|
Aktar dwar il-Ħniena Divina ...
Ara n-Novena tal-Ħniena Divina ...
Tagħrif dwar in-Novena lejn il-Ħniena Divina
Il-preparazzjoni tal-Festa tal-Ħniena Divina tikkonsisti li tingħad il-kurunella tal-Ħniena Divina għal disat ijiem. Għandha tibda f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira.
Fid-Djarju ta’ Sr. Fawstina, hemm ukoll miktub, novena li Ġesù stess ta għall-użu personali tagħha bħala preparazzjoni ta’ din il-Festa hekk għażiża. Din in-Novena hija popolari ħafna mal-fidili bħala tħejjija għall-Festa tal-Ħniena Divina.
Intenzjonijiet tan-Novena
Tibda f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira
Tibda:
1 Jum Ressaq il-bnedmin kollha, speċjalment l-iktar il-midinbin;
2 Jum Għall-erwieħ tas-saċerdoti u tar-reliġjużi;
3 Jum Għall-erwieħ kollha twajba u fidili;
4 Jum Għal dawk li ma jemmnux Fija u dawk li għadhom ma jafuniex;
5 Jum Għal-insara mifruda minn xulxin;
6 Jum Għall-bnedmin ta’ qalb ħelwa u umli, kif ukoll għall-erwieħ tat-tfal ċkejknin;
7 Jum Għall-erwieħ ta’ dawk li l-aktar iqimu u jigglorifikaw il-Ħniena ta’ Alla;
8 Jum Għall-erwieħ tal-Purgatorju;
9 Jum Għall-erwieħ li huma berdin
Wara kull intenzjoni tingħad il-Kurunella tal-Ħniena Divina.
Ġesù qal lill-Santa Fawstina
Permezz ta’ din in-novena Jiena nagħti kull grazzja possibbli lill-erwieħ… Jiena nixtieq li matul dawn id-disat ijiem inti tressaq il-bnedmin lejn l-għajn tal-Ħniena tiegħi, sabiex minnha jkunu jistgħu jieħdu l-qawwa, il-faraġ u kull grazzja li jeħtieġu fit-tbatijiet ta’ din il-ħajja u l-iktar fis-siegħa tal-mewt.