laikos.org

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Memorja u Identità

Diskussjoni dwar ktieb tal-Papa San Ġwanni Pawlu II

 

Home                        Email                     Blog              

Il-Ħamis, 8 ta’ Mejju 2014: Fl-okkazjoni tal-kanonizzazzjoni tal-Papiet Ġwanni XXIII U Ġwanni Pawlu II, iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għal-Lajċi organizza laqgħa li biha xtaq ifakkar il-memorja ta’ dawn il-Papiet u fl-istess waqt jgħinna naraw x’inhi l-identità tagħna fid-dawl tal-ktieb ta’ Ġwanni Pawlu II, “Memorja u Identità.

Il-ktieb li kien miġjub għall-Malti u publikat miċ-ĊAK fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni ta’ dan il-Papa jitratta intervista li kellu Ġwanni Pawlu II u li fiha ta ħjiel ta’ kif huwa ħaddan u għix il-valur nisrani, anke fl-istorja mqallba ta’ pajjiżu.

Il-laqgħa li saret fil-foyer taċ-ĊAK kienet tikkonsisti f’diskussjoni bejn il-President Emeritu l-Eċcelenza Tiegħu Eddie Fenech Adami, il-ProVigarju Ġenerali Monsinjur Anton Gouder, u l-Onorevoli Membri Parlamentari George Vella u Claudette Buttigieg.  Id-diskussjoni tmexxiet minn Ms Sara Portelli u Mr Andrea Pace.  Fil-bidu tal-laqgħa, id-Direttur taċ-ĊAK Fr Paul Darmanain OFM Conv. ta merħba u radd ħajr lil dawk preżenti u fisser l-għan u t-tema tal-laqgħa.

Il-filmat huwa produzjoni tal-Media Centre, Blata l-Bajda.