L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

 

Nimmeditaw u Nikkontemplaw ...

Nimmeditaw!  Nikkontemplaw!   Dawn huma żewġ kelmiet li min għadu jitlob ir-rużarju jgħidhom regolarment. Nimmeditaw u nikkontemplaw fit-tali u tali misteru …  Imma qatt waqaft ftit naħseb dwar dawn iż-żewġ kelmiet?  Mill-ftit domandi li għamilt ‘l hawn u ‘l hinn fost persuni lajċi li ltqajt magħhom jidher li ħafna jqisu li dawn iż-żewġ kelmiet iffissru l-istess. 

Allura meta fir-rużarju ngħiduhom it-tnejn, inkunu sempliċiment qed nirrepetu kliem bl-stess tifsira?   Oħrajn jaħsbu li dawn il-kelmiet għandhom tifsira differenti, imma stqarrew li ma jafux x’inhi?  Jidher li dan in-nuqqas ta’ tagħrif mhux qiegħed f’pajjiżna biss. 

F’dan il-filmat qasir, Fr John Bartunek, reliġjuż mill-Kongregazzjoni tal-Leġjonarji ta’ Kristu, ifisser id-differenza.