L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

Ir-Riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP

"L-ISQOF IT-TWAJJEB"

 

Is-Sibt, 18 ta' Ottubru 2014: Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Frangisku aċċetta r-riżenja tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Pawlu Cremona O.P. bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof Cremona rriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Ir-riżenja tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2014 f’nofsinhar ħin ta’ Malta. Mons. Cremona ngħata t-titlu ta’ Arċisqof Emeritu ta’ Malta. F’ittra ndirizzata lil Mons. Cremona, il-Qdusija Tiegħu l-Papa rringrazzja lill-Arċisqof Emeritu għall-ministeru episkopali tiegħu li kien magħruf u apprezzat għall-imħabba pastorali u l-kuntatt uman mill-qrib mal-Poplu ta’ Alla.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku nnomina lill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ San Leone, bħala Amministratur Appostoliku sede vacante bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjocesi ta’ Malta sakemm l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta jieħu l-pussess kanoniku tal-Arċidjoċesi. Fil-perjodu li fih is-Sede Arċiveskovili ta’ Malta tkun vakanti, il-ministeru pastorali ordinarju huwa assikurat taħt it-tmexxija tal-Amministratur Appostoliku, iżda kull inizjattiva innovativa titħalla għad-deċiżjoni tal-Arċisqof il-ġdid.

Is-Santa Sede tat struzzjonijiet lill-E.T. n-Nunzju Apostoliku, Mons. Aldo Cavalli, biex jibda l-proċess kanoniku ta’ konsultazzjoni u dixxerniment li jgħin lill-Qdusija Tiegħu l-Papa fl-għażla tiegħu tas-suċċessur tal-Arċisqof Cremona. Il-Membri kollha tal-Kleru, ir-Reliġjużi, u l-Fidili Insara kollha huma mħeġġa jitolbu għall-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, għall-Isqof Charles Scicluna, l-Amministratur Appostoliku, u għall-proċess kanoniku li ser iwassal biex jintgħażel l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta.

 

L-Isqof Charles J. Scicluna, li nħatar mill-Papa Franġisku bħala Amministrattur Appostoliku,  xebbaħ lill-Arċisqof Pawlu Cremona mal-Papa t-Twajjeb Ġwanni XXIII u qal li nistgħu niddeskrivuh bħala l-Isqof it-Twajjeb.

Tista' tara wkoll ....

 

▬  L-aħbar tar-riżenja …

▬  L-Ittra tan-Nunzju …

▬  Ittra lis-Saċerdoti …

▬  Ċirkulari mill-Kurja …

▬  Il-Liġi tal-Knisja dwar ħatra ta’ Isqof …

▬  Konferenza Stampa ...