L

A

I

K

0

S

 

Home  

Kuntatt

 

Dominicae Cenae dwar il-Misteru l-Kult tal-Ewkaristija

 

L-ITTRA
DOMINICAE CENAE
TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II
LILL-ISQFIJIET KOLLHA
DWAR IL-MISTERU U L-KULT TAL-EWKARISTIJA

  

Meqjuma u għeżież ħuti,

1. Din is-sena wkoll, għal Ħamis ix-Xirka li ġej, se nindirizzalkom ittra, li għandha rabta mmedjata ma’ dik li rċivejtu s-sena l-oħra, fl-istess okkażjoni, flimkien mal-ittra lis-saċerdoti. Nixtieq qabel xejn niżżikom ħajr kordjalment talli lqajtu l-ittri tiegħi ta’ qabel b’dak l-ispirtu ta’ għaqda, li l-Mulej stabbilixxa bejnietna, u wkoll talli ttrażmettejtu lill-presbiterju tagħkom il-ħsibijiet li xtaqt nesprimi fil-bidu tal-pontifikat tiegħi.

Matul il-liturġija ta’ Ħamis ix-Xirka ġeddidtu, flimkien mas-saċerdoti tagħkom, il-wegħdiet u l-impenji li għamiltu filwaqt tal-ordinazzjoni. Bosta minnkom, meqjuma u għeżież ħuti, għarraftuni wara dwar dan, waqt li żidtu b’mod personali wkoll kliem ta’ ringrazzjament, u anzi, spiss billi bgħattu dak espress mill-presbiterju tagħkom. Barra minn dan, bosta saċerdoti wrew il-ferħ tagħhom, kemm minħabba l-karattru penetranti u sollenni ta’ Ħamis ix-Xirka, bħala «festa tas-saċerdoti» annwali, kif ukoll minħabba l-importanza tal-problemi ttrattati fl-ittra ndirizzata lilhom.

Tali tweġibiet jiffurmaw ġabra għanja, li għal darb’oħra turi kemm hija għażiża għall-maġġoranza enormi tal-presbiterju tal-Knisja kattolika t-triq tal-ħajja saċerdotali, li fuqha timxi din il-Knisja minn sekli: kemm hija minnhom maħbuba u stmata, u kemm jixtiequ jkomplu mexjin fuqha fil-ġejjieni.

Nixtieq hawn inżid li fl-ittra lis-saċerdoti sabu eku biss xi problemi, dak li, mill-bqija, kien enfasizzat b’mod ċar fil-bidu tiegħu (cfr. Ioannis Pauli PP. II «Epistola ad universos Ecclesiae Sacerdotes adveniente feria V in Cena Domini anno MCMLXXIX», 2, die 8 apr. 1979: AAS 71 [1979] 395ss). Barra minn dan kien prinċipalment indikat il-karattru pastorali tal-ministeru saċerdotali, li ma jfissirx bla dubju li ma kinux ikkunsidrati wkoll dawk il-gruppi ta’ saċerdoti li ma jwettqux attività pastorali diretta. Għal dan il-għan, nerġa niġbed l-attenzjoni għal darb’oħra għall-maġisteru tal-Konċilju Vatikan II, kif ukoll għall-istqarrija tas-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971.

Il-karattru pastorali tal-ministeru saċerdotali ma jaqtax jakkumpanja l-ħajja ta’ kull saċerdot, ukoll jekk id-dmirijiet ta’ kuljum, li huwa jwettaq, mhumiex indirizzati b’mod espliċitu għall-pastorali tas-sagramenti. F’dan is-sens l-ittra miktuba lis-saċerdoti, fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, kienet indirizzata lilhom kollha, mingħajr ebda eċċezzjoni, ukoll jekk, kif diġa aċċennajt, din ma ttrattatx il-problemi kollha tal-ħajja u tal-attività tas-saċerdoti. Inqis utli u opportuna din iċ-ċarezza tal-ittra preżenti.

IL-MINISTERU EWKARISTIKU FIL-ĦAJJA TAL-KNISJA U TAS-SAĊERDOT

Ewkaristija u Saċerdozju

2. L-ittra preżenti li qiegħed nindirizza lilkom, mequma u għeżież ħuti fl-episkopat – u kif, għidtilkom hija, f’ċertu mod, il-kontinwazzjoni ta’ dik ta’ qabilha – tibqà wkoll f’rapport strett mal-ministeru ta’ Ħamis ix-Xirka, u f’relazzjoni mas-saċerdozju. Feħsiebni nfatti niddedikaha lill-ewkaristija u, b’mod partikolari, għal xi aspetti tal-ministeru ewkaristiku u tal-impatt tagħha fuq il-ħajja ta’ min hu l-ministru: u allura id-destinatarji diretti ta’ din l-ittra huma intom, Isqfijiet tal-Knisja; flimkien magħkom, is-saċerdoti kollha; u, fil-grad tagħhom, id-djakni wkoll.

Fir-realtà, is-saċerdozju ministerjali jew ġerarkiku, is-saċerdozju tal-Isqfijiet u tal-presbiteri u, maġembhom, il-ministeru tad-djakni – ministeri li normalment jibdew bit-tħabbir evanġeliku – huma f’rapport strettissmu mal-ewkaristija. Din hija r-raġuni ewlenija u ċentrali li tkun tas-sagrament tas-saċerdozju, imwieled b’mod effettiv fil-waqt tal-istituzzjoni tal-ewkaristija u flimkien magħha (cfr. Concilii Trid. Sessio XXII, can.2: «Conciliorum Oecumenicorum Decreta», Bononiae 19733, p. 735). Mhuwiex ta’ xejn il-kliem «Agħmlu dan b’tifkira tiegħi» ippronunzjat immedjatament wara l-kliem tal-konsagrazzjoni ewkaristika u aħna ntennuh kull darba li niċċelebraw is-sagrafiċċju mqaddes (Quod attinet ad istud Domini praeceptum, in quadam liturgia eucharistica Aethiopica haec verba continentur: apostoli «constituerunt nobis patriarchas, archiepiscopos, presbyteros et diaconos ad ritum (celebrandum) Ecclesiae tuae sanctae»: «Anaphora S.Athanasii: Prex Eucharistica», Haenggi-Pahl, Fribourg (Suisse) 1968, p. 183).

Permezz tal-ordinazzjoni tagħna – li ċ-ċelebrazzjoni tagħha hija marbuta mal-Quddiesa mqaddsa sa mill-ewwel xhieda liturġika (cfr. «Tradition apostolique de saint Ippolyte», nn.2-4) – aħna magħqudin b’mod singulari u eċċezzjonali mal-ewkaristija. Aħna, b’ċertu mod, «minnha» u «għalija». Aħna wkoll, u b’mod partikolari, responsabbli «tagħha» - kemm kull saċerdot fil-komunità tiegħu, kif ukoll kull Isqof bis-saħħa tal-kura tal-komunitajiet kollha, afdati lilu, a bażi tas- «sollicitudo omnium ecclesiarum» li dwarha jitkellem San Pawl (2Kor 11,28). Huwa mela afdat lilna, Isqfijiet u Saċerdoti, il-kbir «misteru tal-fidi»; jekk hu huwa wkoll mogħti lill-Poplu kollu ta’ Alla, lil dawk kollha li jemmnu fi Kristu, madankollu lilna ġiet afdata l-ewkaristija wkoll «għall-»oħrajn, li jistennew minna xhieda partikolari ta’ qima u ta’ mħabba lejn dan is-sagrament, sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jkunu edifikati u rivitalizzati  «biex joffru sagrifiċċji spiritwali» (1Pt 2,5).

B’dan il-mod il-kult ewkaristiku tagħna, kemm fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa kif ukoll lejn is-santissimu sagrament, ikun bħal kurrent li jagħti l-ħajja, li jgħaqqad is-saċerdozju ministerjali jew ġerarkiku tagħna mas-saċerdozju komuni tal-fidili u jippreżentah fid-dimensjoni vertikali tiegħu u bil-valur tiegħu ċentrali. Is-saċerdot jiżvolġi l-missjoni ewlenija tiegħu u jimmanifesta ruħu fil-milja kollha tiegħu waqt li jiċċelebra l-ewkaristija (cfr. «Lumen Gentium», 28; «Presbyterorum Ordinis», 2.5; «Ad Gentes», 39) u tali manifestazzjoni tkun iktar sħiħa meta huwa stess iħalli tidher il-profondità ta’ dak il-misteru, sabiex hu biss jiddi fil-qlub u fil-kuxjenzi umani, permezz tal-ministeru tiegħu. Dan huwa l-eżerċizzju suprem tas-«saċerdozju regali», is-«sors u l-quċċata tal-ħajja nisranija kollha» («Lumen Gentium», 11).

Il-kult tal-misteru ewkaristiku

3. Tali kult huwa dirett lejn Alla l-Missier permezz ta’ Ġesù Kristu fl-Ispirtu Santu. Fuq kollox lejn il-Missier li, bħal ma jiddikjara l-Vanġelu ta’ San Ġwann, «tant ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu uniġenitu, sabiex kull min jemmen fih ma jmutx imma jkollu  l-ħajja ta’ dejjem» (Ġw 3,16). Iubat memorare haec verba resumi in Liturgia S.Ioannis Chrysostomi proxime ante verba consecrationis, ad quae animos componunt: cfr. «La divina Liturgia del santo nostro Padre Giovanni Crisostomo», Roma - Grottaferrata 1967, pp. 104ss)

Idur ukoll fl-Ispirtu Santu lejn dak l-Iben inkarnat, fl-ekonomija tal-fidwa, speċjalment f’dak il-waqt ta’ devozzjoni suprema u ta’ abbandun totali tiegħu nnifsu, li għalih jirreferi l-kliem ppronunzjat fiċ-ċenaklu: «Dan huwa ġismi mogħti għalikom»... «dan huwa l-kalċi ta’ demmi mxerred għalikom...» (cfr. Mt 26,26ss; Mk 14,22-25; Lq 22,18ss; 1Kor 11,23ss; cfr. etiam «Preces eucharisticae» Liturgiae). L-akklamazzjoni liturġika: «Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej!» teħodna propju għal dak il-waqt; u bil-proklamazzjoni tal-qawmien mill-imwiet tiegħu inħaddnu fl-istess att ta’ qima il-Kristu  rxoxt u gglorifikat «fil-lemin tal-Missier», kif ukoll il-prospettiva tal-«miġja fil-glorja» tiegħu. Madankollu hija l-qerda tiegħu volontarja, milqugħa mill-Missier u gglorifikata bil-qawmien mill-imwiet, li, iċċelebrata sagramentalment flimkien mal-qawmien mill-imwiet, li twassaln għall-adorazzjoni ta’ dak ir-Redentur «li għamel lilu nnifsu ubbidjenti sal-mewt u sal-mewt tas-salib» (Fil 2,8).

U din l-adorazzjoni tagħna fiha wkoll karatteristika oħra. Din hija bbilanċjata mill-kobor ta’ din il-mewt umana, li fiha d-dinja, jiġifieri kull wieħed minna, kien maħbub «sal mewt» (Ġw 13,1). Hekk hija hi wkoll tweġiba li trid tħallas mill-ġdid dik l-imħabba ssagrifikata sal-mewt tas-salib: din hija l-«ewkaristija» tagħna, jiġifieri r-ringrazzjament tagħna, it-tifħir lilu talli fdiena bil-mewt tiegħu u rrendiena parteċipi tal-ħajja mmortali permezz tal-qawmien mill-imwiet tiegħu.

Tali kult, indirizzat lit-Trinità tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu, jakkumpanja u jinfirex quddiem iċ-ċelebrazzjoni kollha tal-liturġija ewkaristika. Imma dan irid ukoll jimlà mill-ġdid it-tempji tagħna wkoll ‘il hemm mill-orarju tal-quddies imqaddes. Fis-sewwa. Billi l-misteru ewkaristiku kien imwaqqaf mill-imħabba, u jirrendilna lil Kristu preżenti b’mod sagramentali, dan jixraqlu azzjoni ta’ grazzja u ta’ kult. U dan il-kult għandu jiddistingwi ruħu f’kull laqgħa tagħna mas-santissmu sagrament, kemm meta nżuru l-knejjes tagħna, kif ukoll meta l-ispeċi sagri jinġarru u jkunu amministrati lill-morda.

L-adorazzjoni ta’ Kristu f’dan is-sagrament ta’ mħabba għandha mbagħad issib l-espressjoni tagħha f’diversi forom ta’ devozzjoni ewkaristika: talb personali quddiem is-Santissmu, siegħat ta’ adorazzjoni, espożizzjonijiet qosra, imtawla, annwali (il-kwaranturi), benedizzjonijiet ewkaristiċi, proċessjonijiet ewkaristiċi, kungressi ewkaristiċi (cfr. Ioannis Pauli PP. II «Allocutio Dublini habita in hortis, quibus nomen "Poenix Park"», 7, die 29 sept. 1979: AAS 71 [1979] 1074ss; Sacrae Rituum Congregationis «Eucharisticum Mysterium»: AAS 59 [1967] 539-573; «Rituale Romanum», «De sacra communione et de cultu Mysterii eucharistici extra Missam». Notandum est cultus pondus et vim sanctificationis harum pietatis formarum in Eucharistiam non ex ipsis formis sed potius ex intimis mentis rationibus pendere). Tifkira partikolari f’dan il-punt jixirqilha s-sollennità tal-«Ġisem u d-Demm ta’ Kristu» bħala att ta’ kult pubbliku magħmul lil Kristu preżenti fl-Ewkaristija, mixtieq mill-predeċessur tiegħi Urbanu IV b’tifkira tal-istituzzjoni ta’ dan il-misteru kbir (cfr. Urbani IV «Transiturus de hoc mundo», die 11 aug. 1264: Aemilii Friedberg «Corpus Iuris Canonici», Pars II. «Decretalim Collectiones», Leipzig 1881, pp. 1174-1177; «Studi eucaristici», VII centenario della Bolla «Transiturus» 1264-1964, Orvieto 1966, pp. 302-317). Dan kollu jikkorrispondi mela mal-prinċipji ġenerali u man-normi partikolari diġa eżistenti minn qabel, imma fformulati mill-ġdid matul jew wara l-Konċilju Vatikan II (cfr. Pauli VI «Mysterium Fidei»: AAS 57 [1965] 753-774; Sacrae Rituum Congregationis «Eucharisticum Mysterium»: AAS 59 [1967] 539-573; «Rituale Romanum» «De sacra communione et de cultu Mysterii eucharistici extra Missam»).

L-animazzjoni u l-approfondiment tal-kult ewkaristiku huma prova ta’ dak it-tiġdid awtentiku li l-Konċilju qiegħed bħala fini, u huma l-punt ċentrali. U dan, meqjuma u għeżież ħuti, jixraqlu riflessjoni għalih waħdu. Il-Knisja u d-dinja għandhom bżonn kbir tal-kult ewkaristiku. Ġesù jistenniena f’dan is-sagrament tal-imħabba.  Ma nikomenizzawx il-ħin tagħna biex inmorru niltaqgħu miegħu fl-adorazzjoni, fil-kontemplazzjoni mimlija fidi u lesta biex tpatti għall-ħtijiet kbar u d-delitti tad-dinja. Jalla ma taqtà qatt l-adorazzjoni tagħna.

Eukaristija u Knisja

4. Grazzi għall-Konċilju ntbaħna, b’qawwa mġedda, dwar din il-verità: bħal ma l-Knisja «tagħmel l-ewkaristija», hekk «l-ewkaristija tibni» l-Knisja (Ioannis Pauli PP. II «Redemptor Hominis», 20: AAS 71 [1979] 311; cfr. «Lumen Gentium», 11; insuper annotat. 57 ad n.20 Schematis II eiusdem Constitutionis dogmaticae in operae quod inscribitur «Acta Synodalia Sacrosancti Concilii Oecum. Vat. II, vol.II, periodus 2, pars I, sessio publica II, pp. 251ss; Pauli VI «Allocutio habita in Admissione Generali», die 15 sept. 1965: «Insegnamenti di Paolo VI», III [1965] 1036; H. de Lubac, «Méditation sur l'Eglise», Paris 19532, pp. 129-137); u din il-verità hija marbuta b’mod strett mal-misteru ta’ Ħamis ix-Xirka. Il-Knisja twaqqfet, bħala komunità ġdida tal-Poplu ta’ Alla, fil-komunità apostolika ta’ dawk it-tnax li, waqt l-Aħħar Ċena, saru parteċipi tal-ġisem u tad-demm tal-Mulej taħt l-ispeċi tal-ħobż u tal-imbid. Kristu kien qalilhom: «Ħudu u kulu...», «ħudu u ixorbu». U huma, waqt li wettqu dan l-amar tiegħu, daħlu, għall-ewwel darba, f’għaqda sagramentali mal-Iben ta’ Alla,, għaqda li hija wegħda sollenni ta’ ħajja eterna. Minn dak il-waqt sal-aħħar tas-sekli, il-Knisja tibni lilha nfisha permezz tal-istess għaqda mal-Iben ta’ Alla, li hija wegħda sollenni ta’ għid etern.

Bħala għalliema u għassiesa tal-verità feddejja tal-ewkaristija, irridu, għeżież u meqjuma ħuti fl-episkopat, ngħassu dejjem u ma kullimkien dan is-sinifikat u din id-dimensjoni tal-laqgħa sagramentali u tal-intimità ma’ Kristu. Propju dawn jikkostitwixxu nfatti s-sustanza tal-kult ewkaristiku. Is-sens ta’ din il-verità esposta hawn fuq bl-ebda mod ma tnaqqas, anzi tiffaċilita l-karattru ewkaristiku ta’ avviċinament spiritwali u ta’ għaqda fost il-bnedmin, li jieħdu sehem fis-sagrifiċċju, li, mbagħad, fit-tqarbin isir għalihom il-festin. Dan l-avviċinament u din l-għaqda   li l-prototipu tagħha hija l-għaqda tal-appopstli madwar Kristu waqt l-Aħħar Ċena, jesprimu u jwettqu l-Knisja.

Imma dan ma jitwettaqx biss permezz tal-fatt tal-għaqda fost il-bnedmin, permezz tal-esperjenza tal-fraternità, li għaliha joħloq l-okkażjoni l-festin ewkaristiku. Il-Knisja titwettaq meta f’dik l-għaqda u l-komunjoni fraterna niċċelebraw is-sagrifiċċju tas-salib ta’ Kristu, meta nħabbru «l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi» (1Kor 11,26) u, wara, meta b’mod profond minfuda mill-misteru tal-fidwa tagħna, nersqu qrib b’mod komunitarju lejn il-mejda tal-Mulej, biex nitrejqu, b’mod sagramentali, mill-frott tas-sagrifiċċju propizjatorju qaddis. Fil-komunjoni ewkaristika mela nirċievu lil Kristu, Kristu stess; u l-għaqda tagħna miegħu, li hija don u grazzja għal kull wieħed, tagħmel iva li fih aħna assoċjati fl-għaqda ta’ ġismu li hija l-Knisja.

B’dan il-mod biss, permezz ta’ tali fidi u ta’ tali dispożizzjoni tar-ruħ, jitwettaq dak il-bini tal-Knisja li fl-ewkaristija jsib tassew is-sors tiegħu u l-quċċata tiegħu skont in-nota ta’ espressjoni tal-Konċilju Vatikan II (cfr. «Lumen Gentium», 11; «Sacrosanctum Concilium», 10; «Presbyterorum Ordinis», 5; «Christus Dominus», 30; «Ad Gentes», 9). Din il-verità, li b’opra tal-istess Konċilju kisbet prominenza ġdida u vigoruża (cfr. «Lumen Gentium», 26; «Unitatis Redintegratio», 15), għandha tkun tema frikwenti tar-riflessjonijiet tat-tagħlim tagħna. Titrejjaq biha kull attività pastorali, u tkun ukoll ikel għalina u għas-saċerdoti kollha li jikkollaboraw magħna, u fl-aħħarnett għall-komunitajiet kollha afdati f’idejna. Hekk f’tali rutina għandu jirrivela ruħu, kważi ma’ kull pass, dak ir-rapport strett bejn il-vitalità spiritwali u apostolika tal-Knisja u l-ewkaristija, mifhuma fis-sinifikat profond tagħha, u taħt il-punti kollha di vista (Hoc ipsum expetitur per collectam Missae vespertinae in Cena Domini: «Ut ex tanto mysterio plenitudinem caritatis hauriamus et vitae»: «Missale Romanum»; et etiam per epicleses communionis Missalis Romani: «Et supplices deprecamur ut Corporis et Sanguinis Christi participes a Spirito Sancto congregemur in unum. Recordare, Domine, Ecclesiae tuae toto orbe diffusae ut eam in caritate perficias»: «Prex eucharistica» II; cfr. «Prex eucharistica» III).

Ewkaristija u karità

5. Qabel ma ngħaddu għal osservazjonijiet iktar partikolareġġjati dwar it-tema taċ-ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju santissmu, nixtieq mill-ġdid niddikjara fil-qosor li l-kult ewkaristiku jikkostitwixxi r-ruħ tal-ħajja nisranija kollha. Jekk infatti l-ħajja nisranija tesprimi ruħha fit-twettiq tal-ikbar kmandament, u jiġifieri fl-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu, din l-imħabba ssib is-sors tagħha propju fis-santissmu sagrament li komunement huwa msejjaħ: sagrament tal-imħabba.

L-ewkaristija tfisser din il-karità, u allura tfakkarha, tirrendiha preżenti u fl-istess ħin twettaqha. Id-drabi kollha li nieħdu sehem b’mod kuxjenti, tinfetaħ f’ruħna dimensjoni reali ta’ dik l-imħabba bla qies li tiġbor fiha dak kollu li Alla għamel għalina l-bnedmin u li jagħmel b’mod kontinwu, skont il-kliem ta’ Kristu: «Missieri dejjem jopera u jien ukoll nopera» (Ġw 5,17). Flimkien ma’ dan id-don bla qies u gratwit, li huwa l-karità rivelata, sal-aħħar, fis-sagrifiċċju feddej tal-Iben ta’ Alla, li tiegħu l-ewkaristija hija sinjal li ma jitħassarx, titnissel ukoll fina tweġiba ħajja ta’ mħabba. Mhux biss nafu l-imħabba, imma aħna stess nibdew inħobbu. Nidħlu, biex ngħidu hekk, fit-triq tal-imħabba u f’din it-triq inwettqu progressi. L-imħabba, li titnissel fina mill-ewkaristija, grazzi lilha tiżviluppa fina, tapprofondixxi ruħha u titqawwa.

Il-kult ewkaristiku huwa mela espressjoni propja ta’ din l-imħabba, li hija l-karatteristika awtentika u l-iktar profonda tal-vokazzjoni nisranija. Dan il-kult  jirriżulta mill-imħabba u jaqdi lill-imħabba, li għaliha aħna lkoll imsejħa f’Ġesù Kristu (cfr. «Oratio post communionem Dominicae XXII "per annum"»: «Pane mensae caelestis refecti, te, Domine, deprecamur, ut hoc nutrimentum caritatis corda nostra confirmet, quatenus ad tibi ministrandum in fratribus excitemur»: «Missale Romanum»). Frott ħaj ta’ dan il-kult hija l-perfezzjoni tax-xbiha ta’ Alla li nġorru fina, xbiha li tikkorrispondi għal dik li Kristu rrivelalna. Waqt li hekk insiru adoraturi tal-Missier «fl-ispirtu u l-verità» (Ġw 4,23), aħna nimmaturaw f’għaqda ma’ Kristu dejjem iktar sħiħa, inkunu dejjem iktar magħqudin miegħu u – jekk inhu leċitu tuża l-espressjoni - inkunu dejjem iktar solidali miegħu.

Id-duttrina tal-ewkaristija, sinjal ta’ għaqda u rabta tal-karità, mgħallma minn San Pawl (cfr. 1Cor 10,17; S.Augustini «In Evangelium Ioannis», tract. 31,13: PL 35,1613; item Concilii Trid. Sessio XIII, c. 8: «Conciliorum Oecumenicorum Decreta», Bononiae 19733, p. 697,7; «Lumen Gentium», 7), kienet wara approfondita mill-kitbiet ta’ tant qaddisin, li huma għalina eżempju ħaj tal-kult ewkaristiku. Hemm bżonn li jkollna dejjem din ir-realtà quddiem għajnejna u, fl-istess ħin, nisfurzaw b’mod kontinwu li nagħmlu iva li l-ġenerazzjoni tagħna żżid ma’ dawk l-eżempji meraviljużi tal-imgħoddi, eżempji ġodda, xejn inqas ħajjin u elokwenti, li jirriflettu l-epoka li minnha nagħmlu parti.

Ewkaristija u proxxmu

6. Is-sens awtentiku tal-ewkaristija jsir minnu nfih skola ta’ mħabba attiva lejn il-proxxmu. Nafu li tali l-ordni vera u integrali tal-imħabba li għallimna l-Mulej: «Minn dan ilkoll jagħrfu li intom dixxipli tiegħi, jekk tħobbu lil xulxin» (Ġw 13,35). L-ewkaristija tedukana għal din l-imħabba b’mod iktar profond, hija infatti turi liema valur għandu f’għajnejn Alla kull bniedem, ħuna u oħtna, la darba Kristu joffri lilu nnifsu b’mod ugwali għal kull wieħed u waħda, taħt l-ispeċi tal-ħobż u tal-imbid. Jekk il-kult ewkaristiku tagħna huwa awtentiku, irid ikabbar fina l-għarfien tad-dinjità ta’ kull bniedem. Il-koxjenza ta’ din id-dinjità ssir il-mottiv l-iktar profond tar-rapport tagħna mal-proxxmu.

Hemm bżonn ukoll li nsiru b’mod partikolari sensibbli għal kull tbatija u miżerja umana, għal kull inġustizzja u tort, waqt li nfittxu il-mod kif nirrimedjaw b;mod effikaċi. Nitgħallmu niskopru b’rispett il-verità dwar il-bniedem intern, għaliex propju dan l-intern tal-bniedem isir l-għamara ta’ Alla, preżenti fl-ewkaristija. Kristu jiġi fil-qlub u jżur il-kuxjenzi ta’ ħutna rġiel u nisa. Kif tinbidel x-xbiha ta’ kollha kemm aħna u ta’ kull wieħed u waħda, meta nagħrfu din ir-realtà, meta nirrenduha oġġett tar-riflessjonijiet tagħna! Is-sens tal-misteru ewkaristiku jimbuttana għall-imħabba lejn il-proxxmu, għall-imħabba lejn kull bniedem (Hoc enuntiant plures orationes «Missalis Romani»: Oratio super oblata Missae «Pro iis qui opera misericordiae exercuerunt»: «ut... in tui et proximi dilectione, Sanctorum tuorum exemplo, confirmemur»: «Missale Romanum»; Post communionem Missae «Pro educatoribus»: «ut... fraternitatis caritatem et lumen veritatis in corde exhibeamus et opere»: «Missale Romanum»; cfr. etiam Post communionem Missae Dominicae XXII «per annum», supra allatum in annot.22).

Ewkaristija u ħajja

7. Waqt li hija mela sors ta’ karità, l-ewkaristija minn dejjem kienet fiċ-ċentru tal-ħajja tad-dixxipli ta’ Kristu. Hija għandha l-aspett ta’ ħobż u mbid, jiġifieri ta’ ikel u ta’ xorb, u allura hekk familjari għall-bniedem, hekk marbuta b’mod strett ma’ ħajtu, bħal ma huma appuntu l-ikel u x-xorb. Il-qima ta’ Alla, li huwa mħabba, titnissel, fil-kult ewkaristiku, minn dik l-ispeċi ta’ intimità li fiha huwa nnifsu, b’mod simili għall-ħobż u għax-xorb, jimla l-esseri spiritwali tagħna, waqt li, bħal dawk, jassikuralu l-ħajja. Tali qima «ewkaristika» ta’ Alla tikkorrispondi b’mod strett, mela, mal-pjanijiet feddejja tiegħu. Huwa nnifsu, il-Missier, irid li «il-veri adoraturi» (Ġw 4,23) jadurawh propju b’dan il-mod, u Kristu jinterpreta dwar dik ir-rieda, u bi kliemu u fl-istess ħin b’dan is-sagrament, li bih jirrendilna possibbli l-adorazzjoni tal-Missier, bil-mod l-iktar konformi mar-rieda tiegħu.

Minn tali kunċett tal-kult ewkaristiku joħroġ wara l-istil kollu sagramentali tal-ħajja tan-nisrani. Infatti li jgħix ħajja bbażata fuq is-sagramenti, animata mis-saċerdozju komuni, ifisser qabel kollox, minn naħa tan-bisrani, li jixtieq li Alla jaġixxi fih biex jgħinu jilħaq fl-Ispirtu «il-maturità sħiħa ta’ Kristu» (Ef 4,13). Alla, minn naħa tirgħu. Ma jmissux biss permezz tal-ġrajjiet u bil-grazzja interna, imma jaġixxi fih, b’ċertezza maġġuri u b’qawwa, permezz tas-sagramenti. Dawn jagħtu lil ħajtu stil sagramentali.

Madankollu, fost is-saġramenti kollha, hija l-ewkaristija mqaddsa li twassal għall-milja l-formazzjoni tiegħu ta’ nisrani u li tiffavorixxi għall-eżerċizzju tas-saċerdozju komuni din il-forma sagramentali u ekkleżjali li tgħaqqdu – bħal ma aċċennajna qabel (cfr. Concilii Trid. Sessio XXII, can.2: «Conciliorum Oecumenicorum Decreta», Bononiae 19733, p. 735) – ma’ dak tas-saċerdozju ministerjali. B’dan il-mod il-kult ewkaristiku huwa ċentru u skop tal-ħajja kollha sagramentali (cfr. «Ad Gentes», 9 et 13; «Presbyterorum Ordinis», 5). Jirbumbjaw kontinwament fih, bħal eku profond, is-sagramenti tal-formazzjoni nisranija, magħmudija u griżma tal-Isqof. Fejn qatt hija espressa aħjar l-verità li mhux biss aħna «msejħin ulied Alla», imma «aħna hekk b’mod reali» (1Ġw 3,1), bis-saħħa tas-sagrament tal-magħmudija, jekk mhux appuntu fil-fatt li fl-ewkaristija nsiru parteċipi tal-ġisem u tad-demm tal-uniġenitu Bin Alla? U liema ħaġa tħejjijna maġġorment biex «inkunu tassew xhieda ta’ Kristu» («Lumen Gentium», 11), quddiem id-dinja, bħal ma jirriżulta mis-sagrament tal-griżma tal-Isqof, jekk mhux il-komunjoni ewkaristika, li fiha Kristu jagħti xhieda lilna u aħna lilu?

Huwa mpossibbli li wieħed janalizza hawn b’mod iktar privileġġjat l-irbit li jeżisti bejn l-ewkaristija u s-sagramenti l-oħra, b’mod partikolari mas-sagrament tal-ħajja familjari u s-sagrament tal-griżma tal-morda. Dwar ir-rabta stretta bejn is-sagrament tal-penitenza u dak tal-ewkaristija, diġa ġbidt l-attenzjoni fl-Enċiklika «Redemptor Hominis» (cfr. Ioannis Pauli PP. II «Redemptor Hominis», 20). Mhijiex biss il-penitenza li twassal għall-ewkaristija, imma hija wkoll l-ewkaristija li twassal għall-penitenza. Infatti meta nifhmu sewwa ta’ min huwa dak li nirċievu fit-tqarbin, jitnissel fina kważi b’mod spontanju sens ta’ indenjità, flimkien man-niket għad-dnubiet tagħna u mal-bżonn intern ta’ purifikazzjoni.

Irridu iżda li dejjem ngħassu, sabiex din il-laqgħa kbira ma’ Kristu fl-ewkaristija ma ssirx għalina fatt konswetudjinarju u li ma nirċevuhx b’mod mhux xieraq, jiġifieri fi stat tad-dnub mejjet. Il-prattika tal-virtù tal-penitenza u s-sagrament tal-penitenza huma ndispensabbli sabiex insostnu fina u napprofondixxu kontinwament dak l-ispirtu ta’ qima, li l-bniedem għandu jagħti lil Alla nnifsu u lil imħabbtu irrivelata b’mod hekk tal-għaġeb.

Dan il-kliem irid jippreżenta xi riflessjonijiet ġenerali dwar il-kult tal-misteru ewkaristiku, li jistà jkun żviluppat b’mod iktar fit-tul u b’mod iktar wiesà.  Jistà, b’mod partikolari, jorbot dak li ntqal dwar l-effetti tal-ewkaristija dwar l-imħabba għall-bniedem u dak li issa ġbarna dwar l-impenji li ġibdu fuqħom il-bniedem u l-Knisja fil-komunjoni ewkaristika, u konsegwentement niddeskrivu x-xbiha ta’ dik l- «art ġdida» (2Pt 3,13) li titnissel mill-ewkaristija permezz ta’ kull «bniedem ġdid» (Kol 3,10). Effettivament f’dan is-sagrament tal-ħobż u tal-imbid, tal-ikel u tax-xorb, dak kollu li hu uman iġarrab trasformazzjoni singolari u elevazzjoni. Il-kult ewkaristiku mhux tant kult tat-traxxendenza inaċessibbli, daqs kemm kult tal-komformità divina, u huwa wkoll trasformazzjoni ħanina u feddejja tad-dinja fil-qalb tal-bniedem.

Waqt li nfakkru dan kollu fil-qosor biss, nixtieq, minkejja l-qosor, noħloq kuntest iktar wiesà għall-kustjonijiet li rrid nitratta wara: dawn huma marbutin b’mod strett maċ-ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju mqaddes. Infatti f’din iċ-ċelebrazzjoni wieħed jesprimi b’mod iktar dirett il-kult tal-ewkaristija. Dan jitfà mill-qalb bħal omaġġ l-iktar prezzjuż ispirat mill-fidi, mit-tama u mill-karità, imsawba fina fil-magħmudija. U propju dwar dan lilkom, meqjuma u għeżież ħuti fl-episkopat, u, magħkom, lis-saċerdoti u lid-djakni, nixtieq nikteb b’mod speċjali f’din l-ittra, li lilha s-Sagra Kongregazzjoni għas-sagramenti u l-kult divin se jagħmlu wara ndikazzjonijiet partikolareġġjati.

SAGRALITA' TAL-EWKARISTIJA U SAGRIFICCJU

Sagralità

8. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, nibdew miċ-Ċenaklu u minn Ħamis ix-Xirka, għandha storja twila tagħha, twila daqs l-istorja tal-Knisja. Tul il-kors ta’ din l-istorja l-elementi sekondarji ġarrbu certu tibdil, madankollu baqgħet bla ma nbidlet l-essenza tal- «mysterium», imwaqqaf mir-Redentur tad-dinja, waqt l-Aħħar Ċena. Ukoll il-Konċilju Vatikan II għamel xi modifikazzjonijiet, li warajhom il-liturġija attwali tal-quddies tiddifferenzja ruħha, b’xi mod, minn dik magħrufa qabel il-Konċilju. Dwar dawn id-differenzi m’aħniex feħsiebna nitkellmu: għalissa biżżejjed nieqfu fuq dak li hu essenzjali u immutabbli fil-liturġija ewkaristika.

B’dan l-element huwa marbut b’mod strett il-karattru tas-«sacrum» tal-ewkaristija, jiġifieri ta’ azzjoni qaddisa u sagra. Qaddisa u sagra, għaliex fiha huwa kontinwament preżenti u jaġixxi Kristu, «il-Qaddis» ta’ Alla (Lq 1,35; Ġw 6,69; At 3,14; Ap 3,7), «il-midluk mill-Ispirtu Santu» (At 10,38; Lq 4,18), «l-ikkonsagrat mill-Missier» (Ġw 10, 36), biex jagħti b’mod liberu u jerġà jieħu ħajtu (cfr. Ġw 10,17), «is-sommu saċerdot tal-patt il-ġdid» (Lh 3,1; 4,15; ecc...). Huwa nfatti hu, li irrapreżentat mis-saċerdot, jagħmel id-dħul tiegħu fis-santwarju u jħabbar il-Vanġelu tiegħu. Huwa hu «l-offerenti u l-offrut, il-konsagratur u l-ikkonsagrat» (Ut Byzantina liturgia saeculi IX predicabat secundum omnium vetustissimum codicem, olim «Barberino di san Marco» appellatum (Florentiae, nunc in Bibliotheca Apostolica Vaticana asservatum, «Barberini greco» 336, f.8 vers., lin. 17-20, vulgatum in hac parte a F.E.Brightman, «Liturgies Eastern and Western», I. «Eastern Liturgies», Oxford 1896, p. 318,34-35). Azzjoni qaddisa u sagra, għaliex hija stabbilita mill-ispeċi sagri, tas-«sancta sanctis» - jiġifieri ħwejjeġ qaddisa, Kristu l-Qaddis, mogħtija lill-qaddisin – bħal ma jkantaw il-liturġiji kollha tal-Lvant fil-waqt li jiġi mgħolli l-ħobż ewkaristiku biex jistieden lill-fidili għaċ-ċena tal-Mulej.

Is-«sacrum» tal-quddiesa mhuwiex mela «sagralizzazzjoni», jiġifieri żieda tal-bniedem għall-azzjoni ta’ Kristu fiċ-ċenaklu, ġaladarba iċ-ċena ta’ Ħamis ix-Xirka kienet rit sagru, liturġija primarja u kostitutiva, li biha Kristu, waqt li mpenja ruħu li jagħti ħajtu għalina, iċċelebra b’mod sagramentali, huwa nnifsu, il-misteru tal-passjoni u l-qawmien mill-imwiet tiegħu, il-qalb ta’ kull quddiesa. Jiġifieri żieda tal-bniedem mal-azzjoni ta’ Kristu fiċ-ċenaklu, ladarba ċ-ċena ta’ Ħamis ix-Xirka kienet rit sagru, liturġija primarja u kostituttiva, li biha Kristu, waqt li mpenja ruħu li jagħti ħajtu għalina, iċċelebra sagramentalment, huwa stess, il-misteru tal-passjoni u l-qawmien mill-imwiet tiegħu, il-qalb ta’ kull quddiesa. Waqt li jirriżultaw minn din il-liturġija, il-quddies tagħna jilbes minnu nfih forma liturġika sħiħa, li, għalkemm iddiversifikata skont il-familji ritwali, tibqà b’mod sustanzjali identika. Is-«sacrum» tal-quddiesa huwa sagralità mwaqqfa minnu. Il-kliem u l-azzjoni ta’ kull saċerdot, li għaliha tikkorrispondi l-parteċipazzjoni koxjenti u attiva tal-miġemgħa ewkaristika kollha, jagħmlu eku ta’ dawk ta’ Ħamis ix-Xirka.

Is-saċerdot joffri s-sagrifiċċju mqaddes «in persona Christi», li jfisser ferm iktar milli «f’isem», jew inkella «minflok» Kristu. «In persona»: jiġifieri fl-identifikazzjoni sagramentali partikulari mas-«sommu u etern saċerdot» («Collecta Missae Votivae de Ss.Eucharistia, B»: «Missale Romanum»), li huwa l-awtur u s-suġġett ewlieni ta’ dan is-sagrifiċċju tiegħu propju, li fih fis-sewwa ma jistà jkun sostitwit minn ħadd. Huwa biss – Kristu biss – setà u dejjem jistà jkun tassew u effettiv «propitiatio pro peccatis nostris... sed etiam totius mundi» (1Ġw 2,2; cfr. 1Gv 4,10). Is-sagrifiċċju tiegħu biss – u ebda ieħor – ma setà u jistà «vim propitiatoriam» quddiem Alla, it-Trinità, il-qdusija traxxendenti tiegħu. L-għarfien ta’ din ir-realtà jitfà ċertu dawl fuq il-karattru u fuq is-sinifikat tas-saċerdot-ċelebranti li, waqt li jwettaq is-sagrifiċċju mqaddes u waqt li jaġixxi «in persona Christi», jiġi, b’mod sagramentali u fl-istess ħin ineffabbli, introdott u inserit f’dak is-«sacrum» strettissmu, li fih hu minn naħa tiegħu jassoċċja b’mod spiritwali l-parteċipanti kollha għall-miġemgħa ewkaristika.

Dak is-«sacrum» attwat f’forom liturġiċi differenti, jistà jkun nieqes minn xi element sekondarju, imma bl-ebda mod ma jistà jkun nieqes mis-sagralità u s-sagramentalità essenzjali tiegħu, ladarba dawn Kristu riedhom u l-Knisja ttrażmettiethom u kkontrollathom.  Dak is-«sacrum» lanqas ma jistà jkun strumentalizzat għal skopijiet oħra. Il-misteru ewkaristiku, mifrud minn natura sagrifikali u sagramentali tiegħu, sempliċement ma jibqax ikun tali.  Dan ma jammetti ebda imitazzjoni «profana» li ssir b’mod ferm faċli (jekk mhux ukoll bħala regola) profanazzjoni. Hemm bżonn niftakru dejjem, u forsi b’mod speċjali fi żmienna, li fih nosservaw tendenza li tħassar id-distinzjoni bejn «sacrum» u «profanum», minħabba t-tendenza ġenerali mifruxa (talinqas f’ċerti postijiet) għad-dissagrazzjoni ta’ kwalunkwè ħaġa.

F’tali realtà il-Knisja għandha d-dmir partikolari li tassikura u ssaħħaħ is-«sacrum» tal-ewkaristija. Fis-soċjetà pluralistika tagħna, u spiss ukoll sekolarizzata deliberatament, il-fidi ħajja tal-komunità nisranija – fidi koxjenti wkoll tad-drittijiet propji fir-rigward ta’ dawk kollha li ma jħaddnux l-istess fidi – tiggarantixxi lil dan is-«sacrum» id-diritt ta’ ċittadinanza. Id-dmir li tirrispetta l-fidi ta’ kull wieħed hu, fl-istess ħin, korrelattiv għad-dritt naturali u ċivili tal-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon.

Is-sagralità tal-ewkaristija sabet u dejjem issib espressjoni fit-terminoloġija tejoloġika u liturgika (Dicimus enim «divinum Mysterium», «Sanctissimum» vel «Sacrosanctum», id est excellentissimum modum «Sacri» et «Sancti» proferimus. Orientales contra Ecclesiae nuncupant Missam «raza» sive «mystérion», «hagiasmós», «quddasa». «qedasse», scilicet praestantissimam formam «consecrationis». Ritusinsuper liturgiciaccedunt qui ad sacri excitandum sensum postulant ut sileatur, sttur, genua flectantur, ut fidei professio paragtur, ut incenso suffiantur Evangelium, ara, celebrans et ipsae Species sacrae. Immo vero ritus illi in adiutorium arcessunt angelos ad serviendum Deo Sancto creatos: in Ecclesiis nostris Latinis acclamatione «Sanctus», atque in Liturgiis Orientis acclamatione «Trisagion» et «Sancta sanctis»). Dan is-sens tas-sagralità oġġettiva tal-misteru ewkaristiku huwa talment kostituttiv mill-fidi tal-Poplu ta’ Alla, li hi għaniet u saħħet ruħha (Verbi causa in ipsa invitatione ad communionem hac fide in lumine ponuntur additicii aspectus praesentiae Christi Sancti: aspectus epiphaniae expressus a Byzantinis «Benedicts qui venit in nomine Domini: Dominus est Deus et apparuit nobis!»: «La divina Liturgia del santo nostro Padre Giovanni Crisostomo», Roma-Grottaferrata 1967, pp. 136ss); aspectus societatis et unitatis, decantatus ab Armenis («Unus Pater sanctus nobiscum, unus Filius sanctus nobiscum, unus Spiritus sanctus nobiscum»: «Die Anaphora des Heiligen Ignatius von Antiochien», übersetzt von A.Rücker, «Oriens Christianus», 3 ser., 5 [1930], p. 76); aspectus abditus et caelestis paredicatus a Chaldaeis ac Malabarensibus (cfr. «Hymnus antiphonarius», post communionem cantatus a sacerdote et fidelibus: F.E.Brightman, «Liturgies Eastern and Western», Oxford 1896, p. 299). Il-ministri tal-ewkaristija jridu, għalhekk, speċjalment fi żmienna, jkunu mdawla mill-milja ta’ din il-fidi ħajja, u fid-dawl tagħha jridu jifhmu u jwettqu dak kollu li jagħmel parti mill-misteru saċerdotali, skont ix-xewqa ta’ Kristu u tal-Knisja tiegħu.

Sagrifiċċju

9. L-ewkaristija hija qabel kollox sagrifiċċju, sagrifiċċju tal-fidwa u, fl-istess ħin, sagrifiċċju tal-patt il-ġdid (cfr. «Sacrosanctum Concilium», 2 et 47; «Lumen Gentium», 3 et 28; «Unitatis Redintegratio», 2; «Presbyterorum Ordinis», 13; Concilii Triden. Sessio XXII, capp. I et II: «Conciliorum Oecumenicorum Decreta», Bononiae 19733, pp. 732ss, praesertim: «una aedemque est hostia, idem nunc offerens sacerdotum ministerio, qui se ipsum tunc in cruce obtulit, sola offerendi ratione diversa» Concilii Triden. Sessio XXII, capp. I et II: «Conciliorum Oecumenicorum Decreta», Bononiae 19733, p. 733), bħal ma nemmnu u bħal ma b’mod ċar jipprofessaw il-Knejjes tal-lvant: «Is-sagrifiċċju preżenti – iddikjarat sekli ilu, il-Knisja Griega – huwa bħal dak li darba offra ll-Verb uniġenitu nkarnat, jiġi minnu (illum bħal dak iż-żmien) offrut, waqt li hu s-sagrifiċċju identiku u uniku» (Synodi Costantinopolitanae «Adversus Sotericum» (mensibus Ianuario 1156 et Maio 1157): Angelo Mai «Spicilegium romanum», t. X, Romae 1844, p. 77: PG 140,190; cfr. Martin Jugie «Dict. Théol. Cath.», t. X, 1338; «Theologia dogmatica christianorum orientalium», Paris 1930, pp. 317-320). Għalhekk, u propju b’li jirrendu preżenti dan l-uniku sagrifiċċju tal-fidwa tagħna, il-bniedem u d-dinja jiġu mreġġà lura lil Alla permezz tan-novità paskwali tal-fidwa. Din ir-restituzzjoni ma tistax tiġi nieqsa: hija s-sies tal-«patt il-ġdid u etern» ta’ Alla mal-bniedem u tal-bniedem ma’ Alla. Jekk dan jiġi nieqes ikollna niċċalinġjaw kemm l-eċċellenza tas-sagrifiċċju tal-fidwa, li kien ukoll perfett u definittiv, kif ukoll il-valur sagrifikali tal-quddiesa mqaddsa. Għalhekk l-ewkaristija, billi hija l-veru sagrifiċċju, topera din ir-restituzszjoni lil Alla.

Joħroġ bħala riżultat li ċ-ċelebrant huwa, bħala l-ministru ta’ dak is-sagrifiċċju, l-awtentiku saċerdot, operanti – bis-saħħa tal-poter speċifiku tas-sagra ordinazzjoni – l-att sagrifikali li jreġġà lura l-esseri lil Alla. Iżda dawk kollha li jieħdu sehem fl-ewkaristija, mingħajr ma jissagrifikaw bħalu, joffru miegħu, bis-saħħa tas-saċerdozju komuni, is-sagrifiċċji spiritwali propji, irrapreżentati mill-ħobż u mill-imbid, sa mill-waqt tal-preżentazzjoni tagħhom lill-altar. Dan l-att liturġiku, infatti, issollennizzat minn kważi l-liturġiji kollha, «għandu l-valur u s-sinifikat spiritwali tiegħu» («Institutio Generalis Missalis Romani», 49; «Missale Romanum»; cfr. «Presbyterorum Ordinis», 5). Il-ħobż u l-imbid isiru, f’ċertu sens, simbolu ta’ dak kollu li l-miġemgħa ewkaristika ġġib, minn jeddha, bħala offerta lil Alla, u toffri fl-ispirtu.

Huwa mportanti li dan l-ewwel waqt tal-liturġija ewkaristika, fis-sens strett, isib l-espressjoni tiegħu fl-imġieba tal-parteċipanti. Ma’ dan tikkorrispondi l-hekk imsejħa proċessjoni bir-rigali, ipproġettata mir-riforma liturġika riċenti («Ordo Missae cum populo», 18: «Missale Romanum») u akkumpanjata, skont it-tradizzjoni antika, minn salm jew innu. Huwa meħtieġ ċertu spazju ta’ ħin, sabiex kulħadd ikun jistà jagħraf dak l-att, espress fl-istess ħin tal-kliem taċ-ċelebrant.

L-għarfien tal-att tal-preżentazzjoni tal-offerti għandu jkun miżmum tul il-quddiesa kollha. Anzi għandu jilħaq il-milja tiegħu fil-waqt tal-konsagrazzjoni u tal-oblazzjoni anamnetika (bla tixrid ta’ demm), bħal ma jesiġi l-valur fondamentali tal-waqt tas-sagrifiċċju. Biex juri dan iservi l-kliem tat-talba ewkaristika li s-saċerdot jippronunzja b’leħen għoli. Jidher utli li nerġgħu hawn naqbdu xi espressjonijiet tat-tielet talba ewkaristika, li juru b’mod partikolari l-karattru sagrifikali tal-ewkaristija u jgħaqqdu l-offerta tal-persuni tagħna ma’ dik ta’ Kristu:  «Ħares b’imħabba u għaraf fl-offerta tal-Knisja tiegħek il-vittma ssagrifikata għall-fidwa tagħna; u lilna, li nitrejqu bil-ġisem u d-demm ta’ Ibnek, agħtina l-milja tal-Ispirtu Santu, sabiex fi Kristu nsiru ġisem wieħed u ruħ waħda. Huwa jagħmel minna sagrifiċċju perpetwu li jogħġob lilek».

Dan il-valur sagrifikali jiġi espress diġa f’kull ċelebrazzjoni mill-kliem li bih is-saċerdot jikkonkludi l-preżentazzjoni tar-rigali meta jitlob lill-fidili biex «is-sagrifiċċju tiegħi u tagħkom ikun jogħġob lil Alla Missier Omnipotenti». Tali kliem għandu valur impenjattiv minħabba li jesprimi l-karattru tal-liturġija ewkaristika kollha u l-milja tal-kontenut tiegħu kemm divin kif ukoll ekkleżjali.

Dawk kollha li jieħdu sehem b’fidi fl-ewkaristija jindunaw li din hija «sacrificium», jiġifieri «offerta kkonsagrata». Infatti il-ħobż u l-imbid, preżenti fuq l-altar u akkumpanjati mid-devozzjoni u mis-sagrifiċċji spiritwali tal-parteċipanti, jiġu finalment ikkonsagrati, iva li jsiru verament, realment u sustanzjalment il-ġisem mogħti u d-demm imxerred ta’ Kristu nnifsu. Hekk, bis-saħħa tal-konsagrazzjoni, l-ispeċi tal-ħobż u tal-imbid, jirrapreżentaw (cfr. Concilii Trid. Sessio XXII, cap. 1: «Conciliorum Oecumenicorum Decreta», Bononiae 19733, pp. 732ss), b’mod sagramentali u bla ebda tixrid ta’ demm, is-sagrifiċċju mdemmi propizjatorju offrut minnu fuq is-salib lill-Missier għas-salvazzjoni tad-dinja. Huwa biss, infatti, waqt li rregala lilu nnifsu bħala vittma propizjatriċi f’att ta’ suprema dedikazzjoni u sagrifiċċju, irrikonċilja l-umanità mal-Missier, unikament permezz tas-sagrifiċċju tiegħu, «waqt li ħassar id-dokument miktub tad-dejn tagħna» (Kol 2,14).

Għal tali sagrifiċċju sagramentali, mela, l-offerti tal-ħobż u tal-imbid, magħqudin mad-devozzjoni tal-fidili, jwasslu kontribut insostitwibbli tagħhom, ladarba, bil-konsagrazzjoni tas-saċerdopt, isiru l-ispeċi sagri. Dan isir evidenti fl-imġieba tas-saċerdot waqt it-talba ewkaristika, speċjalment waqt il-konsagrazzjoni u mbagħad meta ċ-ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju mqaddes u s-sehem fih ikunu akkumpanjati bl-għarfien li «l-imgħallem huwa hawn u qed isejjaħlek» (Ġw 11,28). Din is-sejħa tal-Mulej, indirizzata lilna permezz tas-sagrifiċċju tiegħu, tiftaħ il-qlub, sabiex – ippurifikati fil-misteru tal-fidwa tagħna – jingħaqdu miegħu fil-komunjoni ewkaristika, li tagħti lis-sehem fil-quddiesa valur matur, mimli, impenjattiv tal-eżistenza umana: «Il-Knisja tixtieq li l-fidili mhux biss joffru l-vittma bla tebgħa, imma li jagħrfu joffru wkoll lilhom infushom u hekk jipperfezzjonaw kuljum iktar permezz ta’ Kristu medjatur, il-għaqda tagħhom ma’ Alla u mal-aħwa, sabiex fl-aħħar Alla jkun kollox f’kulħadd » («Institutio Generalis Messalis Romani», 55f: «Missale Romanum»).

Huwa għalhekk meħtieġ u konvenjenti li wieħed ikompli jimplimenta edukazzjoni ġdida, intensa biex jiskopri r-rikkezzi kollha li l-liturġija l-ġdida tiġbor fiha. Infatti t-tiġdid liturġiku li seħħ wara l-Konċilju Vatikan II ta lis-sagrifiċċju ewkaristiku viżibiltà, biex ngħidu hekk, magguri. Fost l-oħrajn, jikkontribwixxi l-kliem tat-talba ewkaristika rreċitata miċ-ċelebrant b’leħen għoli u, b’mod partikolari, il-kliem tal-konsagrazzjoni bl-akklamazzjoni tal-miġemgħa minnufih wara l-elevazzjoni.

Jekk dan kollu għandu jimliena bil-ferħ, irridu wkoll niftakru li dan it-tibdil jesiġi koxjenza ġdida u maturità spiritwali, kemm minn naħa taċ-ċelebrant – b’mod speċjali llum li jiċċelebra («jiffaċċja l-poplu» - kif ukoll minn naħa tal-fidili. Il-kult ewkaristiku jimmatura u jikber meta l-kliem tat-talba ewkaristika, u b’mod speċjali dak tal-konsagrazzjoni, ikunu ppronunzjati b’umiltà u sempliċità kbira, b’mod li jiftiehem, korrispondenti għall-qdusija tiegħu, sabiħ u denn; meta dan l-att essenzjali tal-liturġija ewkaristika jitwettaq mingħajr għaġġla; meta jimpenjana għal tali ġabra u għal tali devozzjoni, li l-parteċipanti jintebħu bil-kobor tal-misteru li jitwettaq u dan juruh bl-imġieba tagħhom.

IŻ-ŻEWĠ IMWEJJED TAL-MULEJ U L-ĠID KOMUNI TAL-KNISJA

 Il-mejda tal-kelma ta’ Alla

10. Nafu tajjeb li ċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija kienet magħquda, sa miż-żminijiet antiki, mhux biss mat-talb, imma wkoll mal-qari tal-Iskrittura Mqaddsa, u mal-kant tal-miġemgħa kollha. Grazzi għal dan kien possibbli, għal bosta żmien, li wieħed jirreferi għall-quddiesa l-paragun magħmul mis-Santi Padri taż-żewġ imwejjed, li fuqhom il-Knisja tħejji għal uliedha l-kelma ta’ Alla u l-ewkaristija, jiġifieri l-ħobż tal-Mulej. Irridu mela nerġgħu lura għall-ewwel parti tas-sagru misteru li, spiss ħafna, fil-preżent jiġi msejjaħ il-liturġija tal-kelma, u niddedikawlha daqsxejn waħda attenzjoni.

Il-qari tas-siltiet tal-Iskrittura Mqaddsa, magħżula għal kull jum, kienet sottomessa mill-Konċilju għal kriterji u għal esiġenzi ġodda (cfr. «Sacrosanctum Concilium», 35,1 et 51). Wara tali normi konċiljari saret ġabra ġdida ta’ qari, li fihom ġie applikat, sa ċertu punt, il-prinċipju tal-kontinwità tat-testi, u wkoll il-prinċipju li jirrendi aċċessibbli il-ġabra tal-kotba mqaddsa. L-introduzzjoni tas-salmi bir-responsorji fil-liturġija jirrendi familjari għall-parteċipanti l-iktar riżorsa sabiħa tat-talb u tal-poeżija tat-Testment il-Qadim. Il-fatt, imbagħad, li t-testi relattivi jkunu moqrija u kantati fil-lingwa propja, jagħmel iva li kulħadd jistà jieħu sehem b’iktar fehim sħiħ.

Ma jonqsux madankollu dawk ukoll li, edukati fil-bażi tal-liturġija antika bil-Latin, iħossu n-nuqqas ta’ din il-«lingwa waħda», li fid-dinja kollha kienet ukoll espressjoni tal-għaqda tal-Knisja, u, permezz tal-karattru tagħha dinjituż, qanqlet sens profond tal-misteru ewkaristiku. Hemm bżonn mela li nuru mhux biss fehim, imma wkoll rispett lejn dawn is-sentimenti u xewqat, u sa fejn hu possibbli, nakkomodawhom, bħal ma, wara kollox, huwa previst fid-dispożizzjonijiet il-ġodda (cfr. Sacrae Rituum Congregationis «In edicendis normis», VI, 17-18; VII, 19-20: AAS 57 [1965] 1012ss; «Musicam Sacram», IV, 48: AAS 59 [1967] 314; «De titulo Basilicae Minoris», II, 8: AAS 60 [1968] 538; Sacrae Congregationis Pro Cultu Divino «De Missali Romano, Liturgia Horarum et Calendario», I, 4: AAS 63 [1971] 714). Il-Knisja Rumana għandha obbligi partikolari lejn il-Latin, il-lingwa brillanti ta’ Ruma antika, u hemm bżon li turihom kull darba li tippreżenta ruħha l-okkażjoni.

Il-possibiltajiet introdotti mit-tiġdid postkonċiljari jigu spiss utilizzati b’mod li jirrenduna xhieda u parteċipi taċ-ċelebrazzjoni awtentika tal-kelma ta’ Alla. Jiżdied ukoll in-numru tal-persuni li jieħdu parti f’din iċ-ċelebrazzjoni. Jinbtu gruppi ta’ letturi u kanturi, iktar spiss ukoll «scholae cantorum», maskili e femminili, li b’żelu kbir jiddedikaw ruħhom għal tali aspett. Il-kelma ta’ Alla, l-Iskrittura Mqaddsa, tibda tħabbat b’ħajja ġdida f’bosta komunitajiet insara. Il-fidili, miġbura għal-liturġija, iħejju ruħhom bil-kant għas-smigħ tal-Vanġelu, li jiġi mħabbar bid-devozzjoni u bl-imħabba li jixirqulu.

Waqt li ninnutaw dan kollu bi stima kbira u gratitudni, ma nistgħux, madankollu, ninsew li tiġdid sħiħ jimponi dejjem iktar esiġenzi. Dawn jikkonsistu f’responsabiltà ġdida lejn il-kelma ta’ Alla trażmessa permezz tal-liturġija, f’lingwi differenti, u dan bla dubju jikkorrispondi mal-karattru universali u mal-għanijiet tal-Vanġelu. L-istess responsabiltà tirrigwarda wkoll l-esekuzzjoni tal-azzjonijiet liturġiċi relattivi, il-qari jew il-kant, li jridu wkoll jirrispondu għall-prinċipji tal-arti. Biex wieħed jippreserva dawn l-azzjonijiet minn kull xorta ta’ artifiċjożità, jinħtieġ li jesprimi fihom ħila, sempliċità u fl-istess ħin dinjità tali, li jġiegħel jiddi, sa mill-mod stess tal-qari jew tal-kant, il-karattru speċifiku tat-test sagru.

Għalhekk, dawn l-esiġenzi, li jinbtu mir-responsabiltà ġdida lejn il-kelma ta’ Alla fil-liturġija (cfr. Pauli VI «Missale Romanum»: «Hisce ita compositis, illud etiam vehementer fore confidimus, ut sacerdotes et fideles simul sanctius animum suum ad Cenam Domini praeparent, simul, sacras Scripturas altius meditati, verbis Domini uberius in dies alantur»: AAS 61 [1969] 220ss), jaslu saħansitra iktar fil-profond u jmissu d-dispożizzjoni nterna li bihom l-ministri tal-kelma jwettqu l-funzjoni tagħhom fil-miġemgħa liturġika (cfr. «Pontificale Romanum», «De Institutione Lectorum et Accolythorum», 4). L-istess responsabiltà tirrigwarda fl-aħħarnett l-għażla tat-testi. Tali għażla kienet diġa saret mill-awtorità ekkleżjastika kompetenti, li kienet ippjanat ukoll il-każijiet li fihom jistgħu jintgħażlu s-siltiet addattati għal sitwazzjoni partikolari (cfr. «Institutio Generalis Missalis Romani», 319-320: «Missale Romanum»). Barra minn hekk, hemm bżonn dejjem niftakru li fil-kwadru tat-testi tal-qari tistà tidħol biss il-kelma ta’ Alla. Il-qari tal-Iskrittura ma jistax ikun sostitwit mill-qari ta’ testi oħra, ukoll jekk ikunu jippossiedu valuri reliġjużi u morali indisputabbli. Tali testi jistgħu iżda jkunu utilizzati, bi profitt kbir, fl-omeliji. Effettivament, l-omelija hija massimament idonja għall-utilizzazzjoni ta’ dawn it-testi, basta li jirrispondu għall-kondizzjonijiet ta’ kontenut mitluba, la darba huwa fin-natura tal-omelija, fost oħrajn, li turi il-konverġenzi bejn l-għerf divin rivelat u l-ħsieb nobbli uman, li  permezz ta’ triqat differenti jfittex il-verità.

Il-mejda tal-ħobż tal-Mulej

11. It-tieni mejda tal-misteru ewkaristiku, jiġifieri l-mejda tal-ħobż tal-Mulej, tesiġi wkoll hi riflessjoni apposta mill-punt di vista tat-tiġdid liturġiku tallum. Din hija problema tal-ikbar importanza, billi għandha x’taqsam ma’ att partikolari ta’ fidi ħajja, anzi, bħal ma tixhed sa minn l-ewwel sekli (cfr. Fr. J. Dölger «Das Segnen der Sinne mit der Eucharistie. Eine altchristliche Kommunionsitte: Antike und Christentum, t. 3 [1932] 231-244; «Das Kultvergehen der Donatistin Lucilla von Karthago. Reliquienkuss vor dem Kuss der Eucharistie», t. 3 [1932] 245-252), manifestazzjoni ta’ kult lil Kristu li fil-komunjoni ewkaristika jafda lilu nnifsu lil kull wieħed minna, lil qalbna, lill-kuxjenza tagħna, lil xuftejna u lil fommna, f’forma ta’ ikel. U għalhekk, fir-rigward ta’ din il-problema, hija meħtieġa b’mod partikolari l-viġilanza li dwarha jitkellem il-Vanġelu, kemm minn naħa tar-rgħajja responsabbli mill-kult ewkaristiku, kif ukoll minn naħa tal-Poplu ta’ Alla, li s-«sens tal fidi» tiegħu (cfr. «Lumen Gentium», 12. 35) għandu jkun propju hawn imwissi u ħerqan.

Għalhekk nixtieq nafda wkoll din il-problema lill-qalb ta’ kull wieħed minnkom, meqjuma u għeżież ħuti fl-episkopat. Intom għandkom iddaħħluh b’mod speċjali fl-ansjetà tagħkom għall-Knejjes kollha afdati f’idejkom. Nitlobkom dan f’isem dik l-għaqda li rċivena b’wirt mill-appostli: l-għaqda kolleġġjali. Din l-għaqda twieldet f’ċertu sens, mill-mejda tal-ħobż tal-Mulej, nhar Ħamis ix-Xirka. Bl-għajnuna ta’ ħutkom fis-saċerdozju għamlu dak kollu li għandkom il-ħila tagħmlu, biex tiggarantixxu d-dinjità sagrali tal-ministeru ewkaristiku u dak l-ispirtu profond tal-komunjoni ewkaristika, li huwa ġid  speċifiku tal-Knisja bħala Poplu ta’ Alla, u fl-istess ħin l-wirt partikolari mgħoddi lilna mill-appostli, minn tradizzjonijiet liturġiċi differenti u minn tant ġenerazzjonijiet ta’ fidili, spiss xhieda erojċi ta’ Kristu edukati fl-«iskola tas-salib» (redenzjoni) u tal-ewkaristija.

Hemm bżonn  mela niftakru li l-ewkaristija, bħala mejda ta’ ħobż il-Mulej, hija stedina kontinwa, bħal ma jirriżulta mill-aċċenn liturġiku taċ-ċelebrant fil-waqt tal- «ecce Agnus Dei! Beati qui ad cenam Agni vocati sunt» (Ġw 1,29; Ap 19,9) u mill-parabbola magħrufa tal-Vanġelu dwar il-mistednin għall-festa tat-tieġ (cfr. Lq 14,16ss). Niftakru li f’din il-parabbola hemm ħafna li jiskużaw ruħhom milli jilqgħu l-istedina minħabba l-mottiv ta’ ċirkustanzi differenti.

Bla ebda dubju, ukoll fil-komunitajiet kattolċi tagħna ma jonqsux dawk li jistgħu jieħdu sehem fil-komunjoni ewkaristika u ma jiħdux sehem, minkejja li ma jkollhomx fil-kuxjenza tagħhom impediment ta’ dnub gravi. Tali atteġġjament, li f’xi wħud huwa marbut ma’ severità esaġerata, imbidel, biex ngħidu s-sew, fis-seklu tagħna, ukoll jekk ‘l hawn u ‘l hinn għadek tismà bih. Fis-sewwa, iktar spiss fis-sens ta’ indenjità, wieħed jiltaqà ma’ ċertu nuqqas ta’ disponibiltà nterna – jekk wieħed jistà jesprimiha b’dan il-mod – nuqqas ta’ «ġuħ» u ta’ «għatx» ewkaristiku, li warajh jinħeba wkoll in-nuqqas ta’ sensibiltà adegwata u fehim tan-natura tas-sagrament kbir tal-imħabba.

Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, qegħdin nassistu wkoll għal fenomenu ieħor. Xi drabi, anzi f’każijiet iktar numerużi, il-parteċipanti kollha għall-miġemgħa ewkaristika jersqu għat-tqarbin, imma kultant, bħal ma jikkonformaw ruħhom rgħajja esperti, ma jkunx hemm il-preokkupazzjoni doveruża ta’ rsiq għas-sagrament tal-penitenza biex jippurifikaw il-kuxjenza tagħhom. Dan jistà naturalment ifisser li dawk li jersqu għall-mejda tal-Mulej ma jsibu xejn, fil-kuxjenza tagħhom u skont il-liġi oġġettiva ta’ Alla, li jimpedilhom dak l-att sublimi u ferrieħ tal-għaqda tagħhom sagramentali ma’ Kristu. Imma hawn tistà wkoll tinħeba, talinqas kultant, konvinzjoni oħra: u jiġifieri li jikkunsidraw il-quddiesa bħala festin (cfr. «Institutio Generalis Missalis Romani», 7-8: «Missale Romanum»), li tieħu sehem fih waqt li tirċievi l-ġisem ta’ Kristu, biex timmanifesta b’mod speċjali l-komunjoni fraterna. Ma’ dawn il-mottivi jistgħu jiżdiedu b’mod faċli ċerta konsiderazzjoni umana u sempliċi «konformiżmu».

Dan il-fenomenu jesiġi, minn naħa tagħna, attenzjoni viġili u analiżi tejoloġika u pastorali, immexxija mis-sens ta’ responsabiltà massima. Ma nistgħux nippermettu li fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna jintilef dak il-ġid li huwa s-sensibiltà tal-kuxjenza nisranija, diretta b’mod uniku mir-rigward lejn Kristu li, riċevut fl-ewkaristija, għandu jsib fil-qalb ta’ kull wieħed minna għamara li tixraqlu. Din il-problema hija marbuta b’mod strett mhux biss mal-prattika tas-sagrament tal-penitenza, imma wkoll mas-sens rett ta’ responsabiltà quddiem id-depożitu tad-duttrina morali kollha u quddiem id-distinzjoni preċiża bejn it-tajjeb u l-ħażin, li jsir wara, għal kull wieħed mill-parteċipanti fl-ewkaristija, bażi ta’ ġudizzju korrett tagħhom infushom fl-intimu tal-kuxjenza tagħhom. Huwa magħruf sewwa l-kliem ta’ San Pawl: «Probet autem se ipsum homo» (1Kor 11,28); tali ġudizzju huwa kondizzjoni ndispensabbli għal deċiżjoni personali, għall-iskop li wieħed jersaq għat-tqarbin ewkaristiku jew biex inkella jastjeni.

Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika tpoġġina quddiem bosta esiġenzi oħra, fejn jidħol il-ministeru tal-mejda ewkaristika, li jirreferu, parzjalment, kemm għas-saċerdoti u għad-djakni biss, kif ukoll għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-liturġija ewkaristika. Għas-saċerdoti u għad-djakni huwa meħtieġ jiftakru li s-servizz tal-mejda tal-ħobż tal-Mulej jimponi fuqhom obbligi partikolari, li jirreferu, l-ewwelnett, għall-istess Kristu preżenti fl-ewkaristija u mbagħad għall-parteċipanti attwali u potenzjali fl-ewkaristija. Rigward tal-ewwel, ma jkunx iżda suplerfluwu li jiftakru l-kliem tal-pontifikal li fil-jum tal-ordinazzjoni l-Isqof jindirizza lis-saċerdot il-ġdid, waqt li jafdalu fuq il-patena u fil-kalċi l-ħobż u l-imbid offruti mill-fidili u mħejjijin mid-djaknu: «Irċievi l-offerti tal-poplu qaddis għas-sagrifiċċju ewkaristiku. Agħti kont ta’ dak li tagħmel, għix il-misteru li tqiegħed f’idejk, u kun imitatur tal-Kristu offrut għalina» («Pontificale Romanum», «De Ordinatione Diaconi, Presbyteri et Episcopi»). Din l-aħħar twissija magħmul lilu mill-Isqof għandha tibqà bħala waħda min-normi l-iktar għeżież ta’ministeru ewkaristiku tiegħu.

Minnha s-saċerdot irid jispira l-atteġġjament tiegħu fit-trattament tal-ħobż u tal-imbid, li saru l-ġisem u d-demm tal-Feddej. Hemm bżonn, mela, li aħna lkoll, li aħna ministri tal-ewkaristija, neżaminaw b’attenzjoni l-azzjonijiet tagħna fuq l-altar, b’mod partikolari l-mod li bih nitrattaw dak l-ikel u dik ix-xarba, li huma l-ġisem u d-demm tal-Mulej Alla tagħna f’idejna: kif inqassmu t-tqarbina mqaddsa; kif nagħmlu l-purifikazzjoni.

Dawn l-azzjonijiet kollha għandhom is-sinifikat tagħhom. Naturalment hemm bżonn li nevitaw l-iskrupuożità, imma Alla jippriservana minn imġieba nieqsa mir-rispett, minn għaġġla inopportuna, minn nuqqas ta’ sabar skandaluż. L-ikbar unur tagħna jikkonsisti – barra milli fl-impenn tal-missjoni evanġelizzatriċi – fl-eżerċitazzjoni ta’ tali poter misterjuż fuq il-ġisem tar-Redentur, u li dak kollu fina għandu jkun deċiżament ordinat. Barra minn dan, irridu niftakru dejjem li għal dan il-poter ministerjali konna ikkonsagrati sagramentalment, li ġejna magħżula minn fost il-bnedmin u «għall-ġid tal-bnedmin» (Lh 5,1). Hemm bżonn naħsbu b’mod partikolari aħna saċerdoti tal-Knisja Rumana Latina, li r-rit tagħha tal-ordinazzjoni żied, matul is-sekli, l-użu tad-dlik tal-idejn tas-saċerdot.

F’xi pajjiżi daħal l-użu tat-tqarbin fl-idejn. Tali prattika kienet mitluba minn konferenzi episkopali singuli u kisbet l-approvazzjoni tas-sede apostolika. Madankollu, qegħdin nisimgħu dwar każijiet ta’ nuqqas deplorevoli ta’ rispett fil-konfront tal-ispeċi ewkaristiċi, nuqqas li jgħabbi bir-responsabiltà mhux biss lill-persuni ħatja, imma wkoll lir-rgħajja tal-Knisja, li kienu inqas attenti dwar l-attitudni tal-fidili lejn l-ewkaristija. Qed iseħħ ukoll li, xi daqqiet, ma titqiesx l-għażla u r-rieda ħielsa ta’ dawk li, ukoll fejn kienet awtorizzata d-distribuzzjoni tat-tqarbin fl-idejn, jippreferixxu jżommu l-użu li jirċevuh fil-fomm. Huwa diffiċli, mela, fil-kuntest tal-ittra attwali, li ma naċċennax għall-fenomeni dolorużi hawn fuq imfakkra. Waqt li qed nikteb dan ma rrid bl-ebda mod nirreferi għal dawk il-persuni li, waqt li jirċievu l-Mulej Ġesù fl-idejn, dan jagħmluh bi spirtu ta’ riverenza u devozzjoni profonda, fil-pajjiżi fejn din il-prattika ġiet awtorizzata.

Madankollu hemm bżonn li ma ninsewx l-uffiċċju primarju tas-saċerdoti, li ġew ikkonsagrati fl-ordinazzjoni tagħhom biex jirrapreżentaw lil Kristu saċerdot: għal dan idejhom, bħal kelmthom u r-rieda tagħhom, saru strument dirett ta’ Kristu. Għal dan, jiġifieri bħala ministri tal-ewkaristija mqaddsa, huma għandhom responsabiltà primarja fuq l-ispeċi sagri, għaliex totali: joffru l-ħobż u l-imbid, jikkonsagrawhom, mbagħad iqassmu l-ispeċi sagri lill-parteċipanti fil-miġemgħa, li jkunu jixtiequ jirċevuhom. Id-djakni jistgħu biss iġibu fuq l-altar l-offerti tal-fidili u, ladarba jiġu kkonsagrati mis-saċerdot, huma jqassmuhom. Kemm elokwenti għalhekk, ukoll jekk mhux primittiv, huwa fl-ordinazzjoni latina tagħna r-rit tad-dlik tal-idejn, bħallikieku għal dawn l-idejn hija meħtieġa grazzja u qawwa partikolari tal-Ispirtu Santu!

Il-mess tal-ispeċi sagri, it-tqassim tagħhom b’idejna, huwa privileġġ tal-ordnati, li jindika parteċipazzjoni attiva fil-ministeru tal-ewkaristija. Huwa ovvju li l-Knisja tistà tikkonċedi tali fakultà lil persuni li la huma saċerdoti u linqas djakni, bħal ma huma kemm l-akkolti, fl-eżerċizzju tal-ministeru tagħhom, b’mod speċjali jekk iddestinati għal ordinazzjoni futura, kif ukoll għal lajċi oħra għal dan ordnati minħabba bżonn ġust, u dejjem wara preparazzjoni adegwata.

Il-ġid komuni tal-Knisja

12. Ma’ nistgħu, linqas għal waqt wieħed, ninsew li l-ewkaristija hija ġid speċifiku tal-Knisja kollha. Hija l-ikbar don li, fl-ordni tal-grazzja u tas-sagrament, il-għarus divin offra u joffri bla jaqtà lill-għarusa tiegħu. U propju għaliex dan għandu x’jaqsam ma’ tali rigal, ilkoll irridu, fi spirtu ta’ fidi profonda, inħallu lilna nfusna niġu ggwidati mis-sens ta’ responsabiltà tassew nisranija. Rigal jobbligana dejjem b’mod iktar profond sabiex ikellimna mhux tant bil-forza ta’ dritt strett, daqskemm bil-qawwa tal-affidament personali, u hekk – mingħajr obbligi legali – jesiġi fiduċja u gratitudni. L-ewkaristija hija propju tali rigal, hija tali ġid. Hemm bżonn li nibqgħu fidili fid-dettalji għal dak li din tesprimi fiha u għal dak li titlobna, jiġifieri l-effiċjenza tal-grazzji.

L-ewkaristija hija ġid komuni tal-Knisja kollha bħala sagrament tal-għaqda tagħha. U għalhekk il-Knisja għandha d-dmir sever li tippreċiża dak kollu li jmiss il-parteċipazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tagħha. Irridu mela naġixxu skont il-prinċipji stabbiliti minn l-aħħar Konċilju li, fil-kostituzzjoni dwar il-liturġija sagra, iddefenixxa l-awtorizzazzjonijiet u l-obbligi kemm tal-Isqfijiet individwi fid-dijoċeżijiet tagħhom, kif ukoll tal-konferenzi episkopali, ġaladarba kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni jaġixxu f’għaqda kolleġġjali mas-sede apostolika.

Barra minn dan irridu nsegwu l-ordinanzi maħruġa mid-diversi dikasteri f’dan il-qasam: kemm f’materja liturġika, fir-regoli stabbiliti mill-kotba liturġiċi, fejn dawn jikkonċernaw il-ministeru ewkaristiku, u fl-istruzzjonijiet iddedikati lill-istess misteru (cfr. Sacrae Congregationie Rituum «Eucharisticum Mysterium»: AAS 59 [1967] 539-573; «Rituale Romanum», «De sacra communione et de cultu Mysterii eucharistici extra Missam», ed typica 1973; Sacrae Congregationis pro Cultu Divino «Litterae circulares ad Conferentiarum Episcopalium Praesides de precibus eucharistici: AAS 65 [1973] 340-347), kif ukoll fejn jirrigwardaw il- «communicatio in sacris», fin-normi tad-«Directorium de re oecumenica» (cfr. «Directorium de re oecumenica», 38-63: AAS 59 [1967] 586-592) u fl-«Instructio de peculiaribus casibus admittendi alios christianos ad communionem eucharisticam in Ecclesia catholica» (cfr. «Instructio de peculiaribus casibus admittendi alios christianos ad communionem eucharisticam in Ecclesia catholica»: AAS 64 [1972] 518-525; cfr. etiam «Communicatio» subsequenti anno evulgata, ut eadem «Instructio recte applicaretur»: AAS 65 [1973] 616-619). U billi f’dan l-istadju ta’ tiġdid ġiet imdaħħla l-possibiltà ta’ ċerta awtonomija «krejattiva», madankollu din għandha tirrispetta b’mod strett l-esiġenzi tal-għaqda sustanzjali. Fil-mixja lejn dan il-pluraliżmu (li joħroġ fost l-oħrajn diġa mill-introduzzjoni tal-lingwi differenti fil-liturġija) nistgħu inkomplu biss sa dak il-punt li fih ma jkunux imħassra l-karatteristiċi essenzjali taċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija u jkunu rispettati n-normi tar-roforma liturġika riċenti.

Hemm bżonn inwettqu ma’ kullimkien l-isforz indispensabbli, sabiex fil-pluraliżmu tal-kult ewkaristiku, ipprogrammat mill-Konċilju Vatikan II, turi ruħha l-għaqda li tagħha l-ewkaristija hija sinjal u kawża.

Dan id-dmir li dwaru, b’neċessità, għandha tgħasses is-sede apostolika, għandu jkun meħud mhux biss mill-konferenzi episkopali singuli, imma wkoll minn kull ministru tal-ewkaristija u responsabbli tal-ġid komuni tal-Knisja kollha. Is-saċerdot bħala ministru, bħala ċelebrant, bħala dak li jippresiedi l-miġemgħa ewkaristika tal-fidili, għandu jkollu sens partikolari tal-ġid komuni tal-Knisja, li huwa jirrapreżenta permezz tal-ministeru tiegħu, imma li għalih għandu jkun ukoll suġġett, skont dixxiplina retta tal-fidi. Huwa ma jistax iqis lilu nnifsu bħala «propjetarju», li liberament jiddisponi mit-test liturġiku u mir-rit sagru bħala ġid speċifiku tiegħu, hekk li jagħtih stil personali u arbitrarju. Dan jistà kultant jidher ta’ effett maġġuri, jistà wkoll jikkorrispondi b’mod maġġuri għal ħniena suġġettiva, bdanakollu oġġettivament hija dejjem tradiment ta’ dik l-għaqda li, b’mod speċjali fis-sagrament tal-għaqda, għandha ssib l-espressjoni propja.

Kull saċerdot, li joffri s-sagrifiċċju qaddis, għandu jiftakar li waqt dan is-sagrifiċċju mhuwiex hu biss mal-komunità li qed jitlob, imma titlob il-Knisja kollha, waqt li hekk tesprimi, ukoll bl-użu tat-test liturġiku approvat, l-għaqda spiritwali tagħha f’dan is-sagrament. Jekk xi ħadd irid isejjaħ tali pożizzjoni «uniformiżmu», dan ikun xhieda biss tal-injoranza tal-esiġenzi oġġettivi tal-għaqda awtentika u jkun sintomu ta’ individwaliżmu li jagħmel ħsara.

Din is-subordinazzjoni tal-ministeru, taċ-ċelebrant, għall-«mysterium», li kien fdat lilu mill-Knisja għall-ġid tal-Poplu kollu ta’ Alla, għandu jsib l-espressjoni tiegħu ukoll fl-osservanza tal-esiġenzi liturġiċi relattivi għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju mqaddes. Dawn l-esiġenzi jirreferu, per eżempju, għall-ilbies li jilbes iċ-ċelebrant. Hija ħaġa naturali li setà kien hemm ċirkustanzi li fihom il-preskrizzjoni ma tobligahomx. Qrajna b’kommozzjoni, f’kotba miktubin minn saċerdoti ex-priġunieri f’kampijiet ta’ esterminazzjoni, rapporti ta’ ċelebrazzjonijiet ewkaristiċi mingħajr  l-imsemmija regoli, u jiġifieri mingħajr altari u mingħajr ilbies. Jekk iżda f’dawk il-kondizzjonijiet dan kien prova ta’ eroiżmu, kellu jqanqal stima profonda, madankollu, f’kondizzjonijiet normali, li wieħed jittraskura l-preskrizzjonijiet liturġiċi jistà jkun interpretat bħala nuqqas ta’ rispett lejn l-ewkaristija, iddettat forsi minn individwaliżmu jew minn difett ta’ sens kritiku dwar opinjonijiet kurrenti, jew inkella minn ċertu nuqqas ta’ spirtu ta; fidi.

Fuqna lkoll, li aħna, għall-grazzja ta’ Alla, ministri tal-ewkaristija, tiggrava b’mod partikulari r-responsabiltà għall-ideat u għall-atteġġjamenti ta’ ħutna rġiel u nisa, afdati għall-attenzjoni pastorali. Il-vokazzjoni tagħna hija dik li nqanqlu, qabel kollox bl-eżempju personali, kull manifestazzjoni tajba ta’ kult lejn Kristu preżenti u operanti f’dak is-sagrament ta’ mħabba. Alla jżommna milli naġixxu b’mod differenti, milli niddebolixxu dak il-kult, «billi jżommna ‘l bogħod» minn diversi manifestazzjonijiet u forom ta’ kult ewkaristiku, li fihom wieħed jesprimi forsi kompassjoni «tradizzjonali» imma sana, u speċjalment dak is-«sens tal-fidi», li l-Poplu kollu ta’ Alla jippossiedi, bħal ma fakkarna l-Konċilju Vatikan II (cfr. «Lumen Gentium», 12).

Waqt li nġib fi tmiemhom dawn il-konsiderazzjonijiet tiegħi, irrid nitlob maħfra – f’ismi u f’isimkom ilkoll, meqjuma u għeżież ħuti fl-episkopat – għal dak kollu li minħabba kwalunkwè mottiv, u għal kwalunkwè dgħufija, nuqqas ta’ sabar, traskuraġni umana, wara wkoll l-applikazzjoni kultant parzjali, unilaterali, żbaljata tal-preskrizzjonijiet tal-Konċilju Vatikan II, setgħet qanqlet skandlu u diffikultà dwar l-interpretazzjoni tad-duttrina u l-qima dovuta lil dan il-kbir sagrament. U nitlob lill-Mulej Ġesù sabiex fil-ġejjieni jkun evitat, fil-mod ta’ trattament tagħna ta’ dan il-misteru sagru, dak li jistà jdgħajjef jew jaljena b’xi mod is-sens ta’ qima u ta’ mħabba fil-fidili tagħna.

Jalla Kristu stess jgħinna biex inkomplu fuq triqatna tat-tiġdid veru lejn dak l-għerf ta’ ħajja u ta’ kult ewkaristiku, li permezz tiegħu tinbena l-Knisja f’dik l-għaqda li hija diġa tippossiedi u li tixtieq twettaq iktar għall-glorja tal-Alla l-ħaj u tas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha.

KONKLUŻJONI

13. Ippermettu issa, meqjuma u għeżież ħuti, li ntemm dawn ir-riflessjonijiet tiegħi, li kienu limitati biex japprofondixxu biss xi kwistjonijiet. Meta qbadthom, kelli quddiem għajnejja l-opra kollha mwettqa mill-Konċilju Vatikan II, u żammejt sewwa preżenti f'moħħi l-enċiklika ta’ Pawlu VI  «Mysterium Fidei», ipproklamata waqt dak il-Konċilju, minkejja d-dokumenti kollha  maħruġa wara l-istess Konċilju bl-iskop li jiddaħħal fis-seħħ it-tiġdid liturġiku post-konċiljari. Infatti teżisti rabta strettissma u organika bejn it-tiġdid tal-liturġija u t-tiġdid tal-ħajja kollha tal-Knisja.

Il-Knisja mhux biss taġixxi, imma wkoll tesprimi ruħha fil-liturġija, tgħix bil-liturġija u takkwista mil-liturġija l-qawwiet għall-ħajja. U għalhekk it-tiġdid liturġiku, mwettaq b’mod ġust fl-ispirtu tal-Vatikan II, huwa sa ċertu punt, il-qies u l-kondizzjoni li bihom timplimenta t-tagħlim ta’ dak il-Konċilju Vatikan II, li rridu naċċettaw b’fidi profonda, konvinti li permezz tiegħu l-Ispirtu Santu  «qal lill-Knisja» l-veritajiet u ta l-indikazzjonijiet li jservu għat-twettiq tal-missjoni tagħha fil-konfront tal-bnedmin tal-lum u ta’ għada.

Ukoll wara, ikun interess partikolari tagħna li nippromwovu u nsegwu t-tiġdid tal-Knisja skont id-duttrina tal-Vatikan II, fl-ispirtu ta’ tradizzjoni dejjem ħajja. Infatti għas-sustanza tat-tradizzjoni, mifhuma ġustament, jappartjeni wkoll qari mill-ġdid korrett tas-«sinjali taż-żminijiet», li skonthom huwa meħtieġ li jittieħdu mit-teżor għani tar-rivelazzjoni «ħwejjeġ ġodda u ħwejjeġ qodma» (Mt 13,52). Waqt li opera f’dan l-ispirtu, skont dan il-parir tal-Vanġelu, il-Konċilju Vatikan II wettaq sforz providenzjali biex iġedded il-wiċċ tal-Knisja fil-liturġija sagra, waqt li aktar spiss għaqqad ruħu mill-ġdid ma’ dak li huwa «antik», ma’ dak li jiġi mill-wirt tas-Santi Padri u huwa espressjoni ta’ fidi u ta’ duttrina tal-Knisja magħquda għal tant sekli.

Biex tkun tistà tkompli timplimenta fil-prattika, fil-ġejjieni, id-direttivi tal-Konċilju fil-kamp tal-liturġija, u b’mod partikolari fil-kamp tal-kult ewkaristiku, hija meħtieġa kollaborazzjoni stretta bejn id-dikasteru rispettiv tas-santa Sede u l-konferenzi episkopali singoli, kollaborazzjoni attenta u fl-istess ħin krejattiva, bil-ħarsa ffissata fuq il-kobor tal-misteru santissmu u, fl-istess ħin, fuq il-proċessi spiritwali u fuq it-tibdil soċjali, hekk sinifikattivi għall-epoka tagħna, ladarba mhux biss joħolqu xi daqqiet diffikultà, imma jiddisponu wkoll għal mod ġdid ta’ parteċipazzjoni għal dak il-misteru kbir tal-fidi.

B’mod speċjali nixtieq nenfasizza li l-problemi tal-liturġija, u b’mod partikolari tal-liturġija ewkaristika, ma jistgħux ikunu okkażjoni biex taqsam lill-kattolċi u thedded l-unità tal-Knisja. Dan jesiġih il-fehim elimentari ta’ dak is-sagrament, li Kristu ħallielna bħala sors ta’ għaqda spiritwali. U kif tistà propju l-ewkaristija, li hija fil-Knisja «sacramentum pietatis, signum unitatis, vinculum caritatis» (cfr. S.Augustini «In Evangelium Ioannis», tract. 26,13: PL 35,1612ss), tikkostitwixxi f’dan il-waqt fostna punt ta’ diviżjoni u sors ta’ devjazzjoni ta’ ħsibijiet u ta’ mġieba, minflok ma tkun iċ-ċentru fokali u kostituttiv, bħal ma hija verament fl-essenza tagħha, tal-għaqda tal-Knisja nfisha?

Aħna lkoll midjunin lejn il-Feddej tagħna. Ilkoll kemm aħna għandna nisimgħu lil dak l-Ispirtu tal-verità u tal-imħabba, fl-isem tal-istess Kristu msallab u ta’ Ommu, nitlobkom u nitlobkom bil-qalb li, waqt li nabbandunaw kull oppożizzjoni u diviżjoni, ningħaqdu lkoll f’din il-missjoni feddejja kbira, li hija prezz u fl-istess ħin frott tal-fidwa tagħna. Is-sede apostolika se tagħmel dak kollu possibbli biex tfittex, ukoll wara, il-mezzi li jistgħu jassikuraw dikl l-għaqda li dwarha qed nitkellmu. Jalla kull wieħed minnkom jevita, bl-aġir propju tiegħu, li «jnikket lill-Ispirtu Santu»(Ef 4,30).

Sabiex din l-għaqda u l-kollaborazzjoni kostanti u sistematika li għaliha twassal jistgħu jkunu kontinwati b’perseveranza, nitlob għarkuptejja għalina lkoll d-dawl tal-Ispirtu Santu, bl-interċessjoni ta’ Marija l-għarusa qaddisa tiegħu u Omm il-Knisja. U waqt li nberikkom ilkoll, bil-qalb kollha, indur mill-ġdid għal darb’oħra lejkom, meqjuma u għeżież ħuti fl-episkopat, b’tislima fraterna u mimlija fiduċja. F’din l-għaqda kolleġjali, li tagħha aħna sehem, nagħmlu kull sforz sabiex l-ewkaristija ssir dejjem b’mod ikbar sors ta’ ħajja u dawl tal-kuxjenzi ta’ ħutna kollha, irġiel u nisa, tal-komunitajiet kollha fl-għaqda universali tal-Knisja ta’ Kristu fuq l-art.

Bi spirtu ta’ karità fraterna, lilkom u lill-aħwa kollha fis-saċerdozju, hija għalija ħaġa għażiża li nagħtikom il-barka apostolika.

Mill-Vatikan, l-24 ta’ Frar, l-ewwel Ħadd tar-Randan, tas-sena 1980, it-tieni tal-Pontifikat.

ĠWANNI PAWLU II   

 

 

Miġjub mit-Taljan gżall-Malti minn Emanuel Zarb

 

 

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta