L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

Stampa il-formola tal-applikazzjoni u s-Sillabu tal-kors kollu

Informazzjoni dwar l-Iskola ta’ Evanġelizzazzjoni ‘Floodlights’ 

 

Skola ta’ Evanġelizzazzjoni, Floodlights (2015)

Il-Komunità Kariżmatika ‘Beyond Thyself’ li tiltaqa’ fil-Parroċċa tas-Ssma. Trinità il-Marsa, u li tagħmel parti mill-Komunjoni ta’ Gruppi u Komunitajiet tat-Tiġdid Kariżmatiku f’Malta, matul is-sena 2012 nediet skola ta’ Evanġelizzazzjoni. 

 

 

 

Din il-viżjoni ħarġet matul iż-żmien, b’ħafna talb u dixxerniment.  Is-siltiet mill-Iskrittura Mqaddsa li wassluna sabiex inħaddnu din il-viżjoni kienu dawn:

■   “Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida; feġġet issa: Għadkom ma ttendejtux?  Se niftaħ triq fix-xagħri, xmajjar fid-deżert” (Isaija 43, 19).

■   “Flok ix-xewk jikber iċ-ċipress, u flok il-ħorrieq jikber ir-riħan, u jkun għall-Mulej tifkira, sinjal dejjiem li ma jinqatax” (Isaija 55, 13).

■   “Ma jkunx hemm aktar lejl, lanqas ma jkun jinħtieġ dawl tal-lampa, lanqas dawl tax-xemx, għax il-Mulej Alla jdawwalhom u jsaltnu għal dejjem ta’ dejjem” (Apokalissi 22, 4).

■   “Għaddu, għaddu mill-bwieb, wittu t-triq għall-poplu, rawmu, rawmu t-triq, naddfuha mill-ħaġar, għollu sinjal għall-popli” (Isaija 62, 10).

■   “U jsejħulhom Poplu Mqaddes, il-mifdijin tal-Mulej, u lilek isejħulek imfittxa, belt mhix mitluqa” (Isaija 62, 12).

■   “Intom il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja; ma tistax tinħeba belt li qiegħda fuq għolja” (Mattew 5, 13; 14-15).

■   “La bil-ħila, la bil-qawwa, imma bl-Ispirtu Tiegħi, jgħid il-Mulej tal-eżerċti” (Żakkarija 4, 6).

■   Il-mira ta’ din l-iskola hija li trawwem persuni, li wara li jattendu għall-kors, dawn ikunu jistgħu joħorġu jagħmlu xogħol ta’ evanġelizzazzjoni fil-parroċċi.  Għalhekk, din l-iskola hija miftuħa għal dawk li jixtiequ jevanġelizzaw imma jeħtieġu t-taħrig. 

 

L-Isem tal-iskola 

Din l-iskola ingħatat l-isem ta’ ‘Floodlights’; li t-tifsira tiegħu hija li d-dawl ta’ Kristu jrid jinfed id-dlam bil-qawwa tiegħu u jġib il-konverżjoni.

 

Il-Viżjoni

L-iSkola ta’ Evanġelizzazzjoni ‘Floodlights’ tfittex li jkollha sehem mill-viżjoni tal-Knisja Kattolika bħala knisja evanġelika.  Aħna nfittxu li nwettqu din ir-realtà billi nipprovdu taħriġ biex nibnu l-Knisja ta’ Kristu kif irid Hu.

 

Il-Missjoni Tagħna

Il-missjoni tal-iSkola hija: “Emmen il-Kelma t’Alla, Għallem dak li Temmen, Għix dak li Tgħallem”.

L-iSkola ta’ Evanġelizzazzjoni tikkontribwixxi biex tiżviluppa mentalità missjunarja billi toffri programm ta’ formazzjoni biex:

1.     Tifforma Dixxipli – Kattoliċi b’passjoni u qalb biex iwasslu l-Bxara t-Tajba lil dawk li għadhom ma laqgħux lil Ġesù fil-ħajja tagħhom bħala l-Mulej u s-Salvatur.

2.     Tħarreġ Evanġelizzaturi – Tgħin Kattoliċi biex jiżviluppaw il-kapaċità u l-kunfidenza biex jevanġelizzaw.

3.     Tifforma Komunità Evanġelika – Billi twaqqaf l-istruttura neċċessarja fejn l-Ispirtu s-Santu jkun jista’ jaħdem bil-qawwa Tiegħu u jġedded il-Knisja.

 

Sillabu

Is-Sillabu tal-iskola ġie mfassal b’tali mod li jinkludi l-aspett Teoretiku (Bibbliku/Duttrinali) kif ukoll l-aspett Prattiku tal-evanġelizzazzjoni.  Dan jassigura li s-suġġetti studjati jkunu trattati b’mod sħiħ. 

Is-sena skolastika tal-iskola ‘Floodlights’ hija maqsuma f’żewġ ‘terms’. L-ewwel wieħed ta’ sitt lezzjonijiet (waħda kull ġimgħa kull nhar ta’ Erbgħa) flimkien ma’ film b’messaġġ qawwi ta’ evanġelizzazzjoni li jsir bejn il-ħames u s-sitt lezzjoni. It-tieni wieħed jinkludi tmien lezzjonijiet.  L-aħħar lezzjoni tat-tieni ‘term’ tieħu l-forma ta’ seminar ta’ nofstanhar.  Dan ikun fil-ġurnata tal-Ħadd.

Is-Sillabu kollu għas-sena 2015 hu dan:

L-Ewwel Term

Sessjoni

Suġġett

Data / Ħin

Sena 2015

Speaker

1

Il-Katekiżmu llum – Mezzi ta’ evanġelizzazzjoni

8 t’April

19.00 – 20.30

Jude Muscat

2

Ġesù – Jgħallem permezz tal-parabboli

15 t’April

19.00 – 20.30

Fr. Martin Micallef

3

San Pawl – Xandar tal-Kelma u li jwaqqaf komunitajiet

22 t’April

19.00 – 20.30

Fr. Josè Debono

4

Il-Familja bħala post ewlieni ta’ evanġelizzazzjoni

29 t’ April

19.00 – 20.30

Fr. Joe Mizzi

5

Il-Knisja bħala familja fl-Atti tal-Appostli

6 ta’ Mejju

19.00 – 20.30

Fr. Martin Micallef

 

Film b’messaġġ qawwi ta’ evanġelizzazzjoni

12 ta’ Mejju

19.00 – 20.45

 

6

L-Għaqdiet Reliġjużi fil-Parroċċa bħala mezz ta’ evanġelizzazzjoni

20 ta’ Mejju

19.00 – 20.30

Fr. Joe Galea Curmi

It-Tieni Term

7

Il-Qadi fil-Knisja – L-ewwel Knisja – Djakonija (Sammaritan it-Tajjeb)

2 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Fr. Hector Scerri

8

Ix-Xhieda tagħna fl-għajnuna lil xulxin

9 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Mr. Joe Farrugia

(Delegat tal-Arċisqof għall-lajċi)

9

Il-Ħajja ta’ Talb fil-ħajja tan-nisrani

16 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Fr. Eusebio Debono

10

Metodi ta’ Talb

23 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Ms. Mary Attard

11

Sagramenti u l-Evanġelizzazzjoni Ġdida

30 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Fr. Joe Galea Curmi

12

Tattiċi fil-Komunikazzjoni – Kapaċità lejn djalogu evanġeliku

7 t’Ottubru

19.00 – 20.30

Fr. John Vella

13

Kun af aħjar lilek innifsek – Stima personali

14 t’Ottubru

19.00 – 20.30

Mr. Ray Cutajar

14

Naħsbu Pożittiv

18 t’Ottubru

08.30 – 12.30

Mr. Ray Cutajar

 

Dawk li attendew l-ewwel tlett snin tal-iskola għaddew ħafna kummenti sbieħ fuq kemm l-iskola għenithom biex jitgħallmu u jgħamlu l-kuraġġ biex ixandru l-Kelma t’Alla.  L-iskola hija miftuħa għall- kulħadd.  Il-ħlas huwa ta’ €40 kull persuna għall-kors kollu.  Kull parteċipant jingħata ċertifikat ta’ attendenza, kif ukoll ‘handouts’ u DVDs tas-sessjonijiet kollha.

Aħna nemmnu li jekk ilkoll nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet, l-Ispirtu s-Santu jimraħ bina u jużana biex iwettaq ir-rieda tiegħu fiż-żminijiet tal-lum.

Aktar informazzjoni dwar din l-iskola, tista’ tinkiseb permezz ta’ e-mail lid-diretturi fuq dan l-indirizz: soe.floodlights@gmail.com, jew mil-link fir-ras ta' din il-paġna,  fejn issib ukoll l-appplikazzjoni għall-kors tal-2015.

 

Ray Cutajar

Direttur Ġenerali