Jiftaħ is-Sinodu tal-Isqfijiet

Vatikan: Ħadd, 7 Ottubru 2012.  –

F’quddiesa ċelebrata fi Pjazza  San Pietru, il-Papa Benedittu XVI inawgura it-13-il sessjoni ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

It-tema f’dan is-Sinodu hija l-“Evanġelizzazzjoni Ġdida għat-tixrid tal-Fidi Nisranija”.  Fost il-262 isqof li qed jieħdu sehem hemm ukoll l-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech li qiegħed jirrapreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija.

“Il-Knisja teżisti biex tevanġelizza”, qal il-Papa Benedettu XVI fl-omelija tiegħu. “Iżda kull evanġelizzazzjoni trid tibda dejjem minn Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla”

Ara l-Omelija tal-Papa bil-Malti

Ara filmat taċ-ċerimonja kollha


Franco Miano fis-Sinodu

(Miano hu l-President tal-Azzjoni Kattolika)

Vatikan, 17 Ott 2012 - L-iskoperta jew l-iskoperta mill-ġdid ta’ din is-sejħa, ta’ dan is-sens profond tas-sehem tal-lajċi fil-missjoni kollha tal-Knisja, tidher waħda mill-ħidmiet fundamentali li l-Evanġelizzazzjoni ġdida għandha quddiemha. ... 


Messaġg ta’ ferħ u tama

Vatikan, 8 Ott. 2012

Fl-istess konferenza stampa tat-Tnejn, 8 ta’ Ottubru, minbarra il-Kardinal Wuerl,

tkellem ukoll l-Arċisqof Claudio Maria Celli li fakkar kif il-Papa Ġwanni XXIII fetaħ il-Konċilju Vatikan II bil-kliem, “tifraħ ommna l-Knisja” u wera x’xewqa tiegħu li dan is-Sinodu jwassal lid-dinja nota ta’ ferħ, ferħ li ġej mill-għarfien li Alla jħobbna u jħobb lill-umanità kollha. Huwa qal, “Nittama Ii dan is-Sinodu jgħinna lkoll noħolmu u nittamaw.”


FIDI U XJENZA FIS-SINODU

Belt tal-Vatikan

L-attenzjoni prinċipali waqt is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-evanġelizzazzjoni l-ġdida li beda ‘l bieraħ se tmur lejn id-djalogu bejn il-Fidi u x-Xjenza.  Rebbieħ tal-Premju Nobel se jindirizza lil 250 isqof minn madwar id-dinja miġburin għas-sinodu, dwar dan is-suggett.

L-Arcisqof Nikola Eterovic, Segretarju Ġenerali tas-sinodu, kellem lill-ġurnalisti dwar il-pjanijiet tas-sinodu li jintemm fit-28 ta’ Ottubru.  L-attenzjoni tat-13-il assemblea generali tas-Sinodu tal-Isqfijiet se tkun: L-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Nisranija.

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, waqt konferenza stampa, l-Arcsiqof qal lill-ġurnalisti li l-mikrobijolgu Werner Arber, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-mediċina u l-fiżjoloġija, se jkun il-mistieden speċjali li se jkellem lis-Sinodu nhar it-12 ta’ Ottubru.  Ix-xjenzjat se jagħmel riflessjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u l-fidi.