Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II
...
|
RITI FUNEBRI TAL-KARDINAL
ALBERTO DI JORIO
OMELIJA TAL-QDUSIJA
TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħamis, 6 ta’
Settembru 1979
Sinjuri Kardinali,
Venerabbli Ħuti, Għeżież uliedi.
Illum ninsabu hawn
miġbura għaċ-ċelebrazzjoni liturġika tal-Funeral tal-mibki Kardinal Alberto di
Jorio, imsejjaħ biex jagħmel parti mill-Kulleġġ Sagru minn Ġwanni XXIII, ta’
tifkira feliċi, sa mill-1968. L-ark kollu ta’ ħajtu twila kien offrut
għas-servizz tal-Mulej u tal-Knisja. B’mod partikolari, huwa offra parti kbira
minnha lil din is-Sede Apostolika, li għaliha offra l-aqwa eneeġiji tiegħu.
Għandna, għalhekk
fil-konfront tiegħu dmir ta’ rikonoxxenza, li għal darb’oħra llum, hawn, b’mod
pubbliku, qegħdin inwettqu, quddiem il-Mulej.
L-eżistenza terrena
kollha tiegħu tistà tiġi miġbura madwar dawn it-tliet karatteristiċi: huwa kien
saċerdot tajjeb, amministratur żeluż, benefattur ġeneruż. Ta’ l-ewwel waħda hija
ndikanti l-attività multipla tal-ministeru sagru, eżerċitata sa mill-ewwel snin
tal-Presbiterjat; it-tieni hija ppruvata mill-għaxar sninijiet varji ta’ servizz
kemm ta’ Vikarjat ta’ Ruma kif ukoll lis-Santa Sede; tat-tielet huma dokumenti
elokwenti diversi inizjattivi ta’ promozzjoni soċjali, kulturali u ekkleżjali.
Dawn huma ta’ kwalità tajba u ta’ opri tajba li l-Mulej bla ebda dubju japprezza,
hekk bħal ma faħħar, alavolja f’termini ta’ parabbola, lil dak il-qaddej tajjeb
u fidil, li kien seħħlu jiffruttifika fil-wisgħa t-talenti li kien irċieva,
billi ma żammhomx għalih, imma billi tahom lil sidu mmultiplikati (cf. Mt 25,
14-21). Imbagħad, il-premju għal servizz hekk ta’ kuljum, fidil u fertili, ma
jistax ma jiġix mill-Mulej innifsu, u aħna ninsabu hawn propju biex nitolbuh
għalih, kbir u bejatifikanti.
Hija l-liturġija
nfisha li torjentana għal dan il-għan, u tkompli iktar tagħni l-meditazzjoni
tagħna permezz tal-qari bibbliku li għadna kemm smajna. It-tlieta li huma huma
ċċentrati fuq it-tema tal-komunjoni ma’ Alla, li diġa tibda f’din il-ħajja
permezz tal-fidwa ipptovduta għalina minn Kristu, u mbagħad tiffjorixxi f’dik
futura u li ma tinżel qatt, ‘il hemm mill-istorja.
Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni,
Ġesù jiddikjara sollennament li hija rieda bla ħabi tal-Missier ċelesti “li kull
min jara l-Iben u jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6, 40). Imma
fis-sens ġovannesk, il-“ħajja eterna” mhijiex riservata biss għall-futur fid-dinja
l-oħra, imma hija dik li titwettaq diġa minn issa fl-aċċettazzjoni tal-fidi għal-Logos
divin, inkarnat f’din id-dinja hekk li hija, fl-intern tal-eżistenza storika
tagħna, hekk iffullata bl-impenji, ta’ attivitajiet, ta’ preokkupazzjonijiet,
issir prinċipju sigriet imma dinamiku ta’ prova u ta’ bidla tal-esseri u
tal-aġir tagħna. Dan huwa l-prinċipju nisrani u saċerdotali, li bla dubju ggwida
u spira l-eżistenza tal-Mejjet eminenti u li għandu jibqà l-bażi tal-ħajja ta’
kull imgħammed.
Il-possibilità nfisha
ta’ din ir-realtà meraviljuża hija mogħtija mill-fatt li, kif iħabbar San Pawl
fit-tieni qari, “waqt li kien għadna midimbin, Kristu miet għalina” (Rm 5,
8), waqt li waqqà saħansitra r-regoli umani tal-eroiżmu, li setà jwassal l-iktar
l-iktar “biex imut għal wieħed ġust” (Rm 5, 7). Dak li Kristu għamel fuq
is-salib huwa, minn banda, mottiv effikaċi tal-fidwa jew rikonċiljazzjoni tagħna
ma’ Alla (cf. Rm 5, 10), imma min-naħa l-oħra għandu saħansitra jsir
stimulu u parametru tal-imġieba tagħna ta’ kuljum: inqiegħdu l-ħajja
għall-bnedmin ħutna, u b’mod speċjali għal dawk l-iktar foqra, linqas meqjusa,
dawk li huma emarġinati minn kalkolu uman iżżejjed. Huwa propju hawn, fl-aħħar
minn l-aħħar, li tiddi s-sbuħija tal-Kristjaneżmu, jiġifieri f’imħabba
assolutament gratwita, ħielsa minn motivazzjonijiet apparixxenti, diżinteressati
u allura purissma. Din hija l-imġieba ta’ Alla nnifsu.
Huwa għal dawn
il-premessi li għandhom enfasi kbira l-kliem tal-ewwel qari mill-Ktieb tal-Għerf:
“L-erwieħ tal-ġusti huma f’idejn Alla… dawk li huma fidili lejh jgħixu qribu fl-imħabba”
(Sap 3, 1-9). In-nisrani huwa “ġust” mhux bis-saħħa propja u nterna
tiegħu, imma b’don divin liberu u adorabbli, li iżda jsir ispiratur u promutur
ta’ operożità, jiġifieri prinċipju ta’ karità, fl-għixien ta’ kuljum. U hawn,
infatti, jitqies li nkunu “fidili” lejn Alla, Huwa hawn, infatti,, li titkejjel
“il-fedeltà” lejn Alla, għaliex fidili lejn imħabbtu, fil-prattika, huwa
possibbli biss permezz ta’ mħabbitna. U x’inhi l-ħajja wara l-mewt, jekk mhux
propju t-trijonf definittiv ta’ komunjoni indistruttibbli u reċiproka. Għalhekk
“jgħixu qrib tiegħu fl-imħabba” dawk li diġa f’din l-eżistenza storika jgħixu
jew għexu b’mod kompjaċenti ma’ dan l-iskop suprem, li ma jinsabx biss b’mod
kronoloġiku fi tmiem il-mixja terrena, imma diġa b’mod ideali jiddominaha, anzi
jifforma minn ġewwa t-total tal-jiem tagħna.
Għalhekk ejjew nitolbu
lill-Mulej, sabiex ir-ruħ tal-Kardinal Alberto di Jorio, mifdija minn Kristu u
mogħtija lill-Knisja Mqaddsa li tgħallem il-karità, parteċipi b’mod effettiv u
totali tad-dawl, tal-paċi u tal-imħabba bla tmiem.
Miġjub
mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb
|