltà soċjali tagħhom, imma wkoll fil-qiegħ tal-kuxjenza ta’
kull wieħed u waħda minna. X’hemm bżonn li nagħmel? Liema huma d-dmirijiet
konkreti tiegħi? Kif għandi nservi l-veru ġid u nevita l-ħażin? Kif għandi
nwettaq id-dmirijiet ta’ ħajti?
L-Avvent imexxi lil kull wieħed u
waħda minna, biex ngħidu hekk, “fil-kamra ta’ ġewwa ta’ qalbu/qalbha” biex
jgħix/tgħix hawn il-viċinanza ta’ Alla, waqt li jwieġeb/twieġeb għad-domanda, li
din il-qalb umana għandha flimkien mal-verità interna.
U meta, hekk b’mod sinċier u b’mod
onest, nagħmlu lilna nfusna din id-domanda, fil-preżenza ta’ Alla, allura dejjem
inwettqu dak li dwaru jitkellem Ġwanni qrib il-Ġordan fil-metafora suġġestiva
tiegħu: din hija l-midra biex mill-ġdid innaddfu l-qiegħa. Din tippermetti
lill-bidwi biex jiġbor il-qamħ fil-maħżen, is-sifa biex tinħaraq fin-nar (li ma
jintefiex) (cf. Lc 3,17). Propju hekk jinħtieġ nagħmlu iktar minn darba.
Hemm bżonn nikkonċentraw ġewwa fina, bil-għajnuna ta’ dan id-dawl, li l-Ispirtu
Santu ma jekonomizzalniex, niddefenixxu fina u nifirdu t-tajjeb mill-ħażin.
Insejħu b’ismu l-wieħed u l-ieħor, ma ningannawx lilna nfusna. Allura, din tkun
“Magħmudija” vera, li ġġedded ir-ruħ. Dak li huwa “fil-qrib” (Fil 4,5)
jiġi jgħammidna bl-Ispirtu Santu u n-nar (cf. Lq 3,18).
L-Avvent – preparazzjoni
għas-sollennità kbira tal-Inkarnazzjoni – għandu jkun marbut ma’ tali
purifikazzjoni. Tirrijanima ruħha l-prassi tas-sagrament tal-Penitenza. Jekk dak
il-ferħ tal-viċinanza tal-Mulej, imħabbar minn dan il-Ħadd, għandu jkun veru,
hemm bżonn li nippurifikaw qlubna. Il-liturġija tallum tindikalna is-sors
tal-ferħ doppju: l-ewwel huwa dak li jiġi mit-twettiq onest ta’ dmirijietna
tal-ħajja; it-tieni huwa dak li jingħatalna mill-purifikazzjoni sagramentali u
mill-maħfra tad-dnubiet, li jtaqqlu lil ruħna.
5. “Il-Mulej huwa fil-qrib!”,
iħabbar San Pawl fl-ittra lill-Filippin. Ma’ dan il-fatt tingħaqad l-istedina
għat-tama. La darba, minħabba li ħajjitna tistà taħqar lil kull wieħed u waħda
minna b’piżijiet multipliċi, “Alla huwa s-salvazzjoni tiegħi” (Iż 12,2).
Jekk il-Mulej joqrob lejna dan jagħmlu sabiex inkunu nistgħu nimlew “ilma
bil-ferħ mill-għejjun tas-salvazzjoni” (Iż 12,3), sabiex inkunu nistgħu
nagħrfu l-“opri tiegħu”, dawk li wettaq u jwettaq kontinwament għall-ġid
tal-bniedem.
L-ewwel fost dawn l-opri kollha
huwa l-ħolqien, il-ġid naturali, materjali u spiritwali li jirriżulta. Hawn,
qegħdin nersqu lejn l-opra ġdida splendida tal-Alla l-Ħaj, il-“mirabile Dei”
ġdid: hawn , se ngħixu mill-ġdid fil-liturġija tal-Knisja il-misteru
tal-Inkarnazzjoni ta’ Alla, Alla-Iben sar bniedem; il-Verb inkarna ruħu biex
ilaqqam fil-qalb tal-bniedem il-qawwa u d-dinjità soprannaturali: “Ta l-qawwa li
nsiru wlied Alla” (Ġw 1,12).
U hawn hu, kif waqt li jħares lejn
il-Ġordan, li fil-liturġija ta’ kull sena huwa t-tifkira ta’ dan il-Misteru kbir,
l-Appostlu jgħajjat: “Tħabblu raskom b’xejn. Fit-talb tagħkom itolbu u uru lil
Alla xi jkollkom bżonn, iżżuh ħajr” (Fil 4,6).
Tħabblu raskom b’xejn! Saħansitra
hekk. M’għandniex inwettqu dmirijietna u xogħolna b’mod metokoluż, bħal ma
smajna minn fomm Ġwanni l-Battista? Bla dubju. Tirrikjedi dan kollu minna l-viċinanza
ta’ Alla. B’mod kontemporanju iżda l-istess viċinanza ta’ Alla, l-Inkarnazzjoni
tiegħu, ir-rieda feddejja tiegħu fil-konfront tal-bniedem, jitolbu minna li ma
nħallux lilna nfusna niġu assorbiti kompletament mill-inkwiet temporali; li ma
ngħixux b’mod tali bħallikieku kienet importanti biss “din id-dinja”, li ma
nitilfux il-prospettiva tal-eternità. Il-miġja ta’ Kristu, l-Inkarnazzjoni
tal-Iben ta’ Alla, titlob minna li niftħu mill-ġdid fi qlubna din il-prospettiva
divina. U propju dan ifisser l-Avvent! Dan li jrid jgħid l-“Ifirħu” tallum. Il-prospettiva
divina tal-ħajja, li tmur ‘il hemm minn kull fruntiera tat-temporalità, hija s-sors
tal-ferħ tagħna.
6. Din il-prospettiva hija wkoll
is-sors tal-paċi spiritwali. Għall-bniedem kontemporanju, li għandu diversi
motivi għall-inkwiet u għall-biżà, għandu jkollu sinifikat partikolari l-aħħar
kliem tat-tieni qari tallum: “Il-paċi ta’ Alla, li jgħaddi lil kull intelliġenza,
jgħasses lil qlubkom u lil ħsibijietkom fi Kristu Ġesù” (Fil 4,7). Hawn
hu l-awgurju tal-Knisja lil kull wieħed u waħda minna fil-viċinanza tal-Milied.
F’isem il-Knisja, nawgura din
il-“paċi ta’ Alla” lill-missirijiet u lill-ommijiet tal-parroċċa, sabiex,
fil-fedeltà sħiħa għall-missjoni konjugali tagħhom, ikunu jafu jgħinu,
bil-ħajja tagħhom u bl-eżempju tagħhom, lil uliedhom biex jimmaturaw u jikbru
fil-fidi nisranija.
Nawgura din il-paċi liż-żgħażagħ u
lix-xebbiet tal-parroċċa, sabiex ikunu dejjem konvinti li l-vjolenza ma tagħtix
ferħ, imma tiżra l-nibegħda, id-demm, il-mewt, id-diżordni u, li s-soċjetà,
minnhom feruta u suspettata, se tkun il-frott tas-sagrifiċċji tagħhom,
tal-impenn tagħhom, tax-xogħol tagħhom, fir-rispett solidali lejn l-oħrajn.
Nawgura din il-paċi lill-anzjani u
lill-morda tal-parroċċa, sabiex ikunu konxji li t-talb tagħhom u t-tbatijiet
tagħhom ikunu ġid prezzjuż għat-tkabbir tal-Knisja.
Hekk Ikun!
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb