PAPA ĠWANNI XXXIII

Ittra Enċiklika

“MATER ET MAĠISTRA”

FUQ L-AĦĦAR ŻVILUPPI TAL-KWISTJONI SOĊJALI FID-DAWL TAT-TAGĦLIM NISRANI

15 ta’ Mejju 1961

(Acta Apostolicae Sedis 53 (1961) 401-464)

 

 

WERREJ

 

L-EWWEL TAQSIMA.

IT-TAGĦLIM TAL-ENĊIKLIKA “RERUM NOVARUM”, PIJU XI U PIJU XII

 

IT-TIENI TAQSIMA.

TIFSIR U ŻVILUPP TAT-TAGĦLIM TAR-“RERUM NOVARUM”.

SOĊJALIZZAZZJONI

IL-KUMPENS TAX-XOGĦOL.

IL-PROPRJETÀ PRIVATA..

 

IT-TIELET TAQSIMA.

ŻVILUPPI ĠODDA FIL-KWISTJONI SOĊJALI

ĠUSTIZZJA BEJN IL-ĠNUS BI ŻVILUPP EKONOMIKU DIVERS.

ŻIEDA FIL-POPOLAZZJONI U ŻVILUPP EKONOMIKU.

KOLLABORAZZJONI MAD-DINJA KOLLHA.

 

IR-RABA’ TAQSIMA.

RELAZZJONIJIET SOĊJALI MIBNIJA FUQ IL-VERITÁ, IL-ĠUSTIZZJA U L-IMĦABBA.

 

Aћwa venerabbli,  Gћeżież uliedi,

 Saћћa u Barka Apostolika.

1.          OMM u GĦALLIEMA tal-ġnus kollha, il-Knisja Universali ġiet imwaqqfa minn Ġesù Kristu sabiex dawk kollha li, matul il-mixja tas-sekli, jiġu fi ћdanha u t-tgћanniqa tagћha, isibu l-milja ta’ ћajja aktar gћolja u rahan ta’ salvazzjoni. Lil din il-Knisja, kolonna u rifda tas-sewwa[1], il-Fundatur tagћha taha missjoni doppja : li tnissel ulied, li tedukahom u tmexxihom, waqt li bil-kura ta’ Omm, tieћu ћsieb il-ћajja sew tal-individwi, kif ukoll tal-popli. Il-Knisja dejjem żammet bl-akbar qima u ћarset bil-ћerqa d-dinjità ta’ din il-missjoni.

 

2.          Gћax tabilћaqq it-tagћlim ta’ Kristu jgћaqqad l-art u s-sema, fis-sens li jqis il-bniedem kollu kemm hu, jiġigieri kemm fir-ruћ kif ukoll il-ġisem, intellett u rieda, u jistiednu biex jerfa’ moћћu ‘l fuq mill-kundizzjonijiet li jitbiddlu fil-ћajja ta’ din id-dinja lejn l-gћoli tal-ћajja ta’ dejjem, fit-tgawdija bla tmiem ta’ hena u ta’ paċi.

 

3.          Gћalkemm gћalhekk il-Knisja Mqaddsa gћandha qabel kollox id-dmir li tqaddes l-erwieћ u tagћtihom sehem mill-ġid tal-ordni spiritwali, hija madanakollu tћares lejn il-ћtiġijiet tal-ћajja ta’ kuljum tal-bnedmin, mhux biss f’ dak li gћandu x’jaqsam mal-ikel u l-manteniment tal-ћajja, imma wkoll lejn il-progress u l-prosperità fl-aspetti diversi tagћhom fiż-żminijiet kollha.

 

4.          Il-Knisja ta’ Kristu, filwaqt li twettaq dan kollu, qed tobdi l-kmand ta’ Kristu, il-Fundatur tagћha, li tassew gћandu x’jaqsam b’mod speċjali mas-salvazzjoni eterna tal-bniedem meta jgћid: “Jiena huwa t-triq, is-sewwa u l-ћajja [2] u “Jiena hu d-dawl tad-dinja [3] u darb’oћra b’gћajnejh imdemma’ fuq il-folla mġewћa Kristu qal :“Nitћassar dil-ġemgћa[4];u b’hekk wera li jieћu ћsieb ukoll tal-ћtiġijiet materjali tal-ġnus. U l-Feddej Divin ma weriex din il-kura biss bil-kliem, imma wkoll bl-eżempju ta’ ћajtu, meta biex jissodisfa l-ġuћ tal-folla, kattar b’miraklu l-ћobż aktar minn darba.

 

5.          U b’dan il-ћobż mogћti gћall-manteniment tal-ġisem, ried iћabbar dak il-ћobż tas-sema gћall-erwieћ li awl il-lejl qabel ma bata kellu jqassam lill-bnedmin.

 

6.          Wieћed m’gћandux jistgћaġeb gћalhekk li l-Knisja Kattolika, miexja wara Kristu u skond il-Kmand Tiegћu gћal elfejn sena sћaћ, jiġifieri mill-ћidma tal-ewwel Djakni saż-żminijiet tagћna, żammet dejjem ‘il fuq il-fjamma tal-karità, mhux inqas bil-kmandi tagћha milli bil-bosta eżempji li tat;karità, ngћidu, li filwaqt li tarmonizza flimkien il-kmandi tal-imћabba bejnietna u l-prattika ta’ dawn il-kmandi, twettaq b’mod tal-gћaġeb il-kmand ta’ din l-gћotja doppja, li tћaddan kemm it-tagћlim, kif ukoll il-ћidma soċjali tal-Knisja.

 

7.          Issa dokument mill-aktar importanti dwar dan it-tagћlim u din il-ћidma mwettqa mill-Knisja matul is-sekli hi bla dubju l-Enċiklika immortali “Rerum Novarum [5], maћruġa sebgћin sena ilu mill-Predeċessur Tagћna ta’ m.v. Ljun XIII, biex tqiegћed il-prinċipji li bihom il-kwistjoni tal-ћaddiema setgћet tinћall b’mod nisrani.

 

8.          Ftit ġara li l-kelma tal-Papa ġiet milqugћa b’tant approvazzjoni mill-ġnus, daqs din l-ittra ta’ Ljun XIII, minћabba l-profondità u l-wisà tal-argumenti tagћha, kif ukoll minћabba l-qawwa eżawrjenti tagћhom. Tassew li dawk id-direttivi u dawk it-twissijiet saru tant importanti li qatt ma jistgћu jintesew. Triq ġdida nfetћet fil-ћidma tal-Knisja : Ir-Ragћaj tagћha ssieћeb fit-tbatijiet, fl-ilfiq u fl-aspirazzjonijiet tal-umli u tal-maћqurin, u gћal darb’oћra daћal bћala difensur tad-drittijiet tagћhom.

 

9.          U llum, gћalkemm gћaddiet biċċa żmien ġmielha minn mindu dik l-ittra tal-gћaġeb ġiet maћruġa, il-qawwa tagћha gћadha sejra sal-ġurnata tal-lum. Gћadha ћajja fid-dokumenti tal-Papiet li ġew wara Ljun XIII, li fit-tagћlim tagћhom fuq ћwejjeġ ekonomiċi u soċjali, dejjem jirreferu gћall-Enċiklika Leonjana, issa biex isibu fiha l-ispirazzjoni tagћhom, issa biex jiċċaraw xi punti tagћha, u issa biex permezz tagћha jћeġġu lill-Kattoliċi fil-ћidma tagћhom. L-effikaċja tagћha tinsab ukoll minsuġa fil-liġijiet u fil-gvernijiet ta’ bosta pajjżi. Dan juri li l-prinċipji tagћha maћdumja b’tant dehen, id-direttivi gћall-ћidma, it-twissijiet ta’ Missier li jinsabu fl-Enċiklika maġistrali tal-Predeċessur tagћna, gћad gћandhom illum l-istess qawwa li kellhom qabel; u saћansitra jagћtuna kriterji dejjem ġodda u dejjem ћajjin sabiex il-bnedmin ikunu jistgћu jiġġudikaw sewwa fuq in-natura u l-kobor tal-kwistjoni soċjali, u jiddeċiedu li jilqgћu r-responsabbiltajiet tagћhom fil-qasam soċjali.

 

 

L-EWWEL TAQSIMA

IT-TAGĦLIM TAL-ENĊIKLIKA “RERUM NOVARUM”, PIJU XI U PIJU XII

 

Iż-żminijiet tar-‘Rerum Novarum’

 

10.       Ljun XIII, dak il-Papa mimli gћerf, tkellem fi żminijiet ta’ tibdil mill-qiegћ, ta’ kuntrasti kbar u ta’ ribelljoni kiefra. Id-dlam ta’ dak iż-żmien iġgћelna aktar napprezzaw aktar id-dawl li ћareġ mit-tagћlim tiegћu.

 

11.       Kif kulћadd jaf, dawk iż-żminijiet, il-biċċa l-kbira tal-bnedmin kienu jqsiu l-ћajja ekonomika u kienu jmexxu l-gћemil tagћhom bћallikieku d-dinja ekonomika kienet mibnija biss fuq il-liġijiet tan-natura, b’mod li ma teżisti ebda rabta bejn l-ordni morali u dak ekonomiku. Kienu jaћsbu li dak li jimporta fil-ћajja kien biss kemm kull wieћed jaqla’ l-flus. Il-liġi suprema tar-relazzjonijiet bejn in-nies tan-negozju kienet il-kompetizzjoni libera mingћajr ebda qies. L-imgћaxijiet fuq il-kapitali, il-prezzijiet tal-affarijiet u tax-xogћlijiet, il-profitti u l-pagi kienu, skond dawn, mekkanikament determinati biss mil-liġijiet tas-suq. Il-gvern kellu joqgћod lura minn kull indћil fil-qasam tal-ekonomija. L-gћaqdiet tal-ћaddiema kienu, skond id-diversi pajjiżi, jew ipprojbiti, jew tollerati, jew meqjusa biss bћala parti tad-dritt privat.

 

12.       F’dinja ekonomika ta’ din l-gћamla, il-liġi ta’ min hu l-aktar b’saћћtu kienet taћkem ewlieni fid-dottrina u kienet issaltan fir-relazzjonijiet ta’ kuljum bejn il-bnedmin.. Minћabba dan, l-ordni ekonomiku ta’ dak iż-żmien kien imћawwad sa mill-qiegћ nett.

 

13.       Filwaqt li flejjes kbar inġemgћu fl-idejn tal-ftit, il-klassijiet tal-ћaddiema bdew isibu ruћhom f’qagћda ta’ miżerja dejjem tiћrax . Il-pagi tal-ћaddiema la kienu biżżejjed gћall-ћtiġijiet tal-ћajja u lanqas biex itaffu l-istess ġuћ.

 

14.       F’dawn il-kundizzjonijiet il-ћaddiema ma kellhomx gћajr perikli kemm gћas-saћћa tal-ġisem, kemm gћall-ћajja morali, kif ukoll gћat-twemmin reliġjuż tagћhom. Fuq kollox il-kundizzjonijiet tax-xogћol tat-tfal u tan-nisa spiss ma kinux jixirqu lill-bnedmin. Quddiemhom dejjem il-biża’ li jisfgћu bla xogћol. Il-ћajja tal-familja kienet imġiegћla aktar ma tmur tisfa’ fix-xejn. Din il-qagћda nisslet nuqqas ta’ sodisfazzjon kbir bejn il-ћaddiema; fosthom beda jissaћћaћ spirtu ta’ protesta u ta’ ribelljoni. Minћabba dan, fil-klassijiet tal-ћaddiema, bdew jitћaddmu teoriji estremisti, li kienu jipproponu soluzzjonijiet agћar mill-istess deni.

 

It-Triq gћat-Tiġdid

15.       Fit-taћwid ta’ dawk iż-żminijiet, Ljun XIII fl-Ittra Enċiklika “Rerum Novarum”, ta messaġġ soċjali, imћeġġeġ mill-istess ћtiġijiet tan-natura umana u maћdum fuq il-prinċipji u l-ispirtu tal-Vanġelu;dan il-messaġġ, gћalkemm naturalment sab ċerta oppożizzjoni, ġie milqugћ kullimkien b’entużjażmu. Ma kenitx, żgur, l-ewwel darba li s-Sede Apostolika daћlet fil-qasam tal-interessi ta’din id-dinja, biex taqbeż gћal min hu fil-bżonn. Dokumenti oћra tal-istess Predeċessur tagћna Ljun XIII ġa kienu ћejjew it-triq;iżda b’din l-Ittra ġiet maћduma ġabra organika tal-prinċipji u ћarsa storika hekk wiesgћa li tagћmel ir-“Rerum Novarum” bћala l-ġabra tat-tagћlim Kattoliku fuq ћwejjeġ ekonomiċi u soċjali.

 

16.       Kienet biċċa xogћol li titlob kuraġġ. Gћax filwaqt li xi wћud kellhom il-ћila li jgћidu li l-Knisja, quddiem il-kwistjoni soċjali, tippriedka biss is-sabar fil-foqra u tћeġġeġ lis-sinjuri biex ikunu ġenerużi, Ljun XIII ma beżax juri u jiddefendi b’mod l-aktar ċar id-drittijiet qaddisa tal-ћaddiema.U meta wasal biex jesponi l-prinċipji tat-tagћlim Kattoliku fil-ћwejjeġ soċjali, tenna solennement: “Nidћlu b’fisuċja u b’kull dritt f’dan l-argument, l-gћaliex hija kwistjoni li ma jistax ikollha soluzzjoni sewwa jekk mhux permezz tar-reliġjon u tal-Knisja [6]

 

17.       Intom tafu tajjeb, Aћwa Venerabbli, dawk il-prinċipji fundamentali li espona b’mod hekk ċar u hekk awtorevoli dak il-Papa kbir li juru kif gћandu jiġġedded il-qasam ekonomiku-soċjali fil-ћajja tal-bnedmin.

 

18.       Dawn il-prinċipji gћandhom x’jaqsmu qabel kollox max-xogћol li gћandu jiġi stmat u meqjus mhux bћallikieku kien biċċa merkanzija, iżda bћala espressjoni tal-persuna umana. Gћall-biċċa l-kbira tal-bnedmin, ix-xogћol huwa l-gћajn ewlenija minn fejn joћorġu l-mezzi tal-gћixien;u gћalhekk il-ћlas tax-xogћol ma jistax jintelaq gћal-logћob gћama tal-liġijiet tas-suq. Gћall-kuntrarju, il-ћlas tax-xogћol gћandu jiġi ffissat skond il-ћaqq u s-sewwa; gћax jekk ma jsirx hekk, anki jekk il-kuntratt tax-xogћol ikun aċċettat liberament miż-żewġ naћat, il-ġustizzja tmur minn taћt.

 

19.       Huwa d-dritt tan-natura li kull bniedem ikollu l-proprjetà privata, ukoll tal-ġid produttiv, dritt dan li l-Istat ma jistax jeqred. Il-proprjetà privata gћandha funzjoni soċjali; imma d-dritt tagћha jrid jiġi mћaddem kemm gћall-vantaġġ ta’dak li jkun, kif ukoll gћall-ġid tal-oћrajn.

 

20.       Il-Gvern li jeżisti sabiex inissel il-ġid komuni fl-ordni temporali, ma jistax jibqa’ lura mid-dinja ekonomika; irid ikun hemm biex imexxi l-produzzjoni ta’ kwantità biżżejjed ta’ ћwejjeġ materjali, gћax “l-użu ta’ dawn huwa meћtieġ gћall-ћajja tal-virtù [7] u, biex tћares id-drittijiet taċ-ċittadini kollha, speċjalment ta’ dawk li huma aktar dgћajfa, bћalma huma l-ћaddiema, in-nisa, u t-tfal. Huwa wkoll dmir kontinwu tal-Istat li Jaћdem bla heda biex itejjeb il-qagћda tal-ћajja tal-ћaddiema.

 

21.       Hu wkoll dmir tal-Istat li jieћu ћsieb ir-relazzjonijiet tax-xogћol ikunu regolati skond il-ћaqq u s-sewwa, u li fil-postijiet tax-xogћol tkun imћarsa, kemm fil-ġisem u kemm fir-ruћ, id-dinjità tal-persuna umana. Dwar dan, fl-Ittra Leonjana insibu minquxa l-linji li fuqhom ġiet mibnija l-Leġislazzjoni Soċjali tan-Nazzjonijiet fiż-żminijiet tagћna;linji, li, kif ġà wera l-Predeċessur tagћna ta’ mm. imm. Piju XI fl-Enċiklika “Quadragesimo Anno [8], gћenu ћafna biex tinbena u tiġi żviluppata fergћa ġdida u mill-aktar nobbli tad-dritt, li hija d-Dritt tax-Xogћol.

 

22.       L-Enċiklika tgћid ukoll li l-ћaddiema gћandhom id-dritt ġej mill-istess natura li jibdew gћaqdiet kemm ta’ ћaddiema waћedhom, kif ukoll ta’ ћaddiema flimkien ma’ min iћaddimhom. Tiddefendi wkoll id-dritt li dawn l-gћaqdiet jistgћu jagћżlu dik l-organizzazzjoni li jidhrilhom li hija l-aћjar gћall-interessi tas-sengћa tagћhom, kif ukoll li jaћdmu ћielsa minn kull xkiel gћall-ġid tagћhom fi ћdan dawn l-istess gћaqdiet.

 

23.       Il-ћaddiema u min iћaddimhom gћandhom jirregolaw ir-relazzjoni ta’ bejniethom skond il-prinċipji tas-solidarjetà tal-bnedmin u l-fraternità nisranija;l-gћaliex kemm il-kompetizzjoni fis-sens tal-liberali, kif ukoll il-ġlieda bejn il-klassijiet fis-sens marxista jeћduha kontra n-natura u kontra l-ћsieb nisrani tal-ћajja.

 

24.       Dawn huma, Aћwa Venerabbli, il-prinċipji fundamentali li fuqhom gћandu jinbena l-veru ordni ekonomiku-soċjali.

 

25.       M’gћandux wieћed jistgћaġeb, gћalhekk, jekk il-Kattoliċi l-aktar kapaċi, imћeġġin minn dawn it-twissijiet, taw bidu gћal ћafna inizjattivi biex dawn il-prinċipji jiġu applikati fil-ћajja ta’ kuljum. Fuq l-istess linja, immexxija mill-ġibda tal-ћtiġijiet veri tal-istess natura, ћadmu n-nies ta’ rieda tajba f’kull pajjiż tad-dinja.

 

26.       Minћabba dan, l-Enċiklika ġiet imsejћa bir-raġun kollu l-“Magna Charta [9], tat-tiġdid ekonomiku-soċjali taż-żminiet moderni.

 

Il-“Quadragesimo Anno”

27.       Erbgћin sena wara l-ћarġa ta’ dik il-ġabra ċelebri ta’ tagћlim soċjali, il-Predeċessur tagћna ta’ mem. fel. Piju XI ћareġ ittra Enċiklika oћra li tibda bil-kelmiet “Quadragesimo Anno [10].

 

28.       F’dan id-dokument il-Papa jafferma d-dritt u d-dmir tal-Knisja li tagћti s-sehem neċessarju tagћha gћas-soluzzjoni tajba gћall-ћafna problemi soċjali serji w urġenti, li jinsabu fil-familja tal-bnedmin. Jafferma wkoll il-prinċipji fundamentali u t-twissijiet storiċi tal-Enċiklika Leonjana, u jieћu l-okkażjoni biex jiċċara xi punti dottrinali li fuqhom kien hemm xi dubji bejn il-Kattoliċi, u biex itenni l-ћsieb soċjali nisrani skond il-kondizzjonijiet imbiddla taż-żminijiet.

 

29.       Id-dubji li nqalgћu kellhom x’jaqsmu, b’mod speċjali, mal-proprjetà privata, is-sidtema tal-pagi, u kif gћandhom iġibu ruћhom il-Kattoliċi dwar il-forma ta’ soċjaliżmu moderat.

 

30.       Dwar il-proprjetà privata, il-Predeċessur tagћna jafferma li gћandha karattru ta’ dritt naturali u jagћfas fuq in-naћa tagћha soċjali u l-funzjoni li dan iġib miegћu.

 

31.       Dwar is-sistema tas-salarji, il-Papa jiċћad id-dottrina li dan hu sistema inġust minnu nnifsu. Iżda fl-istess ћin iwissi kontra l-mod inġust u inuman li bih is-sistema tas-salarji ġie ta’ spiss żviluppat;u jerġa’ jtenni bir-reqqa liema huma l-kundizzjonijiet li gћandu jkun hemm biex ma jkunx hemm nuqqas kontra l-ћaqq u s-sewwa.

 

32.       F’ din il-ћaġa, kif juri tajjeb ћafna l-Predeċessur tagћna, fi żminijietna hemm bżonn li l-kuntratt jittaffa b’xi elementi meћudin mill-kuntratt tas-soċjetajiet , b’mod li “l-istess ћaddiema jissieћbu jew fil-proprjetà jew fit-tmexxija jew sa ċertu qies fil-profitti [11].

 

33.       Hija ћaġa tal-akbar importanza kemm fit-tagћlim kif ukoll fil-prattika li Piju XI afferma li “x-xogћol qatt ma jista’ jiġi stmat bil-ġustizzja jew imћallas sewwa meta tintesa n-natura tiegћu kemm soċjali u kemm individwali[12]. Gћalhekk, meta l-ћlas tax-xogl jiġi ffissat, il-ġustizzja titlob li wieћed gћandu jżomm quddiem gћajnejh mhux biss il-ћtiġijiet tal-ћaddiema individwali u tar-responsabbiltajiet tagћhom tal-familja, imma wkoll il-qagћda ġenerali tal-produzzjoni li fiha jinsabu l-ћaddiema, flimkien mal-ћtiġijiet tal-ġid komuni ekonomiku[13].

 

34.       Il-Papa jsostni li hemm oppożizzjoni radikali bejn il-komuniżmu u l-kristjaneżmu, u jtenni li l-Kattoliċi qatt ma jistgћu jiġu mћollija jissieћbu fis-soċjaliżmu moderat;kemm gћax is-soċjaliżmu jћares lejn din il-ћajja bћallikieku l-ћajja kienet magћluqa fiż-żmien u jitћabat biss gћall-ġid ta’ din id-dinja;u kemm gћax b’hekk jiġri li minћabba li l-gћan ewlieni kemm tal-bnedmin kif ukoll tas-soċjetà jkunu l-ġid materjali, il-libertà tal-bniedem tiġi mnaqqsa sewwa, filwaqt li l-idea vera tal-awtorità soċjali titћalla barra.

 

35.       Iżda Piju XI ma jinsiex li fi żmien l-erbgћin sena li kienu gћaddew mill-ћarġa tal-Ittra Leonjana, l-qagћda ġenerali tad-dinja kienet tbiddlet sewwa. Dan deher fost ћwejjeġ oћra, mill-fatt li l-kompetizzjoni libera, minћabba qawwa mnissla u mwielda ġo fiha stess, waslet biex kważi ћonqot lilha nnifisha. Din il-kompetizzjoni libera ġiebet magћha konċentrazzjoni kbira ta’ flejjes u ġabra ta’ qawwa ekonomika enormi f’idejn il-ftit, “u dawn kemm-il darba lanqas ma kienu proprjetarji iżda biss depożitarji jew amministraturi tal-kapital, u setgћu jiddisponu minnu kif iridu u kif jogћġobhom[14].

 

36.       Minћabba dan, kif juri b’gћaqal kbir il-Papa, “mal-libertà tas-suq daћlet id-dominazzjoni ekonomika;mar-regћba gћall-flus twieled l-gћatx gћall-poter;b’dan il-mod l-ekonomija kollha saret ћarxa gћall-aћћar, ineżorabbli, kiefra[15], u l-awtorità pubblika ġiet magћmula lsira tal-interessi tal-grupp sakemm feġġ l-imperjaliżmu internazzjonali tal-flus.

 

37.       Biex isib rimedju gћal din il-qagћda, dak il-Papa ta, bћala prinċipji ewlenin, id-dћul mill-ġdid tal-ћajja ekonomika fl-ordni morali, u li l-interessi kemm tal-individwu kif ukoll tal-grupp jiġu moqdija biss fid-dawl tal-ġid komuni. Dan ifisser, skond it-tagћlim tal-Predeċessur tagћna, li s-soċjetà gћandha tiġġedded permezz ta’ gruppi awtonomi intermedji li jkollhom gћan ekonomiku w professjonali, maћluqin mill-istess membri, u mhux ordinati mill-Istat. Ifisser ukoll li l-poteri pubbliċi gћandhom jiġġeddu fid-dawl tad-dmirijiet tagћhom gћat-tkattir tal-ġid komuni;kif ukoll il-kollaborazzjoni mad-dinja kollha bejn l-gћaqdiet politiċi, ukoll fil-qasam ekonomiku.

 

38.       Iżda t-tagћlim ewlieni li tagћti din l-Enċiklika maġistrali nistgћu niġbruh f’żewġ punti prinċipali. L-ewwel wieћed hu li ma nistgћux nieћdu bћala kriterju suprem tal-ћidma u tal-istituzzjonijiet tad-dinja ekonomika la l-interess individwali jew tal-grupp, la l-kompetizzjoni libera, la l-predominju ekonomiku u lanqas il-prestiġju tan-nazzjon jew il-qawwa tagћha jew kriterji oћra bћal dawn.

 

39.       Il-kriterji supremi tal-ћidma u tal-istituzzjonijiet ekonomiċi gћandhom ikunu l-ġustizzja jew il-karità soċjali.

 

40.       It-tieni punt li gћandna naћdmu biex jinbena ordni ġuridiku, kemm ġewwa n-nazzjon u kemm internazzjonali li jkun fih ġabrata’ istituzzjonijiet sodi, kemm pubbliċi kif ukoll liberi, mibni fuq il-ġustizzja soċjali;l-ekonomija, imbagћad, gћandha tadatta ruћha gћal dan l-ordni b’mod li l-elementi ekonomiċi jsibuha aktar ћafifa li jmexxu l-ћidma tagћhom f’armonija mal-ћtiġijiet tal-ġustizzja fil-qasam tal-ġid komuni.

 

Ir-Radju Messaġġ ta’ Gћid il-Ħamsin tal-1941

41.       Imma fid-definizzjoni u fl-iżvilupp tat-tagћlim soċjali nisrani gћen mhux ftit Piju XII, il-Predeċessur tagћna ta’ mem.ven. li fl-ewwel ta’ Ġunju 1941, fil-festa tal-Gћid il-Ħamsin tkellem fuq ir-radju “biex jiġbed l-attenzjoni tad-dinja kattolika dwar anniversarju li ta’ min jonqxu b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Knisja: il-ћamsin anniversarju tal-Enċiklika soċjali ewlenija “Rerum Novarum” ta’ Ljun XIII[16], u biex niżżu ћajr umilment ’ l Alla li jista’ kollox gћall-gћotja li gћamel lill-Knisja b’ dik l-Enċiklika tal-Vigarju Tiegћu fuq din l-art u biex infaћћruh gћal dik iż-żiffa ta’ spirtu ta’ tiġdid li minn dak iż-żmien ’il hawn b’ mod dejjem akbar iġġerriet ma’ kollha kemm huma l-bnedmin[17].

 

42.       Fir-Radju Messaġġ dan il-Papa kbir jafferma gћal darb’oћra li l-Knisja gћandha “l-kompetenza li ћadd ma jista’ jiċћad li tiġġudika dwar is-sisien ta’ xi sistema soċjali skond dak l-ordni li ma jitbiddel qatt li Alla, Ħallieq u Feddej, wera permezz tad-dritt naturali u tar-rivelazzjoni[18];jerġa’ jtenni wkoll il-valur tat-tagћlim tal-Enċiklika “Rerum Novarum” u l-fekondità tagћha li qatt ma tintemm. Il-Q.T. il-Papa jieћu l-okkażjoni “biex jagћti prinċipji oћra morali fuq tliet valuri ewlenija tal-ћajja soċjali u ekonomika;it-tliet valuri fondamentali li jmorru flimkien, isaћћu u jgћinu lil xulxin, huma: l-użu tal-ġid materjali, ix-xogћol u l-familja[19].

 

43.       Dwar l-użu tal-ġid materjali, il-Predeċessur tagћna jafferma li d-dritt ta’ kull bniedem li juża dak il-ġid gћall-gћajxien tiegћu jiġi qabel kull dritt ieћor ta’ natura ekonomika;u qabel ukoll id-dritt tal-proprjetà. Kollu minnu, iżid il-Predeċessur tagћna, li anki d-dritt tal-proprjetà tal-ġid materjali huwa dritt naturali; iżda skond l-ordni magћmul minn Alla, id-dritt tal-proprjetà gћandu jkun ikkunsidrat hekk li ma jkunx ta’ tfixkil “gћall-ћtieġa li ћadd ma jista’ jneћћi li l-ġid maћluq minn Alla gћall-bnedmin kollha, jasal u jitqassam sewwa fost il-bnedmin kollha, skond il-prinċipji tal-ġustizzja u tal-karità[20].

 

44.       Dwar ix-xogћol, Piju XII jieћ punt li jinsab fl-Enċiklika Leonjana u jgћid li x-xogћol huwa fl-istess ћin dmir u dritt ta’ kull bniedem. Gћaldaqstant huwa qabel kollox dritt ta’ kull bniedem li jirregola r-relazzjonijiet tax-xogћol ma’ ћaddieћor. Biss fil-każ meta dawk li gћandhom dan id-dritt ma jużawhx jew ma jkunux jistgћu jużawh, “ikun id-dritt tal-Istat li jindaћal fil-qsim u t-tqassim tax-xogћol, kif u kemm jitlob il-ġid komuni mifhum sewwa[21].

 

45.       Dwar il-familja, il-Papa jtenni li l-proprjetà privata tal-ġid materjali hi ta’ siwi kbir biex trawwem u tћares il-ћajja tal-familja, jiġifieri, hija mezz adattat biex jiżgura “lill-missier tal-familja l-libertà mix-xogћol li gћandu bżonn biex jaqdi d-dmirijiet li tah Alla l-Ħallieq dwar il-ġid materjali, spiritwali u reliġjuż tal-familja[22]. Dan jgћodd ukoll gћall-familja li temigra. Fuq dan il-punt il-Predeċessur tagћna juri li meta l-Istat, kemm dawk li jћallu li ssir l-emigrazzjoni kemm dawk li jilqgћu nies minn barra, jiftehmu li jneћћu dak kollu li “jista’ jkun ta’ xkiel gћat-twelid u gћall-iżvilupp tal-vera fiduċja[23] bejniethom, jiġi li jkun hemm vantaġġ gћat-tnejn, gћax jgћinu gћat-tkattir tal-ġid tal-bnedmin u l-progress tal-kultura.

Tibdil ieћor

46.       Il-qagћda ġa mibdula fi żmien it-tifkira li gћamel Piju XII, tbiddlet ћafna iktar f’dawn l-aћћar gћoxrin sena kemm ġewwa l-istess nazzjonijiet kif ukoll for-relazzjonijiet bejniethom.

 

47.       Fil-qasam xjentifiku, tekniku w ekonomiku insibu l-invenzjoni tal-enerġija nukleari, l-ewwel applikazzjoni tagћa gћall-gwerra u mbagћad l-użu dejjem aktar tagћha gћall-ћajja ta’ kuljum; il-possibiltajiet bla tarf li l-kimika fetћet gћall-produzzjoni sintetika; iż-żieda fl-awtomazzjoni fil-qasam industrijali u s-servizzi pubbliċi; il-modernizzazzjoni tal-biedja;it-tnaqqis tal-bogћod bejn pajjiż u ieћor minћabba r-radju u t-televiżjoni;il-ћeffa dejjem akbar tat-trasporti;ir-rebћa tal-ispazji bejn il-pjaneti.

 

48.       Fil-qasam soċjali hemm:l-iżvilupp tas-sistemi tal-assigurazzjoni soċjali u, f’xi pajjiżi b’ekonomija żviluppata, il-bidu u t-tisћiћ tas-sens tar-responsabbiltà fil-problemi soċjali min-naћa tal-moviment tat-Trade Unions; il-progress fit-tagћlim elementari;it-tqassim iktar tal-ġid materjali;il-mogћdija tan-nies minn qasam gћall-ieћor tal-industrija, u t-tnaqqis dejjem sejjer tal-gћażla bejn klassi soċjali w oћra;l-interess tan-nies ta’ kultura żgћira fil-ġrajja tad-dinja. Barra dan iż-żieda fl-effiċjenza tas-sistemi ekonomiċi f’gћadd dejjem akbar ta’ nazzjonijiet turi dejjem f’dawl aktar ċar in-nuqqas ta’ ekwilibriju ekonomiku u soċjali bejn il-qasam tal-biedja min-naћa u l-qasam tal-industrija min-naћa l-oћra;bejn zoni ekonomikament żviluppati u oћrajn anqas żviluppati ġewwa l-istess nazzjon;u n-nuqqas ta’ ekwilibriju iktar fid-deher bejn pajjiżi b’ekonomija żviluppata u oћrajn inqas żviluppati.

 

49.       Fil-qasam politiku naraw; f’ћafna nazzjonijiet i-sehem fil-ћajja nazzjonali min-naћa ta’ gћadd kbir ta’ ċittadini ta’ kull kundizzjoni soċjali; it-tixrid u t-tkattir tal-ћidma tal-gvernijiet fil-qasam ekonomiku soċjali.

 

50.       Bejn in-nazzjonijiet imbagћad nilmћu: it-tmiem tas-sistemi kolonjali u l-indipendenza politika tal-ġnus tal-Asja u l-Afrika; it-tkattir u t-tisћiћ tar-relazzjonijiet bejn il-ġnus u d-dipendenza dejjem akbar minn xulxin; il-bidu u l-iżvilupp ta’ kotra ta’ organizzazzjonijiet bejn il-ġnus bi kriterji internazzjonali bћal gћaqdiet b’gћan ekonomiku, soċjali, kulturali u politiku.

 

Ir-Raġuni tal-Enċiklika l-Ġdida

51.       Aћna, madankollu, inћossu li huwa dmir tagћna li nћallu l-fjamma mixgћula mill-Predeċessuri kbar tagћna, u li nћeġġu lil kulћadd jieћu minnha d-dawl u l-ћerqa gћas-soluzzjoni tal-kwistjoni soċjali b’forma aktar adattata gћaż-żminijiet tagћna. Gћal din ir-raġuni, filwaqt li nfakkru solennement l-Enċiklika Leonjana, bi pjaċir nieћdu okkażjoni biex intennu w niċċaraw punti ta’ tagћlim ġa murija mill-Predeċessuri tagћna u , fl-istess ћin, infissru aktar il-ћsieb tal-Knisja dwar il-problemi ġodda u l-aktar importanti tal-mument.

 


 

IT-TIENI TAQSIMA

TIFSIR U ŻVILUPP TAT-TAGĦLIM TAR-“RERUM NOVARUM”

 

Inizjattiva Persunali u Ndћil tal-Gvern fil-Qasam Ekonomiku

52.       Qabel xejn ikollna ngћidu li l-qasam tal-ekonomija hu frott tal-ћidma tax-xogћol tal-individwi privati li jew jaћdmu gћal rashom inkella jiftehmu bejniethom biex jilћqu l-iskopijiet tagћhom ilkoll.

 

53.       Fl-istess qasam ukoll, gћal raġunijiet diġà mfissra mill-Papiet ta’ qabilna, tinћtieġ l-opra tal-gvernijiet biex imexxu l-iżvilupp tal-produzzjoni li jwassal gћall-progress soċjali u gћall-ġid taċ-ċittadini kollha.

 

54.       Din il-ћidma tal-gvernijiet, ћidma li tqanqal, trawwem, tidderieġi, tqassam, iżżid u tkompli l-ћidma privata, issib ir-raġuni tagћha fil-prinċipju tas-sussidjarjetà [24] li l-Papa Piju XI spjega fl-Enċiklika Quadragesimo Anno b’dan il-kliem:”Gћandu jibqa’ dejjem sod u ferm dan il-prinċipju tal-filosofija soċjali:bћalma ma tistax tieћu u tћaddi lill-komunità dak li jistgћu jagћmlu l-individwi minn rajhom u bil-ћidma tagћhom waћedhom;hekk ukoll tkun inġustizzja bi ћsara kbira gћall-bon ordni u gћajn ta’ taћwid, li tgћaddi gћal soċjetajiet ikbar u ogћla dak li soċjetajiet iżgћar jistgћu jagћmlu u jagћtu. Kull opra soċjali min-natura u l-qawwa tagћha stess gћandha tkun ta’ gћajnuna lill-membri tal-komunità soċjali; m’gћandha qatt tixrobhom jew teqridhom [25]

 

55.       Ma jridx wisq biex wieћed jintebaћ li, minћabba l-progress tax-xjenzi u t-teknika tal-produzzjoni, illum ћafna iktar minn qabel, il-gvernijiet jistgћu inaqqsu l-iskwilibriji bejn il-fergћat tal-produzzjoni, jew bejn id-diversi żoni fl-istess pajjiż, inkella bejn il-popli tad-dinja. Jistgћu ukoll irażżnu t-tlugћ u l-inżul tal-progress ekonomiku u jaћsbu wkoll biex jilqgћu b’rimedji sewwa kontra l-qgћad tal-kotra. Gћalhekk il-gvernijiet, li l-gћan tagћhom hu l-ġid ta’ kulћadd gћandhom jirsistu ћafna aktar minn qabel u b’mod ordinat fil-qasam tal-ћajja ekonomika; u gћal dan l-iskop gћandhom joћolqu l-istituzzjonijiet, uffiċċji, gћodda u metodi xierqa.

 

56.       Imma jibqa’ dejjem il-veru prinċipju li gћalkemm gћandu jkun hemm l-indћil tal-gvernijiet fil-qasam ekonomiku, anke kbir, li jilћaq l-irkejjen kollha tan-nazzjon, dan m’gћandu qatt joћnoq il-ћelsien tal-ћidma privata, anzi gћandu jgћinha u jkabbarha biex b’hekk ikunu mћarsa sewwa gћal kulћadd il-jeddijiet tal-persuna. Fost dawn id-drittijiet insemmu: il-jedd u d-dmir li kull bniedem gћandu li jmantni lilu nnifsu u lill-familja. Dan ifisser li kull sistema ekonomika gћandha tћalli lil kull wieћed is-setgћa li jieћu minn rajh l-inizjattiva fil-produzzjoni.

 

57.       Mill-bqija mill-aћћar żvilupp storiku, malajr tifhem kif ma jistax ikun hemm soċjetà ordinata tajjeb u miexja ’l quddiem jekk ma jkunx hemm ћidma flimkien bejn in-nies privati u l-gvernijiet. Din l-opra gћandha sseћћ bi ftehim flimkien u b’mod li sehem kull wieћed minnhom ikun imdaqqsa mal-ћtiġijiet tal-ġid komuni skond iċ-ċirkustanzi u tibdil ieћor minn żmien gћal żmien.

58.       Mill-esperjenza tal-imgћoddi nitgћallmu li fejn il-ћidma privata naqset, hemm nibtet u ћakmet it-tirannija: mhux talli hekk, imma l-ekonomija f’ћafna oqsma marret lura u tmewtet; u naqsu ћafna l-prodotti tal-konsum u s-servizzi li gћandhom x’jaqsmu sew mal-ġid u kemm mal-ispirtu; ġid u servizzi li jqanqlu u jћaddmu l-ġenju u l-bżulija tal-individwi.

 

59.       Fejn imbagћad tonqos gћal kollox jew mhix biżżejjed l-opra xierqa li l-gvern gћandu d-dmir li jagћti, hemm insibu taћwid bla tarf, sfruttament tad-dgћajfa min-nies b’saћћithom, li ma jimpurtahomx mil-liġi morali, nies li b’xorti ћażina jinsabu f’kull pajjiż bћas-sikrana qalb il-qamћ.

 

 


 

SOĊJALIZZAZZJONI

 

Bidu u Żvilupp Tagћha

60.       Waћda min-noti ewlenin ta’ żminijietna hija s-soċjalizzazzjoni, jiġifieri il-ћolqien ta’ ћafna relazzjonijiet soċjali ġodda, li ġiebu magћhom ћafna xorta ta’ ћidma u assoċjazzjonijiet fil-ћajja u fix-xogћol taċ-ċittadini, assoċjazzjonijiet li sabu wkoll post fis-sistema legali tal-pajjiż. Ir-raġunijiet gћal dan l-iżvilupp insibuhom f’ћafna ġrajja tal-aћћar żminijiet bћalma huma: il-progess fix-xjenzi u s-snajja’, effiċjenza ikbar fil-produzzjoni, livell gћoli ta’ ћajja fost iċ-ċittadini.

 

61.       Din is-soċjalizzazzjoni ġejja minn, u fl-istess ћin iġġib, l-indћil dejjem ikbar tal-gvernijiet f’oqsma importanti u perikolużi li gћandhom x’jaqsmu mal-ћajja personali taċ-ċittadini bћal ma huma: il-ћarsien tas-saћћa, l-edukazzjoni taż-żgћar u l-gћażla tas-snajja’ u l-metodi gћall-gћajnuna u riabilitazzjoni ta’ dawk b’mod jew ieћor immankati. Dan juru u ġej mill-ġibda li hemm fin-natura - ġibda li ma tistax iżżommha - li l-bnedmin minn rajhom jingћaqdu bejniethom biex jiksbu xi ġid, li kull wieћed ikun daћћal f’rasu u li weaћdu ma jkunx jista’ jasal gћalih. Minћabba f’din il-ġibda, f’dawn l-aћћar żminijiet inћolqu gћadd ta’ xirkiet, soċjetajiet, assoċjazzjonijiet w istituti bi skopijiet ta’progress ekonomiku, soċjali, kulturali, rikreattivi, sportivi, professjonali u politiċi; u dan sar sew fi ћdan kull nazzjon individwali kemm ukoll fuq livell internazzjonali.

 

Il-Valur Tagћha

62.       Ħadd ma jista’ jiċћad li minn dan il-progress soċjali jista’ joћroġ ћafna ġid. Ħafna mid-drittijiet tal-persuna tal-bniedem se jsibu t-twettiq u sodisfazzjon tagћhom, l-iktar dawk soċjali u ekonomiċi bћalma huma l-jedd gћall-gћajxien, il-ћarsien tas-saћћa, tagћlim elementari, tћarriġ aћjar fis-snajja’, djar, xogћol, mistrieћ xieraq u rikreazzjoni. Inżidu wkoll li llum, minћabba l-organizzazzjoni dejjem aktar perfetta tal-invenzjonijiet tax-xjenza bћalma huma l-istampa, iċ-ċinema, ir-radju u t-televiżjoni - li bihom jixxerrdu ma’ kullimkien l-ideat - il-bnedmin kollha, gћalkemm ‘il bogd minn xulxin, jistgћu jieћdu sehem f’kull ma jiġri fid-dinja bћallikieku kienu hemm

 

63.       Fl-istess ћin din is-soċjalizzazzjoni ġġib magћha kotra ta’ kull xorta ta’ assoċjazzjonijiet u toћloq f’kull qasam tal-ћajja gћadd ta’ liġijiet li jiffissaw u jmexxu r-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini. Hekk jiġri li l-ћelsien tal-ћidma tal-individwu jitrażżan u jitnaqqas;jitћaddmu mezzi, jidћlu metodi u jitfaċċaw ċirkustanzi li wieћed isibha bi tqila biex jaћseb b’rasu bla ma jћoss il-forzi ta’ madwaru; jaћdem minn rajh;iћaddem jeddijietu u dmirijietu kif jinћtieġ; u jћarreġ u jipperfezzjona s-setgћat tal-ispirtu tiegћu. Gћandna ngћidu mela li iktar ma tmur ‘il quddiem u tissaћћaћ is-soċjalizzazzjoni, il-bnedmin jiddallam moћћhom u ma jibqgћux responsabbli tagћhom infushom? Dan ma ngћiduh qatt.

64.       Is-soċjalizzazzjoni mhix frott ta’ forzi gћamja tan-natura; imma hi frott tal-ћidma tal-bnedmin ћielsa li min-natura tagћhom stess jaћdmu b’mod li huma responsabbli ta’ dak li jagћmlu, anke jekk ikollhom jgћarrfu u joqogћdu gћal-liġijiet tal-progress soċjali u ekonomiku, bla ma jkunu jistgћu jeћilsu gћal kollox mill-forza taċ-ċirkustanza ta’ madwarhom.

65.       Gћalhekk aћna ngћidu li s-soċjalizzazzjoni tista’ u gћandha titmexxa b’mod li ġġib il-vantaġġi kollha tagћha bla ma ġġib - jew gћall-inqas jitnaqqsu - l-iżvantaġġi li jista’ jkun fiha.

 

66.       Biex naslu hawn jenћtieġ li min gћandu s-setgћa tal-gvern f’idejh idea sewwa u ћajja tal-ġid komuni, li mhux ћaġa oћra ћlief il-ġemgћa tal-kondizzjonijiet soċjali li fihom il-bnedmin kollha jistgћu bil-ћeffa jipperfezzjonaw ruћhom sewwa. Intennu aћna li l-korpi, l-organizzazzjinijet u intrapriżi oћra li bihom tesprimi ruћha u sseћћ is-soċjalizzazzjoni gћandhom imexxu lilhom infushom b’liġijiet tagћhom stess; u fejn ikun hemm fin-nofs il-ġid tagћhom ilkoll jaћdmu gћalenija u bis-sinċerità biex jilћqu l-iskopi tagћhom. Jinћtieġ ukoll li dawn l-organizzazzjonijiet ikollhom in-natura u l-forma ta’ veri komunitajiet li fiha l-membri jitmexxew bћala persuni umani u jieћdu sehem sewwa fil-ћajja tagћhom.

 

67.       Fl-iżvilupp tal-organizzazzjoni tar-relazzjonijiet soċjali fis-soċjetà tal-lum l-aћjar ordinament ikun dak li jwieżen tajjeb dawn iż-żewġ ћwejjeġ; il-jedd li gћandhom iċ-ċittadini, wieћed wieћed jew ġemgћat ġemgћat, li jmexxu lilhom infushom u jaћdmu flimkien, u l-ћidma tal-gvern biex isostni u jorganizza l-ћidma taċ-ċittadini privati.

 

68.       Jekk din is-soċjalizzazzjoni tkun organizzata skond dawn id-direttivi u l-ordni morali, min-natura tagћhha stess ma jkun fiha xejn li jġib periklu serju ta’ restrizzjoni żejda bi ћsara gћall-individwi; anzi organizzazzjoni bћal din tist’ twassal mhux biss gћall-iżvilupp u l-perfezzjoni tal-fakultajiet li hemm fil-bniedem iżda wkoll gћall-rikreazzjoni organika tas-soċjetà li l-Papa ta’ qabilna Piju XI qalilna fil-“Quadragesimo Anno” hi neċessarja gћas-sodisfazzjon tal-ġustizzja soċjali[26].

 

IL-KUMPENS TAX-XOGĦOL

Il-Qies tal-Ħaqq u s-Sewwa

69.       B’qalbna mimlija mrar nilmћu quddiemna dehra tal-biki, dehra ta’ kotra kbira ta’ ћaddiema mxerrda mhux fi ftit ġnus, u saћansitra f’ kontinenti sћaћ, li gћandhom paga tant żgћira li qegћdin jgћixu u jgћajjxu lill-familji tagћhom f’kundizzjonijiet li bl-ebda mod ma jixirqu lid-dinjità ta’ bnedmin li huma. Fost raġunijiet oћra, dan qiegћed jiġri, jew il-gћaliex l-industrija f’dawn il-pajjiżi gћadha kif daћlet, jew gћax gћad mhumiex żviluppati biżżejjed.

 

70.       Il-kiefra u l-insolenti hi li min-naћa ssib il-ftit jgћumu fil-ġid u jixxaћxћu fil-lussu, u min-naћa l-oћra l-kotra kbira fil-gћaks u fil-faqar. F’xi nazzjonijiet imbagћad il-poplu hu mgћobbi b’ћafna piżijiet żejda biex il-pajjiż ikollu produzzjoni kbira fl-iqsar żmien; produzzjoni li, kieku kellhom jitqiesu l-ћaqq u s-sewwa ma tista’ qatt tintlaћaq b’tant ћeffa. Fl-oћrajn il-biċċa l-kbira tad-dћul qiegћda tinћela gћall-ћarsien u t-tkabbir ta’ prestiġju nazzjonali fieragћ, u flejjes kbar qegћdin jinћlew fl-armamenti tal-gwerra.

 

71.       Żid ukoll li fil-pajjiżi żviluppati mhux rari li ssib li xogћol żgћir ta’ siwi dubbjuż hu mћallas tajjeb u tajjeb sewwa; xogћol ieћor imbagћad ta’ qligћ kbir u li jinћtieġ l-gћaqal, magћmul minn qtajjiet sћaћ ta’ ћaddiema bieżla w onesti, hu mћallas bi ћlas li la jservi gћall-gћajxien u anqas ma hu ġust meta tqis il-ġid li qiegћda tieћu minnu n-nazzjon, il-qliegћ tal-impriża fejn qed isiru ż-żieda fid-dћul nazzjonali.

 

72.       Aћna nћossu d-dmir tagli nerġgћu niddikkjaraw li jekk mhux sewwa li nћallu l-paga tkun iffissata mill-kompetizzjoni ћielsa tas-suq, lanqas ma hu sewwa li tkun fid-deċiżjoni kapriċċjuża tas-setgћana. F’din il-kwistjoni gћandhom jitqiesu l-ћaqq u s-sewwa. Dan jitlob li l-paga tal-ћaddiema isservih gћall-gћajxien tiegћu ta’ bniedem u biex iżomm il-familja kif jixraq. Meta wieћed jiġi biex jiffissa l-paga skond is-sewwa, jqis ukoll x’jiswa xogћol il-ћaddiem gћall-produzzjoni u x’inhu l-istat finanzjarju tal-impriża li fiha qed jaћdem; l-interess tal-ġid komuni tan-nazzjon, l-iktar f’dak li gћandu x’jaqsam mat-tћaddim tan-nies fil-pajjiż kollu; u fl-aћћar imbagћad il-ġid komuni tal-ġnus maћquda flimkien, ġnus diversi fin-natura u d-daqs tagћhom.

 

73.       Dawn il-kriterji li semmejna jiswew gћal kull żmien u kull pajjiż; iżda kemm u kif jistgћu jitћaddmu gћandu jitqies skond iċ-ċirkostanzi, u dan ma jistax jingћad qabel ma tћares lejn ir-riżorsi li jkun hemm; u dawn ir-riżorsi jistgћu tabilћaqq jitbiddlu fi kwantità u n-natura tagћhom minn poplu gћal poplu u minn żmien gћall-ieћor fl-istess pajjiż.

 

Żvilupp Ekonomiku u Progress Soċjali

74.       Billi fi żmienna, l-iktar mill-aћћar gwerra ’l hawn, issib progress ekonomiku kbir fin-nazzjonijiet, jaqbel insemmu u nwiddbu lil kulћadd dwar prinċipju fundamentali ta’ ġustizzja soċjali, jiġifieri, li l-iżvilupp ekonomiku jissieћeb u jiddaqqas mal-progress soċjali, b’mod li l-klassijiet kollha tal-pajjiż ikollhom sehem xieraq miż-żieda tal-produzzjoni. Kulћadd gћandu joqgћod attent u jagћmel ћiltu kollha biex id-divrenzji ekonomiċi soċjali bejn il-klassijiet ma jiżdidux anzi kemm jista’ jkun jitnaqqsu.

 

75.       Billi l-ġid tan-nazzjon”, kif igћallimna tajjeb il-Predeċessur tagћna l-Papa Piju XII, “hu l-frott u l-ћolqien tal-ћidma gћaqlija taċ-ċittadini kollha flimkien, is-sistema ekonomika tan-nazzjon gћandha jkollha bi skop tagћha li toћloq u tiżgura dawk il-kundizzjonijiet materjali meћtieġa biex kull bniedem ikun jista’ jiżviluppa ruћu sewwa. Fejn dan iseћћ fis-sod, il-poplu jkun tabilћaqq sinjur. Minn dan naraw li l-progress u l-prosperità materjali ta’ poplu titqies mhux mill-kwantità tal-ġid u l-gћana daqskemm mit-tqassim tagћhom fost iċ-ċittadini skond il-ћaqq, b’mod li kull individwu tal-pajjiż jista’ jgћix u jiżviluppa ruћu. Dan fis-sewwa hu l-iskop kollu tal-ekonomija tan-nazzjon”. [27]

 

76.       Hawn irridu niġbdu l-attenzjoni gћalli qiegћed jiġri f’ћafna nazzjonijiet fejn fis-sistema ekonomika tagћhom ftit huma l-impriżi kbar u mezzani li qegћdin jilћqu b’ћeffa kbira żviluppi kbar billi jiffinanzjaw lilhom infushom gћat-tiġdid u l-perfezzjonament tal-makni. Meta jkun hekk aћna nżommu li dawn l-impriżi gћandhom jagћrfu l-jedd tal-ћaddiema li dawn ikollhom titoli fl-impriżi li qegћdin jaћdmu fihom, l-iktar meta l-pagi tagћhom ma jaqbżux il-minimum ġust.

 

77.       F’ din il-materja rridu niftakru fil-prinċipju mfisser fl-Enċiklika “Quadragesimo Anno” b’dan il-kliem: “Mhux sewwa mela li dak kollu li jiġi minn dawn iż-żewġ forzi magћquda flimkien jingћata li-sidien jew lill-ћaddiema biss. Hu gћemil inġust li naћa twarrab u ġġenneb dak li gћamlet l-oћra u taћtaf il-frott kollu f’idejha[28].

 

78.       Kif turina l-esperjenza dan il-jedd ta’ ġustizzja jista’ jkun sodisfatt mhux b’mod wieћed biss. Biex ma nsemmux oћrajn, illum aktar minn qabel jinћtieġ li l-ћaddiema bil-mod il-mod u b’mezzi adattati, jiksbu sehem mill-proprjetà tal-impriża fejn jaћdmu; illum iktar u bћal fi żmien il-Predeċessur tagћna: “gћandu jsir minn kollox, sabiex gћall-anqas gћal li ġej jitћalla jinġabar f’idejn l-gћonja dak is-sehem biss mistћoqqilhom, u sehem ieћor biżżejjed jingћata lill-ћaddiema[29].

 

79.       Niftakru wkoll li r-relazzjoni bejn il-paga u x-xogћol gћandha titqies fid-dawl tal-ġid komuni sew tan-nazzjon kemm ukoll tal-familja tal-ġnus kollha.

 

80.       Dawn gћandhom x’jaqsmu mal-ġid komuni tan-nazzjon; li jkun hemm xogћol gћall-kotra tal-ћaddiema; li ma jkunx hemm gruppi ta’ privileġġjati anke fost il-ћaddiema nfushom; proporzjon bejn il-pagi u l-prezzijiet tal-prodotti biex il-kotra l-kbira taċ-ċittadini jistgћu jilћqu mal-ġid u s-servizzi li jkun hemm; kontroll jew it-tneћћija gћal kollox ta’ l-iskwilibrji bejn il-fergћat tal-ekonomija, jiġifieri; il-biedja, l-industrija u s-servizzi; proporzjon bejn l-iżvilupp ekonomiku u s-servizzi pubbliċi erssenzjali; aġġustament tal-mezzi u tal-produzzjoni fil-livell tal-ћajja tal-lum, b’mod li titwitta t-triq gћall-ġejjieni aћjar ‘il quddiem.

 

81.       Dwar il-ġid komuni tal-familja tal-ġnus ngћidu li dan jitlob li titwarrab kull kompetizzjoni inġusta bejn l-ekonomija tan-nazzjon u oћra; li jitnisslu u jitrawmu ftehim u ћidma flimkien fil-qasam ekonomiku; u fl-aћћar li jaћdmu flimkien fl-iżvilupp ekonomiku ta’ dawk il-ġnus li gћadhom fil-bidu tal-iżvilupp tagћhom.

 

82.       Hi ћaġa ċara li kull m’gћandu x’jaqsam mal-ġid ta’ kull nazzjon u l-ġnus kollha f’daqqa gћandu jitqies meta wieћed jiġi biex iqassam il-qligћ u jiffissa s-sehem li jmiss lid-diretturi tal-impriża kif ukoll l-imgћax u d-dividendi li jmissu lil dawk li jfornu l-kapitali.

 


 

Il-Ġustizzja u l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

83.       Il-ġustizzja gћandha titqies mhux biss fit-tqassim tal-produzzjoni tax-xogћol iżda wkoll fl-organizzazzjoni tal-impriżi fejn issir din il-produzzjoni. In-natura tal-bniedem stess trid li kull meta wieћed jaћdem, ikun jista’; jћaddem ir-responsabbiltà tiegћu u jiżviluppa lilu nnifsu.

 

84.       Minn dan jiġi li, jekk biex ikun hemm din il-produzzjoni jkun hemm sistema ekonomika b’organizzazzjoni u mezzi li jagћmlu ћsara lill-ћaddiema fid-dinja tagћhom ta’ bnedmin li huma, jew inaqqsulhom is-sens ta’ responsabbiltà jew teqirdilhom l-inizjattiva personali, aћna nqisu din is-sistema ‘l bogћod mill-ġustizzja, anki jekk stess toћroġ minnu produzzjoni kbira u t-tqassim tagћha jsir skond il-ћaqq u s-sewwa.

 

Konferma ta’ Direttiva

85.       Mhux gћalkemm tgћid sewwa liema organizzazzjoni ta’ sistema ekonomika taqbel l-iktar mad-dinjità tal-bniedem u li tqanqal fil-ћaddiem is-sens ta’ responsabbiltà tax-xogћol tiegћu. B’danakollu il-Predeċessur tagћna Papa Piju XII fassal dawn id-direttivi: “Il-proprjetà żgћira u mdaqqsa fil-biedja, fis-snajja’ u l-arti, fil-kummerċ u l-industrija gћandha tkun imћarsa u sostnuta billi tiżguralhom il-vantaġġi tal-impriżi l-kbar permezz ta’ kooperattivi; filwaqt li l-impriżi l-kbar gћandhom ikollhom l-okkażjoni li jimmoderaw il-kuntratt tax-xogћol bil-kuntratt ta’ sћubija[30].

 

Impriżi tas-Snajja’ u Kooperativi

86.       Gћandu wieћed iћares u jsostni, dejjem bil-ġid komuni u l-progress tas-snajja’ quddiemu, l-impriża tas-snajja’ l-kbar, l-impriża tal-biedja fi ћdan il-familja, u l-impriża tal-kooperativa anke bћala kumplament tagћhom it-tnejn.

 

87.       Fuq l-impriża tal-biedja tal-familja nitkellmu iktar ‘l isfel. Hawnhekk ngћidu xi ћaġa fuq l-impriża tas-snajja’ u l-impriża kooperativa.

 

88.       Nibdew biex ngћidu li sabiex dawn iż-żewġ xorta ta’ impriżi jżommu ћajja jinћtieġilhom li jimxu ‘l quddiem u jaddattaw ruћhom dejjem - fl-organizzazzjoni, fix-xogћol, fil-produzzjoni - maż-żminijiet, jiġifieri mal-progress tax-xjenza u t-teknika, mal-bidla tal-gosti u l-bżonnijiet tal-konsumaturi. Dan l-addattament gћandu jsir l-ewwelnett mill-istess nies tas-snajja’ u l-membri tal-kooperativi.

 

89.       Hemm bżonn, gћalhekk li, sew dawn kemm dawk, ikollhom formazzjoni sewwa, sew fis-snajja’ kemm kulturali, u organizzati f’soċjetajiet skond is-sengћa tagћhom; jinћtieġ ukoll li jkun hemm politika ekonomika dwar it-tagћlim, l-impożizzjoni tat-taxxi, il-kredtu, l-assigurazzjoni soċjali.

 

90.       Mill-bqija, din il-ћidma tal-gvernijiet favur in-nies ta’ snajja’ u koperativi hi ġustifikata minћabba li dawn qegћdin gћall-formazzjoni spiritwali ġenwini b’gћajnuna kbira gћall-progess taċ-ċiviltà.

 

91.       Jekk inhu hekk, b’qalb ta’ missier aћna nsejћu n-nies tas-snajja’ żgћar u l-membri tal-kooperativi, huma fejn huma fid-dinja, u nћeġġuhom biex iћossu l-missjoni kbira li gћandhom fil-ћajja nazzjonali. Il-ћidma tagћhom qiegћda żżomm ћaj is-sens tar-responsabbiltà u l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni f’pajjiżhom u li huma qegћdin iżommu mixgћula l-imћabba gћall-opri tas-sengћa tal-ġmiel.

 

Sehem il-Ħaddiema fl-Impriżi Kbar u Mezzana

92.       Bћall-Predeċessuri tagћna, aћna persważi li l-ћaddiema gћandhom il-jedd jippretendu li jkollhom sehem fil-ћajja u l-ћidma tal-impriża li fiha huma mdaћћla u qegћdin jaћdmu. Kif u x’sehem gћandu jkun, ma nistgћux ngћiduh gћal kulћadd f’daqqa; imma kull impriż gћandha titqies gћaliha: iċ-ċirkustanzi tagћhom jitbiddlu minn waћda gћall-oћra, u fi ћdan l-istess impriża jista’ jkun hemm tibdil mill-qiegћ f’daqqa. M’gћandniex dubju iżda, li l-ћaddiema gћandhom ikollhom sehem fl-impriżi li jaћdmu fihom sew jekk ikunu privati sew nazzjonali. Kull impriża gћandha tfittex li tkun komunità ta’ nies meqjusa bћala persuni fir-relazzjonijiet, fil-ћidma u fil-pożizzjoni tagћhom ilkoll.

 

93.       Dan jenћtieġ li s-sidien u d-diretturi min-naћa u l-ћaddiema mill-oћra jkollhom rispett, stima u rieda tajba lejn xulxin; jitlob ukoll li jћdmu flimkien b’fehma waћda fl-istess xogћol; u jaћdmu mhux biss bil-ћsieb li jaqilgћu l-flus imma wkoll biex jaqdu l-inkarigu fdat f’idejhom bћala sodisfazzjon ta’ dmir gћall-ġid ta’ ћaddieћor. Dan ifisser ukoll li l-ћaddiema jkunu jistgћu isemmgћu leћinhom u jagћtu sehemhom fit-tћaddim u l-progress tal-impriża. Il-Predeċessur tagћna Piju XII kien gћallem: “Il-ћidma ekonomika u soċjali li kull bniedem jixtieq jagћmel tridli l-iżvolġiment tal-ћidma ta’ kull wieћed ma tkunx soġġetta gћal kollox gћar-rieda ta’ ћaddieћor[31]. Ma hemm l-ebda dunju li impriż organizzata skond id-dinjità tal-bniedem tiżgura l-awtorità u l-unità effiċjenti u neċessarja tad-direzzjoni; ma tista’ qatt imma ġġib il-ћaddiema ta’ kuljum fil-livell ta’ nies li jagћmlu li jgћidulhom biss, bla ma jistgћu jitkellmu jew jagћtu l-frott tal-esperjenza tagћhom fix-xogћol, nies li jġibu ruћhom passivi bla ma jkollhom leћen fid-deċiżjonijiet li jittieћdu gћat-tmexxija ta’ xogћolhom stess.

 

94.       Irridu nfakkru li l-bżonn li l-ћaddiema jkollhom responsabbiltà fl-impriżi tal-produzzjoni mhux biss ġej min-natura tal-bniedem, imma wkoll mill-iżvilupp storiku fil-qasam ekonomiku, soċjali, u politiku.

 

95.       Kollu minnu li fi żminijietna gћad hawn ћafna skwilibrji li jmorru kontra l-ġustizzja u d-dinjità tal-bniedem; u dottrini foloz qegћdin jgћarrqu sewwa l-attività, l-iskopijiet, l-organizzazzjoni, u l-funzjonijiet tal-qasam ekonomiku; ћadd ma jista’ jiċћad li s-sistemi tal-produzzjoni illum minћabba l-progress tax-xjenza u t-teknika qegћdin jimxu ‘l quddiem, jiġġeddu kuljum u jżidu l-effiċjenza tagћhom b’ћeffa wisq aktar minn qabel. Dan jitlob minn gћand il-ћaddiem ћila ikbar u tћarriġ fis-sengћa iktar minn qabel. Fl-istess ћin il-ћaddiema gћandhom f’idejhom mezzi iktar u żmien iżjed addattat u kompit tagћhom; kif ukoll gћal dik li hi kultura u formazzjoni morali u reliġjuża.

 

96.       Iż-żgћażagћ ukoll illum jistgћu jgћaddu snin iktar gћt-tagћlim elementari u tћarriġ fis-snajja’.

 

97.       Jekk inhu hekk, qegћdin jinћolqu il-kondizzjonijiet meћtieġa biex il-ћaddiema jistgћu jieћdu fuq spallejhom responsabbiltajiet fi ћdan l-impriżi tagћhom. L-istat imbagћad jaqbillu mhux ftit li ċ-ċittadini ta’ kull klassi iћossu ruћhom responsabbli gћal ġid komuni fl-oqsma kollha tal-ћajja.

 

Sehem il-ћaddiema fl-oqsma kollha

98.       Fi żmienna nsibu li l-gћaqdiet tal-ћaddiema kotru bil-bosta u sabu posthom ukoll fis-sistema legali tad-diversi nazzjonijiet u f’livelli internazzjonali. L-iskop ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet mhux li jiġġieldu lil xulxin, iżda li jaћdmu flimkien permezz ta’ ftehim kollettiv bejn l-assoċjazzjonijiet tal-ћaddiema u tas-sidien. Irridu ngћidu liu jaqbel u jinћtieġ li leћen il-ћaddiema jinstema’ u l-piż tagћhom jinћass ‘il barra mill-assoċjazzjonijiet tagћhom fil-livelli kollha tal-ћajja nazzjonali.

 

99.       Ir-raġuni hi li dawn l-impriżi tal-produzzjoni, huma kemm huma kbar, effiċjenti u importanti, huma biċċa waћda fis-sistema ekonomika ġenerali tal-pajjiż u l-prosperità tagћhom tiddependi minnha.

 

100.   Id-deċiżjonijiet li gћandhom x’jaqsmu ma’ din is-sistema ekonomika ma jistgћux jittieћdu fi ћdan l-impriżi tal-produzzjoni; imma mill-gvernijiet jew istituzzjonijiet oћra internazzjonali, reġjonali, nazzjonali, jew inkella minn istituzzjonijiet ta’ xi qasam jew kategorija ekonomika. Minn dan jidher kemm jaqbel u kemm hu neċessarju li fil-gvernijiet u f’dawn l-istituzzjonijiet, barra s-sidien u dawk li jirrapreżentawhom, ikun hemm ukoll il-ћaddiema jew dawk li gћandhom l-inkarigu li jfittxu l-jeddijiet, il-bżonnijiet u x-xewqat tagћhom.

 

101.   Lejn dawn l-assoċjazzjonijiet professjonali jtir il-ћsieb tagћna u tmur l-imћabba tagћna ta’ missier. Lilhom aћna nagћmlu l-qalb biex moћjija kif inhuma mit-tagћlim nisrani ikomplu l-opra tagћhom fil-kontinenti tad-dinja. Nafu bi xkiel kbir u ta’ kull xorta li jiltaqgћu miegћu dawn uliedna fit-tћabrik tagћhom; kemm tћabtu u gћadhom jitћabtu biex fi ћdan il-ġnus individwali u fid-dinja jiddefendu l-jeddijiet tal-ћaddiema.u jġibulhom ‘il quddiem il-kundizzjonijiet materjali u morali tagћhom.

 

102.   Barra dan irridu nqisu li l-opra tagћhom titqies mhux biss mill-frott tagћha dirett u immedjat li wieћed jista’ jara malajr, imma anke mill-influwenza tagћha fuq il-qasam tax-xogћol kollu; permezz tagћhom qed jidћlu f’da il-qasam ideat u kriterji ta’ ћidma bi spirtu nisrani. Dan il-frott jixraqlu u jistћoqqlu tifћir xejn inqas mill-ieћor.

 

103.   Irridu wkoll b’qalb ta’ missier infaћћru lil dawk uliedna gћeżież gћalina li, imqanqla mid-dottrina nisranija, qegћdin jgћinu sewwa lill-assoċjazzjonijiet u l-gћaqdiet tas-snajja’ l-oћra, immexxija mil-liġi naturali u kollhom rispett gћal-libertà tal-kuxjenza.

 

104.   Nifirћu lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogћol (I.L.O.) u napprezzaw il-ћidma tagћhom li issa ilha sejra gћal ћafna snin. Nafu bis-sehem tagћhom gћaqli, prezzjuż u qawwi biex jinbena fid-dinja ordni ekonomiku soċjali skond il-ġustizzja u d-dinjità tal-bniedem; ordni li jagћraf u jћares il-jeddijiet leġittimi tal-ћaddiema.

 


 

IL-PROPRJETÀ PRIVATA

 

Is-Sitwazzjoni Tbiddlet

105.   F’dawn l-aћћar snin il-proprjetà produttiva u r-responsabbiltà tad-direzzjoni tal-impriżi l-kbar inqatgћu dejjem aktar minn xulxin. Dan ћoloq problemi diffiċli fil-kontroll min-naћa tal-gvernijiet biex jiżguraw li l-iskopijiet tad-diretturi tal-impriżi l-kbar, speċjalment dawk li gћandhom importanza kbira fis-sistema ekonomika tan-nazzjon, ma jmorrux kontra l-interessi tal-ġid komuni. U dawn il-problemi jqumu xorta waћda, kif tixhed l-esperjenza, sew jekk il-proprjetarji jkunu nies privati sew jekk ikunu korpi governativi.

 

106.   Illum ukoll ћafna huma dawk in-nies, u dawn qegћdin jiżdiedu, li qegћdin iћarsu bil-kwiet lejn il-futur gћax jinsabu f’soċjetajiet ta’ assigurazzjoni jew minћabba l-assigurazzjoni soċjali; dar kien moћћhom mistrieћ bil-patrimonju tagћhom gћalkemm moderat.

 

107.   Naraw ukoll li fi żmienna iktar milli jћabrek biex ikollu proprjetà, wieћed jagћmel ћiltu kollha biex jikseb ћila fis-snajja’; u iktar jistma’ l-qliegћ li ġej mill-jeddijiet tax-xogћol jew mill-jeddijiet ibbażati fuq ix-xogћol milli jistma’ r-renti ġejja mill-kapitali jew mill-jeddijiet ibbażati fuq il-kapitali.

108.   Fl-aћћar mill-aћћar dan jaqbel ћafna man-natura tax-xogћol tal-persuna tal-bniedem, u gћalhekk jiġi qabel il-kapital li ma hux ћlief mezz gћal skop ieћor. Dan hu pass ‘il quddiem fiċ-ċiviltà tal-bniedem.

 

109.   Minћabba dawn il-kundizzjonijiet ġodda fost il-kotra fil-qasam ekonomiku qam id-dubju jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi tal-lum il-prinċipju mxandar u mfisser mill-Predeċessuri tagћna gћadux jiswa jew naqasx fil-ћajja tiegћu, jiġifieri; jekk il-bniedem gћandux min-natura tiegћu d-dritt tal-proprjetà anke tal-ġid produttiv.

 


 

Id-Dritt tal-Proprjetà Privata

110.   Dan id-dubju ma jiswa xejn. Id-dritt gћall-proprjetà privata, anke tal-ġid produttiv, hu bbażat fuq in-natura tal-bniedem, li tgћidilna wkoll li l-individwu jiġi qabel l-Istat u gћalhekk l-Istat gћandu jqis l-individwu bћala l-iskop tal-ћajja soċjali kollha. Mill-bqija gћalxejn jiddefendu d-drittijiet tal-inizjattiva ћielsa tal-individwu jekk min-naћa l-oћra jneћћulu d-dritt li jagћżel u jinqeda kif jidhirlu bil-mezzi meћtieġa biex iћaddem dan id-dritt. L-esperjenza u l-istorja juruna li fejn il-gvernijiet ma jagћrfux il-jedd tal-proprjetà privata, il-libertà jew tnaqqset jew tneћћiet gћal kollox f’ћafna ћwejjeġ fejn il-bniedem seta’ jћaddimha. Minn dan naraw li l-jedd tal-proprjetà jsostni u jiżgura l-jedd tal-ћelsien tal-individwu.

 

111.   Din hi r-raġuni li gћaliha movimenti u assoċjazzjonijiet politiċi soċjali, bi skop li jressqu u jgћaqqdu flimkien il-libertà u l-ġustizzja fil-ћajja soċjali, u li s’issa kienu dejjem kontra l-proprjetà privata tal-ġid produttiv, illum imgћallma aћjar mill-iżvilupp soċjali, qed ibiddlu l-fehma tagћhom u waslu biex japprovaw dan il-jedd.

 

112.   Aћna gћalhekk inwettqu u nagћmlu tagћna t-tagћlim tal-Predeċessur tagћna, il-Papa Piju XII:”Meta l-Knisja tiddefendi l-jedd gћall-proprjetà privata, dan tagћmlu bi skop gћoli morali soċjali. Hi ma tridx sempliċement issostni l-istat preżenti bћallikieku kien l-espressjoni tar-rieda t’Alla, l-anqas biex tћares bi prinċipju l-gћani u l-plutokrata kontra l-fqir u dawk li m’gћandhom xejn… Il-Knisja tћabrek biex il-proprjetà privata tkun dak li tabilћaqq gћandha tkun skond il-pjani tal-gћerf t’Alla u d-dispożizzjoni tan-natura[32], jiġifieri li l-proprjetà privata tkun il-garanzija tal-libertà tal-persuna tal-bniedem u fattur meћtieġ fil-bini ta’ ordni soċjali ġdid.

 

113.   Kif diġà rajna f’nazzjonijiet is-sistemi ekonomiċi żviluppaw sewwa, kabbru l-effiċjenza u l-produzzjoni tagћhom b’ћeffa kbira; gћalhekk il-ћaqq u s-sewwa jitolbu li l-kumpens tax-xogћol jiżdied kemm jippermetti l-ġid komuni. B’hekk il-ћaddiema jistgћu ifaddlu u jibnu patrimonju gћalihom. Meta nqisu dan kollu, nistgћaġbu kif hawm min jiċћad il-jedd tal-proprjetà privata bћala jedd naturali, jedd li gћandu gћeruqu u jsib il-ћajja u l-qawwa tiegћu fil-frott tax-xogћol; jedd li jћares id-dinjità tal-persuna tal-bniedem u hu l-mezz biex il-bniedem iћaddem ir-responsabbiltà f’kull ma jagћmel; mezz ukoll li jiżgura l-gћaqda u l-paċi tal-familja b’vantaġġ kbir gћall-paċi u l-prosperità tan-nazzjon.

 

Tqassim tal-proprjetà

114.   Mhux biżżejjed tiddikjara li l-jedd tal-proprjetà privata, anki tal-ġid produttiv, ġej mill-istess natura tal-bniedem, jekk imbagћad ma tagћmilx minn kollox biex tkun tabilћaqq imxerrda fost il-klassijiet kollha soċjali.

 

115.   Kif iddikjara l-Predeċessur tagћna l-Papa Piju XII:”Id-dinjità tal-persuna tal-bniedem, bћala regola, titlob li l-bażi naturali tal-ћajja hu d-dritt li tinqeda bil-ġid tal-art, dritt li gћalih iwieġeb l-obbligu li tingћata proprjetà privata jekk jista’ jkun lil kulћadd[33] u nżidu li n-nobbiltà stess tax-xogћol trid il-ћarsien u l-perfezzjonament tal-ordni soċjali li fih il-klassijiet kollha tal-poplu jkunu żguri minn proprjetà imqar moderata[34].

 

116.   Wieћed gћandu jirsisti biex il-proprjetà privata tinxtered dejjem iżjed l-iktar fiż-żminijiet tagћna meta, kif diġà gћedna, in-nazzjonijiet b’ekonomija żviluppata qegћdin jiżdiedu. Jekk in-nazzjonijiet jinqdew bil-mezzi tekniċi skond ma tgћallem l-esperjenza, ma tkunx ћaġa diffiċli li jmexxu s-sistemi ekonomiċi tagћhom b’mod li tkun ћaġa ћafifa li titqassam u tixtered il-proprjetà privata ta’ ћafna affarijiet bћalma huma: affarijiet tal-konsum li jdumu, djar, raba’, gћodda gћas-snajja’ u impriżi tal-biedja tal-familja, titoli fl-impriżi ż-żgћar u mezzani, kif diġà sar bi profitt f’xi nazzjonijiet żviluppati fl-ekonomija u ‘l quddiem fl-organizzazzjoni soċjali.

 

Proprjetà tal-Gvern

 

117.   Din id-dottrina li spjegajna hawn fuq ma tfissirx li l-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet l-oћra pubbliċi ma jistax ikollhom proprjetà ta’ ġid produttiv, speċjalment meta dawn ikollhom piż ekonomiku qawwi li minћabba fih ma tistax titlaqhom f’idejn in-nies privati mingћajr periklu gћall-ġid komuni [35].

 

118.   Fiż-żminijiet tagћna hawn xejra li bil-mod il-mod tiżdied il-proprjetà f’idejn l-Istat jew l-organizzazzjonijiet pubbliċi. Anki hawnhekk wieћed gћandu jsalva il-prinċipju tas-sussidjarità li semmejna qabel, li bih il-gvern u organizzazzjonijiet oћra pubbliċi ma jżidux il-proprjetà f’idejhom iktar milli jinћtieġu l-bżonnijiet ċari u veri tal-ġid komuni, mingћajr ma jkun hemm il-periklu li l-proprjetà privata titnaqqas jew titneћћa gћal kollox.

 

119.   L-anqas irridu ninsew inżidu li l-impriżi ekonomiċi tal-gvern jew tal-organizzazzjonijiet pubbliċi jkunu fdati f’idejn nies kapaċi, ta’ onestà magћrufa u b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-pajjiż. Il-ћidma tagћhom gћandha tkun ikkontrollata u mgћassa biex ma jiġrix li ġewwa l-organizzazzjoni tal-Istat stess il-ћakma ekonomika tinġabar fl-idejn tal-ftit, bi ћsara gћall-ġid ġenerali tal-pajjiż, li minћabba fih qiegћed il-gvern.

 

Funzjoni Soċjali

120.   Il-Predeċessuri tagћna gћallmu dejjem ukoll li l-jedd tal-proprjetà privata minnu nnifsu gћandu funzjoni soċjali. Fis-sewwa ngћidu li fil-pjan tal-providenza t’Alla il-ġid tal-art gћandu jservi biex il-bnedmin kollha jgћixu ta’ nies, kif gћallem b’gћerf kbir il-Papa Ljun XIII fl-Enċiklika “Rerum Novarum”; kull min Alla l-ћanin gћanieh b’sehem kbir mill-ġid tal-art, sew b’ġid materjali, sew b’ġid spiritwali, tahulu biex jipperfezzjona ruћu u fl-istess ћin biex jinqeda bih gћall-ġid tal-oћrajn kif jixraq lill-qaddej t’Alla[36].

 

121.   Gћalkemm fi żminijiet tagћna il-Gvern u l-organizzazzjonijiet pubbliċi wessgћu ћafna u gћadhom iwessgћu il-ћidma tagћhom, dan ma jfissirx li l-proprjetà privata, bћalma jidrilhom xi wћud, tilfet il-funzjoni soċjali tagћha; din ġejja mill-istess natura tal-proprjetà privata. Ma ninsewx li dejjem jitfaċċaw gћadd bla tarf ta’ siwazzjonijiet kiefra u bżonnijiet kbar li s-servizzi pubbliċi la jistgћu jilћqu u lanqas jissodisfaw; gћalhekk dejjem jibqa’ l-wisa’ gћall-ћniena u mћabba nisranija tal-individwi. Infakkru li gћall-inkoraġġiment tal-valuri tal-ispirtu jiswew bil-wisq iktar l-inizjattivi tal-individwi jew grupp ta’ individwi privati mill-ћafna xorta ta’ ћidma ta’ gvernijiet.

 

122.   Hawn infakkru li d-dritt tal-proprjetà privata tal-ġid tal-art isib l-approvazzjoni tiegћu fil-Vanġelu. Iżda l-Imgћallem Ġesù Kristu sikwit jistieden u jћeġġeġ bil-qawwa lill-gћonja li jbiddlu l-ġid ta’ din l-art f’ġid tas-sema billi jgћinu lill-foqra: La taћżnux ġid fuq l-art, fejn is-susa u s-sadid iћassru u fejn il-ћallelin jiftћu u jisirqu. Aћżnu ġid fis-sema fejn la s-susa u lanqas is-sadid ma jћassar[37]. L-Imgћallem Divin stqarr ukoll li hu jqis bћala ћaġa mogћtija lilu kull ma jingћata lill-fqar: Ngћidilkom is-sewwa, kull ma gћamiltu mal-iżgћar fost ћuti, gћamiltuh miegћi[38].

 


 

IT-TIELET TAQSIMA

 

ŻVILUPPI ĠODDA FIL-KWISTJONI SOĊJALI

123.   L-iżvilupp tal-istorja jurina gћal dejjem il-ћtieġa li nerġgћu lura gћal-liġijiet tal-ћaqq u s-sewwa, mhux biss fir-relazzjonijiet bejn il-ћaddiema u s-sidien jew id-diretturi tagћhom, imma wkoll fir-relazzjonijiet bejn fergћa w oћra tas-sistema ekonomika; bejn distretti b’ekonomija żviluppata u oћrajn b’waћda inqas ġewwa l-istess nazzjon, u, jekk inћarsu lejn id-dinja kollha, bejn nazzjonijiet żviluppati u oћrajn mhumiex.

 

ĠUSTIZZJA BEJN IL-FERGĦAT TAL-PRODUZZJONI

Il-Biedja Abbandunata

124.   Jekk wieћed iqis id-dinja kollha jintebaћ li l-gћadd tal-bdiewa ma naqasx. Ħadd ma jista’ jiċћad, madankollu, li mhux ftit huma l-bdiewa li ћallew ir-raba’ fejn twieldu u telqu lejn l-ibliet. Dan qiegћed jiġri f’kull pajjiż, u xi drabi, il-kotra l-kbira, bi ћsara kbira gћall-ћajja u d-dinjità tal-bniedem, ћsara li mhux gћalkemm tilqalha.

 

125.   Kulћadd jaf li iktar ma l-ekonomija ta’ nazzjon timxi ‘l quddiem, iktar jonqos l-gћadd tal-bdiew u fl-istess ћin joktru l-ћaddiema fl-industrija tal-makni u tas-servizzi. Aћna jidhrilna li dawk li jgћaddu mill-biedja gћall-fergћat l-oћra tal-ekonomija ma jagћmlux dan gћal raġunijiet ekonomiċi biss, iżda wkoll gћal oћrajn bћalma huma: ix-xewqa qawwija li jaћarbu mill-gћeluq ta’ postijiet bla futur quddiemhom; il-ġibda gћal ћwejjeġ ġodda u l-avventura, ћaġa li fi żmienna sabiћa ћafna; il-gћatx ġhall-flus fi ftit żmien; il-ћsieb li tgћix bla rbit ta’ xejn fil-kumditajiet tal-ibliet u s-subborgi kbar. Aћna żguri li l-bdiewa qegћdin iћallu r-raba’ gћaliex, tista’ tgћid kullimkien, l-interessi tagћhom huma mogћtija l-ġenb sew gћal dak li gћandu x’jaqsam mal-effiċjenza tax-xogћol, kemm ukoll gћal dak li hu livell ta’ ћajja fir-raba’.

 

126.   Il-kwistjoni ewlenija fin-nazzjonijiet l-ewwelnett hi din: kif gћandha titnaqqas id-divrenzja fil-produzzjoni li hemm bejn il-biedja min-naћa u l-industrija u s-servizzi pubbliċi min-naћa l-oћra; x’gћandu jsir biex il-livell tal-ћajja tal-bdiewa ma jkunx inqas minn dak tal-ibliet fejn il-ћaddiema jitћallsu mill-prodotti industrijali u mis-servizzi; x’gћandu jsir biex il-bdiewa ma jћossux ruћhom inqas minn ћaddieћor. Il-bdiewa gћandhom idaћћluha f’rashom li min jgћix fir-raba’ mhux biss jista’ jwettaq il-personalità tiegћu u jiżviluppaha b’xogћlu, iżda wkoll iћares u jaћseb gћal quddiem b’fiduċja sћiћa.

 

127.   Aћna jidhrilna li f’dawn il-ġranet jinћtieġ nagћtu d-direttivi xierqa li jgћoddu gћal kull ċirkostanza tal-istorja, bil-kundizzjoni li jkunu mwettqa skond ma jkunu jitolbu ċ-ċirkostanzi tal-post u ż-żmien.

 

Servizzi Pubbliċi

 

128.   L-ewwelnett hemm bżonn li fir-raba’ l-gvernijiet jirsistu biex ikun hemm żvilupp sewwa tas-servizzi, bћal ma ngћidu aћna: toroq, trasporti, komunikazzjonijiet, ћażna tal-ilma gћax-xorb, servizzi tas-sanità, tagћlim elementari u tagћlim tas-snajja’, kumditajiet gћall-ћajja reliġjuża, mezzi ta’ rikreazzjoni, tagћmir modern u tiżjin tad-djar tal-bdiewa skond iż-żminijiet. Fejn fir-raba’ m’hawnx dawn is-servizzi meћtieġa gћall-ћajja sura tan-nies, l-iżvilupp ekonomiku u l-progress soċjalifil-kampanjka jmorru lura, jew ma jistgћux imorru ‘l quddiem inkella jsiru diffiċli. Meta jiġri hekk xejn ma jkun jista’ jżomm lin-nies li ma jitilqux. Lanqas wieћed ma jkun jista’ jikkontrolla l-gћadd tagћhom.

 

Żvilupp Ekonomiku

 

129.   Jeћtieġ li l-iżvilupp ekonomiku jsir bil-mod u bi proporzjon armonjuż bejn fergћa w oћra tal-produzzjoni. Fil-fergћa tal-biedja gћandhom jidћlu l-invenzjonijiet il-ġodda li gћandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni, l-gћażla tal-uċuh, u dawk l-organizzazzjonijiet ta’ gћaqdiet li s-sitema ekonomika kollha tippermetti jew titlob. Dawn gћandhom jimxu ‘l quddiem b’mod li ma jkunx hemm divrenzja kbira bejn il-biedja min-naћa u l-industrija u s-servizzi mill-oћra.

 

130.   Il-biedja gћalhekk tkun teћtieġ imbagћad sehem ikbar mill-prodotti tal-industrija u titlob servizzi iktar u aћjar; min-naћa tagћha, imbagћad, tkun tista’ tagћti lil dawn iż-żewġ fergћat u lill-poplu kollu prodotti li fil-kwalità jissodisfaw aћjar it-talba tal-konsumatur. Hekk ikun hemm gћajnuna kbira biex il-munita ssarraf aktar u tibqa’ soda fil-valur tagћha, ћaġa li hija l-bażi tal-progress ekonomiku.

 

131.   Jekk isir dan, barra ћwejjeġ oћra, jista’ jkun hemm kontroll aћjar fuq il-moviment tal-bdiewa li jћallu x-xogћol tar-raba’ minћabba l-modernizzazzjoni tal-biedja. Ikun jista’ jingћatalhom tћarriġ fis-snajja’ biex jgћaddu minn sengћa gћall-oћra bi profitt gћalihom u jsibu dik l-gћajnuna ekonomika, tћejjija u gћajnuna spiritwali biex jieћdu posthom fis-soċjetà.

 

Ekonomija Politika Adattata

132.   Biex fil-fergћat kollha tal-ekonomija jkun hemm progress sewwa jeћtieġ bilfors li l-awtoritajiet iћaddmu ћsiebhom u gћaqalhom fuq l-impożizzjoni tat-taxxi, il-kredtu, l-assigurazzjoni soċjali, il-prezzijiet, il-progress tal-industriji supplementari u l-istituzzjonijiet adattati gћall-biedja.

 

 

 

 

 

It-Taxxi

 

133.   Il-prinċipju fundamentali ta’ kull sistema ta’ taxxi, mibnija fuq il-ћaqq u s-sewwa, hu li t-taxxi jkunu mqassma b’mod li ћadd ma jkollu jagћti aktar milli jiflaћ.

 

134.   Meta wieћed jiġi biex iqis it-taxxi li gћandhom x’jaqsmu mal-biedja, il-gvernijiet jeћtieġ jiftakru li l-prodotti tar-raba’ joћorġu bil-mod u hemm riskju wisq akbar milli hemm fil-fergћat l-oћra tal-produzzjoni; gћalhekk il-bdiewa jsibuha bi tqila li jiġbru l-kapitali gћall-iżvilupp meћtieġ.

 

Self b’Imgћaxijiet Moderati

 

135.   Minћabba f’hekk il-kapitalisti ma jagћmlux qalb jinvestu flushom fil-biedja, iżda aktarx f’intrapriżi oћra.. Gћall-istess raġuni l-bidwi ma jistax jagћti imgћax gћoli u l-anqas ma jista’ joffri imgћax skond is-suq biex jikseb il-kapital meћtieġ gћall-iżvilupp tal-biedja u t-tћaddim normali tal-intrapriżi tagћha. Jaqbel gћalhekk lil kulћadd li mhux biss il-gvernijiet jimxu b’politika speċjali ta’ kreditu, iżda li jitwaqqfu istituzzjonijiet li joffru lill-bidwi dawn il-kapitali meћtieġa b’imgћaxijiet moderati.

 

Assigurazzjoni Soċjali

 

136.   Fil-biedja hemm bżonn ta’ żewġ xorti ta’ assigurazzjoni: waћda li tћares il-prodotti tal-art u l-oћra l-bidwi nnifsu u l-familja tiegћu. Meta aqis il-qliegћ kollu tal-biedja ssib li l-bdiewa minn ras gћal ras idaћћlu inqas mill-ћaddiema tal-fabbriki. Ma jkunx skond il-ћaqq u s-sewwa soċjali jekk tibnio sistemi ta’ assigurazzjoni li fihom il-bidwi u l-familja tiegћu jsibu ruћhom f’kundizzjonijiet agћar jew inqas minn dawk tal-ћaddiema fl-industriji u s-servizzi l-oћra. Il-politika soċjali gћandha tqis li kull sistema ta’ assigurazzjoni ma tћallix divrenzji kbar bejn iċ-ċittadini, jaћdmu fejn jaћdmu u jipproduċu kemm jipproduċu.

 

137.   Mill-bqija, imbagћad, is-sitemi tal-assigurazzjoni soċjali gћandhom jgћinu biex il-qliegћ kollu tan-nazzjon jitqassam bejn iċ-ċittadini skond il-ћaqq u s-sewwa.. Din hi waћda mit-toroq li jwasslu gћad-divrenzji fil-livell tal-ћajja bejn ċittadini u oћra.

 

138.   In-natura speċjali tal-prodotti tal-biedja titlob sistema gћall-ћarsien tal-prezzijiet tagћhom: l-ekonomija tal-lum gћandha ћafna mezzi gћal dan l-iskop. Dan gћandu jsir l-ewwelnett minn dawk stess li huma interessati; iżda l-gvernijiet ma jistgћu bl-ebda mod jibqgћu lura gћal kollox.

 

 

139.   L-anqas m’gћandna ninsew li l-biċċa l-kbira tal-prezzijiet tal-prodotti tar-raba’ hu ћlas gћax-xogћol u mhux kumpens tal-kapital.

 

140.   Il-Papa Piju XII bir-raġun jikteb fl-Enċiklika “Quadaragesimo Anno” li minћabba l-ġid komuni “gћandu jkun hemm ukoll proporzjon ġust bejn il-pagi ta’ sengћa u oћra” u jissokta jzid “dan gћandu x’jaqsam ћafna mal-proporzjon meћtieġ bejn il-prezzijiet tal-prodotti ta’ sengћa u oћra bћalma huma l-biedja, l-industrija u l-oћrajn”[39].

 

141.   Il-prodotti tar-raba’ jaqdu l-bżonnijiet l-iktar elementari tal-bniedem; gћalhekk il-preazz tagћhom gћandu jinżamm gћandu jinżamm kemm jista’ jkun baxx li jlaћћaq miegћu kulћadd. Iżda xejn inqas m’hu veru li ma tkunx ġustizzja li qatgћa sћiha mill-popolazzjoni, jiġifieri l-klassi tal-bdiewa, tinżamm fi stat ekonomiku soċjali inqas minn dak tal-oћrajn billi jsibu ruћhom imċaћћda mis-setgћa li jiksbu l-mezzi biex jgћixu ta’ nies. Fl-aћћar mill-aћћar dan imur kontra l-interessi tal-istess pajjiż.

 

 

 

 

 

Żieda fil-Qliegћ tal-Bdiewa

 

142.   Hemm bżonn ukoll li fiż-żoni tal-bdiewa jitwaqqfu industriji u servizzi oћra gћall-ћażna, it-tћejjija u l-ġarr tal-prodotti tar-raba’. Hemm bżonn ukoll ta’ inizjattivi li gћandhom x’jaqsmu mal-fergћat l-oћra tal-ekonomija u ћidmiet tas-snajja’. Kekk iseћћ dan, il-familji tal-bdiewa jkunu jistgћu jżidu qligћhom fl-istess imkejjen fejn jgћixu u jaћdmu.

 

 

Organizzazzjoni tal-Bdiewa

 

143.   Mhux lakemm tgћid kif gћandha tkun organizzata l-biedja gћaliex il-kundizzjonijiet tagћha jinbidlu minn zona gћall-oћra fl-istess pajjiż u minn pajjiż gћall-ieћor. Min gћandu idea umana, u iktar u iktar nisranija tal-bniedem u tal-familja, ma jistax ma jqisx ideali dik l-organizzazzjoni li taћdem bћala komunità ta’ nies, li fiha r-relazzjonijiet bejn il-membri tagћha u l-istituzzjonijiet l-oћra ikunu jaqblu malli jitolbu l-ġustizzja u d-dottrina nisranija, speċjalment gћal dak li gћandu x’ jaqsam mal-familja u mal-intrapriżi fi ћdan il-familja. Gћandna nћabirku biex il-waћda u l-oћra jseћћu skond ċirkostanzi taż-żmien u tal-post.

 

144.   L-intrapriża tal-familja tkun soda u qawwija biss kemm-il darba tkun tista’ tirrendilhom biżżejjed gћat-trobbija u l-gћixien tal-familja. Il-bdiewa gћandhom ikunu mgћallma sewwa, ikunu jafu bl-aћћar invenzjonijiet u megћjuna f’sengћethom b’kull mod. Hemm bżonn li jinћolqu kooperativi organizzati skond is-sengћa tagћhom u jieћdu posthom fil-ћajja pubblika, jiġifieri fl-organizzazzjonijiet amministrativi kif ukoll politiċi.

 

Il-Qawmien tal-Bdiewa

145.   Aћna tal-fehma soda li fil-qasam tal-biedja, il-bdiewa jridu jkunu, gћax huma l-interessati, biex iġibu ‘l quddiem l-iżvilupp ekonomiku, il-progress soċjali u jgћollu l-livell kulturali tal-kampanja. Huma biss jistgћu iћossu n-nobbiltà kbira ta’ xogћolhom, xogћol li gћandu x’jaqsam mal-ћajja tas-siġar u l-bhejjem, ћajja ta’ kull xorta marbuta b’liġijiet bla tibdil ta’ xejn; ћajja li ssejjaћlek gћal gћand Alla, li ћalaq u jaћseb gћal kollox. Mhux biss il-biedja tipproduċi ikel gћal kulћadd, iżda wkoll tforni gћadd ta’ materja prima gћall-industrija.

 

146.   Ix-xogћol tal-biedja gћandu d-dinjità tiegћu; jeћtieġ l-użu ta’ ћafna ћwejjeġ marbuta mal-inġinerija, il-kimika, il-bijoloġija, ћwejjeġ li jitbiddlu minn jum gћall-ieћor minћabba l-progress tax-xjenzi. Fih hemm nobbiltà oћra: il-bidwi jrid iћaddem moћћu biex jifhem it-tibdil taż-żminijiet u jaddtta ruћu gћalihom; jistenna bis-sabar il-ġejjieni; iћoss ir-responsabbiltà tas-sengћa tiegћu; ikollu fih spirtu ta’ qawwa u ta’ intrapriża.

 

Solidarjetà u Kollaborazzjoni

 

147.   Xejn inqas mill-fergћat l-oћra tal-produzzjoni fil-fergћa tal-biedja hemm bżonn tal-organizzazzjoni, iktar u iktar meta l-intrapriża jkollha bћala bażi tagћha l-familja. Il-bdiewa gћandhom iћossu ruћhom ћaġa waћda, jafdaw f’xulxin, iћabirku flimkien biex iwaqqfu kooperativi u soċjetajiet oћra tas-snajja’. Hekk iridu jagћmlu biex jiksbu l-frott kollu tal-progress tax-xjenzi fil-produzzjoni u biex iћarsu l-prezzijiet tal-prodotti. Hekk biss jistgћu ikunu daqs il-ћaddiema l-oћra fil-fergћat l-oћra tal-produzzjoni, fejn issibhom dejjem organizzati flimkien. B’dan il-mod jibdew jinћassu fl-amministrazzjoni tan-nazzjon l-importanza u l-qawwa tal-biedja. Fiż-żminijiet tagћna l-ilsna weћidhom itiru mar-riћ.

 

Il-Ġid Komuni

 

148.   Il-ћaddiema tal-art xejn inqas mill-ћaddiema l-oћra gћandhom jiftakru li kull meta jridu juru l-qawwa u l-importanza tagћhom, m’gћandhom qatt jaqbżu ‘l barra mill-ordni morali u l-liġijiet tal-pajjiż. Gћandhom jagћmlu minn kollox biex iqabblu l-jeddijiet u l-interessi tagћhom ma’ dawk kollha tal-ћaddiema l-oћra u jqegћduhom taћt il-ġid komuni tal-pajjiż kollu. Il-bdiewa li qed jagћmlu ћilthom kollha biex iġibu ‘l quddiem il-biedja gћandhom il-jedd kollu li jsibu l-gћajnuna tal-gvernijiet, sakemm huma stess jirrispettaw il-ġid komuni u jgћinu fih kemm jistgћu.

 

149.   Hawn nixtiequ bil-qalb kollha nfaћћru lil dawk kollha li f’ћafna pajjiżi tad-dinja qegћdin jaћdmu f’dawn il-kooperativi, fl-assoċjazzjonijiet professjonali, u f’movimenti tal-ћaddiema bl-iskop li jġibu ‘l quddiem il-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-bdiewa.

 

Vokazzjoni u Missjoni

 

150.   Fix-xogħol tar-raba’ il-bniedem isib dak kollu li hu meħtieġ biex juri d-dinjità tiegħu,li jiżviluppa u jistgħana f’ruħu. Il-bidwi għandu jqis ix-xogħol bħala vokazzjoni u missjoni fdata lilu minn Alla; missjoni li tħares ‘il fuq; għandu jikkonsagra xogħolu ‘l Alla li jaħseb u jmexxi kollox għall-fidwa tal-bniedem; fl-aħħarnett għandu jieħu fuqu r-responsabbiltà li joffri ħidmietu għaċ-ċiviltà u l-progress tiegħu u tal-oħrajn.

 

 

Żvilupp taż-żoni li għadhom lura

 

151.   Fil-poplu tal-istess nazzjon mhux rari ssib skwilibriju bejn qatgħa u oħra fil-qasam ekonomiku soċjali. Dan jiġi milli xi wħud joqogħdu f’żoni żviluppati u oħrajn f’oħrajn li għadhom lura. Meta jiġri hekk il-ħaqq u s-sewwa jitolbu li l-gvernijiet iħabirku biex inaqqsu jew jeqirdu għal kollox dawn id-divrenzji; għandu jsir kollox biex dawn iż-żoni lura ikunu provduti dawk is-servizzi essenzjali li ċ-ċirkustanzi taż-żmien, imkien u l-livell tal-ħajja ġenerali fil-pajjiż jitolbu. Għandu jkun hemm sistema soċjali li tirregola l-impjiegi; il-movimenti tal-ħaddiema; il-pagi; it-taxxi; il-kreditu; l-investimenti tal-flus li jservu ta’ għajnuna għall-oħrajn. Politika bħal din isservi biex tħaddem in-nies bi profitt sewwa, tħajjar lis-sidien u tħaddem il-ġid naturali tal-pajjiż.

 

152.   Din il-ħidma w inizjattiva tal-gvernijiet għandu dejjem ikollha bħala mira l-ġid ta’ kulħadd. Ikun hemm pjan li bih it-tliet fergħat tal-produzzjoni: biedja, industrija u servizzi jimxu flimkien b’mod proporzjonat. Għandhom jaraw li ċ-ċittadini fiż-żoni li għadhom lura jħabirku u jħossu ruħhom responsabbli għall-iżvilupp tagħom soċjali u ekonomiku. Il-bniedem iħoss id-dinjità tiegħu meta jkun jaf li għall-progress tiegħu nnifsu qiegħed jaħseb u jħabrek huwa stess.

 

153.   Ma ninsewx ukoll ngħidu li dawk li għandhom il-ħila u l-flus, jagħmlu minn kollox biex ikun hemm ekwilibriju fil-ħajja ekonomika tal-pajjiż. Il-gvernijiet skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għanhom isostnu u jgħinu l-inizjattiva privata billi jħallu f’idejha l-iżvilupp ekonomiku sa fejn jenħtieġ u jippermettu ċ-ċirkustanzi.

 

 

Ekwilibriju bejn l-Art u l-Popolazzjoni

 

154.   Irridu nitkellmu wkoll fuq l-iskwilibriju, li f’xi pajjiżi jinsab bejn il-wesgħa tal-art u l-kotra tal-popolazzjoni. F’xi wħud minnhom issib ftit nies u wesgħat kbar ta’ art tajba għax-xogħol; f’oħrajn kotra kbira ta’ nies u art tajba ftit.

 

155.   Hawn ukoll pajjiżi fejn l-art hi għammiela tista’ tagħti ħafna frott; iżda l-bdiewa, lura fis-sengħa u fl-għodda tagħhom, ma jistgħux jipproduċu biżżejjed għall-bżonnijiet tal-popolazzjoni. Min-naħa l-oħra hemm pajjiżi fejn il-biedja imxiet tant ׳il quddiem fil-modernizzazzjoni tagħha li għandha produzzjoni żejda bi ħsara għall-ekonomija tal-pajjiż.

 

156.   Is-solidarjetà tal-bniedem u l-fratenità nisranija, moħjija mill-preċetti ta’ Kristu, jitolbu li poplu jgħin lill-ieħor u jaħdem id f’id miegħu b’kull mod biex jgħin il-movimenti tal-ġid kapitali u nies, bl-iskop li jitnaqqsu jew jitneħħew għal kollox dawn l-iskwilibriji kif nitħaddtu iktar ׳ il quddiem.

 

157.   Hawn irridu nfissru l-pjaċir u l-approvazzjoni tagħna għall-opra kbira li qiegħda tagħmel l-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda għall-Ikel u l-Biedja, magħrufa bl-ittri F.A.O. Il-għan ta’ din l-istituzzjoni hu li tressaq il-popli lejn xulxin għall-ftehim u l-ħidma flimkien għall-modernizzazzjoni tal-biedja f’dawk in-nazzjonijiet fit-triq tal-iżvilupp, biex b’hekk jitnaqqas l-inkwiet fejn l-ikel huwa nieqes.

 

ĠUSTIZZJA BEJN IL-ĠNUS BI ŻVILUPP EKONOMIKU DIVERS

 

Il-Problema ta’ Żmienna

 

158.   Il-problema ta’ żminijietna hi r-relazzjonijiet bejn nazzjonijiet b’ekonomija żviluppata u l-oħrajn li għadhom fit-triq tal-iżvilupp tagħhom. Dawn qegħdin isofru għaks kbit u dawk għandhom livell ta’ ħajja għoli ħafna. Is-solidarjetà tal-bnedmin li torbothom flimkien f’familja waħda tobbliga lill-ġnus mogħnija b’kull ġid li ma jibqgħux rieqda quddiem dawk il-ġnus li jinsabu fl-għaks u l-ġuħ, fejn l-anqas ma jistgħu igawdu l-jeddijiet tal-persuna umana. Il-popli bħalissa ma jistgħux jgħixu mingħajr xulxin u jekk ikun hemm divrenzja kbira bejn l-ekonomija tagħhom ma jista’ jkun hemm qatt paċi dejjiema.

 

159.   Aħna nħobbu lil kulħadd bħala wliedna u ma nistgħux ma nħossux dmirna ntennu bil-qawwa kollha dak li għidna darb’oħra: “Aħna lkoll responsabbli flimkien għall-ġnus li qed ibatu l-ġuħ[40]. Hemm bżonn li nqajmu l-kuxjenza tagħna u nħossu l-piż tar-responsabbiltà ta’ kulħadd, l-iktar ta’ dawk li xortihom tagħtihom [41].

 

160.   L-insara kollha li huma membri tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, iktar minn ħaddieħor għandhom iħossu d-dmir li jgħinu lil ħaddieħor fil-għaks u l-ġuħ – kif dejjem bil-qawwa kollha widdbet il-Knisja Kattolika: “ Minn dan għarafna l-imħabba ta’Alla. Hu ta ħajtu għalina. U aħna wkoll għandna nagħtu ħajjitna għall-aħwa. Jekk wieħed ikollu l-ġid tad-dinja u jara lil ħuh fil-ħtieġ u jaqta’ qalbu, kif tista’ l-imħabba ta’ Alla tgħammar fih?[42]

161.   Nieħdu pjaċir inħarsu lejn il-ġnus b’sistemi ekonomiċi u produzzjoni qawwija jgħinu lil dawk fl-iżvilupp tagħhom; b’hekk dawn isibuha inqas tqila li jtejbu l-qagħda tagħhom.

 

 

Għajnuna ta’ Emerġenza

 

162.   Hawn pajjiżi fejn għandhom produzzjoni tal-biedja iktar milli jinħtieġu; f’oħrajn hemm kotra kbira ta’ nies fil-għaks u l-ġuħ. Il-ġustizzja u l-ħniena jitolbu li min għandu żżejjed jgħin lil min m’għandux. Il-qerda ta’ ġid meħtieġ għall-għixien tal-bniedem hui delitt kontra l-ġustizzja u l-bniedem.

 

163.   Jista’jiġri li l-produzzjoni żejda fil-qasam tal-biedja iktar milli jkun meħtieġ tista’ tkun ta’ xi ħsara għal xi klassi ta’ nies fil-pajjiż. Iżda ma jfissirx li, l-ġnus li jgħumu fil-ġid, m’għandhomx jagħtu għajnuna ta’ emerġenza, kull meta jkun hemm bżonn jgħinu lil dawk li qed isofru l-ġuħ u l-għaks. Il-gvernijiet għandhom jaħsbu u jagħmlu li jkun jenħtieġ, biex titnaqqas il-ħsara li tiġi mill-produzzjoni żejda u l-piż jitqassam fuq kulħadd skont il-ġustizzja.

 

 

Ħidma flimkien: Soċjali, Ekonomika, Finanzjarja

 

164.   Din l-għajnuna ta’ malajr mhix biżżejjed biex jinqerdu darba għal dejjem il-kawżi li jġibu l-faqar, l-għaks u l-ġuħ f’dawn il-ġnus, minħabba l-ekonomija primittiva tagħhom. Ir-rimedji huma għajnuna fit-tħarriġ tan-nies fis-snajja’ tagħhom; għoti jew self ta’ kapitali għall-iżvilupp ekonomiku, skont il-kriterji u l-metodi tal-lum.

 

165.   F’dawn l-aħħar snin, bosta huma dawk li ħassew id-dmir, li jgħinu dawn il-ġnus fil-bżonn bla sistema ekonomika żviluppata biex ifittxu jimxu ׳l quddiem fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom.

 

166.   Għal dan l-iskop twaqqfu organizzazzjonijiet internazzjonali, jew reġjonali, jew inkella bejn xi gvernijiet għalihom, kif ukoll soċjetajiet privati biex jagħtu l-għajnuna tagħhom fl-oqsma tal-produzzjoni. Qegħda tingħata għajnuna kbira liż-żgħażagħ li hemm jistudjaw u jitħarrġu fis-snajja’ moderni fl-universitajiet kbar tal-pajjiżi żviluppati. Banek internazzjonali, ġnus u nies privati qegħdin ifornu l-kapitali meħtieġa u joħolqu jew jagħtu l-ħajja lil ħafna inizjattivi għal produzzjoni ekonomika. Lil dawn kollha nfaħħru l-ġenerożità tagħhom. Nittamaw li għal quddiem il-ġnus kollha għanja iħabirku kemm jifilħu u jagħmlu ħilithom kollha, biex jgħinu lill-ġnus fil-bidu tat-triq tal-iżvilupp tagħhom fl-oqsma tax-xjenzi, snajja’ u ekonomija.

 

Inwarrbu l-Iżbalji tal-Imgħoddi

 

167.   Hawnhekk jidhrilna li għandna nagħtu xi twiddib dwar dan is-suġġett.

 

168.   L-ewwelnett il-ġnus, li għadhom fil-bidu tal-iżvilupp ekonomiku, iżommu dejjem quddiem għajnejhom l-esperjenza tal-ġnus żviluppati.

 

169.   L-għaqal u l-ħtieġa jitolbu li jkun hemm produzzjoni ikbar u itjeb. Iżda xejn inqas ma hu għaqli u ġust li din il-produzzjoni titqassam kif jixraq bejn iċ-ċittadini tal-istess pajjiż. Il-progress ekonomiku għandu jimxi id f’id mal-progress soċjali, jiġifieri l-iżvilupp ta’ nazzjon jimxi pass wieħed fl-oqsma kollha tal-produzzjoni: biedja, industrija, servizzi.

 

Rispett tal-Karattru ta’ Kull Nazzjon

 

170.   Kull nazzjon fil-bidu tal-iżvilupp ekonomiku issiblu xi ħaġa tiegħu li tagħżlu minn oħrajn, jew minħabba l-pajjiż tiegħu jew it-tradizzjonijiet tiegħu, mimlija valuri umani; jew inkella l-kwalitajiet tal-membri tiegħu.

 

171.   Meta l-ġnus żviluppati fl-ekonomija jgħinu lill-oħrajn, għandhom jagħrfu u jirrispettaw l-individwalità tagħhom u jqisu li ma jisfurzawhomx biex jikkupjaw il-ħajja politika tagћhom.

 


 

Opra Diżinteressata

 

172.   Il-pajjiżi żviluppati fl-ekonomija, m’għandhom qatt japprofittaw ruħhom, mill-għajnuna li jagħtu lil dawk fl-iżvilupp u jindaħlu fi-sistema politika tagħhom biex jaħkmuhom.

 

173.   Kemm-il darba jiġri hekk, ikollna ngħidu, li se jkun hemm xort’oħra ta’ kolonjaliżmu mistur taħt isem ġdid u xejn inqas minn dak li minnu għadhom kemm ħarġu ħafna ġnus. Dan imur kontra r-relazzjonijiet tajba bejn in-nazzjonijiet u jqiegħed f’periklu kbir il-paċi bejn il-ġnus.

 

174.   Il-bżonn kbir u l-ġustizzja jridu li l-ġnus, li qed jġhinu fl-iżvilupp fis-snajja’ u l-finanzi tal-ġnus fit-triq tal-progress, igħinuhom bla nteress ta’ħakma politika u jfittxu lim jqiegħdu lil dawn il-ġnus f’qagħda li jerfgħhu l-kundizzjoni ekonomika soċjali tagħhom bil-forzi tagħhom stess.

 

175.   Hekk ikunu qegħdin jagħtu sehem kbir fil-ħidma għat-tisħiħ tal-għaqda bejn il-ġnus; għaqda li fiha l-membri kollha jħossu l-jeddijiet u d-dmirijiet tagħhom, iħossu ruħhom daqs xulxin, b’jeddijiethom u dmirijiethom, u jaħdmu lkoll flimkien għall-ġid ta’ kulħadd u tl-ġnus kollha.

 

L-Ordni tal-Valuri

 

176.   Ma hemm l-ebda dubju li l-progress fix-xjenza, is-snajja’, l-ekonomija u l-ġid materjali tal-poplu hu fattur kbir fil-mixi ׳l quddiem taċ-ċiviltà. Iżda ħadd m’għandu jinsa li dan mhux l-ikbar u l-ogħla ġid; dawn huma mezzi għall-ieħor ogħla.

 

177.   B’għafsa ta’ qalb ikollna nistqarru li f’dawk il-ġnus b’ekonomija żviluppata hemm ħafna nies li ma jħabblux rashom bl-ordni tal-valuri. Dawn in-nies ma jimpurtahomx mill-valuri tal-ispirtu; iwarrbuhom min-nofs jew jiċħduhom għal kollox. Fl-istess ħin dawn jagħmlu minn kollox biex iġibu ׳l quddiem ix-xjenzi, is-snajja’, l-ekonomija u jqisu l-kumditajiet materjali bħala l-iskop tal-ħajja.

 

178.   Din hi l-ħsara l-iktar perikoluża li tista’ ġġib l-opra tan-nazzjonijiet żviluppati fost il-ġnus kollha fit-triq tal-iżvilupp tagħhom, ġnus li għandhom it-tradizzjonijiet tagħhom b’kuxjenza tal-ogħla valuri, li fuqhom bnew drawwiethom u qegħdin jgħixu u jmexxu ħajjithom.. Hija ħaġa immorali tipprova tħassar din il-kuxjenza, kuxjenza li għandha tkun irrispettata, u fejn jista’ jkun iċċarata u żviluppata biex tibqa’ dak li tabilħaqq hi: pedament taċ-ċiviltà.

 

Il-Ħidma tal-Knisja

 

179.   Il-Knisja hi dritt divin tal-ġnus kollha, milli jidher kif hi diġà tinsab imxerrda mad-dinja kollha u qiegħda titħabat biex tħaddan il-ġnus kollha kemm huma.

 

180.   L-istorja u l-esperjenza tal-imgħoddi u l-lum juruna li l-popli li l-Knisja għaqdet ma’ Kristu dejjem rebħ sew f’dak li hu progress ekonomiku sew soċjali. Ħadd minn dawk li saru nsara ma ħassx u ma laqax l-obbligu li jagħmel kemm jista’ biex iġib ׳il quddiem l-istituzzjonijiet ċivili u jagħmel ħiltu kollha biex id-dinjità tal-bniedem ma titwaqqa’ u ma titbaxxa b’xejn. Ħassew li wara li jkunu neħħew min-nofs ix-xkiel kollu, għandhom iġibu ׳l quddiem dak kollu li jwassal għall-ġid u l-virtù.

 

181.   Barra dan, meta l-Knisja tidħol fil-ħajja u l-qalba tal-poplu, la hi, u lanqas tgħodd ruħha bħala istituzzjoni imdaħħla fih bilfors minn barra. Id-dħul tagħha mhux ħaġa ħlief, it-twelid mill-ġdid jew il-qawmien tal-bnedmin fi Kristu; u min tabilħaqq jitwieled jew iqum fi Kristu, ma jħossx ruħu sfurzat mill-ebda forz barranija; iħoss ruħu ħieles minnu nnifsu, u minnu nnifsu jinġibed lejn Alla. Kull ma jkun hemm fih ta’valur, ikun xi jkun, jitwettaq u jipperfezzjona ruħu.

 

182.   Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu”, jgħallem il-Predeċessur tagħna Piju XII, “bħala edukatriċi u depożitarja tal-għerf divin, ma tissogra qatt teqred jew tbaxxi l-valuri ta’ dawk in-noti jew kwalitajiet li kull ġens għandu għalih. Bil-jedd kollu, kull poplu, b’għira qaddisa u kburija ġusta, iħarishom u jqishom wirt qaddis. Il-Knisja tfittex l-għaqda li taqbel ma’dik l-imħabba soprannaturali li għandha tħeġġeġ f’kulħadd. Ma tfittixx l-uniformità minn barra u fil-wiċċ biss, uniformità li tmewwet kollox. Il-Knisja tħares b’xewqat tajba u tapprova bħala omm dawk il-liġijiet u tħabrik li jieħdu għall-iżvilupp għaqli w ordinat ta’ dawk il-forzi u xejriet partikolari li għandhom għeruqhom fil-qalba tar-ruħ ta’ kull ġens, sakemm dawn ma jmorrux kontra d-dmirijiet li ġejjin min-nisel wieħed u skop wieħed tal-bnedmin kollha [43].

 

183.   Illum naraw bi pjaċir kbir naraw li l-Kattoliċi fil-pajjiżi tat-triq tal-iżvilupp xejn inqas minn ħaddieħor jagħtu sehemhom fl-isforzi li l-pajjiż tagħhom qegħdin jagħmlu biex jimxu ׳l quddiem fl-ekonomija u l-qagħda soċjali.

 

184.   Min-naħa l-oħra ċ-ċittadini kattoliċi f’pajjiżi b’ekonomija żviluppata qegħdin iħabirku u jagħmlu minn kollox u jgħinu kemm jifilħu biex l-opra tal-pajjiż tagħhom favur il-pajjiżi mhux żviluppati tagħti l-frott tagħha. Ta’ min isemmi l-għajnuna ta’ kull xorta li qed tingħata dejjem aktar lill-istudenti mill-Afrika u mill-Asja, imxerrda fl-universitajiet kbar tal-Ewropa u l-Amerka, fejn qed jagħmlu studji letterarji u tekniċi, kif ukoll tħejjija ta’ nies biex imorru fil-pajjiżi fl-iżvilupp tagħhom ħalli jgħinuhom b’mod tekniku w professjonali.

 

185.   B’din il-ħidma mad-dinja kollha għall-progress ġenwin u l-qawmien ta’ ċiviltajiet qodma dawn l-ulied huma xhieda ħajja tal-ħajja dejjiema tal-Knisja Mqaddsa. Lil dawn aħna nwasslulhom il-kelma ta’ tifħir, kif ukoll ir-rikonoxximent u l-ħajr tal-qalb tagħna.

 

 

ŻIEDA FIL-POPOLAZZJONI U ŻVILUPP EKONOMIKU

186.   F’dawn l-aħħar snin qamet il-kwistjoni tar-relazzjonijiet bejn iż-żieda tal-popolazzjoni min-naħa u l-iżvilupp ekonomiku u l-mezzi għall-għajxien mill-oħra, sew meta nħarsu lejn il-ġnus kollha f’daqqa u sew meta nqisu wieħed wieħed il-ġnus li għadhom fil-faqar.

 

 

Skwilibriju bejn il-Popolazzjoni u l-Mezzi għall-Għajxien

187.   X’uħud jgħidu li skont statistika li torbot fuqha l-popolazzjoni tad-dinja fi ftit żmien se toktor bil-bosta; filwaqt li l-ekonomija tiżviluppa b’inqas ħeffa. Għalhekk oħrajn jidhrilhom li, jekk ma tkux ikkontrollata ż-żieda tal-popolazzjoni, fi ftit żmien ieħor ma jkunx hemm proporzjon bejn l-għadd tan-nies u l-mezzi għall-għajxien.

 

188.   Jidher ċar mill-istatistika tan-nazzjonijiet b’ekonomija inqas żviluppata li meta jidħlu fihom is-servizzi mediċi u s-sanità, tonqos fihom ir-rata tal-mewt speċjalment fost it-trabi, filwaqt li r-rata tat-twelid li ġà għolja biżżejjed tibqa’ l-istess, jew kważi, għallinqas għal ftit żmien ftit u xejn twil. Filwaqt li iktar jitwieldu nies milli jmutu fl-istess sena, il-produzzjoni tas-sistemi ekonomiċi f’dawn il-pajjiżi ma tiżdiedx biżżejjed. Minn dan jidher li l-livell tal-ħajja f’dawn in-nazzjonijiet fqar ma jista’ qatt jogħla, anzi aktarx imur għall-agħar. U jekk ma rridux nittarfu għal kollox, hemm min jidhirlu, jinħtieġ li r-rata tat-twelid tkun jew ikkontrollata jew imfixkla.

 

Il-Problema

189.   Għall-ġieħ tas-sewwa, meta nagħtu daqqa t’għajn mad-dinja kollha, naraw li, l-proporzjon bejn ir-rata tat-twelid min-naħa u l-mezzi għall-għajxien mill-oħra m’għandhomx joħolqu tfixkil la għalissa u l-anqas għall-ġejjieni fil-qrib. Fl-aħħar millp-aħħar l-argumenti li jwassluna għall-konklużjoni ċerta huma dubbjużi jew kontroversi.

190.   Jibqa’ wkoll li Alla, fit-tjieba u l-għerf tiegħu żera’ fil-ħolqien għana bla tarf u ta lill-bniedem dehen u ħila biżżejjed biex joħloq dik l-għodda meħtieġa biex jinqeda b’din l-għana naturali għall-għajxien u l-bżonnijiet tiegħu u ta’ ħajtu. Is-soluzzjoni sħiħa tal-problema mhux qiegħda fil-mezzi li jmorru kontra l-liġi ta’ Alla u jdardru l-istess għajn tal-ħajja tal-bniedem, iżda fi sforzi ġodda fl-oqsma tax-xjenza u t-teknika biex jinkixfu iktar il-forzi tan-natura u titkabbar u tissaħħaħ il-ħidma tal-bniedem fuqhom. Il-progress li sar s’issa jagħtina t-tama bla tarf għal li ġej.

 

191.   Nafu wkoll li f’xi pajjiżi u nazzjonijiet fqar hemm u jista’ jkun hemm diffikultajiet serji, ġejjin minn organizzazzjoni ekonomika soċjali nieqsa, organizzazzjoni li ma tagħtix mezzi biżżejjed għall-għajxien skont iż-żieda fil-popolazzjoni; u l-ġnus ukoll mhumiex magħquda biżżejjed bejniethom.

 

192.   Aħna nistqarru li dan hu veru; b’danakollu mgħandhomx dawn il-problemi jingħelbu u d-diffikultajiet jinħallu, b’mezzi u metodi li ma jixirqux lid-dinjità tal-bniedem. Dawn il-metodi u l-manjieri ma jistgħux jgħallmuhom dawk in-nies biss li għandhom idea materjalisti tal-ħajja u tal-bniedem.

 

193.   Is-soluzzjoni tajba tinsab biss fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali li jirrispetta u jkabbar il-valuri tal-uħud u tas-soċjetà tal-bniedem. F’din il-kwistjoni qabel xejn, għandhom jiġu dawk il-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mad-dinjità tal-bniedem u mal-ħajja tal-uħudf li xejn ma hemm aqwa minnha. Infittxu wkoll f’din il-kwistjoni li l-ġnus kollha jaħdmu flimkien u jaqsmu bejniethom it-tagħrif siewi tax-xjenzi, il-kapitaliu n-nies għall-ġid ta’ kulħadd.

 

Rispett għal-Liġijiet tal-Ħajja

194.   Bis-solennità kollha niddikjaraw li l-ħajja tal-bniedem titnissel u tixtered permezz tal-familja mibnija fuq rabta waħda ma tinħallx, u, għall-insara, mgħollija għad-dinjità tas-sagrament. In-natura trid li l-ħajja tgħaddi għal ħaddieħor permezz ta’ att personali u liberu, u għalhekk suġġett għal-liġi t’Alla, liġi qaddisa, li ma titbiddilx u ma titneħħa b’xejn; liġi li kulħadd għandu jagħraf u jobdi. Ħadd ma jista’ juża mezzi w metodi li jistgħu jintużaw fit-tnissil u tixrid tal-ħajja tal-bhejjem u l-ħxejjex.

 

195.   Il-ħajja tal-bniedem għandha titqies bħala ħaġa qaddisa minn kulħadd. Sa mill-bidu tagħha, titlob l-opra t’Alla. Min jikser il-liġi t’Alla ikun qiegħed ikażbar il-maestà t’Alla, ibaxxi d-dinjità tal-bniedem u lilu nnifsu u jdgħajjef il-ġens li tiegħu hu membru.

 

Sens ta’ Responsabbiltà

196.   Huwa importanti ħafna li l-ġenerazzjonijiet il-ġodda jkunu ffurmati b’edukazzjoni kulturali u reliġjuża sewwa – u dan hu dmir il-ġenituri – li tnissel fihom sens profond ta’ responsabbiltà fl-oqsma kollha tal-ħajja; u għalhekk ukoll f’dak li għandu x’ jaqsam mat-twaqqif ta’ familja ġdida, it-tnissil u t-trobbija tal-ulied. Jekk dawn iż-żgħażagħ iridu jieħdu fuq spallejhom id-dmir kbir u tqil li jaħdmu m’ Alla, fit-tnissil tal-ħajja u t-trobbija tal-ulied, għandha titrawwem fihom fiduċja sħiħa fil-provvidenza t’ Alla, u spirtu qalbieni, lest biex jeħodha mat-tbatijiet u s-sagrifiċċji li ħadd ma jista’ jeħles minnhom. Għal dan l-iskop xejn ma hemm aqwa mil-liġijiet u t-tagħlim tal-Knisja Mqaddsa; u minħabba dan, il-Knisja għandha l-jedd li taħdem, ħielsa minn kull tfixkil, biex taqdi din il-missjoni tagħha.

 

Għas-Servizz tal-Ħajja

197.   Fil-Ġenesi naqraw kif Alla ta żewġ preċetti lill-ewwel bnedmin, preċetti li jmorru flimkien. L-ewwel wieħed: “Nisslu u oktru [44] u t-tieni: “Imlew l-art u aħkmuha [45].

 

198.   Il-kmand li jaħkmu l-ħolqien ma jfissirx il-qerda tal-ħolqien; iżda l-użu tal-istess ħolqien għall-ħajja.

199.   Min-naħa l-waħda ħafna qegħdin ipinġu bi lwien suwed is-sitwazzjoni tal-lum b’mod li jtuk x’taħseb li l-ħajja tal-bnedmin se tintemm fil-għaks u l-ġuħ; min-naħa l-oħra l-invenzjonijiet tax-xjenza u l-progress fis-snajja’ u l-għana tal-ekonmija qegħdin iservu biex issir l-għodda għall-mewt u l-qerda tal-bnedmin.

 

200.   Alla ħaseb għal kollox u fetaħ idejh għall-bnedmin u tahom kull ma jinħtieġu biex jilħqu mal-piżijiet marbuta mat-tnissil tal-ulied. Iżda dan ma jseħħx, jew ma jistax iseħħ mingħajr tbatija, jekk il-bnedmin iħallu t-triq it-tajba u jdaħħlu ideat ħżiena f’moħħhom u jinqdew, kif semmejna, b’mezzi li jmorru kontra r-raġuni jew kontra n-natura soċjali tagħhom u l-pjani tal-istess Alla.

 

KOLLABORAZZJONI MAD-DINJA KOLLHA

 

 

Problemi tad-dinja

201.   Il-progress tax-xjenzi u tas-snajja’ fl-oqsma kollha tal-ħajja kiber u ħoloq relazzjonijiet ġodda u isħaħ bejn il-ġnus. Il-popli saru jiddependu minn xulxin ħafna iktar minn qabel.

 

202.   Il-kwistjonijiet importanti tal-lum fl-oqsma tax-xjenza, tas-snajja’ tal-ekonomija, relazzjonijiet soċjali, amministrazzjoni, politika jew kultura, jaqbżu l-fruntieri nazzjonali u jieħdu qisien internazzjonali jew mondjali.

 

203.   In-nazzjonijiet weħidhom, ikunu ‘l quddiem kemm ikunu ‘l quddiem fiċ-ċiviltà u l-kultura tagħhom, fl-għadd u l-bżulija ta’ nieshom, fil-progress ekonomiku, fil-għana tar-riżorsi, u l-wesgħat tal-art, bil-forzi tagħhom weħidhom mifruda mill-oħrajn, ma jistgħu qatt iħollu l-problemi tagħhom. Il-ġnus ikomplu u jipperfezzjonaw lil xulxin, u jimxu ‘l quddiem jekk kull wieħed minnhom iqis u jgħin fl-iżvilupp tal-oħrajn. Il-ġnus kollha jaqblilhom li jgħixu għalenija u jaħdmu flimkien.

Sfiduċja f’ Xulxin

 

204.   Iktar ma jgħaddi ż-żmien din il-persważjoni qed tinżel fil-qlub tal-uħud u l-popli sħaħ. Iżda l-bnedmin, l-iktar dawk li għandhom is-setgħa f’idejhom, juru b’imġibiethom li ma jistgħux jiftehmu u jaħdmu flimkien kif jixtiequ u jridu l-popli. Dan mhux ġej min-nuqqas tax-xjenzi, jew tas-snajja’, jew l-ekonomija, imma għax ħadd m’hu jafda f’ħadd. Il-bnedmin, u l-gvernijiet ukoll, jibżgħu minn xulxin. Kull nazzjon tibża’ li l-oħra qed taħseb biex taħkimha u taħtafha; li mhix tistenna ħlief il-waqt sewwa biex twettaq ħsiebha. Għal din ir-raġuni, kull nazzjon jinħela fit-tħejjija tad-difiża ta’ blietha w artha, jiġifieri, tibni armamenti sħaħ biex, kif tgħid hi, tbażża’ lin-nazzjonijiet biex ma jaħbtux għaliha.

 

205.   Dan ifisser li l-ġnus qegħdin jaħlu l-enerġija tagħhom u r-riżorsi kbar tal-ħolqien għal skopijiet ta’ qerda flok ta’ kostruzzjoni. Fir-ruħ tal-uħud u fost il-popli qiegħed jitnissel qtigħ il-qalb u nuqqas ta’ ħajra biex jindaħlu għal opri kbar.

 

L-Ordni Morali

 

206.   L-isfiduċja f’xulxin ġejja mill-fatt li l-bnedmin, l-iktar dawk li għandhom is-setgħa f’idejhom, m’għandhomx l-istess idea tal-ħajja fil-ħidma tagħhom. Xi wħud ma jagħrfu l-ebda ordni morali ‘l fuq mill-ħolqien kollu u mill-bniedem innifsu; ordni fuq kulħadd, assolut, jiswa xorta waħda għal kulħadd. Ma jistgħux jiltaqgħu u jiftehmu bejniethom fid-dawl tal-istess liġi tal-ġustizzja milqugħa minn kulħadd għat-tmexxija ta’ kulħadd.

 

207.   Kollu minnu li l-kelma ġustizzja u l-frażi rieda tal-ġustizzja huwa fuq fomm kulħadd, iżda dan il-kliem ma jfissirx l-istess għal kulħadd. Għalhekk, kull meta l-mexxejja tal-ġnus jagħmlu sejħa għall-ġustizzja u dak kollu li trid, mhux talli ma jiftehmux, talli ikar iġibu taħwid. Kulħadd imbagħad idaħħal l-idea f’ moħħu li ma hemm ebda triq oħra miftuħa biex jikseb jew iġib ‘il quddiem l-interessi tiegħu jekk mhux bil-forza. Hawn hu l-bidu ta’ ħafna ħsara bla qies.

 

Alla l-Bażi tal-Ordni Morali

 

208.   Ikun hemm fiduċja f’xulxin biss jekk il-kapijiet tal-ġnus qabel xejn jagħrfu u jħarsu l-liġi tas-sewwa u l-ħaqq.

 

209.   Il-liġi morali li twassal għall-virtù ma tistax iżżomm jekk mhux fuq Alla; mingħajru din il-liġi tintemm u tispiċċa. Il-bniedem mhux ġisem biss għandu, iżda ruħ ukoll, imżejna bid-dehen u r-rieda. Titlob għalhekk liġi morali mibnija fuq sisien reliġjużi; liġi li fiha l-qawwa għas-soluzzjoni tal-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-individwi u s-soċjetà fi ħdan il-ġnus, wieħed wieħed u bejniethom stess; liġi li tiswa bil-wisq aktar minn kull forza barranija jew interess materjali għal dan l-iskop.

 

210.   Minkejja ta’ dan kollu ma jonqsux dawk li jidhrilhom li minħabba l-progress tax-xjenzi u s-snajja’, il-bniedem tal-lum jista’ jibni ċiviltà bil-forzi tiegħu biss bla ma jħabbel rasu b’Alla. Is-sewwa hu li minħabba l-istess progress fix-xjenzi u s-snajja’ nqalgħu problemi mad-dinja kollha li jistgħu niħallu biss jekk il-bniedem jagħrfu s-setgħa u l-awtorità t’Alla, awtur u mexxej tal-ħolqien kollu.

 

211.   Il-progress u x-xefaq bla qies li fetħu x-xjenzi iwettqu din il-verità. Illum ħafna qegħdin jifhmu li x-xjenza tal-matematika weħidha ma tistax tidħol fil-qalba tar-realtà tal-ħolqien u tfissirha bi kliem adattat; ma tista’ tagħmel xejn għajr tagħti xi ħjiel tagħha. U billi l-forzi kbar tat-teknika jistgħu jservu għall-qerda jew għall-bżonnijiet tal-bniedem, il-bniedem għandu jifhem aktar l-importanza tal-valuri tal-ispirtu u jiftakar li dak li għandu x’jaqsam mar-ruħ u mal-kostumi għandu jiġi qabel kollox, biex il-progress tax-xjenzi u tat-teknika ma jservix għall-qerda, iżda għaċ-ċiviltà tal-bniedem.

 

212.   Fl-istess ħin qed jiġri fin-nazzjonijiet żviluppati u għonja hemm nies li mhumiex sodisfatti bil-kumditajiet materjali u qegħdin ineħħu minn rashom l-idea li jista’ jkun hawn ġenna fl-art. Oħrajn qegħdin iħossu iktar id-drittijiet invjolabbli w universali tal-persuna u qegħdin jitħabtu u jagħmlu ħilthom kollha biex jinħolqu dawk ir-relazzjonijiet bejniethom skont il-ġustizzja xierqa lill-bnedmin. Qegħdin jifhmu safejn jaslu l-forzi tagħhom f’din l-art u jnisslu fihom infushom ġibda kbira għall-valuri tal-ħwejjeġ tal-ispirtu. Wieħed għandu għaliex jittama li l-individwu u l-ġnus jiftehmu sewwa bejniethom u jaħdmu flimkien.

 

 


 

IR-RABA’ TAQSIMA

 

 

RELAZZJONIJIET SOĊJALI MIBNIJA FUQ IL-VERITÁ, IL-ĠUSTIZZJA U L-IMĦABBA

 

Dottrini Żbaljati

 

213.   Wara dan il-progress fix-xjenzi u fis-snajja’, tibqa’ l-problema tal-bidu mill-ġdid tar-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini ġewwa kull nazzjon u bejn il-ġnus bejniethom fuq ekwilibriju uman.

 

214.   F’dawn l-aħħar żminijiet tfaċċaw u xterdu ħafna dottrini b’dan l-iskop. X’uħud minnhom ġa għebu bħaċ-ċpar ma’ tlugħ ix-xemx; oħrajn illum tbiddlu għal kollox; oħrajn m’għadx għandhom dik il-qabda li kellhom fuq il-bnedmin. Ġralhom hekk għaliex dawn id-dottrini qiesu xi naħat biss, u bosta drabi l-inqas importanti, tal-bniedem. Ma qiesux id-debbolizzi tal-bniedem, il-mard u t-tbatija; debbolizzi li ma tistax teħles minnhom l-anqas bl-iktar sistema ekonomika soċjali perfetta. Il-bnedmin imbagħad, jinsabu fejn jinsabu, iħossu u għandhom sens qawwi tar-reliġjon , sens li ebda forza u ebda qerq ma jista’ jirbħu.

 

215.   L-iżball fundamentali ta’ żminijietna hi l-idea li s-sens reliġjuż tal-bniedem mhux ħlief l-espressjoni ta’ sentiment jew fantasija, inkella frott taċ-ċirkustanzi storiċi, u għandu jitwarrab min-nofs għax ma jaqbilx maż-żminijiet tal-lum u jfixkel il-progress. Il-verità hi li dan is-sens reliġjuż jurina kif il-bniedem hu maħluq minn Alla u jħossu bilfors miġbud lejH, kif jgħallimna Santu Wistin: “ Għamiltna għalik, u qalbna ma ssibx mistrieħ jekk ma tistrieћx fik [46].

 

216.   Ikun x’ikun il-progress tax- xjenza u s-snajja’, la l-paċi u lanqas il-ġustizzja ma jistgħu isaltnu fuq l-art qabel ma l-bnedmin jifhmu sewwa d-dinjità tagħhom infushom bħala ħolqien u wlied Alla, dak Alla li hu l-bidu u t-tmiem ta’ kull ma hu maħluq. Il-bniedem ‘il bogħod minn Alla ma jibqax bniedem, la miegħu innifsu u lanqas mal-oħrajn. Ir-relazzjonijiet tajba bejn il-bnedmin jitolbu r-relazzjonijiet tajba bejn il-kuxjenza personali u Alla, l-għajn tal-verità, il-ġustizzja u mħabba.

 

217.   Kulħadd jaf bil-persekuzzjoni li ilha sejra dan l-aħħar għal ħafna snin, kontra Ħutna u wliedna, mill-għeżeż għalina minħabba f’hekk, anki f’pajjiżi b’ċiviltà nisranija mill-eqdem. Kulħadd jista’ għalhekk jara min-naħa l-waħda d-dinjità superjuri tal-maħqura u s-salvaġiżmu raffinat tal-persekuturi. Jekk dan għadu ma tax sinjal ta’ ndiema, ħafna, iżda, bdew jitħassbu fuqha.

 

218.   Jibqa’ dejjem li n-nota speċjali ta’ żmienna hija l-bluha li trid tibni ordni ta’

 ħajja ġdida u siewi fuq din l-art mingħajr il-fundament essenzjali li huwa Alla; u jrid ukoll ikabbar id-dinjità tal-bniedem filwaqt li jnixxef l-għajn li minnha toħroġ u titmantna din id-dinjità, billi jrażżan u, jekk jista’ jkun jeqred għal kollox il-ġibda tal-bniedem lejn Alla. Imma l-esperjenza ta’ żmienna turina biċ-ċar, fost ħafna delużjonijiet, bosta drabi mċappsa bid-demm, kemm hu veru l-kliem tal-Iskrittura: Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, għalxejn jitħabtu dawk li jibnu fiha [47].

 

219.   Il-Knisja Mqaddsa tħabbar u xxandar tagħlim soċjali dwar il-ħajja li ma tmut qatt.

 

220.   Il-prinċipju fundamentali ta’ din id-duttrina hu, bħalma wieħed jista’ jara milli għedna hawn fuq, li l-individwu hu l-fundament meħtieġ, il-bidu u t-tmiem ta’ kull istituzzjoni soċjali; l-individwu, jiġifieri l-bniedem bin-natura tiegħu soċjali maħtur għall-ordni soprannaturali.

 

221.   Fuq dan il-prinċipju fundamentali, li jħares id-dinjità qaddisa tal-persuna, il-Knisja Mqaddsa f’dan l-aħħar seklu bniet, bl-għajnuna ta’ qassisin u sekulari għorrief, ġabra ta’ tagħlim soċjali li juri t-triq żgura għallp-arranġament tar-relazzjonijiet bejn il-bnedmin skont kriterji ġenerali li jaqblu sew man-natura u d-diversi ċirkustanzi tal-ħajja, kemm ukoll mal-bżonnijiet ta’ żminijietna, u għlhekk għandhom jogħġbu lil kulħadd.

 

222.   Illum iktar minn qabel hu tabilfors meħtieġ li din id-dottrina tkun magħrufa, studjata u mħaddma b’dik il-manjiera u dak il-grad, li ċ-ċirkustanzi diversi jippermettu jew jitolbu; xogħol tqil, imma nobbli; għalih aħna nistiednu mhux biss lil ħutna u ‘l uliedna mxerrda mad-dinja kollha, iżda wkoll lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba.

 

Tagħlima

 

223.   Niddikjaraw li d-duttrina soċjali tal-Knisja hija biċċa sħiħa mill-idea nisranija tal-ħajja.

224.   Filwaqt li bil-pjaċir ngħidlu li f’ħafna istituti din id-duttrina ilha tintgħallem, aħna rridu nħeġġu li dan it-tagħlim jissaħħaħ b’korsi ordinarji u sistematiċi fis-seminarji u l-iskejjel kollha kattoliċi ta’ kull grad. Għandha ssib postha wkoll fil-programmi tal-istruzzjoni reliġjuża fil-parroċċi u l-għaqdiet tal-apostolat tas-sekulari. Għandha tixtered bil-mezzi kollha moderni; stampa ta’ kuljum u rivisti, kotba popolari jew xjentifiċi, radju u telviżjoni.

 

225.   Għat-tixrid tagħha jistgħu jgħinu ħafna s-sekulari wliedna billi jitgħallmhua sewwa huma, iħabirku biex ifehmuha lill-oħrajn, u jwettquha fil-ħidma tagħhom temporali.

 

226.   Ma ninsewx li l-qawwa u d-dottrina soċjali tal-Knisja jidhru biss jekk juri li din tista’ tħoll id-diffikultajiet fil-ħajja ta’ kuljum. B’dan il-mod jindunaw biha dawk li ma jafuhiex, jew li jikkumbattuha għax ma jafuhiex. Forsi wkoll tista’ tidħol f’qalbhom xrara ta’ dawl.

 

Edukazzjoni

 

227.   Dottrina soċjali mhux biss għandha tkun imxandra imma wkoll imħaddma fil-ħajja ta’ kuljum. U dan huwa iktar veru għad-dottrina soċjali tal-Knisja Mqaddsa li d-dawl tagħha hu l-Verità, l-iskop tagħha l-Ġustizzja, u l-forza tagħha l-Imħabba.

 

228.   Infakkru lil kulħadd għalhekk filp-ħtieġa li wliedna, barra li jkunu mgħallma l-ġustizzja soċjali, tingħatalhom ukoll edukazzjoni soċjali.

 

229.   L-edukazzjoni nisranija għandha tkun sħiħa u tħaddan kull xorta ta’ dmirijiet; u għandha wkoll tqis li jitnissel u jissaħħab fil-fidili s-sens ta’ dmir li għandhom li jieħdu sehem fil-ħidma ekonomika u soċjali skont it-tagħlim tal-Knisja.

 

230.   Il-mogħdija mit-teorija għall-prattika hija ħaġa minnha nnifisha tqila; l-iktar meta jkollok duttrina soċjali xi tħaddem bħal dik tal-Knisja li trid teħodha kontra l-imħabba tagħna nfusnab’għeruqha fin-natura tal-bniedem, kontra l-materjaliżmu tas-soċjetà tal-lum, kontra d-diffikultajiet, li bosta drabi jkun hemm, li tara sewwa x’titlob il-ġustizzja f’kull każ li jinqala’.

 

231.   Għalhekk l-edukazzjoni, barra li tnissel u trawwem is-sena ta’ dmir li wieħed jaħdem ta’ nisrani fil-qasam ekonomiku w soċjali, jinħtieġ ukoll tħarriġhom fil-metodi kif jaqdu dan id-dmir.

 

Dmirijiet tal-Għaqdiet tal-Apostolat

 

232.   L-edukazzjoni biex jaħdmu ta’ nsara fil-qasam ekonomiku w soċjali ma tistax tirnexxi jekk is-suġġetti stess ma jiħdux sehem fl-edukazzjoni tagħhom infushom u jekk din l-edukazzjoni ma titrawwimx permezz tal-ħidma.

 

233.   U sewwa jgħidu li ma tistax tikseb il-ħila li tħaddem sewwa l-libertà jekk mhux bl-użu sewwa tal-libertà. Hekk ukoll l-edukazzjoni; biex taħdem sewwa fil-qasam ekonomiku w soċjali, ma sseħħx jekk mhux bl-għemil konkret fl-istess qasam.

 

234.   F’din l-edukazzjoni soċjali l-għaqdiet u l-organizzazzjonijiet tal-apostolat tas-sekulari għandhom missjoni importanti, speċjalment dawk li għandhom bi skop tagħhom it-tiġdid nisrani ta’ dawn iż-żewġ taqsimiet tal-ordni temporali. Mhux ftit mill-membri ta’ dawn l-għaqdiet jistgħu jagħmlu ħażna millp-ħajja tagħhom ta’ kuljum biex jedukaw lilhom infushom dejjem aħjar u biex jgħinu għall-edukazzjoni soċjali taż-żgħażagħ.

 

235.   Jixraq u jaqbel hawnhekk infakkru lil kulħadd, kbar u żgħar, is-sens nisrani tal-ħajja, li titlob spirtu ta’ qies u sagrifiċċju bil-grazzja t’Alla.

 

236.   Biżżejjed illum hawn imxerrda ‘l hawn u ‘l hemm l-idea u x-xejra edonistika tal-ħajja li tqiegħed il-ħajja fit-tfittix tal-pjaċir u s-sodisfazzjon sħiħ tal-passjonijiet bi ħsara kbira għar-ruħ u għall-ġisem. Fl-ordni naturali l-qies u t-trażżin tal-ġibdiet tal-ġisem hu għaqal li halli ħafna ġid; fl-ordni soppranaturali, il-Vanġelu, Knisja u t-tradizzjonijiet kollha tagħha jitolbu sens ta’ mortifikazzjoni u penitenza li jġibu magħhom il-ħakma tar-ruħ fuq il-ġisem u joffru mezz qawwi għall-ħlas tal-piena tad-dnub, li minnu ħadd ma hu ħieles, ħlief Ġesù Kristu u l-Omm Immakulata.

 

Suġġerimenti Prattiċi

 

237.   Il-prinċipji dottrinali soċjali jgħaddu minn tliet tarġiet sakemm jaslu biex jitħaddmu għal kollox; tara x’inhi s-sitwazzjoni; tiżinha fid-dawl tal-istess prinċipji; tfittex u taqta’ x’jista’ u x’għandu jsir biex jitwettqu dawk il-prinċipji bil-mod u l-grad li jippermettu u jinħtieġu s-sitwazzjonijiet infushom. Huma t-tliet tarġiet li soltu nsibuhom imfissra b’dawn it-tliet kelmiet: Ara, Qis, Agħmel.

 

238.   Jaqbel ħafna li ż-żgħażagħ ikunu mġiegħla, mhux biss jaħsbu fuq dan il-metodu, imma kemm jista’ jkun iħaddmuh. Hekk it-tagħrif li jieħdu mhux biss ma jibqax ideat weħidhom f’moħħhom, iżda jħarriġhom u jħejjihom biex iwettqu fil-ħajja ta’ kuljum il-prinċipji soċjali.

 

239.   Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji jista’ jiġri li anki Kattoliċi sinċieri ma jaqblux bejniethom. Meta jiġri dan m’għandhom qatt jonqsu l-istima, ir-rispett lejn xulxin u r-rieda tajba li jfittxu fejn jaqblu biex jaħdmu u jaslu għall-ħidma li jitolbu l-bżonn u ċ-ċirkustanzi. M’għandhomx jinħlew f’diskussjonijiet bla tmiem u, bl-iskuża li tikseb xi ħaġa aħjar, jew l-aħjar, ma jsirx il-ġid li jista’ jsir u li għandu jsir.

 

Ħidma u Responsabbiltà

 

240.   Il-Kattoliċi li qegħdin jaħdmu fil-qasam ekonomiku soċjali ta’ sikwit jiltaqgħu ma’ nies li m’għandhomx l-istess idea tal-ħajja. F’dawn ir-relazzjonijiet, uliedna għandhom joqogħdu attenti nli jkunu dejjem jaqblu magħhom infushom biex ma jagħmlux ħsara lir-reliġjon u l-morali; fl-istess ħin għandhom ikunu u juru ruħhom imqanqla minn spirtu ta’ komprensjoni, diżinteressati u lesti jaħdmu magħhom bis-sinċerità kollha f’dawk il-ħwejjeġ li minnhom infushom huma tajba jew għall-inqas iwasslu għat-tajjeb. Hi ħaġa ċara imma li f’dawk il-ħwejjeġ li fuqhom l-Awtorità tal-Knisja tkellmet, il-Kattoliċi huma obbligati li joqogħdu għad-direttivi tagħha. Għax il-Knisja weħidha għandha l-jedd u d-dmir mhux biss li tħares il-prinċipji tal-ordni morali u reliġjuż, iżda wkoll li tindaħal bl-awtorità kollha tagħha fil-qasam temporali, meta jkun hemm il-ħtieġa li tagħti s-sentenza fuq it-tħaddim ta’ dawn il-prinċipji fil-ħajja ta’ kuljum.

 

241.   Mill-istruzzjoni u l-edukazzjoni jinħtieġ wieħed jgħaddi għall-ħidma. Hawn jidħol sehem uliedna s-sekulari. Minħabba l-istat tagħhom fil-ħajja, xogħolhom għandu x’jaqsam mal-produzzjoni tal-ħwejjeġ ta’ din l-art jew l-organizzazzjonijiet li jipproduċuhom.

 

242.   Fit-twettiq ta’ din il-ħidma nobbli, uliedna mhux biss għandhom ikunu mħarrġa sew fis-snajja’ jew il-professjonijiet u jaħdmu skont ma jitolbu l-liġijiet li jirregolaw l-istess snajja’ biex jilħqu l-iskopijiet tagħhom, imma wkoll li f’din il-ħidma jimxu skont il-prinċipji u d-direttivi tal-Knisja. Għandhom ikollhom fiduċja fl-għerf tagħha u bħal uliedha, jobdu twissijietha. Għandhom iżommu dejjem f’moħħhom dawn uliedna li, meta f’ħajjithom ma jimxux mal-prinċipji u d-direttivi tat-tagħlim soċjali tal-Knisja, mhux biss jonqsu minn dmirhom – u bosta drabi bi ħsara għall-jeddijiet ta’ ħaddieħor – iżda jistgħu wkoll jaslu b’għemilhom inaqqsu l-fiduċja f’din id-duttrina bħallikieku kienet nobbli fiha nfisha, imma bla saħħa għat-tmexxija tal-ħajja.

 

Periklu Serju

 

243.   Kif diġà rajna, l-bniedem illum kabbar u wessa’ t-tagħrif dwar il-liġijiet tan-natura; ħoloq għodda biex irażżan il-forzi tagħha u qiegħed jipproduċi opri kbar tal-għaġeb. Fit-telfa li jaħkem u jbiddel id-dinja, il-bniedem qiegħed jissogra li jinsa u jtemm lilu nnifsu, kif b’dispjaċir tiegħu l-Predeċessur tagħna Piju XI fl-Enċiklika Quadragesimo Anno, kiteb: “B’hekk ix-xogħol tal-ġisem li anke wara d-dnub tan-nisel, Alla ried li jkun ta’ ġid għall-ġisem u għar-ruħ, inbidel f’għodda ta’ taħsir. Fi kliem ieħor, il-bniedem jitħassar u jitbhejjem jew f’dak l-istess ħanut mnejn il-materja toħroġ innobilitata [48].

 

244.   Hekk ukoll iddikjara l-Papa Piju XII: “Iż-żmien tagħna jingħażel mill-oħrajn minħabba l-kuntrast kbir li hemm bejn il-progress fix-xjenzi u s-snajja’ u r-rigress li jwaħħax tal-bnedmin fis-sens tad-dinjità tagħhom infushom. L-ikbar biċċa xogħol ta’ żmienna hi l-ħolqien ta’ mostru: il-bidla tal-bniedem fi ġgant fid-dinja materjali bi ħsara għal ruħu, u fi ħlejqa ta’ xejn fid-dinja soppranaturali u eterna [49].

 

245.   Illum qiegħed jiġri fil-kobor dak li jgħid mill-pagani s-Salmista: Il-bnedmin jinsew lilhom infushom f’għemilhom, jitgħaxxqu bl-opri tagħhom, u jagħmlu minnhom allat foloz: “L-allat tagħhom tal-fidda u deheb, huma għamil f’idejn il-bniedem [50].

 

Rispett Lejn l-Ordni tal-Valuri

 

246.   Imqanqla mill-ħsieb li għandna bħala ragħajja tal-bnedmin kollha, aħna bil-qawwa kollha nwissu lil uliedna, sabiex jgħassu fuqhom infushom ħalli fil-ħidma tagħhom temporali u fl-ilħuq tal-iskop tagħhom immedjat, ma jinsewx li jżommu dejjem ħaj fihom is-sens tal-ordni tal-valuri.

 

247.   Il-Knisja dejjem għallmet, u tibqa’ tgħallem, li l-progress tax-xjenza u tas-snajja’ u l-prosperità li jġibu magħhom huma ġid veru u pass ‘il quddiem fiċ-ċiviltà tal-bniedem. Iżda huma għandhom ikunu miżmuma talli skont in-natura vera tagħhom, jiġifieri, bħala għodda u mezz biex il-bniedem jilħaq aħjar skop ogħla, dak li jġib ‘il quddiem il-perfezzjonament tiegħu innifsu sew fl-ordni naturali kemm fl-ordni soprannaturali

 

248.   Għadha u tibqa’ dejjem tidwi t-twiddiba tal-Imgħallem Divin: Għax x’fejda jkollu l-bniedem li jirbaħ id-dinja kollha u jagħmel ħsara lil ruħu? Jew x’jista’ jagħti l-bniedem biex jifdiha? [51]

 

Il-Qdusija tal-Ħadd

 

249.   Ma’ dan it-twiddib, jaqbel ħafna dak li għandu x’jaqsam mal-mistrieħ nhar ta Ħadd u l-btajjel.

 

250.   Biex tħares id-dinjità tal-bniedem imżejjen b’ruħ maħluqa fi xbieha ta’ Alla, il-Knisja dejjem saħqet u għadha tisħaq fuq il-ħarsien tat-Tielet Kmandament: Ftakar f’jum is-Sibt biex tqaddsu [52]. Alla għandu l-jedd u s-setgħa li jitlob lill-bniedem jum fil-ġimgħa biex fih dan jagħtih il-ġieh li ħaqqu u jaħseb fih; biex f’dan il-jum jidħol daħla fih innifsu u jerfa’ ħsiebu lejn il-ħwejjeġ tas-sema; jgħarbel il-kuxjenza tiegħu biex jara f’hiex inhu ma’Alla fid-dmirijiet li għandu lejH.

 

251.   Imma hu wkoll jedd, anzi bżonn għall-bniedem, li kultant żmien jieqaf mix-xogħol, mhux biss biex iserraħ ‘il ġismu għajjien u jirrikrea ruħu onestament, imma wkoll għall-ġid tal-għaqda tal-familja, li teħtieġ li l-membri tagħha jiltaqgħu sikwit u jgħixu flimkien fil-kwiet.

 

252.   Ir-reliġjon, il-morali u s-saħħa jitolbu l-mistrieħ, il-mistrieħ fi żminijiet fissi. Sa minn mijiet ta’ snin, il-Knisja Kattolika għażlet il-Ħadd għal dan il-mistrieħ. Fih l-insara huma obbligati li jmorru għas-sagrifiċċju tal-Quddiesa, tifkira u mezz biex il-merti tal-fidwa, mwettqa minn Ġesù Kristu, jaslu fl-erwieħ.

253.   Imma b’sogħba kbira tagħna sibna li ħafna qegħdin jittraskuraw, jekk mhux jistmerru, din il-liġi qaddisa tal-Knisja – bi ħsara kbira għas-saħħa tar-ruħ u tal-ġisem tal-ħaddiema għeżież tagħna – ħaġa li aħna ma nistgħux ma nikkundannawx.

 

254.   Fl-isem t’Alla, għall-ġid materjali u spiritwali tal-bnedmin, Aħna nfakkru lil kulħadd – gvernijiet, sidien u ħaddiema – fil-ħarsien tal-liġi t’Alla u tal-Knisja tiegħU. Infakkruhom fir-responsabbiltà li għandhom quddiem Alla u quddiem is-soċjetà.

 

Inġeddu l-Kelma Tagħna

 

255.   Ħażin ikun jekk xi ħadd jaħseb minn dan li għedna li jkun għaqal li l-fidili wliedna, l-iktar is-sekulari, inaqqsu mill-impenn li għandhom bħala nsara fid-dinja flok – kif għandhom jagħmlu – iġedduh u jsaħħuh aktar.

 

256.   Il-Mulej, fit-talba kbira tiegħU għall-għaqda tal-Knisja, ma talbx lill-Missier li jeħodhom mid-dinja, imma li jħarsihom mill-ħażen: Ma nitlobx li tneħħihom mid-dinja, imma li tħarishom mill-ħażin [53]. M’għandniex għalfejn noħolqu oppożizzjoni artifiċjali fejn m’hemmx postha, jiġifieri bejn il-perfezzjoni tagħna nfusna u l-preżenza tagħna fid-dinja, bħallikieku ma nistgħux nipperfezzjonaw lilna nfusna mingħajr ma nwarrbu u nwaqqfu l-ħidma tagħna fid-dinja, jew li, jekk ninħlew f’din il-ħidma, inkunu qegħdin inqiegħdu fil-periklu d-dinjità tagħna bħala bnedmin u bħala Nsara.

 

257.   Hekk hu l-pjan tal-provvidenza t’Alla: kulħadd jipperfezzjona ruħu bix-xogħol ta’ kuljum, li tista’ tgħid għal kulħadd hu xogħol ta’ natura u skop temporali. Il-missjoni kbira tal-Knisja llum hi li twassal spirtu nisrani ta’ umanità liċ-ċiviltà moderna. Iċ-ċiviltà tal-lum stess qiegħda titlob din il-ħidma tal-Knisja mhux biss biex tibqa’ miexja iktar ‘il quddiem u tilħaq l-iskopijiet kbar tagħha, imma wkoll biex tħares dak li rebħet bla ma tinqered hi stess. Kif diġà għedna xi ħaġa l-Knisja twettaq din il-missjoni tagħha permezz ta’ wliedha s-sekulari. Meta jkunu qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-professjoni jew is-sengħa tagħhom, is-sekulari għandhom iqisu ruħhom qegħdin jaqdu dmir, jew joffru servizz f’għaqda spiritwali m’Alla u fi Kristu għall-glorja tiegħu, bħal ma jgħallem l-Appostlu: “Mela sewwa jekk tieklu, sewwa jekk tixorbu, sewwa jekk tagħmlu xi ħaġa oħra, agħmlu kollox għal sebħ Alla [54]. U banda oħra: “U kull ma tgħidu jew tagħmlu, agħmlu kollox f’isem Sidna Ġesù Kristu u roddu ħajr ‘l Alla permezz tiegħU [55].

 

Effiċjenza fil-Ħidma Temporali

 

258.   Kemm-il darba l-valuri spiritwali u l-iskopi soprannaturali jsibu posthom fil-ħidmiet u l-istituzzjonijiet temporali, dawn jinsabu fl-effiċjenza tagħhom biex jilħqu l-iskopjiet immedjati li għalihom huma magħmula. Jibqa’ dejjem veru il-kliem tal-Imgħallem Divin: “Fittxu l-ewwel is-saltna t’Alla u l-ġustizzja tiegħU, u dan kollu jkunilkom miżjud [56] . Meta wieħed ikun dawl fil-Mulej[57], u jimxi bħala bin id-dawl [58], jifhem iktar x’titlob minnu l-ġustizzja anki fl-oqsma temporali fejn it-tfixkil hu kbir u mħawwad minħabba l-egoiżmu tiegħu iinifsu, ta’ pajjiżu jew tar-razza. Min hu mħeġġeġ bl-imħabba ta’ Kristu, jħossu iktar f’ għaqda waħda mal-oħrajn; ma jistax ma jħobbx lill-oħrajn u ma jqisx il-bżonnijiet, it-tbatijiet u l-ferħ tal-oħrajn bħallikieku kienet tiegħu. L-opra tiegħu, tkun xi tkun u tkun fejn tkun, hi soda, qawwija, mimlija mħabba, għaliex l-imħabba hi kollha sabar, l-imħabba hi twajba, ma tgħirx, l-imħabba ma tiftaħarx, ma titkabbarx, ma tagħmilx dak li ma jixraqx, ma tfittixx dak li jaqblilha, ma tiħux għaliha, ma żżommx f’qalbha għad-deni, ma tiftaħarx bid-dnewwa, imma tifraħ bis-sewwa. Kollox tagħmel, kollox temmen, kollox tittama, kollox taħmel [59].

 

Membri Ħajja tal-Ġisem Mistku ta’ Kristu

 

 

259.   Ma nistgħux ma nagħlqux din l-ittra Enċiklika mingħajr ma nsemmu verità u realtà oħra kbira tal-Fidi Kattolika, jiġifieri, li aħna lkoll membri ħajja tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu Ġesù li hi l-Knisja: Bħalma l-ġisem hu wieħed, għalkemm għandu ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għalkemm huma ħafna, huma ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu[60].

 

260.   Bil-qawwa kollha, nħeġġu lil uliedna mxerrda mad-dinja kollha, sew il-kleru, sew is-sekulari, biex iqisu u jħossu sewwa d-dinjità u l-kobor tagħhom infushom minħabba li huma mlaqqma fi Kristu bħal friegħi tad-dielja: “Jiena d-dielja u intom il-friegħi [61], u li huma msejħa li jgħixu l-ħajja tiegħu stess. Minn dan jiġi li meta jkunu qegħdin jaħdmu, anki fl-ordni temporali, magħqudin ma’ Kristu, il-Feddej Divin, kull ma jagħmlu jsir xogħol Kristu stess, moħji bil-qawwa tal-fidwa: “Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott, u mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn [62]. Xogħol il-bniedem jogħla u jinnobilita ruħu tant li tintlaħaq il-perfezzjoni tar-ruħ ta’ min jagħmlu stess, u jservi wkoll biex jixxerred fuq l-oħrajn il-frott tal-fidwa. Jiġri wkoll li l-liġi nisranija, bħallikieku kienet il-ħmira tal-Vanġelu, tidħol fil-vini taċ-ċiviltà li fiha ngħixu w naħdmu.

 

261.   Minkejja tal-ħafna żbalji, l-inkwiet u d-diżordni li qegħdin iħarbtu u jqallbu ż-żminijiet tagħna, ikollna nistqarru li huma wkoll żminijiet li fihom il-ħaddiema tal-Knisja jistgħu jagħmlu xogħol kbir ta’ appostolat b’tamiet kbar għalina.

 

262.   Aħwa venerabbli u wlied maħbuba, bdejna minn dik l-ittra tal-għaġeb ta’ Ljun XIII biex rajna flimkien il-ħafna problemi serji ta’ kull xorta li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja soċjali ta’ żmienna; minn dawn il-konsiderazzjonijiet, ħriġna kriteji u preċetti li nixtiequkom u nħeġġukom mhux biss li tistudjaw sewwa, imma wkoll li tagħmlu ħilitkom kollha biex jitwettqu fil-ħajja ta’ kuljum. Jekk kull wieħed minnkom, bil-qlubija kollha, jfittex li jagħmel dan, ma jkunx għamel ftit biex tissaħħaħ is-saltna ta’ Kristu fl-art, saltna tas-sewwa u l-ħajja, tal-qdusija u l-grazzja, tal-ġustizzja, imħabba u paċi [63], saltna li minnha għad irridu ngħaddu għat-tgawdija ta’ dejjem, li għaliha aħna maħluqa minn Alla u qegħdin nixxenqu.

 

263.   Din hi d-dottrina tal-Knisja Mqaddsa, Omm u Għalliema tal-ġnus kollha; id-dawl tagħha jdawwal, iqabbad, iħeġġeġ. Leħenha mimli Għerf Divin ta’ Alla jwiddeb u jidwi maż-żminijiet kollha; il-qawwa tagħha dejjem toffri rimedji setgħana skont il-ħtiġijiet ta’ din il-ħajja għaddiena. Dan il-leħen jaqbel ħaġa waħda ma’ dak tas-Salmista tal-qedem, li ma jehdiex isaħħaħna u jagħmlilna l-qalb: “Ħalli nisma’ xi jgħid il-Mulej: Tassew jitkellem fuq is-sliem għall-poplu tiegħU u għall-qaddisin tiegħU u għal dawk li jerġgħu lejH minn qalbhom. Iva, għal min għandu l-biża’ tiegħU ħelsienu, billi jerġa’ jgħammar is-sebħ f’artna. It-tjubija u l-fedeltà jiltaqgħu, il-ħaqq u s-sliem jitgħannqu. Il-fedeltà tinbet mill-art u l-ħaqq mis-sema jixref. Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid, u artna tagħti għallitha. Il-ħaqq quddiemu jimxi u s-sliem jimxi warajh [64].

 

264.   B’dawn ix-xewqat tagħna, Aħwa Venerabbli, nagħlqu din l-ittra tagħna, li fiha ilna naħsbu minn żmien għall-ġid tal-Knisja kollha; nagħmlu dan biex il-Feddej Divin, li sar għalina għerf minn Alla, u ġustizzja, taqdis u fidwa [65], isaltan u jaħkem fuq kollox u kulħadd; nagħmluh ukoll ħalli jseħħ l-ordni mill-ġdid fis-soċjetà tal-bnedmin, u l-ġnus kollha sa fl-aħħar igawdu l-prosperità, l-hena u l-paċi.

265.   B’awgurju ta’dan u b’rahan tar-rieda t-tajba ta’ Missier li aħna, tinżel fuqkom il-Barka Apostolika, li aħna nagħtu likom, Aħwa Venerabbli u lill-fidili fdati fil-ministeru tagħkom, l-iktar lil dawk li jwieġbu bil-ħeġġa għas-sejħa tagħna.

 

 

ĠOVANNI PP. XXIII

  


 

[1]  Cfr.1, Tm 3, 15

[2]  Ġw. 14,6

[3]  Ġw. 8,12

[4]  Mk. 8,2

[5] Acta Leonis XIII, 11 (1891) 97 - 144

[6] Cfr. ibid p.107

[7] S. Tumas , De regimine principum, 1,15.

[8] Cfr. AAS 23 (1931) 185

[9] Cfr. ibid pp. 180

[10]  Cfr. pp. 177-228

[11] Cfr. ibid p.199

[12] Cfr. ibid p.200

[13] Cfr. ibid p.201

[14] Cfr. ibid pp 210-211

[15] Cfr. ibid p.211

[16] Cfr.AAS 33 (1941) 196

[17] Cfr. Ibid p.197

[18] Cfr. Ibid p.196

[19] Cfr. Ibid pp. 198-199

[20] Cfr. Ibid p.199

[21] Cfr. Ibid p.201

[22] Cfr. Ibid p.202

[23] Cfr. Ibid p.203

[24] Cfr. AAS 23 (1931 - 203).

[25] Cfr. Ibid p.203

[26] Cfr. Ibid p.222

[27] Radju Messaġġ tal-Gћid il-Ħamsin, 1941, AAS 33 (1931) p.200

[28] Cfr. AAS 23 (1941) 195

[29] Cfr. Ibid p.198

[30] Radju Messaġġ 1 ta’ Settembru 1944, AAS 36 (1944) 254

[31] Diskors fl-1 ta’ Ottubru 1956, AAS 48 (1956) 799 - 800

[32] Radju Messaġġ 1 ta’ Settembru 1944, AAS 36 (1944) 253

[33] Radju Messaġġ tal-Milied 1942, AAS 35 (1942) 17

[34] Cfr. Ibid p.20

[35] Ittra Enċiklika, Quadragesimo Anno, AAS 23 (1931) 214

[36] Acta Leonis XII, 11 (1891) 114.

[37] Mt. 6, 19-20

[38] Mt. 25, 40

[39] Cfr. AAS 23 (1931) 202

[40] Diskors fl-4 ta’ Mejju 1960 lid-diriġenti uffiċjali tal-F.A.O AAS 52 (1960) 465

[41] Cfr. Ibid.

[42] 1 Ġw. 3, 16-17

[43] Ittra Enċiklika Summi Pontificatus, AAS 31 (1939) 428-429

[44] Ġen 1, 28

[45] Ibid.

[46] S. Wistin Conf. I,1

[47] Salm 126, 1

[48] AAS (1931) 221 - 222

[49] Radju Messaġġ tal-Milied 1953, AAS 46 (1954) 10

[50] Salm 115, 4

[51] Mt. 16, 26

[52] Eżodu 20, 8

[53] Ġw. 17, 15

[54] 1 Kor. 10, 31

[55] Kol. 3, 17

[56] Mt. 6, 33

[57] Efes. 5, 8

[58] Cfr. Ibid.

[59] 1 Kor. 13, 4-7

[60] 1 Kor. 12,12

[61] Ġw 15, 5

[62] Cfr. Ibid.

[63] Prefazju tal-Quddiesa ta’ Kristu Re.

[64] Salm 84, 9-10

[65] 1 Kor 1, 30

 

Ħajr lil Ms Roberta Tonna għall-għajnuna tagħha fit-typing tad-dokument.