| 
												 
												  
												
												 
												
												
												
												Talba tal-Papa Franġisku lill-Madonna
												 
												
												fl-għeluq tal-Eżortazzjoni 
												Appostolika "Querida Amazonia" 
												
												2 ta' Frar 2020 
												
												  
												
												  
												
												
												Miġjuba mit-Taljan għall-Malti 
												minn 
												
												Francesco Pio Attard   | 
												
												 
												  
												
												Omm il-ħajja, 
												 
												fil-ġuf matern tiegħek issawwar 
												Ġesù, 
												 
												li hu s-Sid ta’ kulma jgħix. 
												 
												Fil-Qawmien tiegħu hu bidlek 
												b’dawlu 
												 
												u għamlek Sultana tal-ħolqien 
												kollu. 
												 
												Għalhekk nitolbuk, o Marija, 
												 
												biex issaltan fil-qalb tħabbat 
												tal-Amażonja. 
												 
												 
												 
												Urina li inti omm tal-ħlejjaq 
												kollha, 
												 
												fil-ġmiel tal-ward, tax-xmajjar, 
												 
												tax-xmara l-kbira li taqsamha 
												 
												u ta’ dak kollu li jiċċaqlaq 
												fil-foresti tagħha. 
												 
												Ħares bi ħlewwietek din l-isplużjoni 
												ta’ ġmiel. 
												 
												 
												 
												Itlob lil Ġesù jsawwab imħabbtu 
												kollha 
												 
												fuq il-bnedmin li jgħixu fiha, 
												 
												biex jagħrfu jitgħaxxqu biha u 
												jħarsuha. 
												 
												 
												 
												Agħmel li Ibnek jitwieled 
												fil-qlub tagħhom, 
												 
												biex jilma fl-Amażonja, 
												 
												fil-popli tagħha u fil-kulturi 
												tagħha, 
												 
												bid-dawl tal-Kelma tiegħu, 
												bil-faraġ ta’ mħabbtu, 
												 
												bil-messaġġ tiegħu ta’ mħabba 
												bejn l-aħwa u ta’ ġustizzja. 
												 
												 
												 
												Ħalli f’kull Ewkaristija 
												 
												titgħolla ’l fuq ukoll tant 
												sbuħija 
												 
												għall-glorja ta’ Alla l-Missier. 
												 
												 
												 
												Omm tagħna, ħares lill-foqra 
												tal-Amażonja, 
												 
												għax darhom qed tisfa meqruda 
												 
												minħabba f’interessi ħżiena. 
												 
												Kemm tbatija u kemm faqar, 
												 
												kemm telqa u kemm prepotenza 
												 
												f’din l-art imbierka, 
												 
												imfawra bil-ħajja! 
												 
												 
												 
												Miss il-qalb tas-setgħana, 
												 
												għax, imqar jekk inħossu li diġà 
												tard wisq, 
												 
												int issejħilna nsalvaw 
												 
												dak li għadu ħaj. 
												 
												 
												 
												Omm ta’ qalbek minfuda, 
												 
												li tbati fi wliedek imweġġgħa 
												 
												u fin-natura miġruħa, 
												 
												saltan int fl-Amażonja 
												 
												flimkien ma’ Ibnek. 
												 
												Saltan biex ħadd iżjed ma jħossu 
												ħakkiem 
												 
												tal-opra ta’ Alla. 
												 
												 
												 
												Fik nafdaw, Omm il-ħajja, 
												 
												la titlaqniex 
												 
												f’din is-siegħa mudlama. 
												 
												Amen. 
												 |