Home          |          Email          |             Blog          |                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

Riflessjonijiet  Aħħarin

In-nies spiss ma jirraġunawx, mhux loġiċi u jaħsbu fihom infushom,

Aħfrilhom xorta waħda.

 

Jekk int ta’ qalbek tajba, jistgħu jakkużawk li moħħok fik innifsek, u bi skopijiet oħra. 

Kun ħanin xorta waħda.

 

Jekk int tirnexxi, tista’ tirbaħ xi ftit tal-ħbieb veri u oħrajn li m’humiex.

Irnexxi xorta waħda.

 

Jekk int onest u qalbek tajba, in-nies jistgħu jqarrqu bik.

Kun onest u sinċier xorta waħda.

 

Dak li ħadt snin biex bnejt, xi ħadd jista’ jeqirdu mil-lum għal għada.

Ibni xorta waħda.

 

Jekk inti fis-sliem u ferħan, jistgħu jgħiru għalik.

Kun ferħan xorta waħda.

 

It-tajjeb li tagħmel illum, ħafna drabi in-nies jinsewh malajr.

Agħmel it-tajjeb xorta waħda.

Agħti lid-dinja l-aħjar li tista’ xorta waħda.

 

 Qed tara, fl-aħħar mill-aħħar, hija bejnek u bejn Alla;

Fuq kollox, qatt ma kienet bejnek u bejn ħaddieħor.

 

 

Madre Tereża

(26 Awwissu 1910 – 5 Settembru 1997)

 

 

Ara wkoll il-verżjoni bl-Ingliż…