L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

OMELIJA TA’ SAN ĠWANNI PAWLU II FIL-BIDU TAL-PONTIFIKAT,  Il--Ħadd, 22 ta' Ottubru 1978.

 

 “Inti l-Kristu l-Iben ta’ Alla l-ħaj” (Mt 16,16).

Ħuti! La tibżgħux tilqgħu lil Kristu u li taċċettaw il-qawwa
 tiegħu!

Għinu lill-Papa u lil dawk kollha li jridu jaqdu lil Kristu u, bil-qawwa
 ta’ Kristu, jaqdu lill-bniedem u lill-umanità kollha kemm hi!

La tibżgħux! Anzi, iftħu beraħ il-bibien għal Kristu!

 

1. “Inti l-Kristu l-Iben ta’ Alla l-ħaj” (Mt 16,16).

Dan il-kliem ippronunzjah Xmun bin Ġona, fir-reġġjun ta’ Ċesarea ta’ Filippu. Iva, huwa esprimieh bil-lingwa tiegħu, b’konvinzjoni, profonda, migħuxa u mqanqla, imma dan ma jsibx fih s-sors tiegħu, in-nixxiegħa tiegħu: “…għaliex la l-laħam linqas id-demm ma irrivelahulek, imma …Missieri li jinsab fis-smewwiet.” (Mt 16,17). Dan kien kliem ta’ Fidi.

Dan jissenjalizza l-bidu tal-missjoni ta’ Pietru fl-istorja tal-fidwa, fl-istorja tal-Poplu ta’ Alla. Minn dak il-waqt, minn tali stqarrija ta’ Fidi, l-istorja sagra tal-fidwa u tal-Poplu ta’ Alla kellha takkwista dimensjoni ġdida: tesprimi ruħha fid-dimensjoni storika tal-Knisja. Din id-dimensjoni ekkleżjali tal-istorja tal-Poplu ta’ Alla tislet l-oriġni tagħha, infatti titwieled minn dan il-kliem ta’ Fidi u tintrabat mal-bniedem li ippronunzjaha: “Inti Pietru – blata, ġebla – u fuqek, bħallikieku fuq ġebla, jien nibni l-Knisja tiegħi”.

2 Illum u f’dan il-post hemm bżonn li mill-ġdid ikun ippronunzjat u mismugh l-istess kliem: “Inti l-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj”.

Iva, ħuti u wliedi, qabel kollox dan il-kliem.

Il-kontenut tiegħu jikxef f’għajnejna il-misteru ta’ Alla l-ħaj. Misteru li l-Iben jaf u li avviċinah lejna. Infatti, ħadd, ma avviċina lil Alla l-ħaj lejn il-bnedmin, ħadd ma rrivelah bħal ma għamel biss huwa nnifsu. Fl-għarfien tagħna ta’ Alla, fil-mixja tagħna lejn Alla aħna marbutin għal kollox mal-qawwa ta’ dan il-kliem “Min jara lili, jara wkoll lill-Missier”. Dak li huwa infinit, inskrutabbli, ineffabbli sar qrib tagħna f’Ġesù Kristu, l-Iben unigenitu, imwieled minn Marija Verġni fl-istalla ta Betlem.

– Intom ukoll li diġa għandkom ix-xorti inestimabbli li temmnu,

– Intom ilkoll li għadkom tfittxu lil Alla,

– u wkoll intom imħabbtin mid-dubju:

Tridu tilqgħu mill-ġdid għal darb’oħra – illum u f’dan il-post sagru – il-klien ippronunzjat minn Xmun Pietru. F’dak il-kliem hija l-fidi tal-Knisja. F’dak l-istess hija l-verità l-ġdida, anzi l-verità aħħarija u definittiva dwar il-bniedem: iben Alla l-ħaj. “Inti l-Kristu, Bin Alla l-ħaj”!

3. Illum l-Isqof il-ġdid ta’ Ruma jibda sollennement il-ministeru tiegħu u l-missjoni ta’ Pietru. Infatti, f’din il-Belt, Pietru esegwixxa u wettaq il-missjoni afdatha lilu mill-Mulej.

Il-Mulej dar lejh waqt li qallu: “...meta kont iktar żagħzugħ kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ tifrex idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn inti ma tridtx” (Ġw 21,18).

Pietru ġie Ruma!

X’iggwidah u mexxieh lejn din il-Belt, qalb tal-Imperu Ruman, jekk mhux l-ubbidjenza u l-ispirazzjoni riċevuta mill-Mulej? Forsi dan is-sajjied mill-Galilea ma xtaqx jasal sa hawn. Forsi kien jippreferi jibqà hemm, fuq ix-xtut tal-lag ta’ Ġenezzaret, bid-dgħajsa tiegħu, bix-xbieki tiegħu. Imma mmexxi mill-Mulej, ubbidjenti għall-ispirazzjoni tiegħu hu wasal hawn!

Skont tradizzjoni antika (li sabet ukoll espressjoni letterarja manifika tagħha f’rumanz ta’ Sienkiewicz), matul il-persekuzzjoni ta’ Neruni, Pietru ried jitlaq minn Ruma. Imma l-Mulej intervjiena, mar jiltaqà miegħu. Pietru dar lejh waqt li staqsieh: “Quo vadis, Domine?” (Fejn sejjer, Mulej?). U l-Mulej dlonk wieġbu: “Sejjer Ruma sabiex inkun mislub għat-tieni darba”. Pietru reġà lura Ruma u baqà hemm sat-tislib tiegħu.

Iva, Ħuti u Wliedi. Ruma hija s-Sedja ta’ Pietru. Matul is-sekli ġew wara xulxin dejjem f’din is-Sedja Isqfijiet ġodda. Illum Isqof ġdid jitlà fuq il-Katedra Rumana ta’ Pietru, Isqof mimli tregħid, għax jaf sewwa l-indinjità tiegħu. U kif tistà ma titregħidx quddiem il-kobor ta’ tali sejħa u quddiem il-missjoni universali ta’ din is-Sedja Rumana?!

Fuq is-Sedja ta’ Pietru f’Ruma illum jitlà Isqof li mhux Ruman, Isqof li huwa wild il-Polonja. Imma minn dan il-waqt isir hu wkoll Ruman. Iva, Ruman! Ukoll, għaliex bin ta’ nazzjon li l-istorja tiegħu, sa minn l-ewwel alborali tiegħu, u li t-tradizzjonijiet millenarji tiegħu huma mmarkati  minn rabta ħajja, qawwija, qatt maqtugħa, mħossha u migħuxa mas-Sedja ta’ Pietru, nazzjon li ma din is-Sedja ta’ Ruma baqghet dejjem fidila. Oh, inskrutabbli huwa l-pjan tal-Providenza divina!

4. Fis-sekli li għaddew, meta s-Suċċessur ta’ Pietru kien jieħu l-pussess tas-Sedja tiegħu, kien jitlibbbes fuq rasu t-trirenju, it-tjara. L-aħħar inkurunat kien il-Papa Pawlu VI fl-1963, li però, wara r-rit sollenni tal-inkurunazzjoni qatt iktar ma uża t-trirenju waqt li ħalla għas-Suċċessuri tiegħu il-libertà li jiddeċiedu dwar dan.

Il-Papa Ġwanni Pawlu I, li t-tifkira tiegħu hija hekk ħajja fi qlubna, ma riedx it-trirenju u llum linqas ma jridu s-Suċċessur tiegħu. Mhuwiex iż-żmien, infatti, li nerġgħu lura għal rit u għal dak li, forsi b’mod inġust, kien meqjus bħala simbolu tal-poter temporali tal-Papiet.

Iż-żmien tagħna jistedinna, jimbuttana, jobligana li nħarsu lejn il-Mulej u biex ngħoddsu f’meditazzjoni umli u devota tal-misteru tal-qawwa
 suprema tal-istess Kristu.

Dak li twieled mill-Verġni Marija, bin il-mastrudaxxa – kif kien iqis lilu nnifsu -, Bin Alla l-ħaj, bħal ma stqarr Pietru, ġie biex jagħmel minna lkoll “saltna ta’ qassissin”.

Il-Konċilju Vatikan II fakkarna l-misteru ta’ din il-qawwa
 u l-fatt li l-missjoni ta’ Kristu – Saċerdot, Profeta-Mgħallem, Sultan – ikompli fil-Knisja. Ilkoll, il-Poplu ta’ Alla kollu huwa parteċipi minn din il-missjoni tripla. U jistà jkun fl-imgħoddi kien jitqiegħed fuq ras il-Papa it-trirenju, dik il-kuruna tripla, biex jesprimi, permezz ta’ tali simbolu, li l-ordni ġerarkika kollha tal-Knisja ta’ Kristu, il “qawwa
 sagra” kollha tiegħu  eżerċitata fih mhijiex għajr li s-servizz, servizz li għandu bħala għan ħaġa waħda biss: li l-Poplu kollu ta’ Alla jipparteċipa minn din il-missjoni tripla ta’ Kristu u jibqà dejjem taħt il-qawwa
 tal-Mulej, li tieħu l-oriġni tagħha mhux mill-qawwiet ta’ din id-dinja, imma mill-Missier ċelesti u mill-misteru tas-Salib u tal-Qawmien mill-Imwiet.

Il-qawwa
 assoluta u wkoll ħelwa u ġentili tal-Mulej twieġeb lill-profond kollu tal-bniedem, għall-aspirazzjonijiet l-iktar elevati tiegħu ta’ intellett, ta’ rieda, tal-qalb. Din ma titkellimx b’lingwaġġ ta’ qawwa, imma tesprimi ruħha fil-karità u fil-verità.

Is-Suċċessur il-ġdid ta’ Pietru fis-sedja ta’ Ruma jgħolli llum talba ferventi,umli, fiduċjuża: “O Kristu! Agħmel li jien nistà nsir u nkun qaddej tal-qawwa unika tiegħek! Qaddej tal-qawwa ħelwa tiegħek! Qaddej tal-qawwa tiegħek li ma tagħraf ebda nżul ta’ xemx! Agħmel li jien nistà nkun qaddej! Anzi qaddej tal-qaddejja”.

5. Ħuti! La tibżgħux tilqgħu lil Kristu u li taċċettaw il-qawwa
 tiegħu!

Għinu lill-Papa u lil dawk kollha li jridu jaqdu lil Kristu u, bil-qawwa
 ta’ Kristu, jaqdu lill-bniedem u lill-umanità kollha kemm hi!

La tibżgħux! Anzi, iftħu beraħ il-bibien għal Kristu!

Għall-qawwa
 feddejja tiegħu iftħu beraħ il-fruntieri tal-Istati, is-sistemi ekonomiċi bħal dawk politiċi, l-oqsma wiesgħa tal-kultura, taċ-ċiviltà, tal-iżvilupp. La tibżgħux! Krstu jaf “x’hemm fil-bniedem”. Dan huwa biss jafu!

Illum hekk spiss il-bniedem ma jafx xi jġorr ġewwa fih, fil-profond ta’ ruħu. Hekk spiss huwa inċert dwar is-sens ta’ ħajtu fuq din l-art. “Huwa nvadut minn dubju li jimbidel f’disperazzjoni. Ippermettu, mela, -  nitlobkom, inħeġġiġkom b’umiltà u b’fiduċja – lil Kristu jkellem lill-bniedem. Huwa biss għandu kliem il-ħajja, iva! Tal-ħajja ta’ dejjem.

Propju llum il-Knisja kollha tiċċelebra l-“Jum Mondjali Missjunarju”, itolbu, jiġifieri, immeditaw, aġixxu sabiex il-kelma tal-ħajja ta’ Kristu tasal lill-bnedmin kollha u tkun minnhom milqugħa bħala messaġġ ta’ tama, ta’ fidwa u ta’ ħelsien totali.

6. Niżżi ħajr lil dawk kollha preżenti li riedu jieħdu sehem f’din l-inawgurazzjoni sollenni tal-ministeru tas-Suċċessur il-ġdid ta’ Pietru.

Niżżi ħajr minn qalbi lill-Mexxejja tal-Istat, lir-Rappreżentanti tal-Awtoritajiet, lid-Delegazzjonijiet tal-Gvernijiet għall-preżenza tagħhom li tant tonorana.

Grazzi lilkom, Eminentissmi Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana!

NIżżi ħajr lilkom, għeżież Ħuti fl-Episkopat!

Grazzi lilkom, Saċerdoti!

Lilkom Ħuti irġiel u nisa, Reliġjużi tal-Ordnijiet u tal-Kongregazzjonijiet! Grazzi!

Grazzi lilkom, Rumani!

Grazzi lill-pellegrini li ġew mid-dinja kollha!

Grazzi lil dawk magħqudin magħna f’dan ir-Rit Sagru permezz tar-Radju u tat-Televiżjoni!

7. Do Was sie zwracam umilowani moi Rodacy, Pielgrzymi z Polski, Bracia Biskupi z Waszym Wspanialym Prymasem na czele, Kaplani, Siostry i Bracia polskich Zakonów – do Was, Przedstawiciele Polonii z calego swiata.

A cóz powiedziec do Was, którzy tu przybyliscie z mojego Krakowa, od stolicy sw. Stanislawa, ktorego bylem niegodnym nastepca przez lat czternascie. Coz powiedziec? Wszystko co bym mogl powiedziec bedzie blade w stosunku do tego, co czuje w tej chwili mofe serce. A takze w stosunku do tego, co czuja Wasze serca.

Wiec oszczedzmy slów. Niech pozostanie tylko wielkie milczenie przed Bogiem, ktore jest sama modlitwa.

Prosze Was! Badzcie ze mna! Na Jasnej Gorze i wszedzie! Nie przestawajcie byc z Papiezem, który dzis prosi slowami poety “Matko Boza, co Jasnej bronisz Czestochowy i w Ostrej swiecisz Bramie”!i do Was kieruie te slowa w takiej niezwyklej chwili.

Dan kien appell u stedina għat-talb għall-Papa l-ġdid, appell espress bil-lingwa Pollakka. Bl-istess appell indur lejn l-ulied kollha, irġiel u nisa, tal-Knisja Kattolika. Ftakru fija illum u dejjem fit-talb tagħkom.

Aux catholiques des pays de langue française, j’exprime toute mon affection et tout mon dévouement! Et je me permets de compter sur votre soutien filial et sans réserve! Puissiez-vous progresser dans la foi! A ceux qui ne partagent pas cette foi, j’adresse aussi mon salut respectueux et cordial. J’espère que leurs sentiments de bienveillance faciliteront la mission spirituelle qui m’incombe et qui n’est pas sans retentissements sur le bonheur et la paix du monde!

To all of you who speak English I offer in the name of Christ a cordial greeting. I count on the support of your prayers and your good will in carrying out my mission of service to the Church and mankind. May Christ give you his grace and his peace, overturning the barriers of division and making all things one in him.

Einen herzlichen Gruss richte ich an die hier anwesenden Vertreter und alle Menschen aus den Ländern deutscher Sprache. Verschiedene Male – und erst kürzlich durch meinen Besuch in der Bundersrepublik Deutschland – hatte ich Gelegenheit, das segensreiche Wirken der Kirche und Ihrer Gläubigen persönlich kennen und Schätzen zu lernen. Lassen Sie Ihren opferbereiten Einsatz für Christus auch weiterhin fruchtbar werden für die grossen Anliegen und Note der Kirche in aller Welt. Darum bitte ich Sie und empfehle meinen neuen apostolischen Dienst auch Ihrem besonderen Gebet.

Mi pensamiento se dirige ahora hacia el mundo de la lengua española, una porción tan considerable de la Iglesia de Cristo. A vosotros, Hermanos e hijos queridos, llegue en este momento solemne el afectuoso saludo del nuevo Papa. Unidos por los vínculos de una común fe católica, sed fieles a vuestra tradición cristiana, hecha vida en un clima cada vez más justo y solidario, mantened vuestra conocida cercanía al Vicario de Cristo y cultivad intensamente la devoción a nuestra Madre, María Santísima.

Irmaos e Filhos de língua portuguesa: como “servo dos servos de Deus”, eu vos saúdo afectuosamente no Senhor. Abenoando-vos, confio na caridade da vossa oraao, e na vossa fidelidade para viverdes sempre a mensagem deste dia e deste rito: “Tu és o Cristo, o Filho de Deus vivo!”.

[Omissis, testo in lingua russa]

Niftaħ qalbi lill-Aħwa kollha tal-Knejjes u tal-Komunitajiet Kristjani, waqt li nsellem, b’mod partikulari, lilkom li tinsabu hawn preżenti, fl-istennija tal-laqgħa personali li jmiss; imma minn issa nesprimi apprezzament sinċier talli ridtu tassistu għal dan ir-rit sollenni.

U mill-ġdid indur lejn il-bnedmin kollha,  lejn kull bniedem (u b’liema qima l-appostlu ta’ Kristu għandu jlissen din il-kelma; bniedem!).

Itolbu għalija!

Għinuni sabiex inkun nistà naqdikom! Ammen.

 

 

Miġjub għall-Maltin mit-Taljan minn Emanuel Zarb.