L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

 

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar il-Missjoni tal-Knisja fil-Familja

30 - 12 1988

"Jekk għandna nitkellmu dwar tiġdid dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana anzi tal-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn hawn, minn din il-missjoni. Knisja Mqaddsa ta' Alla, inti ma tistagħx tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistagħx twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u l-missjoni tagħha. Aħna mgħaddsin permezz tas-Sagrament tal-ilma u l-Ispirtu s-Santu, mgħaddsin f'dan il-misteru tal-Għid ta' Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Aħna mgħaddissin biex insibu il-milja tal-ħajja. U dik il-milja rridu nsibuha fid-dimensjoni tal-persuna, imma fl-istess ħin fid-dimensjoni tal-familja, komunjoni tal-persuni. U dan biex twassal, biex tnebbaħ, b'dan it-tiġdid ta' ħajja l-ambjenti differenti; is-soċjetajiet, il-popli, il-kulturi, il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika, dan kollu.