IRTIRI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Home          |          Email          |             Blog          |                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

 

 

« Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. » (Mattew 11 :28)

Ġesù li hu it-Triq, il-Verità, il-Ħajja qed jistedinna biex nistrieħu ftit mit-taħbit tal-ħajja ta’ kuljum u nagħtu lilna nfusna ċans biex niltaqgħu miegħu.


Min hu għatxan jiġi u jixrob minn din il-għajn li tagħti l-ħajja.

Għalik li qed tfittex li ħajtek ikollha iżjed sens...
Għalik li qed tfittex spiritwalità li tgħinek tkompli tikber bħala persuna ...

... qed toħroġ din l-istedina:


Ħin ta’ talb waħdek u mal-grupp
Ħin ta’ skiet biex tkun tista’ tirrifletti.
Opportunità li tkellem reliġjużi li jistgħu jgħinuk tkompli l-mixja spiritwali tiegħek.
 

FEJN?     Kunvent tas-Sacred Heart. Sacred Heart Avenue, San Ġiljan STJ 1435


 

META?  F’dawn il-Ħdud kollha, jew xi wħud minnhom... skont kemm int trid/tista’

tattendi!
 

3 ta’ Ottubru 2010,
7 ta’ Novembru 2010,
5 ta’ Diċembru 2010,

6 ta’ Frar 2011,
13 ta’ Marzu 2011 (L-Ewwel Ħadd tar-Randan),
3 ta’ April 2011,
1 ta’ Mejju 2011,
5 ta’ Ġunju 2011 (It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej).




X’ĦIN? Niltaqgħu fid-disgħa ta' filghodu u nispiċċaw f’nofsinhar. 

 

IKUN HEMM UKOLL QUDDIESA.

 

Għal iżjed informazzjoni ċempel 99478645 jew ikteb e-mail f’dan l-indirizz:

qalbtagesu@gmail.com.

 

Tajjeb li tinfurmana jekk beħsiebek tiġi.

Grazzi.

 

Mariella Agius rscj

 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta