Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II
...
|
ŻJARA FIS-SANTWARJU
TA’ LORETO
OMELIJA TA’
ĠWANNI PAWLU II
Is-Sibt, 8 ta’
Settembru 1979
1. “It-twelid tiegħek,
o Verġni Omm Alla, ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha!”.
Hekk hu, illum huwa l-jum
ta’ dan il-ferħ. Il-Knisja fit-8 ta’ Settembru, disà xhur wara s-Sollennità
tal-Immakulata Konċezzjoni ta’ Omm l-Iben ta’Alla, tiċċelebra it-tifkira tat-twelid
tagħha. Il-jum tat-twelid tal-Omm idawwar qlubna lejn l-Iben: “Minnek twieldet
ix-Xemx tal-Ġustizzja, Kristu Alla tagħna: huwa neħħa s-saħta u ġab il-grazzja,
rebaħ il-mewt u rregalalna l-ħajja eterna” (Antifona tal-“Benedictus”).
Hekk mela l-ferħ kbir
tal-Knisja jgħaddi mill-Iben fuq l-Omm. Il-jum tat-twelid tagħha huwa tassew
bxara bil-quddiem u bidu tad-dinja aħjar (“origo mundi melioris”) bħal ma kien
ħabbar b’mod stupend il-Papa Pawlu VI. U għalhekk il-liturġija tallum tistqarr u
tħabbar li t-twelid ta’ Marija iferrex id-dawl tiegħu fuq il-Knejjes kollha li
jinsabu fid-dinja.
2. Il-festività tat-twelid
ta’ Marija donnu jipproġetta d-dawl tiegħu, b’mod speċjali, fuq il-Knisja
tal-art Taljana, propju hawn, f’Loreto, fis-santwarju tal-għaġeb, li llum huwa
d-destinazzjoni tas-pellegrinaġġ komuni tagħna. Sa mill-bidu tal-pontifikat
tiegħi xtaqt b’mod imħeġġeġ li niġi f’dan il-post; stennejt iżda propju dan
il-jum, din il-festa tallum. Illum jiena hawn, u nifraħ li fil-pellegrinaġġ
tiegħi qegħdin jieħdu sehem ukoll il-venerabbli Karsinali u Isqfijiet, numerużi
saċerdoti u sorijiet u moltitudni ta’ pellegrini, ġejjin b’mod speċjali
mid-diversi bliet ta’ dan ir-reġġjun tal-Italja. Flimkien magħhom ilkoll nixtieq
illum inġib hawn il-kliem entużjażmanti ta’ qima lil Marija, il-kliem li jbaqbaq
mill-qlub kollha u, fl-istess ħin, mit-tradizzjoni ta’ tant sekli ta’ din l-art,
li l-Providenza għażlet għas-sede ta’ Pietru u li wara kienet mixgħula bid-dawl
ta’ dan is-Santwarju, li l-ħniena profonda nisranija rabtet, b’mod speċjali,
mat-tifkira tal-Inkarnazzjoni. Jiena grat għall-istedina li saritli, qabel xejn
mill-Kardinal Umberto Mozzoni, President tal-Kummissjoni Kardinalizja
għas-Santwarju, u mbagħad tal-Arċisqof Loris Francesco Capovilla, li l-persuna
tiegħu tfakkarna l-figura tal-Qaddej ta’ Alla, il-Papa Ġwanni, u l-pellegrinaġġ
tiegħu f’Loreto lejlet il-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II.
Ma nistax linqas nibqà
għaddej mingħajr ma nsemmi l-fatt li, hawn qrib is-Santwarju, hawn iċ-ċimiterju,
li fih jistrieħu l-iġsma tal-kompaeżani tiegħi, suldati Pollakki. Matul it-tieni
gwerra dinjija huma mietu waqt battalja fuq din l-art, waqt li kienu jissieltu
għal-“libertà tagħkom u tagħna”, kif jgħid il-motto Pollakk antik. Mietu hawn u
jistgħu jistrieħu qrib is-Santwarju tal-Verġni Marija, li l-misteru tat-twelid
tagħha jifrex id-dawl tiegħu fil-Knisja fl-art Pollakka u fuq dik Taljana. Huma
wkoll jieħdu sehem, b’mod inviżibbli, fil-pellegrinaġġ tallum.
3. Il-kult
tal-Ġenitriċi ta’ Alla f’din l-art huwa marbut, skont tradizzjoni antika u
ħajja, mad-dar ta’ Nażżaret. Id-dar li fiha, kif ifakkar il-Vanġelu tallum,
Marija għexet wara ż-żwieġ ma’ Ġużeppi. Id-dar tal-Familja Mqaddsa. Kull dar
hija b’mod speċjali santwarju tal-omm. U hija dan toħolqu, b’mod speċjali
bil-maternità tagħha. Hemm bżonn li l-ulied tal-familja umana, meta jiġu
fid-dinja, ikollhom saqaf fuq rashom; li jkollhom dar. Id-dar ta’ Nażżaret, kif
nafu, ma kinitx bdanakollu il-post tat-twelid ta’ Bin Marija u Bin Alla.
Probabilment, il-predeċessuri kollha ta’ Kristu, li dwarha titkellem
il-ġenejoloġija tal-Vanġelu tallum skont Mattew, ġew fid-dinja taħt saqaf ta’
dar. Dan ma ngħatax lilu. Huwa twieled bħal eżiljat ġo Betlem, fi stalla. U ma
setax jerġà lura fid-dar ta’ Nażżaret, għaliex kien kostrett li jaħrab
mill-krudeltà ta’ Erodi ġo l-Eġittu, u kien biss wara l-mewt tas-sultan, li
Ġużeppi ssogra jieħu lil Marija u lit-Tifel fid-dar Nażżeritana.
U, minn hemm ‘il
quddiem, dik id-dar kienet il-post tal-ħajja ta’ kuljum, il-post tal-ħajja
moħbija tal-Messija: id-dar tal-Familja Mqaddsa. Din kienet l-ewwel tempju,
l-ewwel knisja, li fuqha Omm Alla firxet id-dawl bil-Maternità tagħha. Firxitu
bid-dawl ippromulgat tagħha mill-misteru l-kbir tal-Inkarnazzjoni, mill-misteru
ta’ Binha.
4. Fir-raġġ ta’ dan
id-dawl jikbru, fil-pajjiż tax-xemx tagħkom, id-djar familjari. Huma bosta
mill-qċaċet tal-Alpi u tad-Dolomiti, li lejhom stajt nersaq il-Ħadd 26 ta’
Awissu meta żort il-pajjiż tat-twelid tal-Papa Ġwanni Pawlu I, sa Sqallija.
Bosta, bosta djar, id-djar familjari. U tant u tant familji; u kull waħda tibqà,
permezz tat-tradizzjoni nisranija u marjana ta’ art twelidkom, f’ċerta rabta
spiritwali b’dak id-dawl, li jinfirex mid-dar Nażżaretana, b’mod partikolari
llum, fil-jum tat-twelid ta’ Omm Kristu.
Jistà jkun li dan
id-dawl li jiġi mit-tradizzjoni tad-dar Nażżeritana f’Loreto, iwettaq xi ħaġa
ta’ ferm iktar profondità; iva jagħmel li dan il-pajjiż kollu, li din art
twelidkom ssir bħal dar kbira familjari. Id-dar il-kbira, abitata minn komunità
kbira, li isimha huwa “Italja”. Jinħtieġ li nmorru lura fir-realtà storika,
anzi, jistà jkun, għar-realtà preistorika, biex naslu għall-għeruq imbegħdin
tagħha. Barrani, bħali, li jaf ir-realtà li tikkostitwixxi l-istorja tan-nazzjon
tiegħu, jippenetra f’din ir-realtà b’rispett partikolari u b’attenzjoni mimlija
ġabra. Kif tikber mill-għeruq antikissmi tagħha din il-komunità umana, li isimha
huwa “Italja”? B’liema rabta huma magħqudin il-bnedmin, li jiffurmawha, għal
dawk il-ġenerazzjonijiet, li għaddew minn din l-art miż-żmien ta’ Ruma antika
saż-żmien preżenti? Is-Suċċessur ta’ Pietru, li postu jibqà f’din l-art sa
miż-żmien ta’ Ruma imperjali, waqt li hu xhud ta’ tant bidliet u, fl-istess ħin,
tal-istorja kollha ta’ artkom, għandu dritt u d-dmir li jagħmel dawn
il-mistoqsijiet.
U għandu dritt li
jistsaqsi hekk il-Papa li huwa bin art oħra, il-Papa li huwa konnazzjonali
tal-midfuna hawn, f’Loreto, fiċ-ċimiterju tal-gwerra. Bdanakollu jaf għaliex
dawn mietu hawn. Il-qawl antik Ruman “pro aris et focis” jispjega dan bl-aħjar
mod. Mietu għal kull altar tal-fidi u għal kull dar ta’ familja f’art twelidhom,
li riedu jippreservaw mill-qerda. Għaliex, f’nofs il-bidla kollha tal-istorja,
li l-protagonisti tagħha huma l-bnedmin, u b’mod speċjali l-popli u
n-nazzjonijiet, tibqà dejjem id-dar, bħal arka tal-patt tal-ġenerazzjonijiet u
ħarsien tal-valuri l-iktar profondi: tal-valuri umani u divini. Għalhekk
il-familja u l-patrija, biex jippreservaw dawn il-valuri, ma jisperjaw linqas
lil uliedhom i.
5. Kif qegħdin taraw,
għeżież Ħuti rġiel u nisa, jien niġi hawn Loreto biex nerġà naqra id-destin
misterjuż tal-ewwel santwarju marjan fuq l-art Taljana. Infatti, il-preżenza ta’
Omm Alla f’nofs uliedha tal-familja umana, u f’nofs in-nazzjonijiet simguli
tad-dinja b’mod speċjali, tgħidilna tant dwar in-nazzjonijiet u dwar
il-komunitajiet stess.
U niġi, b’mod
kontemporanju, fil-perijodu tat-tħejjija għal dmir importanti, li jkun aħjar li
nassumi, wara l-istedina tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus
Magħquda, quddiem il-forum l-għoli tal-Organizzazzjoni l-iktar rappreżentattiva
tad-dinja kontemporanja. Niġi hawn, biex infittex f’dan is-Santwarju,
għall-interċessjoni ta’ Marija, Ommna, id-dawl. Diġa l-Ħadd li għadda tlabt
f’Castel Gandolfo, waqt il-laqgħa tal-Angelus, li jitolbu għall-Papa u
għall-missjoni responsabbli tiegħu fil-Forum tal-ĠM. Illum intenni u nġedded
mill-ġdid għal darb’oħra din it-talba.
Infatti din hija biex
naħdmu u nikkollaboraw sabiex fid-dinja, li l-Providenza ddestinat biex tkun
l-abitazzjoni tal-bnedmin, id-dar tal-familja, simbolu tal-għaqda u tal-imħabba,
tirbaħ dak kollu li jhedded din l-għaqda u l-imħabba bejn il-bnedmin:
il-mibegħda, il-krudeltà, il-qerda,il-gwerra. Sabiex din id-dar familjari ssir
l-espressjoni tal aspirazzjonijiet tal-bnedmin, tal-popli, tan-nazzjonijiet,
tal-umanità, minkejja dak kollu li huwa kontriha, li jeliminaha mill-ħajja
tal-bnedmin, tan-nazzjonijiet u tal-umanità, li jriegħed s-sisien tagħha, kemm
dawk soċjo-ekonomici, kif ukoll etiċi; għaliex fuq il-wieħed u fuq l-ieħor
tibbaża ruħha kull dar; kemm dik li tibni kull familja, kif ukoll dik ukoll li,
bl-isforz tal-ġenerazzjonijiet sħaħ, jibnu lilhom infushom il-popli u
n-nazzjonijiet: id-dar tal-kultura propja, tal-istorja propja; id-dar ta’
kulħadd u d-dar ta’ kull wieħed.
6. Hawn huma,
l-ispirazzjonijiet li nsib hawn, ġo Loreto. Hawn hu l-imperattiv morali li minn
hawn nixtieq nieħu. Hawn hi, fl-istess ħin, il-problema, li propju quddiem
it-tradizzjoni tad-dar nażzeritana u quddiem il-wiċċ ta’ Omm Kristu f’Loreto,
nixtieq nirrakkomanda u nafda, b’mod speċjali, lil Qalbha materna,
lill-omnipotrnza tagħha tal-interċessjoni (“omnipotentia supplex”).
Ħekk, kif diġa għamilt
fi Guadalupe fil-Messiku u mbagħad fil-Polakka Jasna Gora (Chiaromonte)
f’Czestochówa, nixtieq f’din il-laqgħa tallum f’Loreto nfakkar dik
il-konsagrazzjoni lill-Qalb Immakolata ta’ Marija li, għoxrin sena ilu , kienu
għamlu r-Rgħajja tal-Knisja Taljana, f’Catania, fit-13 ta’ Settembru 1959, fl-għeluq
tas-sittax-il Kungress Ewkaristiku Nazzjonali. U nixtieq nirreferi l-kliem li,
f’dik l-okkażjoni, indirizza lill-fidili l-Prediċessur tiegħi Ġwanni XXIII ta’
tifkira meqjuma, fil-messaġġ radjufoniku tiegħu: “Aħna għandna fiduċja li, a
bażi ta’ din il-qima lejn il-Verġni Santissma, it-Taljani kollha b’qima mġedda
jqimu fiha l-Omm tal-Ġisem Mistiku, li tiegħu l-Ewkaristija hija simbolu u
ċentru vitali, jimitaw fiha il-mudell l-iktar perfett tal-għaqda ma’ Ġesù,
Mexxej tagħna; magħha jingħaqdu fl-offertà tal-Vittma divina, u mill-interċessjoni
materna tagħha jitolbu għall-Knisja d-doni tal-unità, tal-paċi, u b’mod speċjali
fjoritura ta’ vokazzjonijiet saċerdotali l-iktar eżuberanti u fidila. B’dan it-tali
mod il-konsagrazzjoni ssir mottiv ta’ impenn dejjem iktar serju fil-prattika
tal-virtujiet insara, difiża validissma kontra l-ħażin li jheddidhom, u sors ta’
prosperità wkoll temporali, skont il-wegħdiet ta’ Kristu” (Ġwanni XXIII, Nuntius
radiophonicus, 13 ta’ Settembru 1959: AAS 51 [1959] 713).
Dan kollu, li għoxrin
sena ilu, sab espressjoni fl-att tal-konsagrazzjoni lil Marija, imwettaq
mir-Rgħajja tal-Knisja Taljana, jien nixtieq illum mhux biss infakkru, imma
wkoll, bil-qalb kollha, intennih, inġeddu u nagħmlu, b’xi mod, propjetà tiegħi,
ladarba bid-digrieti nskrutabbli tal-Providenza mess lili li naċċetta l-wirt
tal-Isqfijiet ta’ Ruma fis Sedja ta’ San Pietru.
7. U dan nagħmlu
b’konvinzjoni l-iktar profonda tal-fidi, tal-intellett u tal-qalb flimkien.
Billi fl-epoka diffiċli tagħna, u wkoll fiz-zminijiet li ġejjin, tistà ssalva l-bniedem
biss l-imħabba kbira vera!
Grazzi lilha biss din
l-art, l-abitazzjoni tal-umanità, tistà ssir dar: id-dar tal-familji, id-dar
tan-nazzjonijiet, id-dar tal-familja umana kollha kemm hi. Mingħajr imħabba,
mingħajr l-Imħabba kbira vera, mhemmx dar għall-bniedem fuq l-art. Il-bniedem
ikun ikkundannat biex jgħix nieqes minn kollox, ukoll jekk jibni l-iktar bini
splendidu u jgħammru b’dak kollu modernament possibbli.
Aċċetta, o Sinjura ta’
Loreto,
o Omm tad-dar nażżaretana,
dan il-pellegrinaġġ tiegħi u tagħna,
li huwa talba kbira komuni
għad-dar tal-bniedem tal-epoka tagħna:
għad-dar,
li tħejji l-ulied tad-dinja kollha
għad-dar eterna tal-Missier fis-sema. Amen.
Miġjub
mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb
|