Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

 

Talba biex jinqalgħu grazzji bl-interċessjoni tal-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II.

 Qaddisa Trinità, nirringrazzjawk talli għanejt lill-Knisja bil-Beatu Ġwanni Pawlu II u talli ppermettejt li l-ħarsien ħanin tiegħek ta’ Missier, il-glorja tas-Salib ta’ Kristu, u l-kobor tal-Ispirtu tal-imħabba, jiddu permezz tiegħu. 

Hu, bil-fiduċja sħiħa li kellu fil-ħniena bla tarf tiegħek u fl-interċessjoni materna ta’ Marija, tana xbieha ħajja ta’ Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb u wriena li l-qdusija hija l-aqwa kejl tal-ħajja nisranija ta’ kuljum li hija t-triq li twassalna biex ningħaqdu miegħek għal dejjem. 

Agħtina, bl-interċessjoni tiegħu, u skont ir-rieda tiegħek, il-grazzja li nitolbuk, bit-tama li ma jdumx ma jkun magħdud fost il-qaddisin tiegħek. Ammen.

 

Bl-approvazzjoni tal-Knisja.

Agostino Kardinal Vallini

Vigarju Ġenerali tal-Qdusija Tiegħu għad-Djoċesi ta’ Ruma.

 

 

Min jaqla’ xi grazzja għandu jagħarraf lil:

Postulazione della Causa di Canonizzazione Del Beato Giovanni Paolo II,

Piazza S. Giovanni in Laterano, 6/a – 00184, Roma.

 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta