DJARJU
ta’
Santa Fawstina
Kowalska
IL-ĦNIENA DIVINA ĠEWWA RUĦI
INTRODUZZJONI
1. Santa Marija
Fawstina Kowalska,
magħrufa llum fid-dinja kollha
bħala ‘l-Appostlu tal-Ħniena
Divina’, hija meqjusa
mit-teoloġi bħala waħda
mill-mistiċi kbar tal-Knisja.
Hija kienet it-tielet wild minn
għaxra mweldin ġo familja
kampanjola, fqira u reliġjuża fi
Glogowiec, raħal fil-qalba
tal-Polonja. Fawstina ġiet
mgħammda fil-Knisja parrokkjali
qrib Swinice, Warckie, u ngħatat
l-isem ta’ Helena. Sa minn
tfulitha fiha spikkaw
it-tjubija, l-imħabba għat-talb,
il-bżulija u l-ubbidjenza; kif
ukoll is-sensitivita’ kbira li
hi kellha għall-miżerja umana.
Bilkemm laħqet għamlet tliet
snin ta’ skola, għax fl-eta’ ta’
erbatax-il sena telqet mid-dar
sabiex tgħin lill-ġenituri
tagħha u taqla’ l-għejxien
tagħha bħala qaddejja fil-bliet
ta’ Aleksandrow u Lodz li
jinsabu fil-qrib.
Meta kellha biss seba’ snin
(sentejn qabel l-ewwel Tqarbina
tagħha) Helena kienet diġa’
qiegħda tħoss ġewwa ruħha
s-sejħa għall-ħajja reliġjuża.
Meta iktar tard qalet
lill-ġenituri tagħha b’din
ix-xewqa, bil-qawwa kollha huma
ma ridux iħalluha tingħalaq
f’kunvent. Minħabba din
is-sitwazzjoni, Helena għamlet
li setgħet biex twarrab din
is-sejħa divina. Imma wara dehra
ta’ Kristu jbati, Hu ċanfarha
b’dal kliem: Kemm ser indum
nissaportik u kemm ser iddum
tgħidli le? (Djarju, 9) u
bdiet tfittex kunvent fejn
setgħet tidħol. Ħabbtet ħafna
bibien ta’ kunventi, imma ħadd
ma laqgħaha. Fl-aħħar nhar l-1
ta’ Awwissu 1925, Helena daħlet
fil-kunvent tal-Kongregazzjoni
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena fi Triq Zytnia ġo
Varsavja. Fid-Djarju tagħha,
hija kitbet: “Deherli li kont
dħalt fil-ħajja tal-Ġenna. Kien
hemm talba waħda ħierġa
bil-qawwa kollha minn qalbi,
talba ta’ radd il-ħajr.”
(Djarju, 17)
Madanakollu, wara ftit ġimgħat
kellha tentazzjoni kbira li tmur
f’kongregazzjoni oħra fejn
ikollhom iktar ħin għat-talb.
Kien f’dan il-waqt li l-Mulej
Ġesu’ wrieha wiċċu midrub mimli
tbatija u qalilha: Ser tkun
int li tikkaġunali dan l-uġiegħ
jekk inti tħalli dan il-kunvent.
Jiena għal hawn sejjaħtlek u
għal imkien iżjed; u Jiena
ħejjejt ħafna grazzji għalik.
(Djarju, 19)
Meta daħlet fil-Kongregazzjoni,
Helena irċeviet l-isem ta’ Swor
Fawstina. Hija għamlet
in-novizzjat tagħha fi Krakovja,
u hemmhekk fil-preżenza
tal-Isqof Stanislaus Rospond,
ħadet l-ewwel voti reliġjużi
tagħha. Ħames snin wara għamlet
il-professjoni tal-voti perpetwi
tal-kastita’, faqar u
ubbidjenza. Għalkemm ingħatat
xogħol f’xi wħud mid-djar
tal-Kongregazzjoni tagħha,
għaddiet żmien itwal fid-djar
ta’ Krakovja, Plock u Vilnius,
fejn wettqet id-dmirijiet ta’
koka, ġardinara u purtinara.
Minn barra ma kien hemm xejn
x’juri l-ħajja mistika tagħha
tal-għaġeb u mimlija għana. Hija
kienet twettaq id-dmirijiet
tagħha b’ħeġġa kbira, kienet
tosserva bil-fedelta’ r-regoli
kollha tal-ħajja reliġjuża,
kienet iżżomm il-ġabra u
s-skiet, fil-waqt li l-ħin kollu
kienet iġġib ruħha b’mod
naturali, dejjem burdata tajba,
ta’ qalbha tajba u mimlija
mħabba li ma tfittixx li hu
tagħha mal-proxxmu.
Ħajjitha kollha kienet mibnija
fuq sforz kontinwu għal għaqda
dejjem iktar sħiħa ma’ Alla waqt
li tikkopera ma’ Ġesu’ b’għadd
ta’ sagrifiċċji fil-ħidma
tas-salvazzjoni tal-erwieħ. Hija
stqarret fid-Djarju tagħha,
‘Ġesu’ tiegħi, Inti taf li, sa
minn ċkuniti, jiena ridt insir
qaddisa kbira, jiġifieri, jiena
ridt inħobbok bi mħabba hekk
kbira li ma jkun hemm ħadd iżjed
li jkun ħabbek daqshekk s’issa.’
(Djarju, 1372)
Huwa d-Djarju tagħha li
jikxfilna l-profondita’
tal-ħajja spiritwali tagħha.
Jekk naqraw dawn il-pitazzi
b’attenzjoni, ikollna stampa
tal-għola grad tal-għaqda
tar-ruħ tagħha ma’ Alla: kemm
Alla fittex li jżomm kumpanija
lir-ruħ tagħha, kif ukoll
l-isforzi u t-taqbid tagħha
fit-triq lejn il-perfezzjoni
nisranija. Il-Mulej taha grazzji
kbar: id-don
tal-kontemplazzjoni, b’għerf
profond tal-misteru tal-ħniena
ta’ Alla; dehriet;
rivelazzjonijiet; il-pjagi
moħbijin; id-don tal-profezija u
li taqra l-erwieħ, kif ukoll
id-don mhux komuni taż-żwieġ
mistiku. Għalkemm kellha din
l-abbundanza ta’ doni, kitbet
hekk: ‘La grazzji, la
rivelazzjonijiet, la estażi,
lanqas id-doni mogħtija lir-ruħ
ma jagħmulha perfetta, imma
aktar il-għaqda intima tar-ruħ
ma’ Alla ... Il-qdusija u
l-perfezzjoni tiegħi huma
bbażati fuq l-għaqda intima
tar-rieda tiegħi mar-rieda ta’
Alla.’ (Djarju, 1107)
L-istil awster ta’ ħajjitha
flimkien mas-sawm li kien
jgħejjiha, li hi kienet ħadet
fuqha nnifisha wkoll qabel ma
ngħaqdet mal-Kongregazzjoni,
tant neħħewlha s-saħħa minn
ġisimha li meta kienet għadha
postulanta kien meħtieġ li
jibgħatuha Skolimow qrib
Varsavja sabiex tkun tista’
terġa’ tieħu saħħitha. Qrib
it-tmiem tal-ewwel sena
tan-novizzjat tagħha, kellha
esperjenzi mistiċi li ġabulha
uġigħ mhux tas-soltu ta’ dak li
jsejħulu l-lejl mudlam
(tar-ruħ), u iktar tard kellha
tbatijiet spiritwali u morali li
kellhom x’jaqsmu mat-twettiq
tal-missjoni li hija kienet
qiegħda tirċievi mingħand
il-Mulej Ġesu’. Swor Fawstina
offriet ħajjitha bħala
sagrifiċċju għall-midinbin u
minħabba dan kellha tbati wkoll
diversi tbatijiet, sabiex
permezz tagħhom setgħet tgħin
lil-ruħhom. Fl-aħħar snin ta’
ħajjitha it-tbatijiet interni
ta’ dak li jsejħulu l-lejl
passiv tar-ruħ u mard tal-ġisem
żdiedu fl-intensita’.
It-tuberkolożi li xterditilha
attakkatilha l-pulmuni u l-kanal
tal-ikel. Minħabba f’hekk
darbtejn kellha toqgħod
għall-kura ta’ diversi xhur
fl-isptar ta’ Triq Pradnik fi
Krakovja.
Bla saħħa f’ġisimha imma matura
għal kollox spiritwalment, hija
mietet b’fama ta’ qaddisa,
f’għaqda mistika ma’ Alla, nhar
il-5 ta’ Ottubru, 1938. Bil-kemm
kellha 33 sena, li tlettax-il
sena minnhom għetixhom bħala
reliġjuża. Il-fdalijiet tagħha
tpoġġew fil-qabar komuni
fiċ-ċimiterju tal-kunvent fi
Krakovja – Lagiewniki. Fl-1966,
waqt il-proċess ta’ ġbir ta’
informazzjoni
għall-beatifikazzjoni ta’ Swor
Fawstina, il-fdalijiet tagħha
ġew trasferiti għall-kappella
tal-kunvent.
Lil din ir-reliġjuża sempliċi,
bla skola imma kuraġġuża, li
afdat lill-Mulej Ġesu’ għal
kollox bla ebda limitu, Huwa
taha l-missjoni kbira li xxandar
il-messaġġ Tiegħu ta’ ħniena
indirizzat lid-dinja kollha:
Illum, Huwa qalilha, Jiena
qiegħed nibgħatek bil-ħniena
Tiegħi għand in-nies tad-dinja
kollha. Jiena ma rridx
nikkastiga lill-umanita’ li
qiegħda tbati, imma nixtieq
infejjaqha u nrossha mal-Qalb
Tiegħi mimlija Ħniena.
(Djarju, 1588) Inti
s-segretarja tal-ħniena Tiegħi.
Jiena għażiltek għal din
il-missjoni f’din il-ħajja u
fil-ħajja l-oħra’. (Djarju,
1605) ... sabiex inti
tgħarraf lill-erwieħ bil-ħniena
kbira Tiegħi għalihom, u sabiex
inti tħeġġiġhom biex ikollhom
fiduċja fil-ħniena Tiegħi bla
tarf. (Djarju, 1567)
2.
Il-Missjoni
ta’ Swor
Fawstina.
Fi ftit kliem, il-missjoni
tagħha tikkonsisti filli
tfakkarna fil-veritajiet
tal-fidi tagħna, li kienu sa
minn dejjem imma li qisna
nsejniehom, dwar l-imħabba ta’
Alla mimlija ħniena
għall-bnedmin, u filli
twasslilna suriet ġodda ta’
devozzjoni lejn il-Ħniena
Divina, li meta aħna
nipprattikawha tmexxina sabiex
aħna niġġeddu fil-ħajja
spiritwali fl-ispirtu nisrani
ta’ fiduċja u ħniena.
Id-Djarju li Ġesu’ kkmanda lil
Swor
Fawstina
biex iżżommu fl-aħħar erba’ snin
ta’ ħajjitha, huwa speċi ta’
ġurnal fejn l-awtriċi kitbet
ġrajjiet li kienu qegħdin
iseħħu, jew li kienu diġa’
seħħew, u li kellhom x’jaqsmu
l-aktar mal-‘laqgħat’ li r-ruħ
tagħha kellha ma’ Alla. Analiżi
dettaljata u magħmula bis-sengħa
tal-pitazzi tagħha kienet
meħtieġa sabiex seta’ jittieħed
minnhom dak kollu li ġie meqjus
li hu esssenzjali għall-missjoni
tagħha.
Din il-ħidma ġiet imwettqa minn
teologu eminenti li huwa stmat
ħafna – ir-Reverendu Professur
Ignacy Rozycki.
Ġabra fil-qosor tal-opra
teoloġika tiegħu miġbura
bl-ikbar reqqa u fil-fond ġiet
ippublikata bl-isem ‘Il-Ħniena
Divina: Karatteristiċi Bażiċi
tad-Devozzjoni tal-Ħniena
Divina.’
Meta jiġu mqabblin ma’ din
l-opra importanti teoloġika,
il-publikazzjonijiet kollha li
saru qabel dwar id-devozzjoni
tal-Ħniena Divina, kif qaltilna
biha Swor Fawstina,
donnhom jimpurthom biss minn xi
elementi tagħha jew minn xi
affarijiet li huma iktar
sekondarji. Ngħidu aħna, xi wħud
minnhom jisħqu fuq il-Litanija
jew in-Novena tal-Ħniena Divina,
u jħallu barra s-Siegħa
tal-Ħniena.
Dun Rozycki
jiġbdilna l-attenzjoni tagħna
għal dan il-fatt meta jgħid:
‘Qabel ma nsiru nafu l-elementi
partikulari tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina, jeħtieġ
nintebħu li foshom m’aħniex ser
insibu l-ebda waħda min-noveni
jew litaniji li tant nafuhom
sewwa jew li nħobbu ngħiduhom.’
Il-bażi li biha aħna nagħżlu
dawn it-talbiet jew prattiki
reliġjużi, u mhux oħrajn, bħala
l-forom ġodda tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina, insibuha
fil-wegħdiet speċifiċi li hemm
marbutin magħhom, li l-Mulej
Ġesu’ wiegħed li jwettaq
bil-kundizzjoni li wieħed ikollu
fiduċja fit-tjubija ta’ Alla u
li juri ħniena lejn il-proxxmu
tiegħu. Dun
Rozycki
jurina li hemm ħames elementi
fid-devozzjoni tal-Ħniena
Divina.
a.
Ix-Xbieha ta’ Ġesu’ tal-Ħniena.
L-għamla tagħha ġiet irrivelata
fid-dehra li Swor
Fawstina
kellha fit-22
ta’ Frar
1931, fiċ-ċella tal-kunvent
tagħha fi Plock.
‘Filgħaxija, x’ħin kont
fiċ-ċella tiegħi,’ hija kitbet
fid-Djarju, ‘jiena rajt il-Mulej
Ġesu’ liebes libsa bajda. Id
waħda kienet merfugħa ‘l fuq
f’ġest ta’ barka, l-oħra kienet
qiegħda tmiss il-libsa fuq
sidru. Minn taħt il-libsa,
miftuħa ftit fuq sidru, kienu
ħerġin żewġ raġġi kbar, wieħed
aħmar, l-ieħor bajdani...’ Wara
ftit, Ġesu’ qalli: Pitter
xbieha skont dak li inti qiegħda
tara, bil-kliem: Ġesu’, jiena
nafda Fik. (Djarju,
47)
‘Irrid li din ix-xbieha ... tiġi
mbierka b’mod solenni fl-Ewwel
Ħadd fuq l-Għid; dak il-Ħadd
għandu jkun il-Festa tal-Ħniena.
(Djarju,
49)
Għal din ir-raġuni, il-kontenut
ta’ din ix-xbieha huwa marbut
b’mod fil-qrib mal-liturġija ta’
dak il-Ħadd. F’dan il-jum,
il-Knisja taqra l-Evanġelju
skont San Ġwann dwar Kristu
Rxoxt li deher fil-Kamra ta’ Fuq
u dwar it-twaqqif tas-Sagrament
tar-Rikonċiljazzjoni (Ġw.
20:19-29).
Għalhekk, din ix-xbieha turi
s-Salvatur li qam mill-imwiet,
li jġib il-paċi lill-bnedmin
permezz tal-maħfra tad-dnubiet
bil-merti tal-Passjoni u l-mewt
Tiegħu fuq is-Salib.
Ir-raġġi tad-demm u tal-ilma li
jidhru ħerġin mill-Qalb (il-Qalb
ma tidhirx fix-xbieha) li ġiet
minfuda b’lanza u l-marki
tal-feriti kkawżati mill-pjagi
tal-kruċifissjoni jfakkruna
fil-ġrajjiet tal-Ġimgħa l-Kbira
(Ġw
19:17-18; 33-37).
Ix-xbieha tas-Salvatur mimli
ħniena, mela, tgħaqqad flimkien
iż-żewġ ġrajjiet tal-Evanġelju
li juru bl-aħjar mod il-milja
tal-imħabba ta’ Alla
għall-umanita’.
Iż-żewġ raġġi huma
karatteristika distintiva ta’
din ix-xbieha ta’ Kristu.
Il-Mulej Ġesu’ meta ġie mistoqsi
dwar xi jfissru, spjega hekk:
Iż-żewġ raġġi jfissru Demm u
Ilma. Ir-raġġ l-abjad
jissimbolizza l-Ilma li jsaffi
lill-erwieħ u jagħmilhom ġusti.
Ir-raġġ l-aħmar jissimbolizza
d-Demm li hu l-ħajja tal-erwieħ
... Hieni dak li jgħammar
għall-kenn tagħhom. (Djarju,
299) Is-Sagramenti
tal-Magħmudija u
tar-Riċonċiljazzjoni jsaffu
r-ruħ, u l-Ewkaristija tmantniha
bl-akbar abbundanza. B’dan
il-mod, iż-żewġ raġġi jfissru
s-Sagramenti Mqaddsa u l-grazzji
kollha tal-Ispirtu s-Santu, li
s-simbolu bibliku Tiegħu hu
l-ilma, kif ukoll il-Patt
il-Ġdid li Alla għamel
mal-bnedmin bid-Demm ta’
Kristu.
Ix-xbieha ta’ Ġesu’ tal-Ħniena
ħafna drabi jsejħulha ‘Ix-Xbieha
tal-Ħniena Divina’, li hi ħaġa
f’waqtha, għax hu preċiżament
fil-Misteru tal-Għid ta’ Kristu
li l-imħabba ta’ Alla
għall-umanita’ wriet ruħha b’mod
l-iżjed ċar.
Ix-xbieha mhux biss turi
l-Ħniena Divina, iżda sservi
wkoll bħala sinjal li jerġa’
jfakkar fid-dmir tan-Nisrani ta’
fiduċja f’Alla u ta’ mħabba
attiva lejn il-proxxmu. Skont
ir-rieda ta’ Ġesu’, ix-xbieha
għandha firma b’dan il-kliem:
‘Ġesu’ jiena nafda Fik.’
Ġesu’ qal ukoll: Permezz ta’
din ix-xbieha Jiena nagħti ħafna
grazzji lill-erwieħ. Għandha
tkun tifkira ta’ dak li titlob
minn għandhom il-ħniena Tiegħi,
għax ukoll fidi mill-aktar
qawwija ma tiswa xejn mingħajr
l-opri. (Djarju, 742)
Mal-qima tax-xbieha, jekk
nifhmuha b’dan il-mod, b’rabta
mal-attitudni nisranija ta’
fiduċja u ħniena, il-Mulej Ġesu’
għamel wegħdiet speċjali, bħalma
huma s-salvazzjoni eterna,
progress kbir fit-triq
tal-perfezzjoni nisranija,
il-grazzja ta’ mewta tajba, u
l-grazzji l-oħrajn kollha
possibbli li l-bnedmin jitolbuh
għalihom bil-fiduċja: Permezz
ta’ din ix-xbieha, Jiena ser
nagħti ħafna grazzji
lill-erwieħ; mela, araw li kull
ruħ ikollha aċċess għaliha.
(Djarju,
570)
b. Il-Festa tal-Ħniena Divina.
Din tieħu l-ewwel post fost
l-elementi kollha tad-Devozzjoni
tal-Ħniena Divina, kif ġiet
irrivelata lil Swor
Fawstina.
Waqt li Ġesu’ talab għall-ewwe;
darba t-twaqqif tagħha fi Plock
fl-1931, Hu jgħid x’inhi r-Rieda
Tiegħu dwar il-pittura
tax-xbieha: Jiena nixtieq li
jkun hemm Festa tal-Ħniena.
Jiena rrid li din ix-xbieha, li
inti tpitter bil-pinzell, tiġi
imbierka b’mod solenni fl-Ewwel
Ħadd fuq l-Għid; dak il-Ħadd
għandu jkun il-Festa tal-Ħniena.
(Djarju,
49)
L-għażla tal-Ewwel Ħadd fuq
l-Għid għall-Festa tal-Ħniena
għandha tifsira teoloġika
profonda ħafna, li turi r-rabta’
intima li hemm bejn il-Misteru
tal-Għid tal-Fidwa u l-misteru
tal-Ħniena Divina. Din
ir-relazzjoni integra tiġi iktar
u iktar imsaħħa bin-Novena
tal-Kurunella tal-Ħniena Divina
li tibda fil-jum tal-Ġimgħa
l-Kbira bħala thejjija
għall-festa.
Din il-festa mhijiex biss jum
partikulari ddedikat għall-qima
ta’ Alla fil-misteru Tiegħu
tal-ħniena, imma wkoll żmien ta’
grazzja għall-bnedmin kollha.
Il-Mulej Ġesu’ qal: Jiena
nixtieq li l-Festa tal-Ħniena
(nota139) tkun kenn u refuġju
għall-erwieħ kollha, u l-aktar
għall-imsejkna midinbin.
(Djarju, 699) L-erwieħ
jintilfu minkejja l-Passjoni
ħarxa Tiegħi. Jiena qiegħed
nagħtihom l-aħħar tama ta’
salvazzjoni: jiġifieri, il-Festa
tal-Ħniena Tiegħi. Jekk huma ma
jadurawx il-ħniena Tiegħi, huma
jintilfu għall-eternita’.
(Djarju,
965, 998).
Il-kobor ta’ din il-festa
nistgħu inqisuh minn kemm huma
kbar il-wegħdietstraordinarji li
l-Mulej rabar ma’ din il-festa.
Ġesu’ qal: ... kull min
jersaq lejn l-Għajn tal-Ħajja
f’dan il-jum jingħata maħfra
sħiħa ta’ dnubietu u l-kastig
tagħhom. (Djarju,
300),
U wkoll,
F’dan il-jum tinfetaħ
il-profondita’ sħiħa tal-ħniena
tenera Tiegħi. Jiena nferra’
oċejan sħiħ ta’ grazzji fuq dawk
l-erwieħ li jersqu lejn l-għajn
tal-ħniena Tiegħi ... L-ebda ruħ
m’għandha tibża’ tersaq Lejja,
ukoll jekk għandha d-dnubiet
ħomor bħall-iskarlatt.
(Djarju,
699).
Sabiex aħna nkunu nistgħu niksbu
l-grazzji minn dawk ir-rigali
kbar, irridu nilqgħu
l-kundizzjonijiet tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina, (fiduċja
fit-tjubija ta’ Alla u mħabba
attiva lejn il-proxxmu), irridu
nkunu fi stat ta’ grazzja
santifikanti – nkunu morna
nqerru u nitqarbnu fi stat
xieraq. Ġesu’ jfisser:
L-ebda ruħ ma tista’ tkun
iġġustifikata sakemm hija ma
ddurx bil-fiduċja lejn il-ħniena
Tiegħi, u din ir-raġuni għaliex
l-Ewwel Ħadd fuq l-Għid għandu
jkun il-Festa tal-Ħniena. F’dak
il-jum tas-saċerdoti għandhom
jgħidu lil kulħadd bil-ħniena
kbira Tiegħi, li ħadd ma jista’
jqisha.
(Djarju,
570).
c. Il-Kurunella tal-Ħniena
Divina.
Din il-Kurunella Ġesu’ nnifsu
ddettaha lil Swor Fawstina
f’Vilnius bejn it-13 u l-14 ta’
Settembru
1935,
bħala talba ta’ tpattija sabiex
ittaffi l-qilla ta’ Alla.
(Djarju,
474-476).
Dawk li jitolbu din il-Kurunella
joffru lil Alla l-Missier
‘il-Ġisem, u d-Demm, ir-Ruħ u
d-Divinita’ ta’ Ġesu’ Kristu
bħala tpattija għad-dnubiet
tagħhom, tal-maħbubin tagħhom, u
dawk tad-dinja kollha. Meta
jingħaqdu mas-sagrifiċċju ta’
Ġesu’, huma jkunu qegħdin
jagħmlu l-appell tagħhom
lill-imħabba kbira li Missierna
fis-Sema għandu għal Ibnu, u
fih, għall-umanita’ kollha.
B’din it-talba, dawk li jkunu
qegħdin jgħiduha jitolbu
‘ħniena għalina u għad-dinja
kollha’, u meta jagħmlu dan,
ikunu qegħdin iwettqu opra ta’
ħniena. Jekk il-fidili jżiedu
ma’ dan il-bażi tal-fidużja u
jilqgħu l-kundizzjonijiet li
hemm marbuta ma’ kull talba
f’waqtha (umilta’, perseveranza,
ħwejjeġ li jsiru bi qbil
mar-rieda ta’ Alla), huma
jistgħu jistennew it-twettiq
tal-wegħdiet ta’ Kristu li huma
marbutin b’mod speċjali
mas-siegħa tal-mewt: il-grazzja
tal-konverżjoni u ta’ mewta
fil-paċi.
Mhux biss dawk li jgħidu
l-Kururella jaqilgħu dawn
il-grazzji, imma wkoll
il-moribondi li maġenbhom tkun
qiegħda tingħad din it-talba.
Il-Mulej qal:
Meta tingħad din il-kurunella
fejn is-sodda ta’ persuna
qiegħda tmut, il-korla ta’ Alla
tittaffa, ħniena bla qies
iddawwar ir-ruħ ...
(Djarju,
811).
Il-wegħda ġenerali tgħid:
Jiena nieħu gost nagħtihom dak
kollu li huma jitolbuni permezz
tal-Kurunella. (Djarju,
1541) ...
jekk dak li intom titolbu jkun
skont ir-rieda Tiegħi.
(Djarju,
1731).
Għax, dak kollu li ma jaqbilx
mar-rieda ta’ Alla mhux tajjeb
għall-bnedmin, speċjalment
għall-ferħ etern tagħhom.
F’okkażjoni oħra, Ġesu’ qal: ...
meta tgħid il-Kurunella inti
tkun qegħda tressaq l-umanita’
iktar qrib Tiegħi. (Djarju, 929)
U għal darb’oħra: Dawk
l-erwieħ li jgħidu din
il-Kurunella jkunu mgħannqin
mill-ħniena Tiegħi matul
ħajjithom u l-aktar fis-siegħa
tal-mewt tagħhom. (Djarju,
754).
d.
Is-Siegħa tal-Ħniena Kbira.
F’Ottubru 1937,
fi Krakovja,
f’ċirkustanzi li Swor
Fawstina
ma ddeskrivithomx bid-dettall,
il-Mulej Ġesu’ rrakkomandalha
tqim is-siegħa tal-mewt Tiegħu
... kull darba li inti tisma’
l-arloġġ idoqq it-tielet siegħa,
inti tidħol kollok kemm int
fil-ħniena Tiegħi, tadurha u
tigglorifikha; sejjaħ is-setgħa
bla tarf tagħha għad-dinja
kollha, u l-aktar għall-imsejkna
midinbin; għax f’dak il-mument
il-ħniena nfetħet beraħ għal
kull ruħ. (Djarju,
1572).
Il-Mulej Ġesu’ stabilixxa wkoll
it-talb li huwa xieraq għal din
il-forma ta’ devozzjoni
tal-Ħniena Divina ... agħmel
mill-aħjar sabiex inti tagħmel
il-Via Sagra f’din is-siegħa,
jekk id-dmirijiet tiegħek
jippermettulek; u jekk inti ma
tkunx tista’ tagħmel il-Via
Sagra, almenu idħol fil-kappella
għal mument wieħed u adura,
lis-Sagrament Imqaddes,
lill-Qalbi, li hi mimlija
ħniena; u jekk ma tkunx tista’
tmur il-kappella, inġabar
fit-talb hemm fejn tkun tinsab,
imqar għal waqt qasir.
(Djarju,
1572).
Ir-Rev. Professur
Rozycki
jsemmi tliet kundizzjonijiet
biex it-talb li jsir f’din
is-siegħa jiġi mismugħ:
1.
Irid jiġi indirizzat lil Ġesu’.
2.
Irid jingħad fit-tlieta ta’ wara
nofs in-nhar.
3.
Irid isejjaħ bil-qawwa kollha
l-valur u l-merti tal-Passjoni
ta’ Kristu.
Il-Mulej Ġesu’ wiegħed: F’din
is-siegħa inti tista’ tikseb
kollox għalik innifsek u
għall-oħrajn; din kienet
is-siegħa tal-grazzja għad-dinja
kollha – il-ħniena rebħet fuq
il-ġustizzja. (Djarju,
1572)
e.
It-Tixrid tal-Qima tal-Ħniena
Divina.
Meta
jiddiskuti l-elementi essenzjali
tad-devozzjoni tal-Ħniena
Divina, ir-Rev. Prof.
Rozycki
jsemmi wkoll it-tixrid tal-qima
tal-Ħniena Divina bħala waħda
minnhom għaliex hemm xi wegħdiet
ta’ Kristu marbutin ma’ din
il-ħaġa wkoll: L-erwieħ li
jxerrdu l-qima lejn il-ħniena
Tiegħi Jiena nħarishom għal
ħajjithom kollha bħalma Omm
l-aktar ħelwa tieħu ħsieb
it-tarbija tagħha, u fis-siegħa
tal-mewt Jiena ma nkunx Imħallef
għalihom, imma s-Salvatur mimli
ħniena. (Djarju,
1075).
L-essenza tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina tinsab
fl-attitudni nisranija ta’
fiduċja f’Alla u ta’ mħabba
attiva lejn il-proxxmu. Il-Mulej
Ġesu’ qal: Jiena nixtieq
il-ħlejjaq jafdaw Fija.
(Djarju,
1059),
u Huwa jistennihom juru l-ħniena
permezz tal-opri, tal-kliem u
tat-talb. U iżjed:
Inti għandek turi ħniena lejn
il-proxxmu tiegħek dejjem u
kullimkien. Int m’għandekx
tibqa’ lura minn dawn jew
tipprova tiskuża jew tassolvi
lilek innifsek minn dan.
(Djarju,
742).
Kristu jrid li dawk li jqimuh
jagħmlu għallinqas att wieħed
ta’ mħabba lejn il-proxxmu
kuljum.
It-tixrid tal-qima tal-Ħniena
Divina m’għandhiex bżonn ħafna
kliem, imma dejjem teħtieġ
l-attitudni nisranija ta’ fidi,
ta’ fiduċja f’Alla u li nimtlew
dejjem iżjed bil-ħniena.
F’ħajjitha Swor
Fawstina
tat preċiżament l-eżempju ta’
ħidma apostolika bħal din.
f.
Id-devozzjoni tal-Ħniena Divina
għandha l-għan li ġġedded
il-ħajja reliġjuża
fil-Knisja fi spirtu ta’ fiduċja
u ħniena nisranija. Huwa f’dan
il-kuntest li għandna
nikkunsidraw l-ideja ta’
‘kongregazzjoni ġdida’, li
naqraw dwarha fil-paġni
tad-Djarju. Din ix-xewqa ta’
Kristu mmaturat bil-mod
fil-ħsieb ta’ Swor
Fawstina, u kellha ċerta
evoluzzjoni minn ordni
strettament kontemplattiv għal
movement
li hu magħmul minn
kongregazzjonijiet attivi
(irġiel u nisa) u minn lajċi.
Din il-komunita’ kbira ta’ nies
li tinkludi n-nazzjonijiet
kollha hija familja waħda li
tingħaqad flimkien, l-ewwelnett,
bl-għajnuna ta’ Alla fil-misteru
tal-ħniena Tiegħu u mbagħad,
mix-xewqa li għandhom l-insara
kemm li jirriflettu dik
il-ħniena fil-qlub u fl-opri
tagħhom, kif ukoll li l-glorja
ta’ Alla tkun riflessa fl-erwieħ
kollha. Hija komunita’ ta’
persuni li, b’modi differenti
skont l-istat u s-sejħa tagħhom
(saċerdoti, reliġjużi u lajċi)
jgħixu skont l-idejal
tal-Evanġelju ta’ fiduċja u ta’
ħniena; ixandru l-misteru li
ħadd ma jifhmu tal-ħniena ta’
Alla permezz ta’ ħajjithom u ta’
kliemhom; li jiksbu l-ħniena
divina għad-dinja permezz
tat-talb tagħhom.
Il-missjoni ta’ Swor
Fawstina
għandha ġustifikazzjoni profonda
fl-Iskrittura Mqaddsa u
d-dokumenti tal-Knisja; taqbel
b’mod tal-għaġeb speċjalment
mal-enċiklika
Dives in misericordia
(Għani
fil-Ħniena)
tal-Qdusija Tiegħu l-Papa,
Ġwanni Pawlu
II.
Lista Kronoloġika tal-Ġrajjiet
fil-ħajja
ta’ Santa Marija Fawstina
- Helena
Kowalska
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena
25 ta’
Awwissu 1905
-
Helen Kowalska
twieldet fir-raħal ta’
Glogowiec,
fil-kontea ta’
Turek,
Provinċja ta’
Lodz,
fil-Polonja
(skont
id-dokumenti tat-twelid kif
miżmuma fil-parroċċa).
27 ta’
Awwissu
1905
– Ġiet mgħammda fil-knisja ta’
San Każimiru,
Swinice Warckie,
kontea ta’
Turek,
mill-Kappillan ir-Reverendu
Joseph Chodynski.
Tawha l-isem ta’
Helena.
(Atti
tal-parroċċa fi
Swinice).
1912
– Fl-eta’ ta’ seba’ snin,
Helena
semgħet għall-ewwel darba leħen
ġewwa ruħha, issejħilha għal mod
ta’ ħajja iktar perfett. (Djarju
1:3).
1914
–
Għamlet l-ewwel Tqarbina tagħha.
Qarbinha l-Kappillan,
ir-Reverendu
Pawlowski (Atti
tal-parroċċa fi
Swinice).
Novembru
1917 –
Bdiet l-edukazzjoni elementari
tagħha fi
Swinice (Minuti minn Zbiorczej
Szkoly Gminnej w Swinicach
Warckich,
6 ta’
April 1976).
1919
–
Fl-eta’
ta’
14-il sena, Helena
bdiet taħdem għall-familja
Bryszewski f’Aleksandrow qrib
Lodz,
sabiex tgħin lil ġenituri
tagħha.
(Tifkiriet
ta’ ommha,
Marianne Kowalska).
30 ta’
Ottubru
1921
–
Tirċievi s-Sagrament
tal-Griżma f’Alexandrow
qrib
Lodz, mill-Isqof Vincent
Tymienecki.
1922
-
Wara li damet sena taħdem
għall-familja
Bryszewski,
marret lura d-dar u qalet lil
kulħadd li xtaqet issir soru.
Il-ġenituri tagħha kienu deċiżi
li jopponu din il-mossa. (Djarju
1:4;
Tifkiriet ta’ ommha).
Il-Ħarifa tal-1922
–
Helena
telqet għal
Lodz
tfittex xogħol ieħor sabiex hija
tgħin lill-ġenituri tagħha. Hija
ħadmet għal tliet terzjarji
(Tifkiriet ta’ ommha, p. 5;
Tifkiriet ta’
Stanislava Rapacka).
2 ta’
Frar
1923
–
Wara li rrferietha aġenzija
tax-xogħol, bdiet taħdem għal Marcianne
Sadowska,
li kellha ħanut f’Numru 29, Triq
Abaramowski, Lodz,
fejn baqgħet sal-1 ta’ Lulju
1924 (Tifkiriet
tas-Sinjura
Sadowska, p.2).
Lulju 1924
–
Helena
marret Varsavja sabiex tidħol
f’kunvent hemmhekk
(Tifkiriet
mil-Madre Ġenerali
Michael Moraczewska,
miktubin bl-idejn,
p.1; Djarju
1:4).
Hija applikat fil-Kongregazzjoni
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena f’Numru
3/9
Triq
Zytnia, f’Varsavja.
Is-Superjura qisitha bħala
‘ordinarja, xejn speċjali’ u
ppruvatha. Qaltilha tibda taħdem
sabiex tkun tista’ tħallas għal
ħwejjiġha.
(Tifkiriet
tal-Madre
Michael, p. 1;
Tifkiriet ta’ Swor
Borgia, p. 1).
Sajf 1924
–
Helena
marret taħdem bħala qaddejja
għal
Aldona Lipszyc, f’Ostrowek,
kontea ta’
Klembow, qrib Varsavja
(Tifkiriet ta’ A. Lipszyc, p.1).
1 ta’
Awwissu
1925
–
Reġgħet applikat biex tidħol
fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena, u din
id-darba aċċettawha. (Tifkiriet
tal-Madre
Michael Moraczewska, p. 2;
Tifkiriet
ta’ Swor
Borgia, p.1; Djarju 1:6).
Għall-ħabta tat-22 ta’
Awwissu
1925
-
Helena
riedet tħalli l-Kongregazzjoni
sabiex tidħol f’ordni iktar
strett. Hija ħasset li kien hemm
ftit ħin biss għat-talb
fil-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena (Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.2; Djarju 1:6).
Awwissu 1925 –
Is-Superjura bagħtitha
Skolimow, dar tal-vaganzi
għall-Kongregazzjoni, qrib
Varsavja, sabiex terġa’
takkwista saħħitha. (Tifkiriet
tal-Madre
Michael, p.2).
23
ta’ Jannar
1926
–
Telqet għan-Novizzjat fi
Krakovja sabiex tispiċċa
il-perjodu tagħha bħala
postulanta, tagħmel irtir, u
tipprofessa. (Tifkiriet ta’ Swor
Borgia, p. 1; Djarju
1:7).
30 ta’
April 1926
–
Wara rtir ta’ tmint ijiem, hija
ħadet l-abitu u l-isem tagħha
bħala soru. Minn issa ‘l quddiem
Helena
ser iġġib l-isem ta’ Swor
Marija
Fawstina (Kronaka
ta’ Krakovja
111:177;
Tifkiriet ta’ Swor
Clemens).
20 ta’
Ġunju
1926
–
Bidla amministrattiva
tad-Direttriċi tan-Novizzjat
influwenzat il-formazzjoni
spiritwali ta’ Swor
Fawstina (Kronaka
ta’ Krakovja
111:179).
3 ta’
April 1927
-
Swor Fawstina
kellha l-esperjenza tal-lejl
mudlam tal-ispirtu. Il-prova
baqgħet sejra kważi sat-tmiem
tan-Novizzjat. Il-Madre
Direttriċi,
Mary Joseph Brzoza,
għamlitilha l-kuraġġ, skużatha
mill-eżerċizzi spiritwali
formali, u ħajritha turi
fedelta’ kbira lejn Alla.
(Djarju
1:8).
16 ta’
April 1928
–
Fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira,
il-fjamma tal-Imħabba Divina
ħaddnet in-novizza fit-tbatijiet
tagħha. Hija nsiet it-tbatijiet
tal-imgħoddi, u għarfet b’mod
iktar ċar kemm bata’ Kristu
għalina. (Djarju
1:10).
20 ta’
April 1928
–
Filgħaxija Swor
Fawstina
flimkien ma’ sorijiet oħrajn,
bdiet l-irtir qabel ma’ għamlet
il-voti temoranji. (Kronaka
111:203;
Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.3; Djarju
1:11).
30 ta’
April 1928
-
Swor Fawstina
għamlet l-ewwel professjoni
tagħha ta’ voti temporanji, li
hi baqgħet iġġedded kull sena
għal ħames snin, sal-waqt meta
hija mbagħad għamlet il-voti
perpetwi tagħha. (Kronaka ta’
Krakovja
111:203;
Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.3).
Mis-6 sal-10 ta’
Diċembru
1928
–
Fil-Kapitlu Ġenerali
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena, il-Madre
Michael Moraczewska
ġiet magħżula Madre Ġenerali
(Kronaka ta’ Krakovja
111:210).
(Il-Madre Michael
kellha tkun Surerjura matul
il-ħajja reliġjuża kollha ta’
Swor
Fawstina.
F’waqtiet diffiċli hija kienet
ta’ għajnuna u faraġ għaliha.
F’idejha Swor
Fawstina
kellha tpoġġi l-voti perpetwi
tagħha. Qabel ma’ mietet hija
talbet maħfra
lill-Kongregazzjoni kollha
permezz tal-Madre Superjura,
għan-nuqqasijiet kollha tagħha
matul il-ħajja reliġjuża tagħha
kollha) (Tifkiriet tal-Madre
Michael, pp. 5, 11, 12).
31 ta’
Ottubru
1928
-
Swor Fawstina
telqet għal
3/9
Triq
Żytnia,
Varsavja, fejn qabduha taħdem
fil-kżina. (Kronaka ta’ Krakovja
111:212).
21 ta’ Frar
1929
–
Telqet għal Vilnius
biex tissostitwixxi soru li
kienet sejra għat-tielet prova
tagħha. (Kronaka ta’
Vilnius 1:9).
11 ta’
April 1929
–
Bit-tren
ta’ filgħodu, hija telqet minn
Vilnius
sabiex terġa’ tmur lura
Varsavja. (Kronaka ta’ Vilnius
1:21).
Ġunju 1929
–
Tawha xogħol f’dar li kienet
għadha kif ġiet iffurmata fi
triq
Hetmanska,
Varsavja. (Tifkiriet
tas-Sorijiet).
Wara ftit xhur Swor Fawstina
reġgħet lura fid-dar fi
3/9
Triq
Żytnia.
Sadattant l-istudenti (tfajliet
li kienu taħt il-kura tagħha) li
kienet taħdem magħhom wiegħdu li
jmorru hemm warajha. (Tifkiriet
tas-Sorijiet).
7 ta’ Lulju
1929
–
Għal żmien qasir, Swor
Fawstina
ġiet mibgħuta f’dar
tal-Kongregazzjoni f’Kiekrz
qrib
Poznan,
minflok soru tal-kċina li ma
tantx kienet f’sikkitha.
(Tifkiriet ta’ Swor
Xavier;
ittra tas-6 ta’ Lulju (sena mhux
magħrufa) li kienet
fit-Tifkiriet;
Djarju
1:74).
Ottubru
1929
–
Hija kienet diġa’ f’Varsavja,
bħalma deher f’ittra indirizzata
lil Swor
Justine,
bid-data 20 ta’ Ottubru
1929. (Ittri #25:66).
Mejju-Ġunju 1930
–
Meta bagħtuha fid-dar
tal-Kongregazzjoni fi
Plock, Swor
Fawstina
bdiet taħdem daqqa fil-post fejn
kienu jaħmu l-ħobż; fil-kċina; u
fil-post fejn kienu jaħżnu
l-ħobż. (Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.3).
Waqt iż-żmien li hi damet fi
Plock (minn
Ġunju
1930
sa
Novembru
1932),
hija qattgħet xi żmien fi Biala
(dar tal-Kongregazzjoni li
tinsab f’raħal xi għaxar
kilometri ‘l bogħod minn Plock).
(Minħabba l-fatt li l-Kronaki
ta’
Varsavja u ta’
Plock
nqerdu waqt it-Tieni Gwerra
Dinjija, huwa diffiċli li nkunu
verament ċerti mid-dati
taż-żmien li hija għaddiet
f’dawn id-djar).
Ittra mibgħuta lil Swor Justine
Golofit,
li ġġib id-data tas-17 ta’
Diċembru
1930,
tixhed għall-fatt li Swor
Fawstina
f’dak iż-żmien, kienet għadha
qiegħda fi
Biala (Ittri #26:68).
22 ta’
Frar
1931
-
Swor Fawstina
rat dehra tal-Mulej Ġesu, li
qalilha tpinġi xbieha skont dak
li hi kienet qiegħda tara.
(Djarju
1:18;
Tifkiriet tal-Madre
p. 4).
Novembru
1932
–
Hija waslet f’Varsavja
għat-Tielet Prova tagħha,
lis-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena jagħmlu qabel ma
jieħdu l-voti perpetwi.
(Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.5; Djarju
1:84).
Qabel ma bdiet it-Tielet Prova,
marret
Walendow
sabiex tagħmel irtir. (Tifkiriet
ta’ Swor
Seraphina Kukulska; Djarju
1:84).
1 ta’
Diċembru
1932
–
Flimkien ma’ sorijiet oħrajn,
hija bdiet it-Tielet Prova taħt
id-direzzjoni ta’ Swor
Margaret Gimbutt (Tifkiriet
tal-Madre
Michael, p.5; Djarju
1:89).
It-Tielet Prova f’din
il-Kongregazzjoni ddum ħames
xhur. Matul dan iż-żmien, Swor
Fawstina
ħadmet fis-sagristija u għenet
lil Swor
Suzanne Tokarski (Tifkiriet tal-Madre
Michael, p. 5;
Tifkiriet ta’ Swor
Suzanne; Djarju
1:89).
Marzu 1933
-
Swor
Fawstina
rċeviet żjara minn oħtha
Wanda.
(Djarju
1:97).
18 ta’
April 1933
–
Flimkien ma’ sorijiet oħra, Swor
Fawstina
marret Krakovja sabiex tagħmel
irtir ta’ tmint ijiem u
l-professjoni tal-voti perpetwi
tagħha. (Kronaka ta’ Krakovja
IV:8).
21 ta’
April 1933
–
Beda l-irtir ta’ tmint ijiem
taħt id-direzzjoni ta’ Patri
Wojnar, S.J. (Kronaka
ta’ Krakovja
IV:8; Djarju
1:102).
1 ta’
Mejju 1933
-
Swor
Fawstina
għamlet il-voti perpetwi tagħha.
Iċ-ċelebrant f’din iċ-ċerimonja
kien l-Isqof
Stanislaus Rospond.
Wara l-voti, Swor
Fawstina
baqgħet Krakovja għal xahar
ieħor, (Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.5;
Kronaka ta’ Krakovja
IV:8; Djarju
1:114).
25 ta’
Mejju
1933
–
Hija
telqet għal
Vilnius (Kronaka ta’
Vilnius,
p. 178). (Fil-Kronaka nsibu din
in-nota: Swor Fawstina,
li għamlet il-professjoni
tal-voti perpetwi tagħha fi
Krakovja, waslet il-Ħamis
filgħaxija, bit-tren).
2 ta’ Jannar
1934
-
Swor Fawstina
marret għall-ewwel darba għand
l-artist
Kazimirowski,
li kellu jpitter ix-xbieha
tal-Ħniena Divina (Tifkiriet ta’
Dun
Sopocko, p.1;
Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.6; Djarju
11:240).
29 ta’
Marzu 1934
–
Hija offriet lilha nnifisha
għall-midinbin, l-aktar għal
dawk l-erwieħ li tilfu l-fiduċja
fil-Ħniena Divina.
(Djarju
1:133).
Ġunju 1934
–
Tlestiet il-pittura tax-xbieha
tal-Ħniena Divina, li saret
mill-pittur
E. Kazimirowski
skont ma qaltlu Swor
Fawstina. Hija bdiet
tibki għax ix-xbieha tal-Mulej
Ġesu’ ma kenitx daqshekk sabiħa
daqskemm kienet ratu hi
(Tifkiriet ta’ Dun
Sopocko, p. 1; Djarju
I: 134).
26 ta’
Lulju
1934
-
Swor Fawstina
marida
–
kellha riħ
(Kronaka
ta’ Vilnius,
p. 223).
28
ta’ Lulju
1934
–
Hija bdiet tikteb id-Djarju.
12 ta’
Awwissu
1934
–
Hija mardet serjament. Sejħu lil
Dr. Maciejewska
kif ukoll lil Dun
Sopocko,
li amministralha s-Sagrament
tal-Griżma tal-Morda.
(Kronaka
ta’
Vilnius,
p. 226).
13 ta’ Awwissu
1934
–
Saħħitha tiġi ‘l quddiem.
(Kronaka
ta’ Vilnius,
p. 226).
26 ta’
Ottubru
1934
–
Hi u miexja mal-istudenti
mill-ġnien għall-ikla ta’
filgħaxija (fis-sitta neqsin
għaxar minuti) Swor
Fawstina
rat lill-Mulej Ġesu’ fuq
il-Kappella f’Vilnius
l-istess kif kienet ratu fi Plock;
jiġifieri, bir-raġġi bojod u
ħomor. Ir-raġġi dawlu l-kappella
tal-Kongregazzjoni u
l-infermerija tal-istudenti; u
mbagħad infirxu fuq id-dinja
kollha. (Arkivji – dokumenti ta’
Swor
Fawstina).
15 ta’ Frar
1935
-
Swor Fawstina
rċiviet l-aħbar li ommha kienet
marida serjament u telqgħet
minnufih dak in-nhar filgħaxija
għar-raħal tagħha ta’ Glogowiec,
qrib
Lodz (Kronaka
ta’ Vilnius,
p. 261 ; Djarju
1:165-169).
Meta telqet mid-dar tagħha, Swor
Fawstina
waqfet Varsavja sabiex tara
lill-Madre Ġenerali,
Michael Moraczewska,
u d-Direttriċi li kellha qabel,
Swor
Mary Joseph Brzoza.
Ftit ġranet wara, marret lura
Vilnius [Djarju
1:169).
(Il-Kronaka ta’ Vilnius
ma ssemmix id-data meta marret
lura).
4 ta’
Marzu
1935
-
Swor Petronilla u Swor Fawstina
marru is-suq bil-vagun li kien
isir kull sena fil-festa ta’ San
Kazimiru,
għal għodda u xi affarijiet li
kellhom bżonn fid-dar. (Kronaka
ta’ Vilnius
p. 264).
29 ta’
Settembru
1935
-
Sister Faustina accompanies some
of the other sisters to the
Church of St. Michael for the
Forty-Hour Devotions (Vil.
Chron., p. 302).
19 ta’
Ottubru 1935
-
Swor Antonina u Swor Fawstina
telqu għall-irtir ta’ tmint
ijiem fi Krakovja, (Kronaka ta’
Vilnius,
p. 307;
Kronaka ta’ Krakovja
IV:49).
4 ta’
Novembru 1935
–
Filgħaxija
Swor
Fawstina
reġgħet lura Vilnius mill-irtir
(Kronaka ta’ Vilnius,
p. 311).
8 ta’
Jannar 1936
–
Marret iżżur lill-Isqof
Jalbrzykowski
u tatu l-aħbar li l-Mulej Ġesu’
kien qiegħed jitlob il-bidu ta’
kon-gregazzjoni ġdida.
(Djarju
11:50).
17 ta’
Marzu
1936
-
Swor Borgia Tichy, Superjura
tad-dar f’Vilnius,
irċeviet informazzjoni
mill-Madre Ġenerali
li lil Swor
Fawstina
kienu bidlulha l-post minn
Vilnius għal Walendow
(Kronaka
ta’
Vilnius,
p. 337).
19 ta’
Marzu
1936
-
Swor
Borgia
ikkonsultat mal-Arċisqof
Jalbrzykowski
dwar Swor
Fawstina (Kronaka
ta’
Vilnius,
p. 338).
21 ta’
Marzu
1936
-
Swor
Fawstina
marret bit-tren ta’ filgħodu
minn
Vilnius
għal Varsavja. (Kronaka ta’
Vilnius,
p. 338),
u baqgħet Varsavja għal ftit
jiem.
(Djarju
11:90).
25 ta’
Marzu
1936
–
Waslet
Walendow –
dar tal-Kongregazzjoni li tinsab
fil-kampanja, kilometru ‘l
bogħod minn
Varsavja.
Is-sorijiet tawha merħba
bil-ferħ u bis-sinċerita’.
(Tifkiriet; Djarju
11:91).
April 1936
–
Wara ftit ġimgħat, bagħtuha
f’dar oħra fil-kampanja,
kilometru ‘l bogħod minn
Walendow,
f’post jismu
Derdy (Tifkiriet
tal-Madre
Michael, p. 8).
Din id-dar tinsab fost is-saġar,
u Swor
Fawstina
li ssaħħret mis-sbuħija naturali
tal-post, kitbet lil Dun
Sopocko
u qaltlu kemm kienet qed tħossha
ferħana f’ittra li ġġib id-data
tal-11 ta’ Mejju
1936 (Ittri:#3:5).
11 ta’
Mejju 1936
–
Flimkien ma’ Swor
Edmund Sekul,
telqet minn
Derdy
biex tmur toqgħod Krakovja b’mod
permanenti (Kronaka ta’ Krakovja
IV:60),
fejn l-ewwel bdiet taħdem
fil-ġnien, umbagħad kienet
għassa mal-kanċell. (Tifkiriet
tal-Madre
Michael, p. 8).
19 ta’ Ġunju
1936
–
Flimkien ma’ xi sorijiet, hija
ħadet sehem f’purċissjoni ad
unur tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
fid-dar tal-Ġiżwiti f’Numru
26,
Triq
Kopernik (Kronaka
ta’ Krakovja
IV:61 ; Djarju
II: 111).
14 ta’
Settembru
1936
–
L-Arċisqof
Jalbrzykowski,
fi triqtu lejn
Tarnow,
żar il-kunvent fi Krakovja u
għadda ftit minuti
f’konverżazzjoni ma’ Swor
Fawstina (Kronaka
ta’ Krakovja
IV:67; Djarju
II: 133;
Tifkiriet ta’ Swor
Felicia u Swor
Irene).
19 ta’
Settembru
1936
-
Swor
Fawstina
għamlet eżami mediku fl-isptar
ta’ Pradnik
(Djarju
II: 133-134).
20 ta’
Ottubru
1936
–
Fi Krakovja hija għamlet irtir
ta’ tmint ijiem immexxi mmexxi
minn Patri
Wojton, S.J. (Kronaka
ta’ Krakovja
IV:70; Djarju
11:153).
9 ta’
Diċembru 1936
–
Għal raġunijiet ta’ saħħa,
is-Superjuri bagħtu lil Swor
Fawstina
fl-isptar ta’
Pradnik,
f’sanatorju
għall-pazjenti tat-tuberkulożi
fi Krakovja
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:74; Djarju
11:198).
13 ta’
Diċembru
1936
-
Swor
Fawstina
qerret għand il-Mulej Ġesu’
(Djarju II: 207).
24 ta’
Diċembru
1936
–
Bil-permess tat-tabib, hija
reġgħet lura fil-kunvent
għall-vaganzi tal-Milied.
(Kronaka ta’ Krakovja
IV:74; Djarju
11:226).
27 ta’
Diċembru 1936
–
Reġgħet daħlet fl-isptar fi
Pradnik
għal iktar kura.
(Djarju
11:230).
27 ta’
Marzu
1937
–
Reġgħet lura minn Pradnik.
Saħħitha
ġiet ‘il quddiem b’mod
sinifikanti. (Kronaka ta’
Krakovja
IV: 82; Diary 111:18).
13 ta’
April 1937
–
Saħħitha tant marret għall-agħar
li kellha tibqa’ fis-sodda.
(Djarju
111:22-23).
14 ta’ April
1937
–
Għajjiena bil-mard tagħha, hija
talbet lill-Mulej Ġesu’ jagħtiha
s-saħħa u t-talba tagħha ġiet
mismugħa.
(Djarju
111:23).
23 ta’
April 1937
–
Waqt irtir ta’ tmint ijiem li
beda fl-20 ta’
April
fil-kunvent ta’ Krakovja, Swor
Fawstina
ħadet din l-opportunita’ sabiex
tagħmel l-irtir tagħha ta’ tlett
ijiem. (Kronaka ta’ Krakovja
IV:82; Djarju 111:26).
29 ta’
April 1937
–
Wara l-irtir, hija tkellmet ma’
dik li qabel kienet
id-Direttriċi tagħha
tan-Novizzi, Swor
Mary Joseph,
li għamlet l-irtir tagħha fi
Krakovja.
(Djarju 111:29-30).
4 ta’
Mejju
1937
-
Swor Fawstina
rċeviet permess mingħand
il-Madre Ġenerali
Michael Moraczewska
sabiex titlaq
mill-Kongregazzjoni.
(Tifkiriet tal-Madre Michael, p.
9; Djarju
III: 30-31).
20 ta’ Lulju
1937
–
Saret taf li kienet ser
tintbagħat f’dar
tal-Kongregazzjoni f’Rabka
(Djarju
111:54).
[Il-Kronaka
ma ssemmix din il-ħaġa; iżda
tinnota li s-Superjura marret Rabka
għal jumejn, fatt li seta’ kellu
xi konnesjoni mat-tluq ta’ Swor
Fawstina).
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:88 –
bid-data tad-19 ta’ Lulju;
Tifkiriet ta’
Swor
Irene).
29 ta’ Lulju
1937
-
Swor Fawstina
telqet għal
Rabka (Djarju
111:54-55; Tifkiriet).
10 ta’
Awwissu
1937
–
Hija
skopriet li l-klima ta’
Rabka
ma kenitx taqbel magħha, imma
kienet qiegħda ġġegħelha tħossha
iktar marida, għalhekk reġgħet
lura fi Krakovja.
(Djarju
IV:4).
12 ta’
Awwissu
1937
-
Dun
Sopocko
jagħmel waqfa fil-kunvent fi
Krakovja u jqatta’ xi ħin ma’
Swor
Fawstina (Tifkiriet
ta’ Swor
Felicia; Djarju
IV:4-5).
25 ta’
Awwissu
1937
-
Dun
Sopocko
għadda xi ġranet fi Krakovja.
Swor
Fawstina
kienet ferħana b’dan għaliex
kienet anzjuża sabiex tarah. (Djarju
IV:16).
29 ta’
Awwissu
1937
–
Hija ngħatat il-permess li
tkellem lil Dun
Sopocko
fit-tul
(Djarju
IV:17).
(Il-Kronaki
din il-ħaġa ma jsemmuhiex).
6 ta’
Settembru
1937
–
Minħabba li saħħitha kienet
qiegħda tonqosha, ix-xogħol
tagħha nbidel minn dak ta’
ġardinara għall-purtinara.
(Tifkiriet tal-Madre
Michael, p.10; Djarju
IV:25).
19 ta’ Settembru
1937
-
Ħuha
Stanley
mar iżurha.
(Djarju
IV:40).
27 ta’ Settembru
1937
-
Swor
Fawstina
u Swor
Irene Krzyzanowska, Superjura
tad-dar, marru għand
l-istampatur biex jiddeċiedi
dwar xi santi li kellhom jiġu
stampati bix-xbieha tal-Ħniena
Divina.
(Djarju
IV:45;
Tifkiriet ta’
Swor
Irene, p. 2).
21 ta’
April 1938
–
Is-saħħa ta’ Swor
Fawstina
marret għall-agħar, u
s-Superjuri tagħha ddeċidew li
jerġgħu jibagħtuha fl-isptar ta’
Pradnik.
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:119;
Tifkiriet tal-Madre
Michael, p. 10).
2-5 ta’
Ġunju
1938
–
Hija
għamlet irtir ta’ tliet ijiem
fl-isptar. (Tifkiriet ta’ Swor
Irene Krzyzanowska
u
Swor
Felicia; Djarju
MV. 114).
Ġunju 1938
–
Hija waqfet tikteb id-Djarju.
Lulju 1938
–
Il-Madre
Ġenerali
Michael Moraczewska
marret iżżurha fl-isptar.
(Tifkiriet tal-Madre
Michael, p. 10; Tifkiriet ta’ Swor
Felicia).
Awwissu 1938
–
Fl-aħħar ittra tagħha lill-Madre
Ġenerali,
hija talbet maħfra għad-difetti
tagħha matul ħajjitha kollha u
spiċċat bil-kliem:
“sakemm
niltaqgħu fil-ġenna”
(Ittri
#23:64;
Tifkiriet ta’ Madre
Michael, p. 11).
24 ta’
Awwissu
1938
-
Sister Camille, who is also a
patient at the hospital in
Pradnik, telephones to the
Superior that Sister Faustina’s
health has significantly
worsened. The Superior rides to
the hospital and spends the
night at Sister Faustina’s
bedside (Cracow Chron. IV: 129).
25 ta’ Awwissu
1938
-
Dun T. Czaputa,
Kappillan tad-dar
tal-Kongregazzjoni fi Krakovja,
mar l-isptar ta’
Pradnik
sabiex jamministra s-Sagrament
tal-Griżma tal-Morda.
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:129).
28 ta’Awwissu
1938
-
Dun
Sopocko,
li kien jinsab fi Krakovja, żar
il-Kongregazzjoni u lil Swor
Fawstina
ħafna drabi fl-isptar.
(Tifkiriet
ta’ Dun
Sopocko, p. 3;
Kronaka ta’ Krakovja
IV: 129).
2 ta’ Settembru
1938
-
Dun
Sopocko
żar lil Swor
Fawstina
fis-sanatorju ta’
Pradnik
u raha mitlufa f’estasi.
(Tifkiriet
ta’ Dun
Sopocko, p. 5;
Tifkiriet ta’ Swor
Felicia).
17 ta’
Settembru
1938 –
Swor
Fawstina
kienet debboli ħafna u ma
setgħetx iżżomm ikel. Minn
Pradnik
ħaduha d-dar. Hija ħassitha
kalma u tat eżempju tajjeb ħafna
lil kulħadd. Kienet qiegħda
tistenna l-waqt li tingħaqad
mal-Mulej Ġesu’ u ma kellha
l-ebda biża’ mill-mewt.
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV: 131).
22 ta’
Settembru
1938
–
Filwaqt li ħasset saħħitha
tonqosha dejjem iżjed, hija
talbet maħfra mingħand
il-Kongregazzjoni kollha għal
dawk id-drabi meta hija kienet
naqsithom mingħajr ma riedet, u
bdiet tistenna bis-serenita’
kollha l-miġja tal-Għarus tagħha
tas-Sema.
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:132).
26 ta’
Settembru
1938
-
Dun
Sopocko
żarha għall-aħħar darba fi
Krakovja, u hi qaltlu:
“L-unika
funzjoni tiegħi hi li jiena
ngħix fil-preżenza ta’ missieri
fis-Sema.”
(Dun Sopocko
innota li
“kienet
qisha ħlejqa sopranaturali,”
u żied,
“f’dak
il-waqt ma kienx għad baqagħli
l-iċken dubju li dak li kienet
tikbet fid-djarju tagħha dwar
it-tqarbina minn idejn l-Anġlu
kien tassew minnu.”
(Tifkiriet
ta’ Dun
Sopocko, p. 5)
2 ta’
Ottubru
1938
-
Swor Fawstina,
b’saħħitha tnaqqas bin-naqra
n-naqra, imma dejjem tagħti
eżempju tajjeb lil ħulħadd,
kienet qiegħda tistenna
bil-kalma kollha t-tluq tagħha.
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:133).
5 ta’
Ottubru
1938
–
Patri
Andrasz, SJ,
wasal fl-4 ta’ filgħaxija u Swor
Fawstina
qerret għall-aħħar darba.
(Kronaka ta’ Krakovja
IV: 134).
Fid-9
ta’ filgħaxija, il-Kappillan Dun
T. Czaputa,
flimkien mas-sorijiet miġburin
flimkien, talab maġenb is-sodda
tagħha t-talb għall-moribondi;
Swor
Fawstina,
baqgħet f’sensiha sal-aħħar u
ngħaqdet ma’ dawk li kienu
qegħdin jitolbu. (Kronaka ta’
Krakovja
IV: 134).
Fl-11 neqsin kwart ta’
filgħaxija, Swor
Fawstina Kowalska,
wara ħafna tbatijiet li hija
ġarrbet b’paċenzja kbira, marret
tingħaqad mal-Mulej sabiex
jagħtiha l-premju.
(Kronaka
ta’ Krakovja
IV:134).
7 ta’
Ottubru
1938
–
Il-funeral ta’ Swor
Fawstina Kowalska
sar fl-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u
fil-festa tal-Madonna
tar-Rużarju.
Il-Ġiżwiti,
Patri
Wojton
u Patri
Chabrowski
mill-Monasteru ta’ Pjazza Santa
Barbara,
u qassis minn 26 Triq
Kopernik
ħadu sehem fil-funeral.
Fit-8:30
ta’ filgħodu tkanta l-Matutin,
imbagħad Patri
Wojton
iċċelebra l-Liturġija fl-artal
prinċipali u Patri
Chabrowski
fl-altar tal-Qalb Imqaddsa ta’
Ġesu’ (fejn bħalissa tinsab
ix-xbieha tal-Ħniena Divina – li
saret famuża għal ħafna grazzji
bla għadd li ġew maqlugħin).
Patri Chabrowski
iċċelebra l-Quddiesa liebes
l-abjad. Kif ġie nnotat
fil-Kronaka, kollox sar b’mod
mill-isbaħ. Ħadd mill-membri
tal-familja ta’ Swor
Fawstina
ma kien preżenti fil-funeral.
(Kronaka
ta’ Krakovja IV:
134).
Swor Fawstina
ġiet midfuna fiċ-ċimiterju
tal-kunvent li jinsab fil-ġnien
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena,
3/9
Triq
Wronia, Lagiewniki,
Krakovja, fil-qabar komuni li
hemm f’dan iċ-ċimiterju.
21 ta’
Ottubru
1965
–
27 sena wara l-mewt ta’ Swor
Fawstina,
l-Isqof
Julian Groblicki,
b’delega speċjali mill-Arċisqof
Karol
Wojtyla, beda
s-sezzjoni solenni
fl-Arċidjoċesi ta’ Krakovja,
il-Proċess ta’ Informazzjoni li
għandu x’jaqsam mal-ħajja u
l-virtujiet ta’ Swor
Fawstina.
Minn issa ‘l quddiem, Swor
Fawstina
kellu jingħatalha t-titlu,
‘Qaddejja ta’ Alla.’
25 ta’
Novembru
1966
–
Filwaqt li kien qiegħed isir
il-Proċess ta’ Informazzjoni
dwar il-virtujiet, il-kitbiet u
d-devozzjoni tal-Qaddejja ta’
Alla Swor
Fawstina
(mill-21 ta’ Ottubru
1965
sal-20 ta’ Settembru
1967),
inqalgħu l-fdalijiet tagħha
mill-qabar u ħaduhom f’qabar
imħejji speċjali għaliha
fil-kappella tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena. Fuq
il-qabar hemm ċangatura sewda
b’salib fin-nofs. Iċ-ċangatura
normalment ikollha fjuri friski
li jpoġġuhom hemm il-fidili, li
qegħdin jitolbu għal ħafna
grazzji bl-interċessjoni ta’
Swor
Fawstina.
20 ta’ Settembru
1967
–
L-Eminenza Tiegħu il-Kardinal
Karol Wojtyla
għalaq il-Proċess ta’
Informazzjoni tal-Qaddejja ta’
Alla fl-Arċidjoċesi ta’ Krakovja.
26 ta’
Jannar
1968
–
Is-Sagra Kongregazzjoni
għall-Kawżi tal-Qaddisin laqgħet
f’Ruma l-Atti tal-Proċess ta’
Informazzjoni.
31 ta’
Jannar
1968
–
Permezz ta’
Digriet
tas-Sagra Kongregazzjoni
għall-Kawżi tal-Qaddisin,
ingħata bidu formali
għall-Proċess ta’
Beatifikazzjoni tal-Qaddejja ta’
Alla Swor
Fawstina H. Kowalska.
18 ta’
April 1993
–
Il-Venerabli
Swor Fawstina Kowalska
ġiet ibbeatifikata f’Ruma
fl-Ewwel Ħadd fuq l-Għid – f’jum
il-Festa tal-Ħniena Divina –
mill-Papa Ġwanni Pawlu II (Karol
Wojtyla – l-istess Isqof li kien
beda l-Proċess ta’ Informazzjoni
dwar il-virujiet tagħha).
30 ta’
April 2000
–
Il-Beata
Swor
Marija
Fawstina Kowalska
ġiet dikjarata Qaddisa f’Ruma
mill-Papa Ġwanni Pawlu II, f’jum
il-Ħadd tal-Ħniena Divina,
fis-sena tal-Ġublew tas-sena
2000. Waqt l-omelija
tal-Kanonizzazjoni, il-Papa
iddikjara:
“Min
issa ‘l quddiem l-Ewwel Ħadd fuq
l-Għid jkun magħruf bħala l-Ħadd
tal-Ħniena Divina mill-Knisja
Universali.”
Binti, ikteb b’mod diliġenti
kull sentenza li Jiena ngħidlek
dwar il-ħniena Tiegħi, għaliex
din hi maħsuba għal għadd kbir
ta’ erwieħ li għad jieħdu ħafna
ġid spiritwali minnha. (Djarju,
1142)
IL-ĦNIENA DIVINA
ĠEWWA
RUĦI
(Djarju
ta' Swor Fawstina)
L-Ewwel Pitazz
1.
O Mħabba Eterna,
Inti tordna li għandha tiġi
mpittra x-Xbieha
Mqaddsa Tiegħek!
(nota1)
U tirrivelalna l-għajn
tal-ħniena
li
aħna
ma nistgħux nimmaġinawha,
Inti tbierek lil kull
min jersaq lejn ir-raġġi Tiegħek,
U ruħ
li hi kollha kemm hi sewda
tinbidel u ssir bajda silġ.
O Ġesu’ ħelu, hawnhekk
(nota2)
Inti waqqaft it-tron tal-ħniena
Tiegħek
Sabiex Inti ġġib il-ferħ u
t-tama lill-bniedem midneb.
Mill-Qalb miftuħa Tiegħek,
bħallikieku minn għajn safja,
Inixxi l-faraġ lill-qalb
u lir-ruħ niedma.
Jalla t-tifħir
u
l-glorja
għal
din ix-xbieha
Qatt ma jieqfu ħerġin minn ruħ
il-bnedmin.
Jalla t-tifħir tal-ħniena ta’
Alla joħroġ minn kull qalb,
Issa, u f’kull siegħa, u għal
dejjem ta’ dejjem.
O
Alla tieghi
2.
Meta nħares fil-ġejjieni, jiena
nitbeżża',
Imma għalfejn naqbeż
fil-ġejjieni?
Il-mument ta’ issa biss huwa
prezzjuż għalija,
Għax
il-ġejjieni forsi għad qatt ma
jkollu l-ebda ċans jidħol ġewwa
ruħi.
M’għandhiex ħaġa taħt
il-kontroll
tiegħi.
Li jien nibdel,
nirranġa
jew
inżid
mal-imgħoddi:
Għax la l-għorrief
u
lanqas
il-profeti ma
kellhom il-ħila
jagħmlu
dan.
U
għalhekk
dak li ġara fl-imgħoddi hemm
bżonn li jiena nafdaħ
f'idejn Alla.
O waqt
preżenti,
inti
tiegħi, kollok kemm int.
Jiena nixtieq li nużak bl-aħjar
mod li nista’.
U għalkemm jiena dgħajfa u
ċkejkna,
Inti tagħtini b’xejn il-grazzji
tas-setgħa
bla taf
Tiegħek.
U għalhekk
jiena
nafda fil-ħniena tiegħek,
Nimxi
l-mixja tal-ħajja bħal tarbija
żgħira,
Noffrilek kuljum din il-qalb
Taqbad
bl-imħabba għall-ikbar
glorja Tiegħek.
+
Ġ.M.Ġ
(Ġesu’, Marija, Ġużeppi)
3.
Alla
u l-erwieħ
Sultan tal-ħniena, mexxi lr-ruħ
tiegħi
Swor M.
Fawstina
tas-Sagrament
Imqaddes
Vilnius, 28 ta’ Lulju 1934
4.
O Ġesu' tiegħi, minħabba l-fiduċja
tiegħi fik,
Jiena ninseġ eluf ta’ girlandi,
u jiena naf
Li
kollha
kemm huma għad
iwarrdu.
Meta x-xemx
ta’ Alla għad tiddi fuqhom.
+
O
Sagrament kbir u Divin
Li taħbi lil Alla tiegħi!
Ġesu’, kun miegħi f’kull waqt,
U l-ebda
biża'
ma jidħol ġewwa qalbi.
+
Vilnius,
28 ta’ Lulju 1934
Ġ.M.Ġ
L-Ewwel Pitazz
Alla u l-erwieħ
5.
Ħallina nadurawk, O l-aktar
qaddisa Trinita’, issa u għal
dejjem. Ħallina nadurawk fl-opri
kollha Tiegħek u fil-ħlejjaq
kollha Tiegħek. Jalla l-kobor
tal-ħniena tiegħek jiġbed
l-ammirazzjoni u jiġi
gglorifikat, O Alla.
6.
Jiena għandi nikteb (nota3)
dwar il-laqgħat li ruħi jkollha
miegħek, O Alla, fil-waqtiet
speċjali meta inti tiġi
żżurni.
Jiena għandi nikteb dwarek;
jiena li ma nistax nifhem
il-ħniena tiegħek għar-ruħ
imsejkna tiegħi. Ir-rieda
mqaddsa tiegħek hija l-ħajja ta’
ruħi. Jiena lqajt din l-ordni
permezz ta’ dak li għalija hu
r-rappreżentant
Tiegħek hawn f’din id-dinja, dak
li jfissirli r-rieda mqaddsa
Tiegħek. Ġesu’, Inti qiegħed
tara kemm hi ħaġa iebsa għalija
li nikteb, kemm ma nafx inniżżel
b’mod ċar l-esperjenza li jien
inkun għaddejja minnha fir-ruħ
tiegħi. O Alla, tista’ l-pinna
tikteb dak li ħafna drabi
m’hemmx kliem li bih jista’
jitfisser? Imma Inti qiegħed
tagħtini l-ordni li nikteb, O
Alla; dak huwa biżżejjed
għalija.
Varsavja, 1 ta’ Awissu 1925
Dħul fil-Kunvent
7.
Minn meta kelli 7 snin, ħassejt
ġewwa fija s-sejħa
żgura
ta’ Alla, il-grazzja ta’
vokazzjoni għall-ħajja reliġjuża.
Kien fis-seba’ sena ta’ ħajti
li, għall-ewwel darba, jiena
smajt il-leħen ta’ Alla ġewwa
ruħi; jiġifieri, stedina għal
ħajja iktar perfetta. Imma jiena
mhux dejjem obdejt is-sejħa
tal-grazzja. Ma ltqajt ma’ ħadd
li seta’ jfehmni dawn
il-ħwejjeġ.
8.
It-tmintax-il sena ta’ ħajti.
Appell mill-qalb lill-ġenituri
tiegħi biex jagħtuni l-permess
nidħol fil-kunvent. Il-ġenituri
tiegħi rrifjutaw kategorikament.
Wara li din it-talba tiegħi ma
ġietx milqugħa jiena ngħatajt
għall-ħwejjeġ fiergħa tal-ħajja,
u ma tajt ebda importanza
lis-sejħa tal-grazzja, għalkemm
ruħi ma sabet l-ebda
sodisfazzjon fl-ebda waħda minn
dawn l-affarijiet. Is-sejħa bla
ebda waqfien tal-grazzja kienet
qed tikkaġunali dieqa kbira; iżda
ppruvajt inrażżan
din is-sejħa divina permezz
tad-divertiment. Ġewwa fija,
jiena kont qiegħda naħrab minn
Alla, billi ndur b’qalbi kollha
lejn il-ħlejjaq. Imma l-grazzja
ta’ Alla rebħet ġewwa ruħi.
9.
Darba kont qiegħda f’ballu
(probabilment f’Lodz) ma’ waħda
minn ħuti. Filwaqt li kulħadd
kien qiegħed jieħu gost, ruħi
kienet għaddejja minn turmenti
kbar. Meta bdejt niżfen,
f’daqqa waħda jiena rajt lil
Ġesu’ maġenbi, Ġesu’ ttorturat
bl-uġigħ, imneżża’
minn ħwejjġu, miksi kollu kemm
hu ġrieħi, u Hu qalli dan
il-kliem: Kemm ser indum
nissaportik u kemm ser idum
tgħidli le? F’dak il-waqt
waqfet il-mużika
ħelwa, u l-kumpanija li kelli
għebet minn quddiem għajnejja;
bqajna Ġesu’ u jiena. Poġġejt
bil-qiegħda maġenb oħti l-għażiża,
taparsi għandi wġigħ ta’ ras
sabiex nostor dak li kien
qiegħed jiġri ġewwa ruħi. Wara
ftit, ħriġt ‘il barra mingħajr
ħadd ma nduna, ħallejt lil oħti
u ‘l-ħbieb tiegħi kollha warajja
u qbadt it-triq lejn il-Katidral
ta’ San Santislaws Kostka.
Kien diġa’ beda jbexbex; kien
hemm ftit nies biss
fil-katidral. Fil-waqt li ma
tajt l-ebda kas ta’ dak li kien
qiegħed jiġri madwari, intfajt
wiċċi fl-art quddiem
is-Sagrament Imqaddes u tlabt
lill-Mulej li, fil-ħniena
Tiegħu, jgħinni nifhem x’kelli
nagħmel wara din l-esperjenza.
10.
Imbagħad smajt il-kliem: Mur
mill-ewwel f’Varsavja; hemmhekk
inti tidħol f’kunvent. Wara
t-talb tiegħi jiena qomt
bilwieqfa, mort id-dar, u ħadt
ħsieb xi affarijiet li kelli bżonn
nirranġa. Mill-aħjar li stajt,
jien afdajt f’oħti billi
tarraftilha dak li kien ġara
ġewwa ruħi. Jien għidtilha
ssellem għalija lill-ġenituri
tagħna, u b’dan il-mod,
bil-libsa ta’ fuqi biss, u
b’xejn iktar, jien wasalt
Varsavja.
11.
Malli nżilt
mit-tren u rajt lil kulħadd ġej
u sejjer għall-affari tiegħu,
għelibni l-biża’.
X’ser nagħmel? Lejn min ser
indur, billi ma kont naf lil
ħadd? Għalhekk, jien għidt lil
Omm Alla, “Marija, mexxini,
iggwidani.” F’daqqa waħda, smajt
dan il-kliem ġewwa fija jgħidli
nitlaq mill-belt u mmur f’ċertu
villaġġ fil-qrib fejn kelli nsib
alloġġ tajjeb għal-lejl. Hekk
għamilt u fil-fatt sibt li
kollox kien preċiż
bħalma kienet qaltli Omm Alla.
12.
L-għada kmieni ħafna jiena
vvjaġġajt lura lejn il-belt u
dħalt fl-ewwel knisja li rajt
(il-Knisja ta’ San Ġakbu fi Triq
Grojecka f’Ochota, subborg ta’
Varsavja). Hemmhekk bdejt nitlob
sabiex inkun naf iżjed
x’inhi r-rieda ta’ Alla. Kien
hemm il-quddies, waħda wara
l-oħra. Waqt waħda minnhom jiena
smajt il-kliem: Mur għand dak
il-qassis (Dun James
Dabrowski, kappillan
tal-parroċċa ta’ San Ġakbu) u
għidlu kollox; huwa jgħidlek
x’għandek imbagħad tagħmel.
X’ħin spiċċat il-Quddiesa, jiena
dħalt fis-sagristija. Jiena
għidt lill-qassis dak kollu li
kien ġara ġewwa ruħi, u tlabtu
jagħtini parir fejn nista’
nidħol soru, f’liema ordni
reliġjuża.
13.
Għall-ewwel il-qassis kien
sorpriż,
imma qalli li għandu jkolli
fiduċja qawwija li Alla kien ser
jipprovdi għall-ġejjieni tiegħi.
“Għalissa,” huwa qal, “jiena ser
nibgħatek għand waħda sinjura
twajba (Aldona Lipszycowa)
(nota4) u inti oqgħhod
għandha sakemm tidħol
fil-kunvent.” Meta mort għand
is-sinjura laqgħetni
b’ġentilezza kbira. Waqt li kont
noqgħod għandha, kont qiegħda
nfittex kunvent, imma kull fejn
ħabbatt bieb ta’ kunvent, ma
laqgħunix u reġgħu bagħtuni
lura. Qalbi kienet mimlija
dwejjaq, u jiena għidt
lill-Mulej Ġesu’, “Għinni;
tħallinix waħdi.” Fl-aħħar
ħabbatt fuq il-bieb tagħna.
(nota5)
14.
Meta l-Madre Superjura,
il-Madre Ġenerali preżenti
Michael (nota6), ħarġet
tilqagħni – wara konverżazzjoni
qasira, qaltli mmur għand
is-Sinjur tad-dar u nistaqsih
jekk jaċċettanix. Jiena fhimt
mill-ewwel li kelli nistaqsi din
il-ħaġa lill-Mulej Ġesu’, B’ferħ
kbir, mort fil-kappella u
saqsejt lil Ġesu’: “Sid ta’ din
id-dar, Int taċċettani? Hekk
qaltli npoġġilek il-mistoqsija
waħda minn dawn is-sorijiet.”
F’daqqa waħda jien smajt din
il-vuċi: Dan
żgur
li Jiena naċċetta; inti qiegħda
ġewwa Qalbi.
Meta ġejt lura mill-kappella,
il-Madre Superjura staqsietni
qabel kollox: “Mela, is-Sinjur
aċċettak?” Jiena weġibt: “Iva”.
(Hija qaltli) “Jekk is-Sinjur
aċċetta, mela jiena wkoll
naċċetta.”
15.
U hekk jiena ġejt aċċettatta.
Imma għal ħafna raġunijiet kelli
nibqa’ fid-dinja għal iktar min
sena ma’ dik il-mara twajba
(Aldona Lipszycowa), iżda
ma rġajtx mort lura fid-dar
tiegħi stess.
F’dak iż-żmien
jiena kelli nitqabad ma’ ħafna
diffikultajiet, imma Alla kien
ġeneruż
ħafna miegħi bil-grazzji tiegħu.
Xewqa dejjem tiżdied
għal Alla bdiet taħkimni.
Is-sinjura, għalkemm ruħ tajba,
ma setgħetx tifhem il-ferħ
tal-ħajja reliġjuża
u, bil-qalb tajba tagħha bdiet
tagħmel pjanijiet oħra
għall-ġejjieni tiegħi. Imma,
jiena kont qiegħda inħoss li
kelli qalb hekk kbira li xejn ma
kien ser ikun jista’ jimlieha. U
għalhekk jiena dort bix-xewqa
kollha tar-ruħ tiegħi lejn Alla.
16.
Kien waqt l-ottava ta’ Corpus
Christi (25 ta’ Ġunju 1925).
Alla mlieli ruħi bid-dawl
interjuri ta’ għarfien iktar
fil-fond Tiegħu bħala Tjubija
Suprema u Sbuħija Suprema. Sirt
naf kemm Alla jħobbni. Ma
tintemm qatt l-imħabba Tiegħu
għalija. Kien waqt il-vespri. Bi
kliem sempliċi, li ħareġ bla
ebda sforz mill-qalb, jiena
għamilt vot ta’ kastita’
perpetwa lil Alla. Minn dak
il-waqt jien ħassejt intimita’
ikbar ma’ Alla, l-Għarus tiegħi.
Minn dak il-waqt jien għamilt
ċella
żgħira
ġewwa qalbi fejn dejjem
żammejt
kumpanija lil Ġesu’.
17.
Sa fl-aħħar wasal iż-żmien
meta nfetaħ għalija l-bieb
tal-kunvent- kien l-1 ta’ Awissu
(1925), filgħaxija, lejliet il
festa tal-Madonna tal-Anġli.
Ħassejtni ferħana rrid intir;
donni kont dħalt fil-ħajja
tal-Ġenna. Talba waħda kienet
ħierġa bil-qawwa minn qalbi,
waħda ta’ radd il-ħajr.
18.
Imma wara tliet ġimgħat ndunajt
li hawnhekk hawn ftit wisq ħin
għat-talb u nbaħt b’ħafna
affarijiet oħrajn li kienu
qegħdin iħejju lil ruħi biex
nidħol f’komunita’ reliġjuża
li tkun iktar stretta. Dan
il-ħsieb ħakem lir-ruħi sewwa,
imma r-rieda ta’ Alla ma kenitx
fih. Xorta waħda, il-ħsieb, jew
aħjar it-tentazzjoni, kompla
jikber u jikber u wasal il-punt
fejn, jum fost l-oħrajn,
iddeċidejt li ngħarraf bit-tluq
tiegħi lill-Madre Superjura u
nitlaq mill-kunvent darba għal
dejjem. Imma Alla poġġa
ċ-ċirkustanza hekk li ma stajtx
nsib lill-Madre Superjura
(Michael). Qabel ma dħalt
fis-sodda fil-kappella
ż-żgħira
(nota7), u tlabt lil
Ġesu’ sabiex ikun Hu li jagħtini
d-dawl f’din il-ħaġa. Imma ma
rċevejt xejn f’ruħi ħlief li ma
stajtx noqgħod bi kwieti; ħaġa
stramba li ma stajtx nifhimha.
Imma minkejja kollox, iddeċidejt
li nfittex lill-Madre Superjura
l-għada filgħodu dlonk wara
l-Quddiesa u ngħidilha bid-deċiżjoni
li kont ħadt.
19.
Wasalt fiċ-ċella tiegħi.
Is-sorijiet kienu diġa’
fis-sodda – kienu tfew id-dawl.
Jiena dħalt fiċ-ċella mimlija
dieqa u dwejjaq; ma kontx naf
x’ser naqbad nagħmel bija
nnifsi. Intfajt għal tuli fl-art
u bdjet nitlob bil-ħerqa sabiex
nsir naf x’inhi r-rieda ta’
Alla. Ħemda kullimkien bħal
ġewwa t-tabernaklu. Is-sorijiet
kollha kienu qedgħin jistrieħu
bħal ostji bojod magħluqin
fil-kalċi ma’ Ġesu’. Miċ-ċella
tiegħi biss Alla seta’ jisma’
t-tnehid ta’ ruħ. Jiena ma kontx
naf li ma kienx suppost titlob
fiċ-ċella mingħajr permess wara
d-disgħa. (nota8)
Ftit wara , dija mliet iċ-ċella
tiegħi, u fuq il-purtiera jiena
rajt wiċċ Ġesu’ mnikket ħafna.
Kien hemm ġrieħi miftuħin fuq
Wiċċu, u dmugħ kbir kien nieżel
fuq il-gverta. Ġaladarba ma
kontx naf x’kien ifisser dan
kollu, jien staqsejt lil Ġesu’:
“Ġesu’ min weġġgħek daqshekk?” U
Ġesu’ qalli: Ser tkun int li
tikkaġunali dan l-uġigħ jekk
inti tħalli dan il-kunvent.
Jiena għal hawn sejjaħtlek u
għal imkien iżjed;
u Jiena ħejjejt ħafna grazzji
għalik.
Tlabt lil Ġesu’ jiskużani
u dlonk biddilt id-deċiżjoni
tiegħi.
Il-jum ta’ wara kien jum
il-qrar. Jiena tgħarraft
lill-konfessur dak kollu li kien
ġara ġewwa r-ruħ tiegħi, u
l-konfessur wieġeb li, minn dan,
ir-rieda ta’ Alla kienet ċara li
jiena kelli nibqa’ f’din
il-kongregazzjoni u li jiena
lanqas biss ma kelli naħseb
f’ordni reliġjuża
oħra. Minn dak il-waqt ‘il
quddiem, dejjem ħassejtni
ferħana u kuntenta.
20.
Ftit wara, ħassejtni marida
(għeja ġenerali). L-għażiża
Madre Superjura bagħtitni
flimkien ma’
żewġ
sorjiet oħra għal ftit mistrieħ
fi Skolimow, mhux bogħod minn
Varsavja. Kien f’dak iż-żmien
li jiena tlabt lill-Mulej jurini
għal min iktar kelli nitlob.
Ġesu’ qalli li, fil-lejl ta’
wara, Huwa kellu jgħarrafni għal
min kelli nitlob.
(Il-lejl ta’ wara) jiena rajt
l-Anġlu Kustodju tiegħi, li
ordnali nimxi warajh. F’mument
wieħed sibt ruħi f’post mimli
ċpar u nar fejn kien hemm folla
kbira ta’ erwieħ qegħdin ibatu.
Kienu qedgħin jitolbu bil-ħeġġa,
imma bl-ebda siwi, għalihom
stess; aħna biss nistgħu
ngħinnuhom. Il-fjammi li kienu
jaħarquhom lili ma missewnix.
L-Anġlu Kustodju tiegħi ma
telaqnix fl-ebda waqt. Jiena
staqsejt lil dawn l-erwieħ
x’kienet l-ikbar sofferenza
tagħhom. B’vuċi waħda huma
weġbuni li l-ikbar turment
tagħhom kien ix-xewqa kbira
tagħhom għal Alla. Rajt
lill-Madonna
żżur
l-erwieħ fil-Purgatorju.
L-erwieħ isejħulha ‘Il-Kewkba
tal-Baħar’. Hija ġġibilhom
is-serħan. Jiena ridt inkompli
nitkellem magħhom iktar, imma
l-Anġlu Kustodju tiegħi sejjaħli
biex nitlaq. Aħna ħriġna minn
dak il-ħabs ta’ tbatija. (Smajt
vuċi nterna) tgħid: Il-ħniena
Tiegħi dan ma tridux, imma
l-ġustizzja hekk titlob.
Minn dak iż-żmien
‘il hawn, jiena ninsab f’għaqda
iktar mill-qrib ma’ l-erwieħ li
qedgħin ibatu.
21.
Spiċċa
ż-żmien
tiegħi bħala postulanta (29 ta’
Awissu 1926). Is-Superjuri
tiegħi (probabilment Madre
Leonard u Madre Jane(nota9))
bagħtuni fin-novizzjat fi
Krakovja. Ferħ li qatt ma stajt
nobsru kien qiegħed isaltan
f’ruħi. Meta wasalna
fin-novizzjat, kienet qiegħda
tmut Swor (Henry)(nota10).
Fitit ġranet wara hija ġiet
għandi (fl-ispirtu, wara l-mewt
tagħha) u qaltli mmur għand
il-Madre Direttriċi tan-Novizzi
(Swor Margaret)(nota11) u
ngħidilha titlob lill-konfessur
tagħha, Dun Rospond(nota12),
joffri Quddiesa waħda għaliha u
tliet ġakulatorji. Għall-ewwel
jien għidt iva għal din il-ħaġa,
imma l-għada ddeċidejt li ma
mmurx għand il-Madre Direttriċi,
għaliex ma kontx ċerta jekk dan
kienx ġara f’ħolma jew
fir-realta’. U għalhekk jiena
ma mortx.
Il-lejl ta’ wara reġgħet
irrepetiet ruħha l-istess ħaġa
b’mod iktar ċar, jiena ma kellix
dubju iżjed.
Madankollu, xorta waħda filgħodu
jiena ddeċidejt li ma kontx ser
ngħid lid-Dirrettriċi b’din
il-ħaġa jekk ma kontx ser naraha
(lil Swor Henry) matul
il-ġurnata. Dlonk iltaqajt
magħha fil-kuritur. Hija
ċanfritni għax ma kontx mort
mill-ewwel, u ruħi ma setgħetx
issib mistrieħ bl-ebda mod.
Jiena għalhekk mill-ewwel mort
għand il-Madre Direttriċi u
għidtilha kulma kien ġrali.
Il-Madre weġbitni li kienet
sejra tieħu ħsieb din il-ħaġa.
Dlonk il-paċi saltnet f’ruħi, u
fit-tielet jum din is-soru ġiet
għandi u qaltli: “Alla
jpattilek.”
22.
Fil-jum li fih jiena ħadt
il-libsa (ta’ Soru)(nota13),
Alla ppermettieli nifhem kemm
kelli nbati. Rajt b’mod ċar
għalxiex kont dħalt. Għal waqt
wieħed kelli esperjenza ta’ dik
it-tbatija. Imma mbagħad Alla
reġa’ mlieli ruħi
b’konsolazzjonijiet kbar.
23.
Għall-aħħar ta’ l-ewwel sena
tan-novizzjat tiegħi, id-dlam
beda jifrex id-dell tiegħu fuq
ruħi. Ma ħassejt l-ebda
konsolazzjoni fit-talb; kelli
nagħmel sforz kbir
fil-meditazzjoni; beda jaħkimni
l-biża’.
Bdejt nidħol iktar fil-fond
ġewwa fija stess; u ma stajt
nsib xejn ħlief miżerja
kbira. Stajt nara wkoll b’mod
ċar il-qdusija kbira ta’ Alla.
Ma kellix ħila nerfa’ għajnejja
lejh, imma għamilt lili nnifsi
bħal trab taħt saqajh u bdejt
nittallab għall-ħniena. Ruħi
baqgħet f’dan l-istat għal kważi
sitt xhur. Il-Madre Direttriċi
maħbuba tagħna (Mary Joseph)(nota14)
għamlitli l-kuraġġ f’dawn
il-mumenti diffiċli. Imma din
it-tbatija baqgħet dejjem tiżdied
bil-qawwa tagħha.
Kienet riesqa t-tieni sena
tan-novizzjat. Kull meta bdejt
niftakar li kelli nieħu l-voti,
ruħi kienet tirtogħod bil-biża’.
Ma bdejtx nifhem x’kont qiegħda
naqra; ma stajtx nimmedita’;
deherli li t-talb tiegħi ma
kienx qiegħed jogħġob lil Alla.
Deherli li, meta kont nersaq
lejn is-Sagramenti Mqaddsa, kont
inkun qiegħda noffendi lil Alla
iżjed
u iżjed.
Imma minkejja dan, il-konfessur
tiegħi (Dun Theodore)(nota15)
ma ppermettilix nitlef lanqas
tqarbina waħda. Alla kien
qiegħed jaħdem b’mod stramb
ħafna ġewwa ruħi. Ma stajt
nifhem xejn minn dak li kien
qiegħed jgħidli l-konfessur
tiegħi. Il-veritajiet sempliċi
tal-fidi saru għalija affarijiet
li jiena ma stajtx nifhimhom.
Ruħi kienet imdejjqa, u ma stajt
insib faraġ imkien.
Kien hemm waqt meta kelli
impressjoni qawwija ħafna li
Alla kien warrab wiċċu minni.
Dan il-ħsieb terribli nifed lil
ruħi minn barra sa ġewwa; f’nofs
din it-tbatija ruħi bdiet tħoss
l-esperjenza tal-agunija
tal-mewt. Ridt immut imma ma
stajtx. Ġieni l-ħsieb: x’jiswa
li wieħed jipprova jkollu
l-virtujiet; għalfejn għandu
wieħed jimmortifika lilu nnifsu
jekk dan kollu ma jogħġobx lil
Alla? Meta għarraft b’dan
lid-Direttriċi tan-Novizzi,
rċevejt din it-tweġiba, “Kun af,
għażiża
oħti, li Alla għażlek
għall-qdusija kbira. Dan huwa
sinjal li Alla jridek tkun qrib
Tiegħu ħafna fil-Ġenna. Għandu
jkollok fiduċja kbira fil-Mulej
Ġesu’.”
Dan il-ħsieb terribli li Alla ma
jridx jaf iżjed
bik hu fil-fatt, it-tortura li
l-erwieħ ikkundannati
għall-infern isofru. Jiena mort
niġri għand il-Pjagi ta’ Ġesu’ u
rrepetejt il-kliem ta’ fiduċja,
imma dan il-kliem sar għalija
tortura iżjed
kbira. Mort quddiem is-Sagrament
Imqaddes, u bdjet nitkellem ma’
Ġesu’: “Ġesu’, Inti għidt li hi
iktar possibbli li omm tinsa
lit-tarbija tagħha milli Alla
jinsa l-kreatura Tiegħu, u li
anke jekk hija tinsa lit-tarbija
tagħha, Jiena, Alla, qatt ma
sejjer ninsa lill-kreatura
tiegħi. O Ġesu’, qiegħed tisma’
kif qiegħda tokrob ruħi? Indenja
ruħek tisma’ l-krib mimli wġigħ
ta’ bintek. Jiena nafda fik. O
Alla, għaliex is-smewwiet u
l-art jgħaddu, imma kelmtek
tibqa’ għal dejjem.” Pero’ xorta
waħda ma sibt lanqas mument
wieħed serħan.
24.
Darba, malli qomt, fil-waqt li
kont qegħidt lili nnifsi fil-preżenza
ta’ Alla, f’daqqa waħda ħakmitni
għal kollox id-disperazzjoni.
Dalma perfetta fir-ruħ.
Iġġilidtilha mill-aħjar li stajt
sa nofs in-nhar. Wara nofs
inhar, beżgħat
li verament iwasslu għall-mewt
bdew jagħmlu għalija; is-saħħa
fiżika
tiegħi bdiet tħallini. Mort
niġri fiċ-ċella tiegħi, intfajt
għarkobbtejja quddiem
il-Kurċifiss u bdejt nibki u
ngħajjat għall-ħniena. Imma
Ġesu’ ma semax l-għajjat tiegħi.
Ħassejt is-saħħa fiżika
tiegħi tħallini kompletament.
Waqajt fl-art, filwaqt li
d-disperazzjoni mliet kull rokna
ta’ ruħi. Sofrejt torturi
terribli li bl-ebda mod ma kienu
differenti mit-torturi
tal-infern. Bqajt f’dan l-istat
għal tliet kwarti. Ridt immur
nara lid-Direttriċi, imma kont
qiegħda nħossni bla ebda saħħa.
Ridt ngħajjat imma ma kellix
vuċi. B’xorti tajba, waħda
mis-sorijiet (novizza oħra, Swor
Plaċida Putyra) daħlet fiċ-ċella
tiegħi.. Meta sabitni f’dik
il-kundizzjoni hekk stramba
dlonk għarrfet lid-Direttriċi
b’dan. Il-Madre ġiet mill-ewwel.
Malli daħlet fiċ-ċella hija
qalet: “F’isem l-ubbidjenza
qaddisa, (nota16) qum
mill-art.” F’daqqa waħda qawwa
barranija refgħatni mill-art u
qomt bil-wieqfa, qrib l-għażiża
Madre Direttriċi. Bi kliem mimli
tjubija, hija bdiet tispjegali
li din kienet prova li Alla
bagħtli u qaltli: “Għandu
jkollok fiduċja kbira; Alla
dejjem hu Missierna, ukoll meta
jibgħatilna l-provi.”
Erġajt lura għad-dmirijiet
tiegħi qisni waħda li kont ħriġt
mill-qabar, bis-sensi tiegħi
mimlijin esperjenza li r-ruħ
tiegħi kienet għaddiet minnha.
Matul is-servizz ta’ filgħaxija,
ruħi reġgħet bdiet tagunizza
f’dalma terribli. Jiena
ħassejtni li kont taħt il-ħakma
ta’ Alla l-Ġust – l-oġġett
tal-korla Tiegħu. Waqt dawn
il-mumenti terribli jiena għidt
lil Alla: “Ġesu’, Int li
fl-Evanġelu xebbaħt lilek
innifsek ma’ omm l-izjed ħelwa
(nota17), jiena nafda
fil-kliem Tiegħek għaliex inti
l-verita’ u l-ħajja. Minkejja
kollox, Ġesu’, jiena nafda fik
meta jkolli nissara ma’ kull
sentiment ġewwa fija li jeħodha
kontra t-tama. Agħmel bija dak
li trid; jiena qatt ma ser
inħallik, għax inti l-għajn
tal-ħajja tiegħi.” Huwa biss xi
ħadd li għex mumenti bħal dawn
li jista’ jifhem kemm hu
terribli dan it-turment fir-ruħ.
25.
Billejl, ġiet iżżurni
l-Omm ta’ Alla, bil-Bambin Ġesu’
f’dirgħajha. Ruħi mtliet
bil-ferħ, u jiena għidt,
“Marija, Ommi Inti taf b’liema
mod terribli jiena qiegħda
nbati?” U l-Omm ta’ Alla
weġbitni: “Jiena naf kemm
qiegħda tbati, imma tibżax.
Jiena qiegħda naqsam miegħek
fit-tbatija tiegħek, u dan
nibqa’ nagħmlu.”
Hija tatni tbissima ta’ mħabba u
għebet minn quddiemi. F’daqqa
waħda saħħa u kuraġġ kbir reġgħu
nibtu mill-ġdid ġewwa ruħi; imma
dan kompla jseħħ għal ġurnata
waħda biss. Donnu l-infern kien
qiegħed jikkonfoffa kontrija.
Mibgħeda terribbli bdiet tfeġġ
ġewwa ruħi, mibgħeda għal dak
kollu li hu qaddis u divin.
Bdejt inqis li dawn it-turmenti
spiritwali kellhom ikunu xortija
għall-bqija ta’ ħajti. Dort lejn
is-Sagrament Imqaddes u għidt
lil Ġesu’: “Ġesu’, Għarus
tiegħi, m’intix qiegħed tara li
ruħi qiegħda tmut minħabba
ix-xewqa li għandha għalik? Kif
tista’ tinħeba minn qalb li
tħobbok b’mod hekk sinċier?
Aħfirli, Ġesu’,tkun magħmula
r-rieda qaddisa Tiegħek fija.
Jien ser inbati fis-skiet bħal
ħamiema, mingħajr tgergir. Ma
jiena sejra nippermetti lil
qalbi lanqas għajta waħda ta’
tgergir u ta’ dwejjaq.”
26.
Spiċċa n-novizzjat. It-tbatija
ma naqsitx. Nuqqas ta’ saħħa
fiżika tani d-dispensa
mill-eżerċizzi spiritwali kollha
(tal-komunita’); jiġifieri, ħa
posthom talb ta’ ġakulatorji
qosra. Fil-jum tal-Ġimgħa
l-Kbira (16 ta’ April 1928) –
Ġesu’ qabad il-qalb tiegħi u
poġġieha ġewwa l-istess fjamma
ta’ mħabbtu. Dan ġara waqt
l-adorazzjoni ta’ filgħaxija.
F’daqqa waħda, il-Preżenza
Divina mlietni, u jiena nsejt
kollox. Ġesu’ tani x’nifhem kemm
kien bata Hu għalija. Din
il-ħaġa seħħet għall-żmien qasir
ħafna. Xenqa kbira u qawwija -
xenqa li nħobb lil Alla.
27.
L-ewwel voti. (L-ewwel
professjoni ta’ voti temporanji,
30 ta’ April, 1928). Xewqa
mħeġġa li nisvojta lili nnifsi
għal Alla permezz ta’ mħabba
attiva imma mħabba li ħadd ma
jinduna biha, ukoll dawk
is-sorijiet l-iktar qrib tiegħi.
Imma wkoll wara l-voti, id-dalma
kompliet issaltan f’ruħi għal
kważi sitt xhur. Darba, waqt li
kont qiegħda nitlob, ruħi mtliet
b’Ġesu’, id-dalma nħallet u
għebet, u ġewwa fija smajt dan
il-kliem: Int l-ferħ Tiegħi;
Inti l-hena ta’ Qalbi. Minn
dak il-waqt, ħassejt
is-Santissima Trinita’ ġewwa
l-qalb tiegħi; jiġifieri, ġewwa
fija stess. Ħassejtni mgħarrqa
fid-dawl Divin. Minn dak
iż-żmien, ruħi baqgħet f’għaqda
intimita’ ma’ Alla, bħal tifla
mal-Missier maħbub tagħha.
28.
Darba Ġesu’ qalli, Mur għand
il-Madre Superjura
(probabilment Madre Raphael)(nota18)
u itlobha tħallik tilbes
ċilizju għal sebat ijiem, u
darba kull lejl inti għandek
tqum u tiġi fil-kappella.
Jiena għidt iva, imma sibt ċerta
diffikulta’ biex immur għand
is-Superjura. Filgħaxija Ġesu’
staqsieni, Kemm ser iddum
tħalliha għal darb’oħra?
Iddeċidejt li ngħid lill-Madre
Superjura l-ewwel darba stess li
naraha.
L-għada filgħodu qabel nofs
inhar rajt lill-Madre Superjura
sejra r-refettorju u, peress li
l-kċina, ir-refettorju u l-kamra
żgħira ta’ Swor Aloysia jinsabu
lkoll qrib ta’ xulxin, jiena
tlabt lill-Madre Superjura biex
tidħol fil-kamra ta’ Swor
Aloysia u għidtilha bix-xewqa
tal-Mulej Ġesu’. Meta saret taf
b’dan, il-Madre wieġbet: “Ma
nagħtikx ebda permess tilbes
l-ebda ċilizju. Assolutament le!
Li kieku l-Mulej Ġesu’ kellu
jagħtik is-saħħa ta’ koloss,
imbagħad nippermettilek dawk
il-mortifikazzjonijiet.”
Jien tlabt skuża lill-Madre
talli ħadtilha l-ħin tagħha u
tlaqt ‘l barra mill-kamra. F’dak
il-waqt rajt lil Ġesu’ wieqaf
fil-bieb tal-kċina, u għidtlu,
“Inti ordnajtli nitlob għal dawn
il-mortifikazzjonijiet, imma
l-Madre Superjura ma tridx
tagħtini l-permess.” Ġesu’
qalli, Jiena kont hawn waqt
il-konverżazzjoni tiegħek
mas-Superjura u naf kollox.
Jiena minix qiegħed nitlob
mortifikazzjoni mingħandek imma
ubbidjenza. Permezz
tal-ubbidjenza, inti Lili
tagħtini glorja kbira u
takkwista mertu għalik.
29.
Waħda Madre (probabilment Madre
Jane), meta saret taf
bir-relazzjoni intima’ tiegħi
mal-Mulej Ġesu’, qaltli li żgur
kont qiegħda nqarraq bija
nnifsi. Hija qaltli li l-Mulej
Ġesu’ jissieħeb b’dan il-mod
mal-qaddisin biss u mhux ma’
erwieħ midinbin “bħalek, oħti!”
Wara li qaltli hekk, qisni ma
bdejtx nafdah lil Ġesu. F’waħda
mill-konverżazzjonijiet tiegħi
Miegħu, filgħodu, jiena għidtlu,
“Ġesu’, Inti xi illużjoni?”
Ġesu’ weġibni, Imħabbti ma
tidħak b’ħadd.
30.
Darba kont qiegħda naħseb fuq
it-Trinita’ Qaddisa, fuq
l-essenza ta’ Alla. Ridt inkun
naf għal kollox u ngħarbel u
nifhem min hu Alla ...F’waqt
wieħed l-ispirtu tiegħi nqabad
f’dik li dehret li kienet
d-dinja l-oħra. Rajt dawl li
ħadd ma jista’ jilħqu, u f’dan
id-dawl dawk li dehru li huma
tliet għejun ta’ dawl li jiena
ma stajtx nifhimhom. U minn dak
id-dawl ħareġ kliem f’forma ta’
beraaq li dawwar is-sema u
l-art. Għax ma fhimt xejn,
ħassejtni qalbi sewda ħafna.
F’daqqa waħda, minn dan il-baħar
ta’ dawl li ħadd ma jista’
jilħqu ġie s-Slavatur l-iżjed
maħbub tagħna, sabiħ bil-Pjagi
mdawwlin Tiegħu, sbuħija li ma
tistax titfisser bil-kliem. U
minn dan id-dawl ħarġet vuċi li
qalet, Min hu Alla fl-Essenza
Tiegħu, ħadd ma jista’ jgħarbel
jew jifhem, la l-moħħ tal-Anġli
u lanqas tal-bnedmin. Ġesu’
qalli, Kun af lil Alla
permezz tal-kontemplazzjoni
tal-attributi Tiegħu. Mument
wieħed wara, Huwa għamel
is-sinjal tas-Salib b’idu u
għeb.
31.
+ Darba rajt folla kbira ta’
nies fil-kappella tagħna,
quddiem il-kappella u fit-triq,
għax ma kienx hemm post għalihom
ġewwa(nota19).
Il-kappella kienet imżejna
għall-festa. Kien hemm ħafna
saċerdoti ħdejn l-altar, u
mbagħad is-sorijiet tagħna u
oħrajn minn ħafna
kongregazzjonijiet oħra. Kollha
kienu qedgħin jistennew
il-persuna li kellha tieħu
postha fuq l-altar. F’daqqa
waħda smajt vuċi tgħid li jiena
kelli nieħu posti fuq l-altar.
Imma malli tlaqt mill-kuritur
sabiex naqsam il-bitħa u nidħol
fil-kappella billi nimxi wara
l-vuċi li kienet qiegħda
ssejjaħli, in-nies kollha bdew
iwaddbuli kulma ġie f’idejhom:
tajn, ġebel, ramel, xkupi, hekk
li għall-ewwel ħsibtha darbtejn
qabel ma komplejt nimxi ‘l
quddiem. Imma l-vuċi baqgħet
issejjaħli b’iktar ħeġġa.
Għalhekk bqajt nimxi bil-kuraġġ
kollu.
X’ħin dħalt fil-kappella,
is-superjuri, is-sorijiet,
l-istudenti(nota 20), u
wkoll il-ġenituri tiegħi bdew
jissutawni b’kull ma ġie
f’idejhom, u allura, ridt u ma
ridtx, malajr ħadt posti fuq
l-altar. Malli wasalt hemm,
l-istess nies, l-istudenti,
is-sorijiet, is-superjuri u
l-ġenituri tiegħi kollha bdew
jiftħu dirgħajhom quddiemi
jitolbuni l-grazzji; u jiena ma
kelli xejn kontrihom f’qalbi
għax kienu waddbuli kulma ġie
f’idejhom, u bqajt mistagħġba
kif ħassejt imħabba speċjali
ħafna għal dawk l-istess persuni
li kienu ġegħluni mmur iktar
malajr fil-post magħżul
għalija. Fl-istess waqt ruħi
mtliet b’ferħ kbir li ma
jitfissirx bil-kliem, u smajt
dawn il-kliem, Agħmel kulma
jogħġbok, qassam grazzji kif
trid, lil min trid u meta trid.
Imbagħad, f’daqqa waħda,
il-viżjoni
għebet.
32.
Darb’oħra jien smajt dan
il-kliem, Mur għand
is-Superjura u itlobha tħallik
tagħmel siegħa adorazzjoni
kuljum għal disgħat ijiem. Waqt
din l-adorazzjoni ipprova
ngħaqad fit-talb ma’ Ommi. Itlob
b’qalbek kollha f’għaqda ma’
Marija, u ipprova wkoll matul
dan il-ħin agħmel it-Triq
tas-Salib. (Via Sagra).
Jiena qlajt il-permess, għalkemm
mhux għal siegħa sħiħa, imma
għall-ħin biss li jkun għad
baqagħli wara li nkun temmejt
id-dmirijiet tiegħi.
33.
Kelli nagħmel din in-novena
għall-intenzjoni ta’ Pajjiżi.
Fis-seba’ ġurnata tan-novena
rajt, bejn is-sema u l-art,
l-Omm ta’ Alla, liebsa libsa
tleqq. Hija kienet qiegħda
titlob b’idejha marbutin fuq
sidirha, b’għajnejha jħarsu
ċassi lejn is-Sema. Mill-Qalb
Tagħha kienu ħerġin raġġi
tan-nar, xi wħud minnhom
ippuntati lejn is-Sema fil-waqt
li l-oħrajn kienu qedgħin jiksu
lil pajjiżna.
34.
Meta għarraft lill-konfessur
tiegħi b’dawn l-affarijiet u
oħrajn(nota 21), huwa
wieġeb li dawn setgħu kienu
ġejjin verament minn Alla, imma
li huma setgħu kienu wkoll illużjoni.
Minħabba li dmirijieti kienu
jinbidlu ta’ sikwit, jiena ma
kellix konfessur fiss u,
minbarra dan, kont insib
diffikulta’ kbira meta kont
nitkellem fuq dawn l-affarijiet.
Jiena tlabt b’ħerqa lill-Mulej
biex jagħtini dik il-grazzja
kbira - jiġifieri, direttur
spiritwali. Imma t-talba tiegħi
ġiet mismugħa biss wara li
għamilt il-voti perpetwi, meta
jiena mort Vilnius. Is-saċerdot
kien Dun Sopocko.(nota 22)
Alla kien ippermettieli narah
f’viżjoni
interna wkoll qabel ma mort
Vilnius.(nota 23)
35.
Li kieku kelli direttur
spiritwali mill-ewwel, kieku
żgur
ma kontx naħli daqshekk
mill-grazzji ta’ Alla. Konfessur
jista’ jgħin ħafna lir-ruħ, imma
jista’ wkoll jagħmlilha ħafna
ħsara. O, kemm għandhom bżonn
joqgħodu atteni l-konfessuri
għall-ħidma tal-grazzja ta’ Alla
fl-erwieħ tal-penitenti tagħhom!
Din hija ħaġa ta’ importanza
kbira. Permezz tal-grazzji li
jiġu mogħtijin lir-ruħ, wieħed
jista’ jagħraf kemm tkun ta’
grad għoli l-intimita’ tagħha
ma’ Alla.
36.
Darba ġejt imsejħa quddiem
it-tribunal ta’ Alla. Kont
qiegħda waħdi quddiem il-Mulej.
Ġesu’ deher bħalma aħna nafuh
waqt il-Passjoni Tiegħu. Ftit
wara, għebu l-pjagi Tiegħu
minbarra ħamsa, dawk f’idejh,
f’riġlejh u f’ġenbu. F’daqqa
waħda jiena rajt il-kundizzjoni
ta’ ruħi, kollha kemm hi, kif
jaraha Alla. Stajt nara b’mod
ċar dak kollu li ma jogħġobx lil
Alla. Stajt nara b’mod ċar dak
kollu li ma jogħġobx lil Alla.
Ma kontx naf li saħansitra
l-iżgħar nuqqasijiet irridu
nagħtu rendikont tagħkom. X’waqt
kien dan! Min jista’
jiddeskrivih? Li ssib ruħek
quddiem Alla, għal tliet darbiet
Qaddis!
Ġesu’ staqsieni, Min int?
Jiena weġibt, “Jiena l-qaddejja
tiegħek, Mulej.” Inti tinsab
ħatja ta’ ġurnata nar
fil-purgatorju. Ridt
nintefa’ mill-ewwel fil-fjammi
tal-purgatorju imma Ġesu’
waqqafni u qalli:
X’tippreferixxi, tbati issa għal
ġurnata fil-purgatorju jew għal
ftit fid-dinja? Jiena
weġibt, “Ġesu’, jiena rrid
inabti fil-purgatorju, u rrid
inbati wkoll l-ikbar uġigħ
fid-dinja, wkoll jekk dan kellu
jkun sal-aħħar tad-dinja.” Ġesu’
qalli, Biżżejjed waħda
(minnhom); inti ser terġa’
tmur fid-dinja, u hemm inti għad
tbati ħafna imma mhux għal żmien
twil; inti tagħmel ir-rieda
Tiegħi u dak li jiena nixtieq, u
qaddej fidil Tiegħi ser jgħinnek
sabiex inti tagħmel dan. Issa
serraħ rasek fuq sidri, fuq
il-Qalb Tiegħi, u iġbed minnha
saħħa u forza għal dawn
it-tbatijiet għax imkien iżjed
ma inti ser issib serħan jew
għajnuna jew faraġ. Kun af li
ser ikollok issofri ħafna,
ħafna, imma dan m’għandux
ibeżżgħek, Jiena qiegħed
miegħek.
37.
Ftit wara jiena mradt.(nota24)
Nuqqas ta’ saħħa fiżika għalija
kienet skola fejn tgħallimt
il-paċenzja. Ġesu’ biss jaf kemm
sforzi kelli nagħmel fuq
ir-rieda tiegħi biex inwettaq
dmirijiet.(nota25)
38.
Sabiex isaffi r-ruħ, Ġesu’ juża
strument jew ieħor li jogħġbu.
F’ruħi kelli ngħaddi minn
abbandun sħiħ min-naħa ta’
ħlejjaq oħra; ħafna drabi
s-sorijiet(nota26) kienu
jifhmu ħażin l-aħjar
intenzjonijiet tiegħi, sura ta’
tbatija li hi mill-iktar ħarxa;
imma Alla jippermettiha, u aħna
rridu nilqgħuha għax hekk insiru
nixbhu lil Ġesu’. Kien hemm ħaġa
waħda li ma stajtx nifhem għal
żmien twil: Ġesu’ kkmandani
ngħid kollox lis-Superjuri
tiegħi, imma s-Superjuri tiegħi
ma emmnux li għidtilhom u kienu
jitħassruni bħallikieku kont
taħt xi delużjoni jew kont
qiegħda nimmaġina l-affarijiet.
Minħabba f’hekk, peress li
emmint li kont vittma ta’
delużjoni, iddeċidejt li lil
Alla naħrab niltaqa’ miegħu
ġewwa fija għaliex bdejt nibża’
minn dawn l-illużjonijiet. Imma
l-grazzja ta’ Alla kienet
qiegħda tiġri warajja ma’ kull
pass li kont nagħmel, u Alla
kellimni meta l-inqas kont
qiegħda nistennieh.
39.
+ Darba Ġesu’ qalli li kien se
jġib kastig fuq l-isbaħ belt
f’pajjiżna (probabilment
Varsavja). Dan il-kastig kellu
jkun dak li bih Alla kien
ikkastiga lil Sodoma u Gomorra.(nota
27) Jiena stajt nara l-korla
kbira ta’ Alla u tkexkixa nifdet
lil qalbi. Tlabt fis-skiet. Wara
ftit, Ġesu’ qalli: Binti,
ingħaqad Miegħi mill-qrib waqt
is-Sagrifiċċju u offri d-Demm u
l-Pjagi Tiegħi lil Missieri
bħala tpattija għad-dnubiet ta’
dik il-belt. Kompli tenni dan
mingħajr ma tieqaf matul
il-Quddiesa kollha. Agħmel dan
għal sebat ijiem. Fis-seba’
jum rajt lil Ġesu’ fi sħaba
tiddi u bdejt nitolbu sabiex
iħares lejn il-belt u pajjiżna
kollu. Ġesu’ ħares (‘l isfel)
bil-ħniena. Meta rajt it-tjubija
ta’ Ġesu’, bdejt nitolbu l-barka
Tiegħu. Dlonk Ġesu’ qalli,
Minħabba fik Jiena nbierek
il-pajjiż kollu. U Hu għamel
sinjal kbir tas-salib fuq
pajjiżna. Meta rajt din
it-tjubija ta’ Alla, ferħ kbir
mela r-ruħ tiegħi.
40.
+ Is-sena 1929. Darba waqt
il-Quddiesa, ħassejt b’mod
speċjali ħafna li Alla kien qrib
tiegħi, għalkemm ippruvajt
indawwar wiċċi u naħrab Minnu.
F’diversi okkażjonijiet jiena
ħrabt minn Alla għaliex ma ridtx
inkun vittma ta’ l-ispirtu
ħażin, billi xi wħud qaluli,
iktar minn darba, li dan kien
il-każ. U din l-inċertezza damet
għal żmien mhux ħażin. Waqt
il-Quddiesa, qabel it-Tqarbin,
kellna t-tiġdid tal-voti. Meta
konna qomna mill-ġinokkjaturi u
bdejna nirreċitaw il-formola
biex nagħmlu l-voti, Ġesu’ deher
f’daqqa maġenbi liebes libsa
bajda b’ċinglu tad-deheb madwar
qaddu u qalli, Jiena nagħtik
imħabba eterna sabiex is-safa
tiegħek qatt ma tittebba’ u
bħala sinjal inti qatt ma tkun
suġġetta għal tentazzjonijiet
kontra s-safa. Ġesu’ ħall
iċ-ċinglu tiegħu tad-deheb u
rabtu madwar qaddi.
Minn dak iż-żmien ‘il hawn jiena
qatt ma kelli l-ebda esperjenza
ta’ attakki kontra din
il-virtu’, kemm f’qalbi kif
ukoll f’moħħi. Wara jiena fhimt
li din kienet waħda mill-ikbar
grazzji li l-Verġni Marija
l-iktar Imbierka kienet
akkwistat għalija, minħabba li
kont ili għal ħafna snin
nitlobha din il-grazzja. Minn
dak iż-żmien ‘il hawn bdejt
inħoss devozzjoni dejjem akbar
lejn l-Omm ta’ Alla. Hija
għallmitni kif għandi nħobb lil
Alla ġewwa fija u wkoll kif
għandi nagħmel ir-rieda mqaddsa
Tiegħu f’kollox. O Marija, Int
ferħ, għaliex permezz Tiegħek
Alla niżel f’din id-dinja ġewwa
qalbi.
41.
Darba rajt qaddej ta’ Alla
f’periklu mminenti li jagħmel
dnub mejjet. Jiena bdejt nitlob
lil Alla sabiex jogħġbu jibgħat
fuqi t-turmenti kolha ta’
l-infern u t-tbatijiet kollha
kollha li jixtieq jibgħatli
sakemm dan is-saċerdot jinħeles
u jiġi maħtuf mill-okkażjoni li
jagħmel dnub. Ġesu’ sema’
t-talba tiegħi u f’dak l-istess
waqt, ħassejt kuruna tax-xewk
fuq rasi. Ix-xewk nifed lil rasi
b’saħħa kbira u baqa’ nieżel
dritt għal ġo moħħi. Dan dam
sejjer għal tliet siegħat;
il-qaddej ta’ Alla ġie meħlus
minn dan id-dnub, u ruħu ġiet
imsaħħa bi grazzja speċjali ta’
Alla.
42.
Darba, fil-jum tal-Milied
(1928), jiena ħassejt madwari
l-preżenza ta’ Alla li jista’
kollox. U għal darb’oħra ħrabt
minn din il-laqgħa interna
mal-Mulej. Tlabt lill-Madre
Superjura għall-permess li mmur
Jozefinek(nota28) biex
inżur lis-sorijiet hemmhekk.
Is-Superjura tatna l-permess, u
aħna bdejna nlestu sabiex
immorru preċiż wara l-pranzu.
Is-sorijiet l-oħra kienu diġa’
qedgħin jistennewni fil-bieb
tal-kunvent waqt li jiena mort
niġri fiċ-ċella tiegħi biex
inġib il-mantell. Waqt li kont
ġejja lura, minħabba li kont
għaddejja minn ħdejn il-kappella
ż-żgħira, rajt lil Ġesu’
bilwieqfa fil-bieb. Huwa qalli,
Kompli miexja imma Jiena se
nieħu lil qalbek. F’daqqa
waħda ħassejt li ma kellix qalbi
f’sidri. Imma s-sorijiet kienu
qedgħin iċanfruni għax kont
qiegħda nitnikker u bdew jgħidu
li kien diġa’ sar il-ħin.
Għalhekk għaġġilt u mort
magħhom. Imma ħassejtni mdejqa u
skomda, u xenqa stramba mliet
lil ruħi, għalkemm ħadd ma kien
jaf x’kien qed jiġri ħlief Alla.
Wara li konna ilna xi ftit
minuti biss f’Jozefinek, jiena
għidt lis-sorijiet, “Ejja mmorru
lura d-dar.” Is-sorijiet xtaqu
għallinqas ftit waqtiet ta’
mistrieħ, imma l-Ispirtu tiegħi
ma seta’ jsib l-ebda paċi. Jiena
fehemthom li kellna mmorru lura
qabel jidlam; u minħabba li
kellna distanza mhux ħażin
x’nagħmlu, qbadna t-triq lura
minnufih. Meta l-Madre Superjura
ltaqgħet magħna fl-intrata
staqsietni, “Mela għadhom ma
marrux is-sorijiet, jew diġa’
ġejtu lura?” Jiena għidtilha li
diġa’ konna ġejna lura għax
jiena ma ridtx niġi lura
filgħaxija. Naħħejt il-mantell
minn fuqi u mort mill-ewwel
fil-kappella ż-żgħira. Malli
dħalt Ġesu’ qalli, Mur għand
il-Madre Superjura u għidilha li
ġejtu lura, mhux għax ridtu
taslu d-dar qabel ma jidlam,
imma għax Jiena kont ħadtlek
qalbek. Għalkemm din il-ħaġa
kienet diffiċli għalija, jien
mort għand is-Superjura u
għidtilha bis-sinċerita’ kollha
r-raġuni vera għaliex jiena kont
ġejt lura daqshekk kmieni, u
tlabt maħfra lill-Mulej għal dak
kollu li ma kienx għoġbu. U
mbagħad Ġesu’ mlieni b’ferħ
kbir. Jiena fhimt li, ‘l bogħod
minn Alla, m’hemm kuntentizza
mkien.
43.
Darba rajt żewġ sorijiet li
kienu ser imorru l-infern.
Agunija terribli ċarrtitli ruħi;
bdejt nitlob lil Alla għalihom,
u Ġesu’ qalli, Mur għand
il-Madre Superjura u għidilha li
dawk iż-żewġ sorijiet huma
fil-periklu li jagħmlu dnub
mejjet. L-għada għarraft
b’dan lis-Superjura. Waħda
minnhom kien diġa’ jiddispjaċiha
ħafna u l-oħra kienet għaddeja
minn taqbida kbira.
44.
Darba Ġesu’ qalli, Jiena ser
inħalli din id-dar... għax
hawnhekk hawn affarijiet li ma
jogħġbunix. U l-Ostja ħarġet
mit-tabernaklu u ġiet tistrieħ
f’idejja u jiena, mimlija ferħ,
poġġejtha lura fit-tabernaklu.
Din il-ħaġa rrepetiet ruħha
t-tieni darba, u jien għamilt
l-istess. Minkejja dan, reġa’
ġara l-istess it-tielet darba,
imma l-Ostja nbidlet fil-Mulej
Ġesu’ ħaj u qalli, Minix ser
nibqa’ iżjed hawn! Malli
qalli hekk, imħabba qawwija għal
Ġesu’ mlietli ruħi. Jiena
weġibt, “U jiena, jiena minix
ser inħallik titlaq minn din
id-dar, Ġesu’! U għal darb’oħra
Ġesu’ reġa’ għeb filwaqt li
l-Ostja baqgħet f’idejja. Għal
darb’oħra jiena rġajt poġġejtha
fil-pissidi u għalaqtha
fit-tabernaklu. U Ġesu’ baqa’
magħna. Jiena wegħedt li nagħmel
tliet ijiem ta’ adorazzjoni
bħala tpattija.
45.
Darba Ġesu’ qalli, Għid
lill-Madre Ġenerali
(Michael) li f’din id-dar...
qiegħda ssir it-tali ħaġa... li
ma togħġobnix u toffendini
ħafna. Jiena din il-ħaġa
m’għidtilhiex mill-ewwel
lill-Madre, imma l-inkwiet li
l-Mulej ġegħelni nħoss ma
ppermetilix nistenna lanqas
minuta oħra, u jiena ktibt
minnufih lill-Madre Ġenerali u
reġgħet ġiet l-paċi f’ruħi.
46.
Spiss kont inħoss il-Passjoni
tal-Mulej Ġesu’ f’ġismi,
għalkemm (l-oħrajn) ma kinux
jindunaw b’dan, u jiena fraħt
b’dan għax Ġesu’ hekk ried. Imma
dan dam biss għal żmien qasir.
Dawn it-tbatijiet kienu jħeġġu
lil ruħi bin-nar tal-imħabba
għal Alla u għall-erwieħ
immortali. L-imħabba tissaporti
kollox, l-imħabba hija aktar
b’saħħitha mill-mewt, l-imħabba
ma tibża’ minn xejn...
22 ta’ Frar 1931
47.
Filgħaxija xħin kont fiċ-ċella
tiegħi, rajt lill-Mulej Ġesu’
liebes libsa bajda. Id waħda
kienet merfugħa f’ġest ta’
barka, l-oħra kienet qiegħda
tmiss il-libsa fuq sidru. Minn
taħt il-libsa Tiegħu li kienet
kemmxejn miftuħa fuq is-sider,
kienu ħerġin żewġ raġġi kbar,
wieħed aħmar, l-ieħor bajdani.
Jiena żammejt ħarsti fissa fuq
il-Mulej fis-skiet; ruħi kienet
mimlija b’sens ta’ qima u ta’
stagħġib, imma wkoll b’ferħ
kbir. Wara ftit, Ġesu’ qalli,
Pitter xbieha skont dak li inti
qiegħda tara, bil-kliem: Ġesu’,
jiena nafda Fik. Jiena nixtieq
li din ix-xbieha tkun meqjuma,
l-ewwel fil-kappella tagħkom, u
(imbagħad) fid-dinja kollha.
48.
Jiena nwiegħed li r-ruħ li
tqim din ix-xbieha ma tintilifx.
Jiena nwiegħed ukoll li hi
tirbaħ fuq l-għedewwa
(tagħha) diġa’ hawnhekk f’din
id-dinja, l-aktar fis-siegħa
tal-mewt. Jiena stess
niddefendiha bħala l-glorja
Tiegħi stess.
49.
Meta għidt lill-konfessur(nota29)
tiegħi b’din il-ħaġa, rċevejt
din it-tweġiba: “Dan qiegħed
jirreferi għal ruħek.” Huwa
qalli, “Ċertament, pitter
ix-xbieha ta’ Alla ġewwa ruħek.”
Meta ħriġt mill-konfessinarju,
jiena rġajt smajt kliem bħal
dan: Ix-xbieha Tiegħi diġa’
qiegħda ġewwa ruħek. Jiena
nixtieq li jkun hemm Festa
tal-Ħniena. Jiena rrid li din
ix-xbieha, li inti tpitter
b’pinzell, tiġi mbierka b’mod
solenni fl-Ewwel Ħadd fuq l-Għid
(dan il-Ħadd issa qed
jissejjaħ it-Tieni Ħadd ta’
l-Għid); dak il-Ħadd għandu
jkun il-Fetsa tal-Ħniena.
50.
+ Jiena nixtieq li
s-saċerdoti jipproklamaw din
il-ħniena kbira Tiegħi
għall-erwieħ tal-midinbin.
Il-midneb m’għandux jibża’
jersaq Lejja. Il-fjammi
tal-ħniena qedgħin jaħarquni- u
qegħdin jgħajtu sabiex jiġu
mitfija; jiena rrid inxerridhom
fuq dawn l-erwieħ.
Ġesu’ lmenta miegħi b’dan
il-kliem, Meta l-erwieħ ma
jurux fiduċja fija Fija, Jiena
nħoss il-ġewwieni Tiegħi
jiċċarrat. Meta ruħ magħżula ma
turix fiduċja fija, dan
jikkawżali uġigħ ikbar; minkejja
li l-imħabba Tiegħi għalihom ma
tispiċċa qatt, huma ma
jafdawnix. Saħansitra l-mewt
Tiegħi mhix biżżejjed għalihom.
Ħażin għar-ruħ li tabbuża minn
dawn. (id-doni)
51.
Meta jiena tkellimt dwar dan
mal-Madre Superjura (Rose,(nota
30) u għidtilha) li Alla
kien talab dan mingħandi, hija
wieġbet li Ġesu’ għandu jagħti
xi sinjal sabiex aħna nkunu
nistgħu nagħrfuh b’mod iktar
ċar. Meta jien tlabt lill-Mulej
Ġesu’ għal sinjal bħala prova
“li Inti verament Alla u Mulej
tiegħi u li din it-talba ġejja
mingħandek”, jiena smajt din
il-vuċi ġewwa fija: Jiena
għad niċċara dan kollu
lis-Superjura bil-grazzji li
jiena nagħti permezz ta’ din
ix-xbieha.
52.
Meta ppruvajt naġrab minn dawn
l-ispirazzjonijiet interni, Alla
qalli li, fil-jum tal-ġudizzju
Huwa għad jitlob mingħandi nurmu
kbir ta’ erwieħ. Darba,
għajjiena mejta minħabba dawn
id-diffikultajiet diversi li
kien qiegħed ikolli minħabba dak
li kien qalli Ġesu’ u minħabba
dak li Hu kien talabni nagħmel
għall-pittura ta’ din ix-xbieha,
jien ddeċidejt li mmur għand
Patri Andrasz(nota31)
qabel ma nagħmel il-voti
perpetwi, u nitolbu jħollni
mill-obbligu ta’ dawn
l-ispirazzjonijiet interni u
mid-dmir li npitter din
ix-xbieha. Wara li sema’ l-qrara
tiegħi, Patri Andrasz tani din
it-tweġiba: “Jiena ma jien
sejjer inħollok minn xejn, Sor;
mhux sewwa li inti twarrab dawn
l-ispirazzjonijiet interni, imma
għandek assolutament – nerġa’
ngħid, assolutament - titkellem
dwarhom mal-konfessur tiegħek;
inkella, inti sejra titfixkel
minkejja l-grazzji kbar li inti
qiegħda tirċievi mingħand Alla.”
“Għalissa inti qiegħda tiġi
għandi sabiex tqerr, imma
ifhimni sewwa, Sor, inti jeħtieġ
li jkollok konfessur fiss;
jiġifieri, direttur spiritwali.”
53.
Din il-ħaġa nkwetatni mhux
ftit. Kont ħsibt li kien ser
jirnexxili neħles minn kollox, u
ġara preċiż il-kuntrarju – kmand
ċar u tond sabiex naqta’
x-xewqat ta’ Ġesu’. U issa,
turment ieħor, minħabba li ma
kelli l-ebda konfessur
permanenti. Ukoll kieku kelli
immur għand l-istess konfessur
għal ċertu perjodu ta’ żmien, ma
stajtx niftaħ qalbi miegħu dwar
dawn il-grazzji, u dan kien
jikkawżali wġigħ li ma jistax
jitfisser bil-kliem. Għalhekk
tlabt lil Ġesu’ biex jagħti dawn
il-grazzji lil xi ħadd ieħor,
għax jiena ma kontx naf kif
nagħmel użu minnhom u kont
qiegħda biss naħlihom. “Ġesu’,
ikollok ħniena minni, tafdalix
f’idejja affarijiet hekk kbar,
għax Inti qiegħed tara li jiena
daqsxejn trab u ma ninqala’
assolutament għalxejn.”
Imma t-tjubija ta’ Ġesu’ hija
bla tarf; huwa kien wegħedni
għajnuna li tidher hawn f’din
id-dinja, u xi ftit ta’ żmien
wara jiena rċevejtha f’Vilnius,
fil-persuna ta’ Dun Sopocko.
Jiena kont diġa’ sirt nafu qabel
ma mort Vilnius, permezz ta’
dehra interna. Darba rajtu
fil-kappella tagħna bejn l-altar
u l-konfessinarju u f’daqqa
waħda smajt vuċi ġewwa ruħi
tgħidli, Din hija l-għajnuna
li tidher għalik f’din id-dinja.
Huwa jgħinek tagħmel ir-rieda
Tiegħi fid-dinja.
54.
Darba, għajjiena b’dawn
l-inċertezzi kollha, jiena tlabt
lil Ġesu’, “Ġesu’, Inti Alla jew
fantażma? Għax, is-Superjuri
tiegħi qegħdin jgħidu li hawn
kull xorta ta’ illużjoni u
fantażmi. Jekk Inti l-Mulej
tiegħi, qiegħda nitolbok
tberikni.” Imbagħad Ġesu’ għamel
sinjal kbir tas-salib fuqi u
jiena wkoll raddejt is-salib.
Meta jiena tlabt maħfra lil
Ġesu’ għal din il-mistoqsija,
Huwa wieġeb li ma kont
ikkawżajtlu l-ebda dispjaċir
b’din il-mistoqsija u qalli li
l-fiduċja tiegħi kient għoġbitu
ħafna.
55.
1933.
Parir
Spirtwali mogħti lili
minn Patri Andrasz, SJ.
L-EWWEL: M’għandekx twarrab dawn
l-ispirazzjonijiet interni imma
għandek dejjem tgħid kollox
lill-konfessur tiegħek. Jekk
inti tinduna li dawn
l-ispirazzjonijiet interni
jirreferu għalik stess,
jiġifieri, li huma għall-ġid ta’
ruħek jew għall-ġid ta’ erwieħ
oħra, jiena nħeġġek sabiex inti
ssegwihom; u m’għandekx
twarrabhom, imma dejjem għandek
taġixxi b’dan il-mod
b’konsultazzjoni mal-konfessur
tiegħek.
IT-TIENI: Jekk dawn
l-ispirazzjonijiet ma jaqblux
mal-fidi jew mal-ispirtu
tal-Knisja, għandek mill-ewwel
twarrabhom għax ikunu ġejjin
mill-ispirtu ħażin.
IT-TIELET: Jekk dawn
l-ispirazzjonijiet ma jirreferux
għall-erwieħ, b’mod ġenerali, u
lanqas b’mod speċifiku,
għall-ġid tagħhom, m’għandekx
teħodhom b’serjeta’ żejda, u
jkun aħjar ukoll li twarrabhom.
Imma din id-deċiżjoni
m’għandekx teħodha waħdek, la
mod u lanqas ieħor, għax faċli
tiżbalja minkejja dawn il-favuri
kbar mingħand Alla. Umilta’,
umilta’ u umilta’ dejjem għax
waħedna ma nistgħu nagħmlu xejn;
kollox huwa sempliċiment grazzja
ta’ Alla.
Inti qiegħda tgħidli li Alla
jitlob fiduċja kbira mingħand
l-erwieħ; mela, kun inti l-ewwel
waħda li turi din l-fiduċja. U
kelma waħda oħra – aċċetta dan
kollu bis-serenita’.
Il-kliem ta’ wieħed
mill-konfessuri: “Sor, Alla
qiegħed iħejji ħafna grazzji
speċjali għalik, imma pprova
agħmel ħajtek ċara
bħall-kristall quddiem il-Mulej,
u tagħtix kas ta’ dak li
ħaddieħor jaħseb dwarek. Ħalli
lil Alla jkun biżżejjed għalik;
Huwa biss.” Għall-aħħar
tan-novizzjat tiegħi, konfessur
(forsi kien Dun Theodore) qalli:
“Għaddi ħajtek tagħmel il-ġid,
sabiex jiena nkun nista’ nikteb
fuq il-paġni tagħha: Hija
għaddiet ħajjitha tagħmel
il-ġid. Jalla Alla jwettaq dan
ġewwa fik.”
Darb’oħra konfessur qalli: “Ġib
ruħek quddiem Alla bħall-armla
tal-Evanġelju: għalkemm
il-munita’ li hija waddbet
fil-kaxxa ftit kienet tiswa,
quddiem Alla kienet tiswa ħafna
iktar mill-offerti kbar kollha
ta’ l-oħrajn.”
F’okkażjoni oħra t-twissija li
rċevejt kienet din: “Ġib ruħek
b’tali mod li dawk kollha li
jiġu f’kuntatt miegħek iħossuhom
ferħanin li jkunu ltaqgħu
miegħek. Iżra’ l-ferħ madwarek
għax int rċevejt ħafna mingħand
Alla; agħti, mela, lill-oħrajn
bil-ġenerożita’. Huma għandhom
jitilqu minn ħdejk bil-qalb
tagħhom mimlija ferħ, ukoll jekk
ikun rrnexxielhom biss imissu
l-keffa tal-libsa tiegħek. Żomm
sewwa f’moħħok il-kliem li
qiegħed ngħidlek bħalissa.”
Darb’oħra huwa tani din
ir-rakkomandazzjoni: “Ħalli lil
Alla jimbotta d-dagħajsa tiegħek
‘il barra fl-ilma fond, lejn
il-fond li ħadd ma jista’ jkejlu
tal-ħajja nterjuri.”
Hawn xi kelmiet minn
konverżazzjoni li kelli
mal-Madre Direttriċi (Mary
Joseph) għall-aħħar
tan-novizzjat tiegħi; “Sor,
ħalli s-sempliċita’ u l-umilta’
jkunu l-karateristiċi ta’ ruħek.
Għix dejjem ta’ tifla żgħira,
dejjem bil-fiduċja, dejjem
mimlija sempliċita’ u umilta’,
kuntena b’kollox, ferħana f’kull
ċirkustanza. Hemm, fejn l-oħrajn
jibżgħu, inti tibqa’ għaddejja
bil-kalma kollha, minħabba din
is-sempliċita’ u l-umilta’.
Ftakar f’din il-ħaġa, Sor, għal
ħajtek kollha: bħalma l-ilmijiet
jinżlu minn fuq il-muntanji għal
ġol-widien, hekk ukoll,
il-grazzji ta’ Alla jinżlu biss
f’erwieħ umli.”
56.
O Alla tiegħi, jiena qiegħda
nifhem sewwa li Inti qiegħed
titlob mingħandi din it-tfulija
spiritwali(nota32), għax
Inti qiegħed kontinwament
titlobhieli permezz
tar-rappreżentanti tiegħek.
Fil-bidu tal-Ħajja reliġjuża
tiegħi, it-tabtija u l-hemm
kienu jbeżżgħuni u jaqtgħuli
qalbi. Jiena għalhekk kont
nitlob il-ħin kollu, u ngħid lil
Ġesu’ jsaħħaħni u jagħtini
l-qawwa tal-Ispirtu Qaddis
Tiegħu sabiex inkun nista’
f’kollox nagħmel ir-rieda
qaddisa Tiegħu, għax jiena minn
dejjem kont nagħraf id-dgħjufija
tiegħi. Jiena naf sewwa
x’insarraf, għax, b’dan il-għan
f’moħħu, Ġesu’ fetaħli
l-għajnejn ta’ ruħi; jien abbiss
ta’ miżerja, u għalhekk jiena
nifhem kull tajjeb li hemm ġewwa
ruħi, hu x’inhu, jikkonsisti
biss fil-grazzja qaddisa Tiegħu.
L-għarfien tal-miżerja tiegħi
stess jippermettili fl-istess
ħin li nagħraf l-immensita’
tal-ħniena Tiegħek. Fil-ħajja
nterjuri tiegħi, b’għajn waħda
jiena qiegħda nara l-abbiss
tal-miżerja u x-xejn tiegħi, u
bl-oħra nara l-abbiss tal-ħniena
Tiegħek, O Alla.
57.
O Ġesu’ tiegħi, inti l-ħajja
ta’ ħajti. Inti taf tajjeb li
jiena ma nixtieq xejn iżjed
ħlief il-glorja ta’ Ismek u li
l-erwieħ isiru jafu bit-tjubija
tiegħek. Għaliex jaħarbu minnek
l-erwieħ, Ġesu’? Jien dan ma
nistax nifhmu. Kemm nixtieq li
nkun nista’ nqatta’ l-qalb
tiegħi f’biċċiet żgħar u hekk
noffrilek, O Ġesu’, kull biċċa
qisha qalb sħiħa, sabiex inpatti
xi ftit għall-qlub li ma
jħobbukx! Jiena nħobbok, Ġesu’,
b’kull qatra ta’demmi, u
bil-qalb kollha lesta nxerred
demmi għalik sabiex nagħtik
prova tas-sinċerita’ ta’
mħabbti. O Alla tiegħi, iktar ma
nsir nafek inqas nista’ nifhmek,
imma dan il-fatt li ma nistax
nifhem jippermettili nintebaħ
kemm tassew inti kbir! U hija
din l-impossibbilta’ li ma
nistax nifhmek li terġa’
tqabbadli qalbi għalik,
Mulejja. Minn dak il-waqt meta
Inti ħallejtni niffissa l-ħarsa
ta’ ruħi fuqek, O Ġesu’, jiena
stajt ingawdi l-paċi u ma xtaqt
xejn iżjed. Jiena sibt id-destin
tiegħi f’dak il-waqt meta ruħi
intilfet fik, l-għan waħdieni
ta’ mħabbti. Tbatijiet, hemm,
umiljazzjonijiet, fallimenti, u
suspetti li ltqajt magħhom,
Ġesu’, huma xrar li jżommu
mkebbes in-nar ta’ mħabbti
għalik. Ix-xewqat tiegħi huma
qawwija u ma nistax naqtagħhom.
Nixtieq naħbi minnek il-fatt li
qiegħda nbati. Ma rrid qatt
nirċievi l-premju għall-isforzi
tiegħi u għall-azzjonijiet
tajbin tiegħi. Int Ġesu’,
il-premju waħdieni tiegħi fik
innifsek; Int biżżejjed, Teżor
ta’qalbi! Irrid naqsam b’sens
ta’ kompassjoni fit-tbatija
tal-proxxmu tiegħi u naħbi
t-tbatijieti tiegħi stess, mhux
biss minnhom, imma minnek ukoll,
Ġesu’.
It-tbatija hija grazzja kbira;
bit-tbatija r-ruħ issir
bħas-Salvatur; fit-tbatija
l-imħabba ssir safja
bħall-kristall; iktar ma tkun
kbira t-tbatija, iktar ssir
safja l-imħabba.
58.
+
Darba bil-lejl, soru li kienet
mietet xahrejn qabel ġiet
għandi. Kienet soru tal-ewwel
kor. Meta rajtha kienet
f’kundizzjoni terribli, imdawra
kollha kemm hi bil-fjammi
b’wiċċha sfigurat bl-uġigħ. Din
il-ħaġa damet ftit ħin biss, u
mbagħad għabet. Tkexkixa
għaddiet minn ġo ruħi għax ma
kontx naf jekk kinetx qiegħda
tbati fil-purgatorju jew
fl-infern. Madankollu jiena
rdoppjajt it-talb tiegħi
għaliha. Il-lejl ta’ wara
reġgħet ġiet, imma rajtha fi
stat iktar terribli, imdawra bi
fjammi aktar qawwija, u fuq
wiċċha kienet tidher
disperazzjoni sħiħa. Jiena
stagħġibt x’ħin rajtha
f’kundizzjoni agħar wara t-talb
li kont offrejt għaliha u
staqsejtha: ‘Mela t-talb tiegħi
ma għenekx?’ Hija wieġbet li
t-talb tiegħi ma kienx għenha u
li xejn ma seta’ jgħinha. Jiena
għidtilha: ‘U t-talb li
l-kommunita’ kollha offriet
għalik, lanqas dak ma tak l-ebda
għajnuna?’ Hija wieġbet
le u qalet li dan it-talb kien
għen lil xi erwieħ oħrajn. Jiena
weġibt: ‘Jekk it-talb tiegħi
mhux jgħinek, Sor, jekk jogħġbok
terġax tiġi għandi.’ Hija għabet
minnufih. Minkejja, dan jien
komplejt nitlob.
Wara li kien għadda xi żmien
reġgħet ġiet għandi bil-lejl,
imma d-dehra tagħha kienet diġa’
nbidlet. Issa ma kienx hemm
iżjed fjammi bħalma kien hemm
qabel, u wiċċha kien jiddi,
għajnejha jleqqu bil-ferħ. Hija
qaltli li jiena kelli mħabba
vera għall-proxxmu tiegħi u li
ħafna erwieħ oħrajn kienu ħadu
l-ġid mit-talb tiegħi. Hija
ħeġġitni biex qatt ma nieqaf
nitlob għall-erwieħ
tal-purgatorju, u żiedet tgħid
li hi ma kellhiex iddum hemmhekk
wisq iżjed. Kemm huma tal-għaġeb
id-digrieti ta’ Alla!
59.
1933. Darba smajt dan il-kliem
ġor-ruħ tiegħi: Agħmel novena
għal pajjiżek. Din in-novena
tkun tikkonsisti fir-reċita’
tal-Litanija tal-Qaddisin. Itlob
permess mingħand il-konfessur
tiegħek. (x’aktarx Dun
Sopocko jew Patri Andrasz)
60.
Fl-ewwel
qrara li għamilt qlajt
il-permess u bdejt in-novena dak
inhar stess filgħaxija.
Għall-aħħar tal-litanija rajt
dija kbira u f’nofsha, Alla
l-Missier. Bejn din id-dija u
d-dinja rajt lil Ġesu’, imsammar
mas-Salib hekk li meta Alla ried
iħares lejn id-dinja, kellu
jħares minn ġol-pjagi ta’ Ġesu’.
U jiena fhimt li kien minħabba
f’Ġesu’ li Alla jbierek
lid-dinja.
61.
O Ġesu’ nirringrazzjak għal din
il-grazzja kbira; jiġifieri li
Inti stess minn rajk ridt
tagħżilli konfessur, u li inti
kont għarraftuli f’dehra wkoll
qabel ma jiena kont iltqajt
miegħu (Dun Sopocko). Meta mort
inqerr għand Patri Andrasz, kont
ħsibt li ser jeħlisni mid-dmir
li nimxi fuq dawk
l-ispirazzjonijiet interjuri.
Is-saċerdot wieġeb li ma setax
jagħtini din id-dispensa, “imma
itlob, Sor, li jingħatalek
direttur spiritwali.” Wara talba
qasira imma ħerqana, jiena rajt
lil Dun Sopocko għat-tieni
darba, fil-kappella tagħna, bejn
il-konfessinarju u l-altar. Dak
iż-żmien kont qiegħda Krakovja.
Dawn iż-żewġ dehriet għollewli
l-moral iktar u iktar meta jien
sibt preċiż bħalma kont rajtu
fid-dehriet, darba f’Varsavja
waqt it-tielet prova tiegħi; u
it-tieni darba fi Krakovja. O
Ġesu’, jiena nirringrazzjak ta’
dan id-don hekk kbir! U issa
meta nisma’ xi wħud jgħidu xi
kultant li m’għandhomx konfessur
– jiġifieri, direttur – jaqbadni
l-biża’, għax naf tajjeb kemm
ħsara jiena stess ġarrabt meta
ma kellix l-għajnuna tiegħu.
Huwa hekk faċli li tmur żmerċ
meta ma jkollokx min jiggwidak!
62.
O ħajja hekk imdallma u
monotona, kemm teżori fik! Meta
nħares lejn kollox bil-għajnuna
tal-fidi, l-ebda żewġ waqtiet
m’huma l-istess, u d-dalma u
l-monotonija jgħibu. Il-grazzja
li qiegħda tingħatali f’din
is-siegħa ma tkunx imtennija
f’dik li ġejja. Forsi terġa’
tingħatali, imma ma tkunx
l-istess grazzja. Il-ħin jibqa’
għaddej, u qatt ma’ jerġa’ jiġi
lura. Dak li hemm magħluq ġewwa
fih m’hu ser jitbiddel qatt;
huwa ssiġġillat għall-eternita’.
63.
+ Bilfors li Alla jħobbu ħafna
lil Dun Sopocko. Dan qiegħda
ngħidu għax jiena stess kelli
esperjenza kemm Alla jiddefendih
f’ċerti mumenti. Meta jiena nara
dan, nifraħ bil-bosta li Alla
għandu magħżulin bħal dawn.
1929. Il-Vjaġġ għall-Kalvarju(nota33)
64.
Meta ġejt Vilnius għal xahrejn
biex nieħu post soru li kienet
marret għat-tielet parti
tan-novizzjat tagħha (Swor
Peter, li kienet taħdem
fil-kċina), jiena bqajt ftit
iktar minn xahrejn. Darba,
il-madre Superjura (Irene(nota34))
riedet tagħtini ftit gost u
tatni permess immur, flimkien
ma’ soru oħra(nota35),
sal-Kalvarju (post ġewwa
l-Polonja) sabiex ‘nagħmel
il-mixja’, bħalma jgħidu. Jiena
fraħt ħafna. Għalkemm ma kenitx
‘il bogħod ħafna, kienet
ix-xewqa tal-Madre Superjura li
mmorru bid-dgħajsa. Dak inhar
filgħaxija, Ġesu’ qalli:
Irridek tibqa’ d-dar. Jien
weġibt: “Ġesu’, kollox lest
għalina biex nitilqu għada
filgħodu; issa x’ser nagħmel?”
il-Mulej wieġeb: Dan il-vjaġġ
ser ikun ta’ ħsara għal ruħek.
Jiena weġibt lil Ġesu’: “Inti
tista’ ssib soluzzjoni. Irranġa
l-affarijiet hekk li tkun
magħmula r-rieda Tiegħek.” Dak
il-ħin il-qanpiena ħabbret li
kien wasal il-ħin għall-irqad.
Lil Ġesu’ tajtu ħarsa tal-aħħar
u mort fiċ-ċella tiegħi.
L-għada t-temp kien mill-isbaħ,
u dik li kellha takkumpanjani
kienet mimlija ferħ għall-ħsieb
biss tal-gost kbir li konna ser
nieħdu meta naraw kollox. Imma
jiena kont żgura li ma konniex
sejrin, għalkemm s’issa ma kienx
hemm ostakli.
Kellna nitqarbnu qabel u nitilqu
preċiż wara r-ringrazzjament.
Imma waqt il-ħin tat-Tqarbin,
f’daqqa waħda it-temp inbidel.
Sħab kesa s-sema u bdiet nieżla
x-xita bil-qliel. Kulħadd
stagħġeb kif it-temp kien
inbidel hekk f’daqqa waħda.
Il-Madre Superjura qaltli: Kemm
qiegħed jiddispjaċini li ma
tistgħux tmorru, ħuti!” Jiena
weġibt: “Għażiża Madre, ma
jimpurtax li ma nistgħux
immorru; kienet ir-rieda ta’Alla
li aħna nibqgħu d-dar.” Imma,
ħadd ma kien jaf li kienet
ix-xewqa espressa ta’ Ġesu’ li
jiena nibqa’ d-dar. Għaddejt
il-jum kollu fil-ġabra u
fil-meditazzjoni, nirringrazzja
lill-Mulej li kien żammni d-dar.
Dakinhar, Ġesu’ tani ħafna
konsolazzjonijiet tas-sema.
65.
Darba waqt in-novizzjat meta
l-Madre Direttriċi bagħtitni
naħdem fil-kċina tat-tfal li
kienu taħt il-ħarsien tagħna,
bdejt ninkwieta ħafna għaliex ma
stajtx inqandel il-borom, li
kienu kbar ħafna. L-iktar parti
diffiċli għalija kienet dik li
nsaffi l-patata, u xi drabi
bdejt inwaqqa’ nofs il-patata
mal-ilma. Meta għidt lill-Madre
Direttriċi b’din il-ħaġa, hija
qaltli li biż-żmien kont nidra
dan ix-xogħol u nakkwista
s-sengħa u l-ħeffa li hemm
bżonn. Imma x-xogħol ma kienx
qiegħed isir eħfef, għax ma kull
jum li jgħaddi jiena bdejt
ngħejja iżjed. Għalhekk bdjet
inwarrab meta kien jasal il-ħin
li nsaffu l-patata. Is-sorijiet
indunaw li kont qiegħda naħrab
dan ix-xogħol u stagħġbu mhux
ftit. Ma kienux jafu li ma
stajtx ngħin minkejja li ridt
b’qalbi kollha li nagħmel dan
ix-xogħol u ma ridtx naħfirha
lili nnifsi. F’nofsinhar, waqt
l-eżami tal-kuxjenza, ilmentajt
ma’ Alla dwar id-dgħjufija
tiegħi. Imbagħad smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Mil-lum
‘il quddiem inti dan tkun tista’
tagħmlu faċilment; Jiena ser
nagħtik is-saħħa.
Dak inhar filgħaxija, meta wasal
il-ħin li nsaffu l-patata
mill-ilma, għaġġilt biex inkun
l-ewwel waħda li nagħmel dan,
mimlija fiduċja fil-kliem
tal-Mulej. Qbadt il-borma
mingħajr ebda nkwiet u ferrajt
l-ilma perfettament. Imma meta
neħħejt l-għatu sabiex imur
il-fwar mill-patata, rajt
fil-borma, minflok il-patata,
mazzi sħaħ ta’ ward aħmar, tant
kienu sbieħ li ma tistax
tiddeskrivihom. Qatt ma kont
rajt ward bħal dak. Bqajt tassew
mistagħġba u ma stajtx nifhem
it-tifsira ta’ dan kollu; smajt
vuċi ġewwa fija tgħid: Jiena
nibdel dak ix-xogħol iebes
għalik f’bukketti ta’ fjuri
mill-isbaħ, u l-fwieħa tagħhom
titla’ sat-tron Tiegħi. Minn
dak iż-żmien ‘il hawn bqajt
nipprova nsaffi l-patata, mhux
biss f’dik il-ġimgħa meta kien
imiss lili nsajjar, imma wkoll
kont nidħol minflok is-sorijiet
l-oħrajn meta kien imiss lilhom.
U mhux biss kont nagħmel dan,
imma kont nipprova nkun l-ewwel
waħda sabiex ngħin f’xi biċċa
xogħol oħra iebsa, għax kelli
esperjenza kemm dan jogħġob lil
Alla.
66.
O teżor li ma jispiċċa qatt ta’
intenzjoni safja li jirrendi
l-azzjonijiet tagħna kollha
perfetti u hekk jogħġbu lil
Alla!
Ġesu’, Inti taf kemm jiena
dgħajfa; kun dejjem miegħi mela;
mexxi l-azzjonijiet tiegħi u
l-esseri tiegħi kollu kemm hu,
Inti li Int l-aqwa Għalliem
tiegħi!
Ġesu’, jiena tabilħaqq nibża’
meta nħares lejn il-miżerja
tiegħi stess, imma fl-istess
waqt il-ħniena Tiegħek, li ħadd
ma jista’ jkejjilha,
tassigurani, għax hija tisboq
il-miżerja tiegħi bil-kobor
tal-eternita’ kollha. Din
id-dispożizzjoni fir-ruħ
tlibbisni bil-qawwa Tiegħek. O
ferħ li jiġi mill-għarfien
tiegħi stess! O verita’ li ma
tinbiddilx, Inti tibqa’ l-istess
għal dejjem!
67.
Meta bdejt inħossni marida
(x’aktarx bidu tal-mard
tas-sider) wara li għamilt
l-ewwel voti u meta bqajt
inħossni l-istess minkejja
l-kura tajba u mimlija premura
tas-Superjuri tiegħi u l-isforzi
kollha tat-tabib, bdejt nisma’
rimarki li bdew jikkonkludu li
jiena kont qiegħda nagħmilha ta’
bir-ruħi li kont marida. Dan
żiedli t-tbatija tiegħi, u din
il-ħaġa damet sejra għal żmien
twil mhux ħażin. Darba minnhom
jiena lmentajt ma’ Ġesu’ li kont
qiegħda nkun toqol fuq
is-sorijiet. Ġesu’ weġibni:
Inti m’intix qiegħda tgħix
għalik innifsek imma
għall-erwieħ, u erwieħ oħrajn
għad jieħdu l-ġid mit-tbatijiet
tiegħek. Meta t-tbatija tiegħek
titwal, dan jagħtihom id-dawl u
s-saħħa biex jaċċettaw ir-rieda
Tiegħi.
68.
L-itqal tbatija għalija kienet
li deherli li la t-talb u lanqas
l-opri tajba tiegħi ma kienu
jogħġbu lil Alla. Ma ssugrajtx
ngħolli għajnejja lejn is-sema.
Dan kien qiegħed jikkaġunali
tbatija hekk kbira waqt
l-eżerċizzi tal-komunita’
fil-kappella li darba l-Madre
Superjura (Raphael) sejħitli
waħdi wara l-eżerċizzi u qaltli:
“Sor, itlob lil Alla
għall-grazzja u
għall-konsolazzjoni, għax jiena
nista’ nara għalija nnifsi u
s-sorijiet spiss jgħiduli li
meta jħarsu lejk iġġibilna
ħniena. Verament ma nafx x’ser
naqbad nagħmel bik, Sor. Jiena
nordnalek li ma tibqax
tittortura lilek innifsek iżjed
għalxejn b’xejn.”
Imma dawn il-laqgħat kollha
mal-Madre Superjura ma ġabuli
l-ebda serħan, u lanqas ma
ċċarawli xejn. Għall-kuntrarju,
dalma kbira ħbiet lil Alla
minni. Fittixt l-għajnuna
fil-konfessinarju, imma lanqas
hemm ma sibtha. Saċerdot qaddis
ried igħinni, imma tant kont
imdejqa li lanqas biss stajt
ngħid x’kien qiegħed idejjaqni,
u din il-ħaġa nkwetatni iżjed u
iżjed. Dwejjaq tal-mewt nifed
lil ruħi hekk li ma stajtx
naħbih, u kull min kien miegħi
seta’ jarah. Tlift kull tama.
Il-lejl kien qiegħed isir iżjed
u iżjed mudlam. Is-saċerdot li
mort inqerr għandu qalli: “Jiena
qiegħed nara grazzji mill-iktar
speċjali fik, Sor, u minix
nkwetat bl-ebda mod fuqek;
għaliex qiegħda tittortura lilek
innifsek b’dan il-mod?” Imma dak
iż-żmien ma stajtx nifhem
bl-ebda mod dak li kien qiegħed
jgħidli u kont nistagħġeb ħafna
meta, bħala penitenza, kien
jordnali ngħid it-Te Deum jew
il-Magnificat, jew niġri madwar
il-ġnien filgħaxija, jew inkella
nidħak ngħajjat għaxar darbiet
kuljum. Kont nistagħġeb ħafna
b’dawn il-penitenzi; imma f’din
il-ħaġa wkoll is-saċerdot ma
setgħax jagħtini wisq għajnuna.
Kienet ħaġa ċara li Alla riedni
nagħtih glorja permezz
tat-tbatija.
Dak is-saċerdot farraġni għax
qalli li, fl-istat preżenti
tiegħi, kont qiegħda nogħġob lil
Alla iktar milli kieku kont
mimlija bl-ikbar
konsolazzjonijiet. “Hija grazzja
kbira ħafna, Sor, huwa qalli:
“li fl-istat preżenti tiegħek,
bit-turmenti kollha li inti
għaddejja minnhom f’ruħek, mhux
talli m’intix qiegħda toffendi
lil Alla, imma qiegħda tipprova
wkoll tipprattika l-virtujiet.
Jiena qiegħed inħares fir-ruħ
tiegħek, u hemm qiegħed nara
l-pjanijiet kbar u l-grazzji
speċjali ta’ Alla; u meta nara
dan, jiena nrodd ħajr
lill-Mulej.” Imma minkejja dan
kollu, ruħi kienet tinsab fi
stat ta’ tortura; u mdawra kif
kont b’turmenti li ma tistax
tiddeskrivihom bil-kliem, jien
għamilt bħall-għama li jafda
lilu nnifsu f’idejn min imexxih,
jaqbadlu jdejh sewwa, u lanqas
għal mument wieħed biss ma nsejt
l-ubbidjenza, u din kienet
is-sigurta’ waħdanija tiegħi
f’din il-prova tan-nar.
69.
+ O Ġesu’, Verita’ eterna,
saħħaħ il-qawwiet dgħajfin
tiegħi; Inti tista’ tagħmel
kollox, Mulej. Jiena naf li
mingħajrek l-isforzi tiegħi
kollha jisfaw fix-xejn. O Ġesu’,
tistaħbilix, għax ma nistax
ngħix mingħajrek. Isma’ l-karba
ta’ ruħi. Il-ħniena Tiegħek
m’għandhiex tmiem. Għalhekk
Mulej, ħenn għall-miżerja
tiegħi. Il-ħniena Tiegħek tisboq
il-fehma tal-Anġli kollha u
tal-bnedmin kollha flimkien;
għalkemm jidhirli li Inti
m’intix tismagħni, jiena
nqiegħed il-fiduċja tiegħi
fl-oċejan tal-ħniena Tiegħek, u
jiena naf li t-tama tiegħi ma
tiġix imqarrqa.
70.
Ġesu’ biss jaf kemm isir tqil u
diffiċli li wieħed jaqdi
id-dmirijiet tiegħu meta r-ruħ
ikollha tgħaddi minn dawn
it-torturi interjuri, is-saħħa
fiżika tiddgħajjef hekk, u
l-moħħ jiddallam. Fis-skiet ta’
qalbi kont nibqa’ ngħid lili
nnifsi: “O Kristu, jalla l-hena,
l-unur u l-glorja jkunu Tiegħek,
u t-tbatija tiegħi. Minix ser
nibqa’ pass lura filwaqt li
nimxi warajk, għalkemm ix-xewk
iferili riġlejja.”
71.
Bagħtuni għall-kura fid-dar
tagħna fi Plock, u hemmhekk
kelli l-privileġġ li nżejjen
il-kappella bil-fjuri. Dan ġara
fi Biala.(nota36) Swor
Thecla mhux dejjem kien ikollha
ħin biex tagħmel dan; għalhekk
jien kont spiss inżejjen
il-kappella waħdi. Darba, kont
għażilt l-isbaħ ward sabiex
inżejjen il-kamra ta’ ċertu
persuna. Meta kont riesqa lejn
il-portiku, rajt lil Ġesu’
wieqaf hemmhekk. Bit-tjubija
kollha staqsieni: Binti, lil
min qiegħda tieħu dawn il-fjuri?
Is-skiet tiegħi kien it-tweġiba
tiegħi lill-Mulej, għax intbaħt
mill-ewwel li kelli rabta
sottili ħafna ma’ din il-persuna(nota37),
ħaġa li ma kontx ndunajt biha
qabel. F’daqqa waħda Ġesu’ għeb
minn quddiemi. F’dak il-waqt
stess jien rmejt il-fjuri fl-art
u mort quddiem is-Sagrament
Imqaddes, b’qalbi mimlija
gratitudni għall-grazzja li sirt
naf lili nnifsi.
O Xemx divina, fir-raġġi Tiegħek
ir-ruħ tkun tista’ tara l-iċken
nikta trab lil lilek ma
togħġbokx.
72.
O Ġesu’, Verita’ eterna, Ħajja
tagħna, jiena nsejjaħlek u
niolbok il-ħniena Tiegħek
għall-imsejkna midinbin. O Qalb
l-iżjed ħelwa ta’ Sidi, mimlija
ħasra u ħniena li ma jikejlux,
jiena nitkarrab quddiemek
għall-imsejkna midinbin. O Qalb
l-iżjed qaddisa, Għajn ta’
Ħniena minn fejn joħorġu raġġi
ta’ grazzji li ma nistgħux
nimmaġinawhom fir-razza umana
kollha, jiena nitolbok tagħti
d-dawl lill-imsejkna midinbin. O
Ġesu’, ftakar fil-Passjoni ħarxa
Tiegek stess u tħallix li
jintilfu erwieħ li ġew mifdijin
bil-prezz hekk għoli tad-Demm
l-iżjed prezzjuż Tiegħek. O
Ġesu’, meta jiena nqis il-prezz
għoli qatra biss kienet tkun
biżżejjed għas-salvazzjoni
tal-midinbin kollha. Għalkemm
id-dnub hu abbiss ta’ ħażen u
ingratitudni, il-prezz li
tħallas għalina qatt ma nistgħu
nilħquh. Għalhekk, kull ruħ
għandu jkollha l-fiduċja
fil-Passjoni tal-Mulej, u tpoġġi
t-tama tagħha fil-ħniena Tiegħu.
Alla m’hu ser jiċħad il-Ħniena
Tiegħu lil ħadd. L-art u s-sema
jistgħu jinbidlu, imma l-ħniena
ta’ Alla qatt mhi ser tintemm.
X’ferħ bla qies jaqbad ġewwa
qalbi meta jiena nikkontempla
t-tjubija Tiegħek li ħadd ma
jista’ jifhimha, O Ġesu’! Jiena
nixtieq inġib f’riġlejk
lill-midinbin kollha sabiex
ikunu jistgħu jigglorifikaw
il-ħniena Tiegħek għal sekli
sħaħ li ma jispiċċaw qatt.
73.
O Ġesu’ tiegħi, minkejja l-lejl
profond li hemm madwari kollni
kemm jiena u s-sħab iswed li
qiegħed jaħbi l-orizzont, jiena
naf li x-xemx qatt ma tintefa.
Mulejja, għalkemm ma nisatx
nifhmek u lanqas nista’ nifhem
it-triqat Tiegħek, xorta waħda
nafda fil-ħniena Tiegħek. Jekk
hija r-rieda Tiegħek, Mulej, li
jiena ngħix dejjem f’din
id-dalma, tkun imbierek. Ħaġa
waħda biss nitolbok, Ġesu’;
tħallinix noffendik bl-ebda mod.
O Ġesu’ tiegħi, Inti biss taf
ix-xewqat u t-tbatijiet ta’
qalbi. Jiena kuntenta li nista’
nbati għalik għalkemm b’dan
il-mod żgħir. Meta nħoss li
t-tbatija hija itqal milli
nista’ niflaħ, jiena mmur
nistkenn fil-Mulej fis-Sagrament
Imqaddes, u noqgħod nitkellem
miegħu bi skiet profond.
Il-Qrara ta’ waħda mit-tfal
taħt il-ħarsien tagħna.
74.
Darba ħassejtni mbuttata biex
nagħmel xi ħaġa sabiex titwaqqaf
il-Festa tal-Ħniena u sabiex
tiġi mpittra x-xbieha ta’ Ġesu’
tal-Ħniena, u ma stajt nsib paċi
mkien. Ħassejt xi ħaġa timla
l-esseri kollu tiegħi, u
fl-istess ħin bżajt li kont
vittma ta’ xi delużjoni. Imma
dawn id-dubji kienu kollha
ġejjin minn barra, għax
fil-profond ta’ ruħi jiena kont
inħoss li kien il-Mulej li kien
qiegħed jinfed l-esseri tiegħi.
Is-saċerdot li kont qiegħda mmur
għandu għall-qrar dak iż-żmien
qalli li wieħed jista jkollu
illużjonijiet spiss, u jiena
ħassejt li x’aktarx kien qiegħed
jibża’ jisma’ l-qrara tiegħi.
Din il-ħaġa kienet tortura
għalija. Meta rajt li kont
qiegħda nirċievi ftit li xejn
għajnuna mingħand il-bnedmin,
jiena dort iżjed u iżjed lejn
Ġesu’, l-aqwa għalliem fosthom
kollha. Darba, meta kont mimlija
dubji jekk il-vuċi li kont
qiegħda nisma’ kenitx ġejja
mill-Mulej jew le, bdejt
nitkellem ma’ Ġesu’ ġewwa fija
mingħajr ma lissen l-ebda kelma.
F’daqqa waħda ħassejtni mkaxkra
minn forza ġewwinija u għidt:
“Jekk Inti li qiegħed
tikkomunika u titkellem miegħi
Int veramnet Alla tiegħi,
nitolbok, O Mulejja, agħmel li
din it-tifla tmur tqerr illum
stess; dan is-sinjal lili
jgħinni nkun żgura minni
nnifsi.” F’dak il-ħin stess,
it-tifla talbet sabiex tmur
tqerr.
Il-Madre li kienet tieħu ħsieb
il-klassi stagħġbet b’din
l-bidla li seħħet fiha f’daqqa
waħda, imma ħadet l-inkarigu li
ssejjaħ saċerdot immedjatament,
u din il-persuna qerret b’sobgħa
kbira. Fl-istess waqt smajt vuċi
fija tgħid: Qiegħda temminni
issa? U għal darb’oħra
setgħa stramba mliet lil ruħi, u
saħħitni u assiguratni hekk li
jiena stess bqajt mistagħġba li
kont ħallejt id-dubju jirbaħni
wkoll għal waqt wieħed biss.
75.
Imma dawn id-dubji dejjem jiġu
minn barra, fatt li ġegħelni
ningħalaq dejjem iżjed u iżjed
ġewwa fija. Meta, waqt il-qrar,
inħoss li s-saċerdot mhux ċert,
ma niftaħx ruħi sa l-aħħar, imma
nieqaf milli nakkuża lili nnifsi
minn dnubieti. Saċerdot li mhux
fil-paċi miegħu nnifsu ma jkunx
kapaċi jispira l-paċi f’ruħ
oħra.
Intom is-saċerdoti, intom
xemgħat jixgħelu sabiex jagħtu
dawl lill-erwieħ tal-bnedmin;
tħallu qatt id-dawl tagħkom
jitbaxxa. Jiena fhimt li f’dak
il-waqt ma kenitx ir-rieda ta’
Alla li nikxef beraħ ir-ruħ
tiegħi. Iktar tard, Alla tahieli
din il-grazzja.
76.
O Ġesu’ tiegħi, mexxili lil
moħħi, hu pussess tal-esseri
kollu tiegħi, agħlaqni fil-qiegħ
tal-Qalb Tiegħek u ħarisni
mill-attakki tal-għadu. It-tama
waħdanija tiegħi hija Fik.
Tkellem permezz ta’ fommi meta
jiena, li minix ħlief miżerja,
insib ruħi mas-setgħanin u
mal-għorrief, sabiex huma jkunu
jafu li din il-opra hija Tiegħek
u ġejja minnek.
Dlam u Tentazzjonijiet
77.
Moħħi ddallam b’mod stramb;
l-ebda verita’ ma kienet ċara
għalija. Meta kienu jkellmuni
fuq Alla, qalbi kienet tkun bħal
blata. Ma stajt niġbed minnha
l-ebda sentiment ta’ mħabba
għalih. Meta ppruvajt, bi sforz
tar-rieda tiegħi, nibqa’ qrib
Tiegħu, għaddejt minn turmenti
kbar, u deherli li kont qiegħda
biss nipprovoka lil Alla għal
korla dejjem akbar. Kien għal
kollox impossibli għalija
nimmedita bħalma kont imdorrija
nagħmel fl-imgħoddi. F’ruħi kont
inħoss vojt kbir, u ma kien hemm
xejn li bih stajt nimlih. Bdejt
nbati ġuħ kbir u xenqa għal
Alla, imma rajt li ma kelli
l-ebda saħħa nagħmel xejn.
Ippruvajt naqra bil-mod sentenza
b’sentenza, u nimmedita b’dan
il-mod, imma dan wkoll ma swieli
xejn. Ma fhimt xejn minn dak li
kont qiegħda naqra.
Quddiem għajnejja kien hemm
il-ħin kollu l-abbiss
tal-miżerja tiegħi. Kull darba
li kont nidħol fil-kappella għal
xi prattika spiritwali, kont
inħoss turmenti u
tentazzjonijiet li kienu ħafna
agħar. Iktar minn darba, matul
il-Quddiesa kollha, kelli
nitqabad ma’ ħsibijiet li kienu
jfissru dawgħa u li kienu
qedgħdin jisfurzaw ruħhom fuq
xofftejja biex inlissinhom. Kont
inħoss antipatija
għas-Sagramenti, u deherli li ma
kont qiegħda nakkwista xejn
minnhom. Kien biss b’ubbidjenza
lejn il-konfessur tiegħi li
jiena bqajt niffrekwentahom, u
din l-ubbidjenza għamja kienet
għalija it-triq waħdanija li
jiena stajt nimxi fiha, u t-tama
tal-aħħarnett li stajt ikolli
sabiex nibqa’ miexja.
Is-saċerdot fissirli kif dawn
kienu provi li Alla kien qiegħed
jibgħatli u li, fis-sitwazzjoni
li jiena sibt ruħi fiha, mhux
biss ma kontx qiegħda noffendi
lil Alla, imma kont qiegħda
nogħġbu ħafna. “Dan huwa
sinjal”, qalli, “li Alla jħobbok
ħafna u li Hu għandu fiduċja
kbira fik, la Huwa qiegħed
jibgħatlek provi bħal dawn.”
Imma dan il-kliem ma ġabli
l-ebda faraġ; deherli li ma kien
japplika bl-ebda mod għalija.
Ħaġa waħda kienet tgħaġġibni:
spiss kien jiġri li, fiż-żmien
meta kont inkun għaddejja minn
tbatijiet kbar, dawn it-turmenti
terribli kienu jgħibu f’daqqa
waħda hekk kif nersaq lejn
il-konfessinarju; imma malli
kont inħalli l-konfessinarju,
dawn it-turmenti kollha kienu
jerġgħu jaqbdu miegħi bi ħruxija
ikbar. Jiena kont imbagħad naqa’
wiċċi fl-art quddiem
is-Sagrament Imqaddes u noqgħod
intenni dan il-kliem: “Ħa
joqtolni jekk irid, m’iniex se
nitkexkex!” (Ġob. 13, 15)
Deherli li kont ser immut f’dawn
l-aguniji. Imma l-iktar ħsieb
terribli għalija kien
il-konvinzjoni li Alla ma jridx
jaf iżjed bija. Imma kienu
jiġuni ħsibijiet oħrajn:
Għalfejn tissielet sabiex tikseb
il-virtujiet u tagħmel opri
tajba? Għalfejn timmortifika u
xxejjen lilek innifsek? X’hemm
tajjeb filli tieħu l-voti? F’li
nissagrifika lili nnifsi l-ħin
kollu? X’hemm tajjeb f’dan kollu
– jekk Alla diġa dawwar wiċċu
minni? Għalfejn dawn l-isforzi
kollha? U hawn, Alla biss jaf
x’kien għaddej ġewwa qalbi.
78.
Darba meta kont mgħaffġa taħt
dawn it-tbatijiet tal-biża’,
mort fil-kappella u ħareġ dan
il-kliem mill-qiegħ ta’ ruħi:
“Agħmel bija dak li trid, O
Ġesu’. Jiena nadurak f’kollox,
Tkun magħmula fija r-rieda
Tiegħek, O Mulejja u Alla
tiegħi, u nfaħħar il-ħniena
Tiegħek bla qies.” B’dan l-att
ta’ sottomissjoni, dawn
it-turmenti terribli ħallewni.
F’daqqa waħda rajt lil Ġesu’, li
qalli: Jiena dejjem fil-qalb
tiegħek. Ferħ li ma jistax
jitfisser bil-kliem daħal ġewwa
ruħi, u mħabba kbira għal Alla
qabbdet lil qalbi bin-nar.
Qiegħda nara li Alla qatt ma
jippruvana iktar milli aħna
kapaċi nsofru. Jiena ma nibża’
minn xejn; jekk Alla jibgħat lil
xi ruħ tbatija hekk kbira, Huwa
jweżinha bi grazzja li hija
ikbar, għalkemm aħna dan ma
nkunux qedgħin narawh. Att
wieħed ta’ fiduċja fi żminijiet
bħal dawn jagħti glorja ikbar
lil Alla minn siegħat sħaħ li
ngħaddu fit-talb mimli
bil-konsolazzjonijiet. Issa
jiena qiegħda nara li, jekk Alla
jrid iħalli lil xi ruħ fid-dlam,
l-ebda ktieb, l-ebda konfessur
ma jkun jista’ jagħtiha dawl.
79.
Marija, Omm u Sinjura tiegħi,
jiena noffrilek ruħi, ġismi,
ħajti u mewti, u dak kollu li
jiġi wara. Jiena nqiegħed kollox
f’idejk, Omm tiegħi, iksili lil
ruħi bil-mantar verġinali
tiegħek u agħtini l-grazzja
tas-safa fil-qalb, fir-ruħ u
fil-ġisem. Iddefendini bil-qawwa
tiegħek kontra l-egħdewwa
kollha, u l-aktar kontra dawk li
jaħbu l-malizzja tagħhom wara
l-maskra tal-virtu’.O ġilju
sabiħ! Inti mera għalija, O Omm
tieghi!
80.
O
Ġesu’, Priġunier Divin
tal-Imħabba, meta jiena nqis
l-Imħabba Tiegħek u kif Inti
żvujtajt lilek innifsek għalija,
is-sensi tiegħi ma jibqgħux
jaħdmu. Inti taħbi l-majesta’
Tiegħek li ħadd ma jista
jistħajjilha u ċċekken Lilek
innifsek biex tinżel ħdejn
il-miżerja tiegħi. O Sultan
tal-Glorja, għalkemm Inti taħbi
s-sbuħija Tiegħek, l-għajnejn
ta’ ruħi jċarrtu l-velu. Jiena
nara l-korijiet tal-Angli
jagħtuk il-qima mingħajr qatt ma
jieqfu u s-Setgħat kollha
tas-Sema jfaħħruk bla waqfien u
qegħdin jgħidu dejjem; Qaddis,
Qaddis, Qaddis.
Min jista’ jifhem l-imħabba
Tiegħek u l-ħniena Tiegħek bla
tarf għalina! O Priġunier
tal-Imħabba, jiena sejra naqfel
il-qalb imsejkna tiegħi f’dan
it-tabernaklu, sabiex tkun
tista’ tadurak bla waqfien lejl
u nhar. Ma nista’ nara l-ebda
ostaklu f’din l-adorazzjoni, u
għalkemm fil-ġisem inkun ‘il
bogħod, qalbi tkun dejjem
Miegħek. Xejn ma jista’ jwaqqaf
l-imħabba tiegħi għalik. M’hemm
l-ebda ostakli għalija. O Ġesu’
tiegħi, sejra nfarrġek
għall-ingratitudni kollha,
id-dagħa, il-bruda, il-mibegħda
tal-ħżiena, is-sagrileġġi. O
Ġesu’, rrid naqbad bħal offerta
safja u niġi kkonsmata quddiem
it-tron moħbi Tiegħek. Qiegħda
nitkarrab quddiemek bla waqfien
għall-midinbin imsejkna li
jinsabu fil-waqt tal-mewt.
81.
O Trinita’ Qaddisa, Alla wieħed
u li ma jistax jinqasam, jalla
tkun imbierek għal dan id-don
kbir u testment tal-ħniena.
Ġesu’ tiegħi, sabiex inpatti
għal dawk li jidgħu jiena ser
inżomm is-skiet meta xi ħadd
iċanfarni b’mod inġust u hekk
nagħmillek tpattija parzjali.
Ġewwa ruħi qiegħda nkantalek
innu li m’għandux tmiem, u ħadd
ma jkun jista’ jissospetta jew
jifhem dan. Il-għanja ta’ ruħi
tafha Inti biss, O Ħallieq u
Mulej tiegħi!
82.
Minix
ser inħalli lili nnifsi nkun
hekk mehdija bir-riefnu
tax-xogħol li ninsa lil Alla.
Jiena ser ngħaddi l-ħin ħieles
tiegħi kollu f’riġlejn
l-Imgħallem moħbi fis-Sagrament
Imqaddes. Huwa ilu jgħallimni
mill-iktar snin bikrin tiegħi.
83.
Ikteb
dan: qabel ma Jiena niġi bħala
l-Imħallef il-Ġust, Jiena ġej l-ewwel
bħala s-Sultan tal-Ħniena. Qabel
il-Jum tal-Ġustizzja Tiegħi, ser
jingħata lill-bnedmin sinjal
fis-smewwiet ta’
din ix-xorta: Ser jintefa d-dawl
kollu fis-smewwiet, u ser ikun
hemm dalma kbira fuq id-dinja
kollha. Imbagħad jidher fis-sema
s-sinjal tas-Salib, u mill-ftuħ
fejn l-idejn u r-riġlejn
tas-Salvatur kienu msammrin,
joħorġu dwal kbar li jdawlu
l-art għal xi żmien. Dan isehh
ftit qabel l-aħħar jum.
84.
O
Demm u Ilma, li ħriġtu mill-Qalb
ta’
Ġesu’
, bħala għajn ta’
Ħniena għalina, jiena nafda Fik!
Vilnius. 2 ta’ Awissu, 1934
85.
Il-Ġimgħa, wara it-Tqarbin
Imqaddes, jiena ġejt meħuda
fl-ispirtu quddiem it-tron ta’
Alla. Hemmhekk rajt is-Setgħat
tas-sema jfaħħru lil Alla bla
waqfien. Li hemm mit-tron rajt
dija fejn ma jistgħux jidħlu
l-ħlejjaq, u hemm jidħol biss
il-Verb Inkarnat bħala
l-Mejdatur. Meta Ġesu’ daħal
f’dan id-dawl, jiena smajt dan
il-kliem, Ikteb mill-ewwel
dak li inti qiegħda tisma’:
Jiena l-Mulej fl-essenza Tiegħi
u minix suġġett għal ordnijiet
jew bżonnijiet. Jekk jiena
noħloq il-kreaturi - dak huwa
l-abbiss tal-ħniena Tiegħi.
U f’dak l-istess waqt sibt ruħi,
bħal qabel fil-kappella tagħna
fuq l-inġinokkjatur tiegħi, hekk
kif spiċċat il-Quddiesa. Jiena
diġa’ kelli dal-kliem miktub.
86.
+ (Darba)
meta
jiena
rajt kemm il-konfessur tiegħi
(x’aktarx Dun Sopocko) kellu
jbati minħabba dan ix-xogħol li
Alla kien ser iwettaq permezz
tiegħu, għal xi waqtiet qabadni
l-biża’,
u ghidt lill-Mulej,
"Ġesu’,
din hi l-biċċa Tiegħek, imma
għaliex qiegħed iġġib ruħek hekk
miegħu? Jien jidhirli li Inti
qiegħed toħloqlu
d-diffikultajiet filwaqt li,
fl-istess
ħin, qiegħed tordnalu li jagħmel
xi ħaġa."
Ikteb li, lejl u nhar, Jiena
qiegħed inħares lejh il-ħin
kollu, u Jiena qiegħed
nippermetti dan it-tfixkil biex
inżidlu l-merti. Jiena ma
nagħtix premju għar-riżultati
tajbin imma għall-paċenzja u
għat-tbatija li wieħed ikun
għadda minnhom minħabba Fija.
Vilnius, 26 ta’ Ottubru, 1934
87.
Il-Ġimgħa fis-sitta neqsin
għaxra, filwaqt li jiena u xi
wħud mit-tfajliet li huma afdati
f’idejna(nota38) konna
deħlin mill-ġnien biex nieklu,
jien rajt ‘il-Mulej Ġesu’ fuq
il-kappella tagħna, hekk kif
kien l-ewwel darba li rajtu u
kif inhu mpinġi fix-xbieha.
Iż-żewġ raġġi li kienu ħerġin
mill-qalb ta’ Ġesu’ ksew
il-kappella tagħna u
l-infermerija, u mbagħad il-belt
kollha, u nfirxu fuq id-dinja
kollha. Dan kollu dam xi erba’
minuti u għeb. Waħda
mit-tfajliet, li kienet miexja
miegħi ftit passi wara l-oħrajn,
hi wkoll rat dawn ir-raġġi, imma
ma ratx lil Ġesu’, u ma kenitx
taf minn fejn kienu ġejjin dawn
ir-raġġi. Baqgħet mistagħġba u
marret tgħid lit-tfajliet
l-oħra. Dawn bdew jidħku biha, u
ssuġġerew li kienet qed
timmaġina l-affarijiet jew forsi
kien dawl rifless minn ajruplan
li nzerta għaddej. Imma hi
baqgħet tinsisti għax kienet
konvinta minn dak li rat, għax
qalet li qatt ma kienet rat
raġġi bħal dawk. Meta l-oħrajn
issuġġerew li seta’ kien
‘searchlight’, hija wieġbet li
kienet taf tajjeb x’kien
‘searchlight’, imma hi qatt ma
kienet rat raġġi bħal dawk. Wara
l-ikel, it-tifla resqet lejja u
qaltli li ħassitha hekk kommossa
meta rat dawn ir-raġġi li ma
setgħetx iżomm is-skiet, imma
riedet tgħid lil kulħadd bihom.
Imma lil Ġesu’ ma kenitx ratu.
Hija baqgħet tgħidli b’dawn
ir-raġġi, u dan lili poġġietni
f’sitwazzjoni mbarazzanti, billi
jiena ma stajtx ngħidilha li
kont rajt ’il-Mulej Ġesu’. Jiena
tlabt għaliha, u lill-Mulej
tlabtu sabiex jagħtiha dawk
il-grazzji li hi kellha bżonn.
Qalbi ferħet għall-fatt li Ġesu’
jieħu l-inizjattiva sabiex
insiru nafuh, għalkemm
l-okkażjoni ta’ ħidma bħal din
min-naħa Tiegħu lili ġġibli
għafsa ta’qalb. Għal Ġesu’,
wieħed jista’ jissaporti kollox.
88.
+ Waqt l-adorazzjoni ħassejt
lil Alla qrib tiegħi. Mument
wara rajt lil Ġesu’ u lil
Marija. Malli rajthom imlejt
bil-ferħ, u staqsejt lill-Mulej,
“X’inhi r-rieda Tiegħek, Ġesu’,
fuq dik il-biċċa xogħol li fuqha
l-konfessur tiegħi qalli
nistaqsik?” Ġesu’ wieġeb,
Hija r-rieda Tiegħi li hu jibqa’
hawnhekk u li m’għandux jieħu
l-inizjattiva li jeżenta lilu
nnifsu. Jiena staqsejt lil
Ġesu’ jekk il-kitba kellihiex
tkun: ‘Kristu, Sultan
tal-Ħniena.’ Huwa wieġeb,
Jiena Sultan tal-Ħniena,
imma ma qalx ‘Kristu’. Jiena
nixtieq li din x-xbieha tiġi
esposta fil-pubbliku fl-Ewwel
Ħadd ta’ l-Għid. Dak il-Ħadd
hija l-Festa tal-Ħniena. Permezz
tal-Verb magħmul bniedem, Jiena
ngħarraf il-fond bla qiegħ
tal-ħniena Tiegħi.
89.
+ B’mod stramb seħħ kollox
hekk kif kien talabni l-Mulej.
Fil-fatt, kien l-Ewwel Ħadd
tal-Għid (April 1935) li
x-xbieha ġiet meqjuma
fil-pubbliku minn folol ta’ nies
għall-ewwel darba. Ġiet esposta
għal tlett ijiem u rċeviet qima
pubblika. Għax tpoġġiet fuq nett
f’tieqa f’Ostra Brama
(is-Santwarju tal-Madonna ‘l fuq
mill-Bieb il-Lvant li jagħti
għall-belt ta’ Vilnius), setgħu
jarawha minn ħafna ‘l bogħod.
F’Ostra Brama, matul dawn
it-tlett ijiem, kien qed jiġi
ċċelebrat l-għeluq tal-Ġublew
tal-Fidwa tad-Dinja, li jfakkar
id-dsatax-il mitt sena li
għaddew mill-Passjoni
tas-Salvatur tagħna. Jiena issa
qiegħda nara li x-xogħol ta’
Fidwa hu marbut mal-ħidma ta’
ħniena li kienet ġiet mitluba
mill-Mulej.
90.
Darba, rajt ġewwa fija kemm
kien ser ikollu jbati
l-konfessur tiegħi: ħbieb
jabbandunawk filwaqt li kulħadd
iqum kontrik u s-saħħa fiżika
tiegħek tibda tbatti. Rajtek
bħal għanqud għeneb magħżul
mill-Mulej u mitfugħ u mgħaffeġ
bit-tbatija. Ruħek xi drabi għad
tkun mimlija bid-dubji dwar din
il-biċċa xogħol u dwari. Jiena
rajt lil Alla stess kien qisu
qiegħed idur kontrih, u jiena
staqsejt lill-Mulej għaliex Hu
kien qiegħed jaġixxi miegħu
b’dan il-mod, bħallikieku kien
qiegħed iqegħedlu l-ostakli meta
hu kien qiegħed jipprova jagħmel
dak li Alla stess kien qallu
jagħmel. U l-Mulej qalli,
Jiena qiegħed naġixxi miegħu
b’dan il-mod biex nagħti xhieda
li din l-opra hija Tiegħi.
Għidlu li m’għandu jibża’ xejn;
Jiena qiegħed inħares lejh lejl
u nhar. Għad ikun hemm daqshekk
kuruni sabiex jiffurmaw
il-kuruna tiegħu daqskemm ikun
hemm erwieħ li jsalvaw permezz
ta’ din l-opra. Jiena nagħti
l-premju mhux minħabba s-suċċess
ta’ xi biċċa xogħol, imma
minħabba fit-tbatija.
91.
O Ġesu’ tiegħi, Inti biss taf
kemm inabti persekuzzjonijiet, u
dan kollu mhux għal ħaġ’ oħra
ħlief għax jiena bqajt fidila
lejk u qiegħda nsegwi
l-ordnijiet Tiegħek. Inti
s-saħħa tiegħi.
Żommni
sabiex jiena nkun nista’ dejjem
nagħmel dak li Inti titlob
mingħandi. Waħdi ma nista’
nagħmel xejn, imma meta Inti
żżommni, id-diffikultajiet
kollha ma jsiru jfissru xejn
għalija. O Mulejja, qiegħda nara
sewwa li, minn meta ruħi rċeviet
għall-ewwel darba l-kapaċita’ li
tagħarfek, ħajti saret taqbida
kontinwa li, kull ma jmur, bdiet
issir dejjem iżjed qawwija.
Kull filgħodu waqt
il-meditazzjoni, jiena nħejji
ruħi għat-taqbida ta’ ġurnata
sħiħa. It-Tqarbin Imqaddes
jagħtini ċ-ċertezza li ser
nikseb ir-rebħa; u hekk jiġri.
Nibża’ f’dak il-jum meta ma
nitqarbinx. Dan il-Ħobż
tal-Qawwijin jagħtini s-saħħa
kollha li għandi bżonn biex
inkompli l-missjoni tiegħi u
l-kuraġġ biex nagħmel kull ħaġa
li l-Mulej jista’ jitlob
mingħandi. Il-kuraġġ u s-saħħa
li hemm ġewwa fija m’humiex
ġejjin minni nnifsi, imma
mingħand Dak li jgħix ġewwa fija
– din hi l-Ewkaristija.
O Ġesu’ tiegħi, kemm –il darba
ma jifhmunix; xi drabi, li kieku
ma kienx għall-Ewkaristija, ma
kienx ikolli l-kuraġġ biex
inkompli fit-triq li Inti
għażiltli.
92.
L-umiljazzjoni hi l-ikel tiegħi
ta’ kuljum. Jiena nifhem li
l-għarusa għandha taqsam kollox
li hu tal-għarus; u għalhekk
il-mantar Tiegħu taż-żufjett
irid li jiksi lili wkoll. F’dawk
il-waqtiet meta nkun qiegħda
nbati ħafna, nipprova nżomm
is-skiet, għax ma nafdax lil
ilsieni li, f’dak il-ħin, ikollu
t-tendenza li jitkellem waħdu,
filwaqt li d-dmir tiegħu hu dak
li jgħinni nfaħħar lil Alla
għall-barkiet u r-rigali kollha
li Huwa tani. Meta nirċievi lil
Ġesu’ fit-Tqarbin Imqaddes,
nitolbu bil-ħerqa sabiex
jindenja ruħu jfejjaqli lsieni
biex jiena ma noffendix bih la
lil Alla u lanqas lill-proxxmu.
Jiena rrid li lsieni jfaħħar lil
Alla bla waqfien. Kbar huma
l-iżbalji li l-ilsien jagħmel.
Ir-ruħ ma tiksibx il-qdusija
jekk ma toqgħodx attenta għal
ilsienha.
93.
+
Verżjoni Qasira tal-Katekiżmu
tal-Voti (nota39)
M. X’inhu vot?
T. Vot huwa wegħda li wieħed
jagħmel minn rajh lil Alla, biex
huwa jwettaq att iktar perfett.
M. Il-vot jorbot f’ħaġa li
tinsab fi kmandament?
T. Iva. Meta wieħed iwettaq
ħaġa li tinsab fi kmandament,
dan ikollu valur u mertu
doppju, u meta wieħed
jittraskura din il-ħaġa, dan
ikun ksur doppju u ħażin, għax
meta wieħed jikser vot bħal dan,
inżidu mad-dnub kontra
l-kmandament id-dnub sagrileġġ.
M. Għaliex il-voti reliġjużi
għandhom daqshekk valur?
T. Għax huma l-pedament
tal-ħajja reliġjuża approvata
mill-Knisja, li fiha l-membri
marbutin flimkien f’komunita’
reliġjuża jwiegħdu li dejjem
jistinkaw għall-perfezzjoni
permezz tat-tliet voti reliġjużi
ta’ faqar, kastita’ u
ubbidjenza, li jiġu osservati
skont ir-regoli.
M. Xi jfisser il-kliem,
‘jistinkaw għall-perfezzjoni’?
T. Li tistinka
għall-perfezzjoni jfisser li
l-ħajja reliġjuża minnha nnfisha
ma titlobx li l-perfezzjoni tkun
diġa’ akkwistajtha, imma
tobbliga, taħt il-piena
tad-dnub, li għandna kuljum
naħdmu biex nakkwistawha.
Għalhekk, reliġjuż li ma jridx
isir perfett ikun qiegħed
jittraskura d-dmir ewlieni
tal-istat tiegħu.
M. X’inhuma l-voti reliġjużi
‘solenni’?
T. Voti reliġjużi solenni huma
hekk assoluti li l-Papa biss
f’każijiet staordinarji jista’
jagħti d-dispensa minnhom.
M. X’inhuma l-voti reliġjużi
sempliċi?
T. Dawn huma voti li huma
inqas assoluti – is-Santa Sede
tagħti d-dispensa mill-voti
perpetwi u dawk ta’ kull sena.
M. X’inhi d-differenza bejn vot
u virtu’?
T. Vot għandu x’jaqsam biss
ma’ dak li hu kkamandat taħt
piena ta’ dnub; il-virtu’ tmur
‘il hinn min dan u tgħin sabiex
wieħed iwettaq il-vot; min-naħa
l-oħra, meta niksru l-vot nonqsu
mill-virtu’ u nagħmlulha
l-ħsara.
M. Għalxiex jobbligawna l-voti
reliġjużi?
T. Il-voti reliġjużi
jobbligawna nħabirku sabiex
nakkwistaw il-virtujiet u sabiex
nissottomettu ruħna għal kollox
għas-Superjuri tagħna u
għar-Regoli li għandhom jiġu
obduti; hekk li ir-reliġjuż
jagħti lilu nnifsu
lill-Komunita’ u jiċħad kull
dritt fuqu nnifsu u fuq
l-azzjonijiet tiegħu, li huwa
jissagrifikahom għas-servizz ta’
Alla.
Il-Vot tal-Faqar
Il-vot tal-faqar huwa ċ-ċaħda
volontarja tad-dritt fuq
il-propjeta’ jew għall-użu ta’
din il-propjeta’ bil-għan li
wieħed jogħġob lil Alla.
M. Ma’ liema oġġetti għandu
x’jaqsam il-vot tal-faqar?
T. Dawk l-affarijiet u oġġetti
kollha li huma tal-Komunita’. Ma
jibqgħalniex l-ebda dritt fuq
kull ħaġa, tkun xi tkun, li
tingħata lilna, ladarba nkunu
aċċettajnieha kemm jekk tkun
oġġett jew flus. Dawn
id-donazzjonijiet u rigali
kollha, li forsi ngħataw lilna
b’radd ta’ ħajr jew b’xi mod
ieħor, bi dritt huma
tal-Komunita’. Ma nistgħux
nagħmlu użu, mingħajr ma niksru
l-vot, minn xi paga li nkunu
rċevejna għax-xogħol jew ukoll
minn xi renti ta’ kull sena.
M. Meta niksru jew nonqsu
kontra l-vot f’xi ħaġa li
għandha x’taqsam mas-seba’
kmandament?
T. Niksruh jew nonqsu kontrieh
meta, mingħajr permess, nieħdu
daqslikieku kienet tagħna xi
ħaġa li hi propjeta’ tad-dar;
meta, mingħajr permess, inżommu
għandna xi ħaġa sabiex nagħmluha
tagħna; u meta, mingħajr
awtorizzazzjoni, aħna nbiegħu
jew inpartu xi ħaġa li hi
tal-Komunita’. Meta aħna nagħmlu
użu minn xi oġġett għal xi għan
ieħor li ma jkunx l-intenzjoni
tas-Superjur/a. Meta aħna nagħtu
jew naċċettaw mingħand ħaddieħor
kull ħaġa, tkun xi tkun,
mingħajr permess. Meta bi
traskuraġni neqirdu jew inħassru
xi ħaġa. Meta filwaqt li mmorru
minn dar għall-oħra, nieħdu
magħna, xi ħaġa mingħajr
permess. F’sitwazzjoni fejn
il-vot jinkiser, ir-reliġjuża
hu/hi obbligat li jrodd lura
lill-Komunita’.
Il-Virtu’ tal-Faqar
Din hi virtu’ evanġelika li
ġġiegħel lill-qalb tinqata’ minn
affarijiet temporali;
ir-reliġjuż, minħabba
l-professjoni tiegħu, għandu
obbligu strett li josservaha.
M. Meta nidinbu kontra l-virtu’
l-faqar?
T. Meta aħna nixtiequ xi ħaġa,
li tmur kontra din il-virtu’.
Meta aħna norbtu qalbna ma’xi
ħaġa, u meta nagħmlu użu minn
affarijiet mhux ta’ ħtieġa.
M. Kemm –il grad ta’ faqar hemm
u x’inhuma?
T. Fil-prattika, hemm erba’
gradi ta’ faqar għal xi ħadd li
hu reliġjuż professat: li ma
jmiss xejn mingħajr il-kunsens
tas-Superjuri (din hi ħaġa li
tapplika strettament għall-vot);
li tevita dak li hu żejjed u
tikkuntenta bil-bżonnijiet (dan
japplika għall-virtu’); li
tikkuntenta minnufih
b’affarijiet ta’ kwalita’
inferjuri f’dak li għandu
x’jaqsam maċ-ċella, ilbies,
ikel, eċċ; li jkollok esperjenza
ta’ din il-kuntentizza ġewwa
fik; u li tifraħ f’faqar estrem.
Il-Vot tal-Kastita’
M. Għalxiex jobbligana dan
il-vot?
T. Li ma niżżewġux u nevitaw
dak kollu li hu pprojbit
mis-sitta u mid-disa’
kmandament.
M. Difett kontra l-virtu’ hu
ksur tal-vot?
T. Kull difett kontra l-virtu’
huwa fl-istess waqt ksur
tal-vot, għax hawn m’hawn l-ebda
differenza, bħalma jiġri fil-kas
tal-faqar u ta’ l-ubbidejenza,
bejn il-vot u l-virtu’.
M. Kull ħsieb ħażin hu dnub?
T. Le, mhux kull ħsieb ħażin hu
dnub; isir dnub biss meta
r-rieda u l-kunsens jingħaqdu
mal-ħsieb tal-moħħ.
M. Hemm xi ħaġa oħra, minbarra
d-dnubiet kontra l-kastita’, li
tmur kontra din il-virtu’?
T. Meta nonqsu li nħarsu
s-sensi, l-imaġinazzjoni,
is-sentimenti; il-familjarita’ u
l-ħbiberiji sentimentali jmorru
kontra din il-virtu’.
M. X’inhuma l-mezzi li
jippreżervaw din il-virtu’?
T. Li nirbħu t-tentazzjonijiet
interjuri bil-ħsieb tal-preżenza
ta’ Alla, u wkoll li nissieltu
bla ebda biża’. U għal dak li
għandu x’jaqsam ma’
tentazzjonijiet esterni, li
nevitaw okkażjonijiet. Hemm,
b’kollox, seba’ mezzi
prinċipali: li wieħed iħares
is-sensi, jevita
l-okkażjonijiet, jevita’
l-għażż, li jeħles
mit-tentazzjonijiet minnufih, li
jinqata’ mill-ħbiberiji kollha –
u l-aktar dawk partikulari;
l-ispirtu ta’ mortifikazzjoni, u
li wieħed juri dawn
it-tentazzjonijiet kollha
lill-konfessur. Minbarra dan
kollu, hemm ukoll ħames mezzi
sabiex wieħed jipperserva din
il-virtu’: umilta’, l-ispirtu
ta’ talb, modestja fil-ħars,
fedelta’ lejn ir-regola,
devozzjoni sinċiera lejn
il-Verġni Mbierka Marija.
Il-Vot ta’ l-Ubbidjenza
Il-vot tal-Ubbidjenza hu
superjuri għat-tnejn l-oħrajn.
Biex ngħidu l-verita’, hu
olokawstu, u hemm iktar bżonnu
għax huwa jifforma u janima
l-ġisem monastiku.
M. Għalxiex jobbligana l-vot
tal-ubbidjenza?
T. Permezz tal-vot
tal-ubbidjenza, ir-reliġjuż
iwiegħed lil Alla li jobdi
lis-superjuri leġittimi tiegħu
f’dak kollu li huma jordnaw
skont ir-regola. Il-vot
tal-ubbidjenza jagħmel
lir-reliġjuż dipendenti fuq
is-superjur tiegħu skont dawn
ir-regoli għal ħajtu kollha u
fl-affarijiet tiegħu kollha.
Reliġjuż jikkometti dnub gravi
kontra l-vot kull darba li ma
jobdix ordni li tkun ġiet
mogħtija b’ubbidjenza u skont
dawn ir-regoli.
Il-Virtu’ tal-Ubbidjenza
Il-virtu’ tal-ubbidjenza tmur
lil hemm mill-vot; hija tiġbor
fiha r-regoli, regolamenti u
wkoll il-pariri tas-Superjuri.
M. Il-virtu’ tal-ubbidjenza
hija indispensabbli
għar-reliġjuż?
T. Il-virtu’ tal-ubbidjenza hi
hekk indispensabbli għal
reliġjuż li, anke kieku hu kellu
jagħmel opri tajba kontra
l-ubbidjenza, dawn kienu jkunu
ħżiena u bla ebda mertu.
M. Nistgħu nidinbu b’mod serju
kontra l-virtu’ ta’
l-ubbidjenza?
T. Nidinbu b’mod serju meta ma
nagħtux kas ta’ l-awtorita’ jew
tal-ordni tas-superjur, jew meta
tirriżulta ħsara spiritwali jew
temporali lill-komunita’
mid-diżubbidjenza tagħna.
M. Liema difetti jpoġġu l-vot
fil-periklu?
T. Li tkun preġudikat kontra
is-superjur, jew li żżomm
f’qalbek antipatija kontrieh –
toqgħod tgerger u tikkritika, ma
tobdix fil-pront u tittraskura.
Il-Gradi tal-Ubbidjenza
Twettieq mill-ewwel u sħiħ –
ubbidjenza tar-rieda, meta
r-rieda tikkonvinċi l-intellett
li jissottometti ruħu
għall-parir tas-superjur. Sabiex
l-ubbidjenza ssir iktar faċli,
San Inazju jissuġġerixxi,
minbarra dawn, tliet mezzi: li
aħna dejjem naraw lil Alla
fis-Superjur tagħna, ikun min
ikun; li niġġustifikaw fiha
nnfisha l-ordni jew il-parir
tas-superjur; li naċċettaw kull
ordni bħallikieku ordni mingħand
Alla, mingħajr ma noqogħdu
ngħarbluha jew naħsbu fuqha.
Mezz ġenerali: l-umilta’. Xejn
m’hu diffiċli għal min hu umli.
94.
Mulej, ħeġġiġli qalbi
bl-imħabba għalik sabiex
l-ispirtu tiegħi ma jgħejjiex
fost il-maltempati, it-tbatijiet
u l-provi. Int qiegħed tara kemm
jiena dgħajfa. L-imħabba tista’
tagħmel kollox.
95.
+ Għarfien iktar profond ta’
Alla u t-Terrur tar-Ruħ
Fil-bidu, Alla jippermetti li
aħna nagħarfuh bħala Qdusija,
Ġustizzja, Tjubija - jiġfieri,
Ħniena. Ir-ruħ ma ssirx taf dan
f’daqqa waħda, imma ftit ftit,
f’waqtiet li jiġu fuqha bħal
leħħiet ta’ berqa; jiġifieri,
meta Alla jersaq viċin. U dan ma
jdumx ħafna, għax ir-ruħ dawl
bħal dan ma tkunx tista’
tifilħu. Waqt it-talb ir-ruħ
iġġarrab esperjenzi ta’ leħħiet
ta’ dan id-dawl li jagħmluhiela
impossibbli li hi tkompli titlob
bħalma kienet tagħmel qabel.
Tipprova kemm tipprova tisforza
ruħha hija titlob bħalma kienet
tagħmel qabel, ikun kollu
għalxejn; isir għal kollox
impossibbli għaliha li tkompli
titlob bħalma kienet qabel ma
rċeviet dan id-dawl. Dan id-dawl
li mess ir-ruħ huwa ħaj ġewwa
fiha, u xejn ma jista’ jitfih
jew inaqqsu. Dan il-mument ta’
dawl tal-għarfien ta’ Alla
jiġbed ir-ruħ lejh u jqabbadha
bin-nar ta’ l-imħabba tagħha
għalih. Imma dan l-istess waqt
ta’ dawl, fl-istess ħin,
jippermetti lir-ruħ issir taf
lilha nnfisha hekk kif inhi;
ir-ruħ tara l-intern kollu
tagħha f’dawl superjuri u hija
tqum allarmata u mwerwra. Imma
ma tibqax taħt l-effetti
tat-terrur, iżda tibda issaffi
lilha nnfisha, tumilja u ċċekken
lilha nnfisha quddiem il-Mulej.
Dawn id-dwal isiru iktar
qawwijin u iktar spiss; iktar
mar-ruħ issir kristallizzata,
iktar dawn id-dwal jinfduha.
Imma, jekk ir-ruħ tkun wieġbet
bil-fedelta’ u bil-kuraġġ għal
dawn il-grazzji tal-ewwel, Alla
jimlieha bil-konsolazzjonijiet
Tiegħu u jingħata lilha b’mod li
jidher. F’ċerti waqtiet, ir-ruħ
bħallikieku tidħol f’intimita’
ma’ Alla u tifraħ ħafna b’din
il-ħaġa; hija temmen li tkun
diġa’ laħqet il-grad
tal-perfezzjoni li jkun
ddestinat għaliha, għax
id-difetti u n-nuqqasijiet
tagħha jkunu reqin ġewwa fiha, u
dan iġegħelha taħseb li
m’għandhomx jeżistu. Quddiemha
xejn ma jkun jidher diffiċli;
tkun lesta għal kollox. Tibda
tintelaq f’Alla u dduq
il-ħlewwiet divini. Hija tinġarr
mill-grazzja u ma tagħtix kas
tal-fatt li jista’ jiġi ż-żmien
tal-prova. U, fil-fatt, dan
l-istat ma jkollux ħajja wisq
twila. Waqtiet oħrajn dalwaqt
jiġu. Hawnhekk irrid inżid, li
r-ruħ twieġeb b’fedelta’ ikbar
għall-grazzja divina jekk
ikollha konfessur li jkun
informat tajjeb u li fih tkun
tista’ tafda kollox.
96.
+ Tiġrib li Alla jibgħat lil
ruħ li Huwa jħobb b’mod
speċjali. Tentazzjonijiet u
dlam; Satana.
L-imħabba tar-ruħ (għal Alla)
għadha mhix bħalma Alla
jixtieqha li tkun. Ir-ruħ
f’daqqa waħda titlef is-setgħa
li biha tista’ tħoss u tifhem
il-preżenza ta’ Alla. Ġewwa fiha
jibdew telgħin fil-wiċċ difetti
u imperfezzjonijiet diversi u
hija trid tiġġeldilhom bil-qawwa
kollha tagħha. Id-difetti kollha
tagħha jgħollu rashom, imma
r-ruħ tkun qiegħda tagħmel sahra
attenta ħafna. Fejn qabel hija
kienet tagħraf il-preżenza ta’
Alla, issa qiegħda tħoss kesħa u
nixfa spiritwali; ir-ruħ
m’għandha l-ebda aptit ta’
eżerċizzi spiritwali; ma tistax
titlob, la bil-mod antik, lanqas
bil-mod li bih hija għadha kif
bdiet titlob. Hija tikkumbatti
daqqa mod u daqqa ieħor, imma ma
tkun tista’ ssib l-ebda
sodisfazzjon. Alla nħeba minnha,
u hija ma tista’ ssib l-ebda
konsolazzjoni fil-ħolqien, u
l-ebda waħda minn dawn
il-kreaturi ma tkun tista’ ssib
mezz kif tikkonslaha. Ir-ruħ
tixxennaq għal Alla bit-tqanqil
kollu ta’qalbha, imma hija tara
l-miżerja tagħha stess; hija
tibda tagħraf il-ġustizzja ta’
Alla; jidhrilha li tilfet
id-doni kollha li Alla kien
taha; moħħha jibda jonqoslu
d-dawl, u jimtela bid-dlam;
tibda tortura li ma titfissirx
bil-kliem. Ir-ruħ tipprova
tfisser l-istat tagħha
lill-konfessur, imma hu ma
jifhmihiex u nkwiet ikbar
jagħmel għaliha. Satana jibda
xogħolu.
97.
Il-fidi tibda tixxengel taħt
id-daqqiet; it-taqbida hija
ħarxa. Ir-ruħ tipprova tagħmel
mill-aħjar biex tibqa’ mqabbda
ma’ Alla b’att tar-rieda tagħha.
Bil-permess ta’ Alla, Satana
jkompli jattakka iżjed: it-tama
u l-imħabba jiġu sottomessi
għall-prova. Dawn
it-tentazzjonijiet huma
terribli. Nistgħu ngħidu lil
Alla jkun qiegħed iwieżen
lir-ruħ fil-moħbi. Ir-ruħ dan ma
tintebaħx bih, imma, kieku ma
kienx hekk, kien ikun
impossibbli li tibqa’ soda, u
Alla jaf tajjeb ħafna kemm Huwa
jista’ jippermetti li r-ruħ
tiġġarrab. Ir-ruħ ikollha
t-tentazzjoni li ma temminx
veritajiet rivelati u li ma
tkunx sinċiera mal-konfessur
tagħha. Satana jgħidilna: ‘Ara,
ħadd m’hu jifhmek; għalfejn
titkellem dwar dan kollu?’ Hija
tibda tisma’ kliem li jwerwirha,
u lir-ruħ jidhrilha li tkun
qiegħda tgħid dan il-kliem
kontra Alla. Hija tara dak li ma
tridx. Tisma’ dak li ma tridx. U
kemm hija ħaġa terribli
f’waqtiet bħal dawn li ma
jkollokx konfessur ta’
esperjenza! Ir-ruħ tkun qiegħda
ġġorr il-piż kollu waħedha. Imma
wieħed għandu jagħmel kull sforz
sabiex isib, jekk hu b’xi mod
possibbli, konfessur li jkun
informat tajjeb, għax ir-ruħ
tista’ togħtor taħt il-piż u
tasal fix-xifer tal-preċipizzju.
Dawn il-provi kollha huma tqal u
diffiċli. Alla ma jibgħathomx
lil xi ruħ li Huwa ma jkunx
diġa’ daħħalha f’intimita’ iktar
profonda Miegħu u li tkun għadha
ma daqitx il-ħlewwiet divini.
Minbarra dan, f’dan kollu Alla
għandu l-pjani Tiegħu, li aħna
ma nistgħux nidħlu ġewwa fihom.
Hekk Alla spiss iħejji ruħ
għall-pjani Tiegħu fil-ġejjieni
u għal xogħolijiet kbar. Huwa
jkun irid iġarrabha bħalma
jgħarblu d-deheb safi. Imma dan
għadu mhux it-tmiem tal-prova;
għad baqa’ l-iktar prova iebsa –
meta Alla jitlaq lir-ruħ għal
kollox.
+ L-iktar prova iebsa – Abbandun
sħiħ - Disperazzjoni
98.
Meta r-ruħ toħroġ rebbieħa
mill-provi li ġew qabel,
għalkemm tkun ser taqa’ ‘l hemm
u ‘l hawn, hija tkompli
tissielet b’ħilitha kollha u
bl-umilta’ ssejjaħ lil Alla:
“Salvani, jiena qiegħda
nintilef!” U hija tkun kapaċi
tibqa’ tiġġieled.
Imma f’dan il-punt, ir-ruħ tkun
tinsab mgħarrqa f’lejl
terribbli. Hija tara ġewwa fiha
d-dnub biss. Tħossha terribbli.
Tara lilha nnfisha mitluqa għal
kollox minn Alla. Tħoss li hija
l-oġġett tal-mibgħeda Tiegħu.
Hija pass wieħed biss ‘il bogħod
mid-disperazzjoni. Ir-ruħ
tagħmel mill-aħjar biex
tiddefendi lilha nnfisha;
tipprova tqajjem ġewwa fiha
l-fiduċja tagħha; imma t-talb
huwa għaliha turment ikbar, għax
dan it-talb qisu jqajjem lil
Alla għal korla dejjem ikbar.
Ir-ruħ issib lilha nnfisha fuq
il-quċċata ta’ muntanja għolja
fuq ix-xifer ta’ preċipizzju.
Ir-ruħ tinġibed lejn Alla, imma
tħoss li qiegħda tiġi
rrifjutata. It-tbatija u
t-torturi l-oħrajn kollha li
hawn fid-dinja m’huma xejn meta
jiġu mqabblin ma’ din
is-sensazzjoni li fiha hija ġiet
mitfugħa – jiġifieri, dik lil
Alla ma jridx jaf biha iżjed.
Ħadd ma jista’ jserraħha bl-ebda
mod; hija ssib ruħha għal kollox
waħeda; m’hemm ħadd li jista’
jiddefendiha. Hija tgħolli
għajnejha lejn is-sema, imma
hija konvinta li din mhix
għaliha – għaliha kollox huwa
mitluf. Hija taqa’ dejjem iktar
‘l isfel minn dlam għal dlam, u
jidhrilha li tilfet għal dejjem
lil Alla li hija hekk kienet
tħobb. Dan il-ħsieb huwa tortura
li ma tistax tiddeskrivieha.
Imma r-ruħ ma taqbilx ma’ dan
il-ħsieb u tipprova tħares ‘il
fuq lejn is-sema, imma kollu
għal xejn! U dan jagħmel
it-tortura dejjem iżjed qawwija.
Jekk Alla jkun jixtieq iżomm
lir-ruħ f’dalma bħal din, ħadd
ma jkun jista’ jagħtiha d-dawl.
Hija jkollha esperjenza
taċ-ċaħda ta’ Alla b’mod ħaj u
tal-biża’. Minn qalbha joħroġ
tnehid ta’ uġigħ hekk kbir li
l-ebda saċerdot ma jkun jista’
jifhmu għallinqas jekk huwa
stess ma jkunx għadda minn provi
bħal dawn. F’nofs dan kollu,
l-ispirtu ħażin ikompli jżid
mat-tbatija tar-ruħ meta
jwaqqagħha għaċ-ċajt: “Ser
tkompli tkun fidila? Dan hu
l-premju tiegħek; inti tinsab
f’idejna!” Imma Satana għandu
jkun biss influwenza fuq ir-ruħ
daqskemm Alla jippermettilu, u
Alla jaf kemm aħna nifilħu
nissaportu. “X’ ħadt
mill-mortifikazzjonijiet
tiegħek” Satana jsaqsieha, “u
mill-fedelta’ tiegħek
tar-regola?” X’jiswew dawn
l-isforzi kollha? Alla ċaħdek!”
Din il-kelma, ċaħda,
issir nar li jinfed kull nerv
sal-mudullun tal-għadam. Ixxoqq
ġewwa fiha, kollha kemm hi.
Il-prova tan-nar tilħaq
il-quċċata tagħha. Ir-ruħ ma
tibqa’ tfittex għajnuna mkien.
Hija tinxtorob u tidħol
f’qoxritha u ma tibqa’ tara
xejn; huwa bħallkieku hija
aċċettat it-tortura li tiġi
abbandunata. Dan huwa waqt li
jiena ma nistax infissru
bil-kliem. Din hija l-agunija
tar-ruħ.
99.
Meta dan il-waqt kien qiegħed
joqrob għall-ewwel darba, jiena
ġejt maħtufa minnu permezz
tal-ubbbidjenza qaddisa.
Id-Direttriċi tan-Novizzi,
alarmata bid-dehra tiegħi,
bagħtitni nqerr, imma
l-konfessur ma fehmnix, u jiena
ma ħassejt l-ebda serħan. O
Ġesu’, agħtina saċerdoti
bl-esperjenza!
Meta jiena għidt lil dan
is-saċerdot li kont għaddejja
minn torturi nfernali, huwa
wieġeb li ma kinex qiegħed
jinkwieta dwar ruħi, għax fiha
kien qiegħd jara grazzja kbira
mingħand Alla. Imma jien ma
fhimt xejn minn dan, u l-ebda
xaqq ta’dawl ma feġġ f’ruħi.
100.
Imma bdiet tonqosni s-saħħa
fiżika tiegħi, u ma stajtx
inkompli nwettaq dmirijieti
iżjed. U lanqas ma stajt
inkompli naħbi t-tbatijiet
tiegħi. Għalkemm ma lissint
l-ebda kelma dwarhom, il-bixra
ta’ uġigħ fuq wiċċi ttradietni.
Is-Superjura qaltli li
s-sorijiet kienu marru għandha
jgħidulha li, meta jħarsu lejja
fil-kappella, jitqanqlu u
jitħassruni għax għandi dehra
hekk terribbli. Imma minkejja
l-isforzi kollha, ir-ruħ ma
tkunx tista’ taħbi tbatija bħal
din.
101.
Ġesu’, inti biss taf kif ir-ruħ,
mgħaddsa fid-dlam, titniehed
f’nofs dawn it-turmenti, u,
minkejja dan kollu, tħossha
għatxana għal Alla bħalma
xufftejn jaqbdu bin-nar iħossu
l-għatx għall-ilma. Hija tmut u
tidbiel; hija tmut mewta
mingħajr mewt; jiġifieri, hija
ma tistax tmut. L-isforzi tagħha
kollha jiġu fix-xejn; tinsab
taħt id setgħana. Issa r-ruħ
tiġi taħt is-setgħa tal-Ġust.
It-tentazzjonijiet minn barra
kollha jieqfu; kulma hemm
madwarha jaqa’ fis-skiet bħal
persuna qiegħda tmut li titlef
il-kuntatt ma’ kollox madwarha:
ir-ruħ tal-persuna, kollha kemm
hi, tinsab f’idejn Alla l-Ġust,
Alla għal tlett darbiet Qaddis –
miċħuda għall-eternita’ kollha!
Dan il-mument huwa l-quċċata, u
Alla biss jista’ jipprova r-ruħ
b’dan il-mod, għaliex Huwa biss
jaf kemm tiflaħ tissaporti
r-ruħ.
Meta r-ruħ tkun għaddiet sewwa
minn ġo dan in-nar infernali,
tiġi, bħallikieku, mitfugħa għal
rasha f’disperazzjoni kbira.
Ruħi kellha esperjenza ta’ dan
il-waqt meta kont għal kollox
waħdi fiċ-ċella tiegħi. Meta
ruħi bdiet nieżla ‘l isfel f’din
id-disperazzjoni, ħassejt li
t-tmiem kien qrib. Imma ħtaft
b’saħħti kollha l-kurċifiss
żgħir tiegħi u għafastu sew
f’idi. U ħassejt ġismi jinfired
minn ruħi; u għalkemm ridt immur
għand is-Superjuri tiegħi, ma
kienx baqagħli s-saħħa fiżika.
Lissint l-aħħar kliem tiegħi:
“Jiena nafda fil-Ħniena Tiegħek”
– u deherli li kont ipprovokajt
lil Alla għal korla dejjem
ikbar. U issa għeriqt
fid-disperazzjoni – u kulma kien
għad baqagħli kienet tnehida ta’
uġigħ li, minn ħin għal ħin,
kien qiegħed jiċċarrat minn
ruħi. Ir-ruħ tinsab fl-agunija –
u deherli li kont ser nibqa’
f’dan l-istat, għax, bis-saħħa
tiegħi biss, ma stajtx noħroġ
minnu. Kull darba li bdjet
niftakar f’Alla beda jinfetaħ
quddiemi oċejan ta’ tbatija li
ma jistax jitfisser bil-kliem, u
xorta waħda minkejja dan hemm xi
ħaġa ġewwa ruħi li tinġibed
lejh, għalkemm hija jidhrilha li
dan jiġri għal dan il-għan biss
– li hija tbati iżjed. Meta hija
tiftakar fl-imħabba li biha Alla
qabel kien idawwarha, din tkun
tip ta’ tbatija oħra. Il-ħarsa
Tiegħu tinfidha u kollox ġewwa
r-ruħ jinħaraq taħt din
il-ħarsa.
102.
Ftit ħin wara, waħda
mis-sorijiet daħlet fiċ-ċella u
sabitni kważi mejta. Hija
beżgħet u marret issib
id-Direttriċi tan-novizzi li,
f’isem l-ubbidjenza qaddisa,
ordnatli nqum mill-art. Saħħti
reġgħet ġiet lura mill-ewwel, u
qomt nirtogħod. Id-Direttriċi
għarfet minnufih l-istat ta’
ruħi u kellmitni dwar il-ħniena
ta’ Alla li ħadd ma jista’
jifhimha, u qaltli: “Tinkiweta
xejn Sor. Jiena qiegħeda
nordnalek dan b’ubbidjenza.”
Imbagħad qaltli: “Issa qiegħda
nara, Sor, li Alla qiegħed
isejjaħlek għal grad għoli ta’
qdusija; il-Mulej irid jiġbdek
qrib ħafna Tiegħu la Huwa
ppermetta li jiġrulek dawn
l-affarijiet hekk malajr. Kun
fidila lejn Alla, Sor, għaliex
dan huwa sinjal li Huwa jrid li
jkollok post għoli fil-ġenna.”
Imma jien ma fhimt xejn minn dan
il-kliem. Meta dħalt
fil-kappella ħassejtni
bħallikieku ruħi kienet inħelset
minn kollox, bħallikieku kont
għadni kif ġejt f’dak il-waqt
minn id Alla. Intbaħt li ruħi ma
setgħetx tittiefes u tintmess;
ħassejtni bħala tifla żgħira.
103.
F’daqqa waħda rajt lill-Mulej
ġewwa fija u Huwa qalli:
Tibżax, binti; Jiena ninsab
miegħek. F’dak il-waqt
wieħed, id-dlam u t-turmenti
kollha, għebu; is-sensi tiegħi
imtlew ser ifuru b’ferħ li ma
jisatx jitfisser bil-kliem,
s-setgħat ta’ ruħi mtlew
bid-dawl.
104.
Irrid inżid li, għalkemm ruħi
kienet diġa’ tinsab fir-raġġi
ta’ mħabbtu, xi ħjiel
tat-torturi tiegħi tal-imgħoddi
baqgħu fuq ġismi għal jumejn:
wiċċ abjad karti u għajnejn
bid-demm. Ġesu’ biss jaf
x’batejt. Dak li jiena ktibt
huwa fqir ħafna jekk jiġi
mqabbel mar-realta’. Ma nistax
inpoġġieh fi kliem; donni
ħassejtni li kont ġejt lura
mid-dinja l-oħra. Inħoss
mibgħeda għal dak kollu li hu
maħluq; nersaq sabiex nitgeddes
qrib il-qalb ta’ Alla bħalma
tagħmel tarbija ma’ sider ommha.
Issa qiegħda nara kollox b’mod
differenti. Qed nagħraf dak li
għamel il-Mulej ġewwa ruħi
b’kelma waħda, u jiena ngħix
b’dan. Nirtogħod bil-biża’ meta
niftakar f’din it-tortura li
għaddejt minnha. Ma kontx
nemmen li xi ħadd jista’ jbati
b’dan il-mod, li kieku
m’għaddejtx minn din
l-esperjenza jien stess. Din
hija tbatija li hija spiritwali
għal kollox.
105.
Imma f’din it-tbatija kollha u
f’dan it-taqbid kollu, ma
ħallejtx barra t-Tqarbin
Imqaddes. Meta deherli li ma
kellix nitqarben, mort, qabel
it-Tqarbin, għand id-Direttriċi
u għidtilha li ma stajtx nersaq
lejn is-Sagrament, għax kien
jidhirli li ma kellix nagħmel
dan. Imma hi ma tatnix permess
inħalli barra t-Tqarbin
Imqaddes, u issa qiegħda nifhem
li l-ubbidjenza biss kienet
salvatni.
Id-Direttriċi stess wara qaltli
li l-provi tiegħi kienu għaddew
malajr, “u dan seħħ biss għax
inti kont tobdi, Sor; u kien
permezz tal-qawwa tal-ubbidjenza
li int għaddejt minn din
it-taqbida b’daqshekk kuraġġ.”
Kien veru li l-Mulej stess
ħariġni minn dan it-turment,
imma l-fedelta’ tiegħi
għall-ubbidjenza veru li
għoġbitu.
106.
Għalkemm dawn huma affarijiet
tal-biża’, ir-ruħ m’għandhiex
titbeżża’ żżejjed, għax Alla
qatt m’hu ser jipprovana aktar
milli nifilħu. Mill-banda
l-oħra, jista’ jkun li Hu qatt
ma jibgħatilna tbatijiet bħal
dawn, imma dan qiegħda niktbu
għax, jekk il-Mulej jogħġbu
jħalli xi ruħ tgħaddi minn
tbatijiet bħal dawn, hi
m’għandiex tibża’ imma, sakemm
ikun jiddependi mir-ruħ stess,
għandha tibqa’ fidila lejn Alla.
Alla mhux ser jagħmel ħsara
lir-ruħ bl-ebda mod, għax Huwa
l-Imħabba nnfisha, u Huwa
sejħilha għall-eżistenza tagħha
f’din l-imħabba li ma tistax
titkejjel. Imma meta jiena kont
itturmentata b’dan il-mod, jien
stess dan ma stajtx nifhmu.
107.
O Alla tiegħi, sirt naf li jien
minix ta’ din id-dinja; Inti, O
Mulej, ferrajt dan l-għarfien
profond ġewwa ruħi. L-għaqda
tiegħi hija iktar mas-sema milli
ta’ l-art, għalkemm jiena
bl-ebda mod ma nittraskura
d-dmirijiet tiegħi.
108.
F’dak iż-żmien, ma kellix
Direttur Spirtwali; ma kelli
l-ebda tip ta’ tmexxija. Tlabt
lill-Mulej, imma Hu ma tanix
Direttur. Ġesu’ stess kien
l-Imgħallem tiegħi minn ċkuniti
sal-mument ta’ issa. Huwa mexa
miegħi fid-deżerti kollha u
fil-perikli kollha. Qiegħda nara
ċar li Alla biss seta’
jgħaddini minn perikli hekk kbar
mingħajr ma tiġrili l-ebda
ħsara, b’ruħi bla mittiefsa, u
jgħinni ngħaddi rebbieħa
mid-diffikultajiet kollha,
għalkemm dawn kienu tabilħaqq
kbar ħafna. Meta ħriġt (...).
Iktar tard, il-Mulej tani
Direttur.
109.
Wara tbatijiet bħal dawn ir-ruħ
tkun tinsab fi stat ta’ safa
kbir tal-ispirtu u tkun qrib
ħafna ta’ Alla. Imma jeħtieġli
nżid ngħid li, waqt dawn
it-turmenti spiritwali, hija
tkun qrib ta’ Alla, imma ma
tkunx tista’ tara. L-għajnejn
tar-ruħ ikunu jinsabu mitfugħin
fid-dlam, u għalkemm Alla jkun
iktar qribha milli qatt tista’
timmaġina r-ruħ li tkun qiegħda
tbati, is-sigriet kollu jinsab
fil-fatt li hi ma tkun taf xejn
minn dan. Fil-fatt ir-ruħ
tiddikjara li mhux biss Alla
abbandunaha imma li hija
l-oġġett tal-mibgħeda Tiegħu.
B’liema mod serju huma effetwati
l-għajnejn tar-ruħ! Meta tiġi
milquta bid-dawl divin, ir-ruħ
tgħid li dan id-dawl ma
jeżistix, għalkemm huwa propju
għax dan id-dawl divin jiddi
b’tali mod hi ma tkunx tista’
tara daqslikieku tkun għamiet.
Imma minkejja kollox, wara
tgħallimt li Alla jkun aktar
qrib ir-ruħ f’waqtiet bħal dawn
milli f’oħrajn, għax hi ma tkunx
tista’ ġġarrab dawn il-provi
bl-għajnuna tal-grazzja
ordinarja biss. Is-setgħat bla
tarf ta’ Alla u grazzja
staordinarja jridu jkunu attivi
hawnhekk, għax inkella r-ruħ
taqa’ mal-ewwel daqqa.
110.
O Mgħallem Divin, dak li jiġri
ġewwa ruħi huwa xogħlok biss!
Inti, O Mulej, ma nibżax tpoġġi
lir-ruħ fuq xifer ta’
preċipizzju terribbli fejn hija
tieqaf, imdehxa u mbeżżgħa, u
Inti mbagħad terġa’ ssejħilha
lura għandek. Dawn huma
l-misteri Tiegħek li ħadd ma
jista’ jifhimhom.
111.
Meta, f’nofs dawn it-turmenti
interjuri, jiena ppruvajt
nakkuża lili nnifsi fil-qrar
bl-iċken affarijiet, is-saċerdot
wera ruħu mistagħġeb li jiena ma
kontx ħatja ta’ difetti iktar
serji, u huwa qalli: “Jekk inti
daqshekk fidila lejn Alla matul
dawn it-tbatijiet, dan fih
innifsu huwa prova ċara għalija
li Alla qiegħed iżommok, Sor, bi
grazzja speċjali, u hija ħaġa
tajba li inti dan m’intix
tifhmu.” Imma hija ħaġa stramba
li l-konfessuri la setgħu
jifhmuni u lanqas iserrħuli rasi
dwar l-affarijiet sakemm iltqajt
ma’ Patri Andrasz, u iktar tard,
ma’ Dun Sopocko.
112.
Xi ħaġa dwar il-qrar u
l-konfessuri. Ser nitkellem biss
dwar l-esperjenza tiegħi u dwar
dak li għaddejt minnu jiena
ġewwa ruħi. Huwa tliet
affarijiet li ma jħallux lir-ruħ
tieħu l-ġid mill-qrar f’dawn
il-waqtiet eċċezzjonali.
L-ewwel ħaġa: meta l-konfessur
ikun jaf ftit li xejn dwar modi
straordinarji u juri ruħu
sorpriż jekk ir-ruħ tgħarrfu
bil-misteri kbar li Alla jkun
wettaq ġewwa fiha. Din
is-sorpriża min-naħa tiegħu
tbeżża’ lir-ruħ sensittiva, u
hija tintebaħ li l-konfessur
qiegħed jaħsibha darbtejn qabel
ma jagħti l-opinjoni tiegħu; u
jekk hi tinduna b’dan jidħlulha
aktar dubji u ma tkunx tista’
sserraħ rasha, għax tħoss ġewwa
fiha li l-konfessur ikun qiegħed
jipprova jserrħilha rasha
fil-waqt li hu stess ma jkunx
ċert minnu nnifsu. Jew inkella,
bħalma ġara lili, il-konfessur,
għax ma jkunx kapaċi jippenetra
xi wħud mill-misteri tar-ruħ,
jirrifjuta li jisma’ l-qrara u
juri ċerta biża’ meta r-ruħ
tersaq lejn il-konfessinarju.
Kif tista’ ruħ f’dan l-istat
issib l-paċi fil-konfessinarju
meta tkun saret hekk sensittiva
għall-aħħar għal kull kelma
tas-saċerdot? Fil-fehma tiegħi,
fi żminijiet ta’ tiġrib hekk
speċjali li Alla jibgħat
lir-ruħ, is-saċerdot – jekk hu
ma jifhimx lir-ruħ – għandu
jibgħatha għand xi konfessur
ieħor li jkollu esperjenza u
t-tgħalim meħtieġ. Jew inkella
huwa stess għandu jfittex
id-dawl sabiex jagħti lir-ruħ
dak li hi teħtieġ, minflok ma
jiċħdilna b’mod assolut iċ-ċans
li hi tqerr. Għax b’dan il-mod
huwa jkun qiegħed jesponi
lir-ruħ għal periklu kbir; u
iktar minn ruħ waħda tista’
tħalli t-triq li fiha Alla jkun
riedha timxi. Din hija ħaġa ta’
importanza kbira, u għalkemm
Alla stess reġa’ assigurani,
xorta waħda dejjem ridt li
jkolli wkoll is-siġill
tal-Knisja.
It-tieni ħaġa: il-konfessur ma
jħallix lir-ruħ tesprimi ruħha
b’mod miftuħ, u juri nuqqas ta’
paċenzja. Ir-ruħ imbagħad taqa’
fis-skiet ma tgħidx kollox (dak
kollu li għandha xi tgħid) u
b’dan il-mod, ma tieħu l-ebda
ġid għal ruħha. Tieħu inqas u
inqas meta l-konfessur lilha ma
jafhiex, għax ma jkunx
ippermettielha tinfetaħ sewwa
dwar il-grazzji u l-miżerji
tagħha. U għalhekk l-prova ma
tkunx waħda tajba. Lili għamluli
xi prova li kienu tad-daħk.
Ħa nfisser din il-ħaġa aħjar
b’dan il-mod: Il-konfessur huwa
t-tabib tar-ruħ, imma kif
jista’ tabib jippreskrivi
rimedju effettiv jekk hu ma jafx
x’inhi sewwa l-marda? Qatt m’hu
ser ikun jista’ jagħmlu dan.
Għax jew ir-rimedju ma jkollux
l-effett mixtieq, jew inkella
jkun qawwi ħafna u jaggrava
l-marda, u xi drabi – Alla ħares
jiġri dan – iwassal ukoll għal
mewt. Qiegħda nitkellem
mill-esperjenzi tiegħi stess
għax, f’ċerti każi, kien
il-Mulej innifsu li weżinni
direttament.
It-tielet ħaġa: jiġri wkoll xi
drabi li l-konfessur jieħu
biċ-ċajt affarijiet żgħar.
M’hemm xejn li hu żgħir
fil-ħajja spiritwalment. Xi
drabi xi ħaġa li tkun importanti
ħafna u din tkun għall-konfessur
raġġ ta’ dawl li jgħinu jsir jaf
lir-ruħ. Ħafna tifsiriet
spiritwali jkunu moħbijin
f’affarijiet żgħar.
Biċċa bini meraviljuża m’hix ser
titla’ jekk aħna ma naċċettawx
xi biċċiet tal-ġebel
insinjifikanti li jiffurmawha,
Alla jkun qiegħed jitlob safa
kbir mingħand ċerti erwieħ, u
għalhekk jagħtihom għarfien
aktar wiesa’ tal-miżerja tagħhom
stess. Imdawla b’dawl li jkun
ġej minn fuq, ir-ruħ tista’ tkun
taf aħjar x’jogħġob lil Alla u
x’ma jogħġbux. Id-dnub
jiddependi minn kemm ir-ruħ
ikollha għarfien u kemm dawl
ikun hemm ġewwa fiha. L-istess
jgħodd għal dawk li huma
imperfezzjonijiet. Għalkemm
ir-ruħ tkun taf li d-dnub biss,
fil-veru sens tal-kelma, jitlob
is-sagrament tal-qrar, imma dawn
l-affarijiet iż-żgħar ikunu ta’
importanza kbira għar-ruħ li
tkun miexja lejn il-qdusija, u
l-konfessur m’għandux
jittrattahom daqslikieku ma
kienu xejn. Il-paċenzja u
t-tjubija tal-konfessur jiftħu
t-triq għas-sigrieti tal-qiegħ
nett tar-ruħ. Ir-ruħ,
bħallikieku mingħajr ma taf,
tikxef il-fond tagħha li qisu
abbiss u tħossha li hi iktar
b’saħħitha u tiflaħ tiġġieled
kontra t-tbatija u b’kuraġġ
akbar u tipprova tagħmel
l-affarijiet aħjar għax hija taf
li trid tagħti tweġiba għal
għemilha.
Sejra nsemmi ħaġa oħra dwar
il-konfessur. Huwa d-dover
tiegħu li, minn żmien għal żmien
iressaq lir-ruħ għall-prova;
jagħmel eżerċizzju, jsir jaf
jekk għandux f’idejh tiben,
ħadid jew deheb safi. Kull waħda
minn dawn it-tliet tipi ta’
erwieħ għandha bżonn ta’ tip
differenti ta’ taħriġ.
Il-konfessur irid – u din
il-ħaġa hi kollha kemm hi
meħtieġa – jasal għall-ġudizzju
ċar dwar kull ruħ sabiex ikun
jaf kemm hu kbir il-piż li tkun
tiflaħ iġġorr, f’ċerti
ċirkostanzi, jew
f’sitwazzjonijiet speċjali.
Ngħid għalija, kien biss wara xi
żmien, wara ħafna esperjenzi
(negattivi) li, meta jiena rajt
li ma kenux qedgħin jifhmuni, ma
bqajtx niftaħ qalbi jew inħalli
l-paċi tiegħi tiġi mfixkla. Imma
dan ġara biss meta dawn
il-grazzji kollha kienu diġa’
ġew imressqa għall-ġudizzju ta’
konfessur għaref li kellu ħafna
tagħlim u esperjenza. Issa naf
x’għandi nagħmel f’ċerti
każijiet.
113.
Nixtieq nerġa’ ngħid tliet
kelmiet lir-ruħ li hi deċiża
tissielet għall-qdusija u tiġbor
il-frott; jiġifieri, tieħu l-ġid
mill-qrar.
L-ewwel (kelma) – sinċiera
sħiħa, li tkun miftuħa. Ukoll
l-iktar konfessur qaddis u
għaqli ma jistax iferragħ
bil-fors fir-ruħ dak li jixtieq
jekk hi ma tkunx sinċiera u
miftuħa. Ruħ li ma tkunx
sinċiera, li tingħalaq fiha
nnfisha, tkun f’perikli kbar
fil-ħajja spirtwali, u wkoll
il-Mulej Ġesu’ nnifsu ma
jingħatax lil ruħ bħal din fuq
livell ogħla, għax Hu jaf li hi
ma tieħu l-ebda ġid minn dawn
il-grazzji speċjali.
It-tieni (kelma) – umilta’. Ruħ
ma teħux ġid kemm għandha tieħu
s-sagrament tal-qrar jekk ma
tkunx umli. Is-suppervja żżommha
fid-dlam. Ir-ruħ la tkun taf
kif, lanqas tkun trid, tgħarbel
bil-preċiżjoni l-fond
tal-miżerja tagħha stess. Hija
tilbes maskra u taħrab dak kollu
li jista’ jġibilha l-fejqan.
It-tielet (kelma) – ubbidjenza.
Ruħ li ma tridx tobdi ma tikseb
l-ebda rebħa. Wkoll kieku
l-Mulej Ġesu’ stess, kellu Hu
stess jisma’ l-qrara tagħha.
Il-konfessur bl-ikbar esperjenza
ma jkunx jista’ bl-ebda mod
jgħin lil ruħ bħal din. Ir-ruħ
li ma tobdix tesponi lilha
nnifisha għal disgrazzji kbar;
ma tagħmel l-ebda progress lejn
il-perfezzjoni, lanqas tirnexxi
fil-ħajja spiritwali. Alla
jagħti b’idejh miftuħa l-grazzji
Tiegħu bl-akbar ġenerożita’
lir-ruħ, imma trid tkun ruħ li
tobdi.
114.
Kemm huma sbieħ l-innijiet li
joħorġu minn ruħ li tkun qiegħda
tbati! Is-sema kollha jitpaxxa
b’ruħ bħal din, l-aktar meta
Alla jkun qiegħed jippruvaha.
Fin-nieket tagħha hija tkanta
x-xenqa tagħha għalih. Kbira hi
s-sbuħija tagħha, għax din tkun
ġejja minn Alla. Ir-ruħ timxi
fil-ġungla tal-ħajja, feruta
mill-imħabba ta’ Alla. Hija
tmiss l-art b’sieq waħda biss.
115.
+ Meta ruħ toħroġ minn dawn
it-tribulazzjonijiet, tkun
tabilħaqq umli. Is-safa tar-ruħ
tagħha tkun kbira. Tkun taf
aħjar, mingħajr ma jkollha bżonn
tieqaf tirrifletti, bħallikieku,
x’għandha tagħmel f’xi waqt u
x’għandhiex tagħmel. Hija tħoss
il-grazzja meta din tmissha
b’mod ħafif u hija fidila ħafna
lejn Alla. Hija tagħraf lil
Alla mill-bogħod u tifraħ bla
waqfien fih. Hija tiskopri
malajr ħafna lil Alla f’erwieħ
oħra u fl-ambjent ta’ madwarha
inġenerali. Ir-ruħ tkun ġiet
ippurifikata minn Alla stess.
Alla, bħala Spirtu Pur,
jintorduċi lir-ruħ għal ħajja li
hi kollha kemm hi spiritwali.
Alla stess ikun l-ewwel ħejja u
saffa lir-ruħ; jiġifieri, ikun
għamilha tista’ tasal għal
għaqda mill-qrib miegħu. Ir-ruħ
fi stat ta’ mistrieħ mimli
mħabba, tingħaqad spiritwalment
mal-Mulej. Titkellem ma’ Alla
mingħajr il-bżonn li tfisser
ruħha permezz tas-sensi. Alla
jimlieha bid-dawl Tiegħu.
Il-moħħ imdawwal jara ċar
u jagħżel bejn il-livelli
diversi tal-ħajja spiritwali.
Huwa jagħraf (dak l-istat) meta
l-għaqda tiegħu ma’ Alla ma
kenitx perfetta: fejn is-sensi
kienu jintużaw, u l-ispirtu kien
ikun maqgħud mas-sensi b’mod
eżaltat u speċjali – imma għadu
mhux perfett. Hemm għaqda iktar
għolja u iktar perfetta ma’
Alla; jiġifieri għaqda
intellettwali. Hawnhekk, ir-ruħ
tkun iktar żgura li mhix qiegħda
tbati minn illużjonijiet;
l-ispiritwalita’ tagħha hi iktar
safja u iktar profonda. F’ħajja
fejn ikunu qedgħin jaħdmu
s-sensi, ikun hemm aktar periklu
ta’ xi illużjoni. Kemm għar-ruħ
u kemm għall-konfessur tagħha,
il-prudenza għandu jkollha
importanza ikbar. Ikun hemm
waqtiet meta Alla jdaħħal
lir-ruħ fi stat li hu kollu kemm
hu spiritwali. Is-sensi jintfew
u jkunu donnhom mejtin. Ir-ruħ
tkun maqgħuda ma’ Alla b’mod
mill-aktar qrib; tkun mgħaddsa
fid-Divinita’; l-għarfien tagħha
jkun sħiħ u perfett, mhux daqqa
iva u daqqa le bħal qabel, imma
sħiħ u assolut. Hija tifraħ
b’dan. Imma rrid ngħid iktar fuq
dawk il-mumenti tat-tiġrib;
f’dawk il-waqtiet il-konfessur
irid juża l-paċenzja ma’ruħ bħal
din. Imma r-ruħ irid jerġa’
jkollha aktar paċenzja magħha
nnfisha.
116.
Ġesu’ tiegħi, Inti taf minn xiex
tgħaddi ruħi meta tiftakar
f’dawn it-tbatijiet. Jien spiss
kont nistagħġeb li l-anġli u
l-qaddisin jisktu meta jaraw ruħ
qedgħa tbati b’dak il-mod. Imma
huma jkollhom imħabba speċjali
għalina f’waqtiet bħal dawn.
Ruħi spiss kienet tgħajjat għal
Alla, bħal tifla żgħira li
tgħajjat kemm tiflaħ meta ommha
tgħatti wiċċha u li ma tkunx
tista’ tagħrafha. O Ġesu’
tiegħi, ġieħ u qima lilek għal
dawn il-provi ta’ mħabba!
Il-ħniena Tiegħek hi hekk kbira
li ħadd ma jista’ jifhimha! Dak
kollu li Inti kont fassalt għal
ruħi, O Mulej, huwa mgħaddas
fil-ħniena Tiegħek.
117.
Hawnhekk irrid ngħid li dawk li
jgħixu ma’ persuna bħal din
m’għandhomx iżidulha t-tbatijiet
esterni, għax jekk it-tazza
tar-ruħ tkun mimlija sewwa,
il-qatra żgħira li nżidulha
tista’ tkun dik il-qatra li hi
żejda, u t-tazza tal-imrar tfur.
U min ser iwieġeb għal ruħ bħal
din? Ejjew noqogħdu attenti li
ma nżidux mat-tbatijiet
tal-oħrajn, għax din il-ħaġa ma
togħġbux lill-Mulej. Jekk
is-sorijiet jew is-superjuri
jkunu jafu jew ukoll
jissuspettaw li xi ruħ qiegħda
ġġarrab provi bħal dawn, u huma
xorta waħda jżidulha tbatijiet
oħrajn, huma jkunu qedgħin
jidinbu bis-serjeta’, u Alla
stess jitlob rendikont minn
għandhom minħabba ruħ bħal din.
Minix qiegħda nitkellem hawnhekk
dwar affarijiet li min-natura
tagħhom stess huma dnubiet, imma
dwar affarijiet li f’ċirkustanzi
oħra ma jkunux dnubiet. Ejjew
noqoqgħdu attenti li ma
jkollniex it-toqol ta’ ruħ bħal
din fuq il-kuxjenza tagħna. Dan
hu difett serju u komuni
fil-ħajja reliġjuża, jiġifieri,
li meta xi ħadd jara ruħ qiegħda
tbati, dejjem ikun irid iżidilha
aktar tbatija. Minix qiegħda
ngħid li kulħadd jaġixxi b’dan
il-mod, imma hemm xi wħud li
jagħmlu hekk. Bil-liberta’
kollha ngħaddu kull tip ta’
ġudizzju, u nerġgħu nirrepetuhom
meta konna nagħmlu ħafna aħjar
li kieku kellna nżommu s-skiet.
118.
L-ilsien membru ċkejken, imma
jagħmel affarijiet kbar.
Reliġjuża li ma żżomx is-skiet
qatt m’hi sejra ssir qaddisa. Hi
m’għandhiex tilludi ruħha -
sakemm ma jkunx l-Ispirtu ta’
Alla li jkun qiegħed jitkellem
permezz tagħha, għax imbagħad
m’għandhiex tibqa’ siekta. Imma,
sabiex jisma’ tal-vuċi ta’ Alla,
wieħed irid iżomm is-skiet
f’ruħu u joqgħod kwiet; dan ma
jfissirx skiet mimli dieqa, imma
skiet interjuri – jiġifieri
ġabra f’Alla. Wieħed jista’
jitkellem ħafna mingħajr ma
jikser is-skiet, u għal
kuntrarju, wieħed jista’
jitkellem ftit u l-ħin kollu
jkun qiegħed jikser is-skiet. Xi
ħsara li ma tistax tissewwa ssir
meta jinkiser is-skiet!
Nikkawżaw ħsara kbira
lill-proxxmu tagħna, imma iżjed
u iżjed lilna nfusna.
Fil-fehma tiegħi, u skont
l-esperjenza tiegħi, ir-regola
dwar is-skiet għandu jkollha
l-ewwel post. Alla ma jingħatax
lil ruħ li tħobb tpaċpaċ li,
bħal naħla li qiegħda
fid-duqqajs, tibqa’ ddur u
żżanżan imma ma tiġborx għasel.
Ruħ li tpaċpaċ tkun vojta minn
ġewwa. Tkun nieqsa kemm
mill-virtujiet li teħtieġ u
mill-intimita’ ma’ Alla. Għal
din ir-ruħ m’hemmx post għal
ħajja interjuri iktar profonda,
waħda ta’ paċi ħelwa u ta’ dak
is-skiet fejn jgħammar il-Mulej.
Ruħ li qatt ma daqet il-ħlewwa
ta’ skiet intern, hija spirtu
bla kwiet li jfixkel is-skiet
tal-oħrajn. Rajt ħafna erwieħ
fil-qiegħ tal-infern għax ma
żammewx is-skiet; huma stess
qaluli dan meta staqsejthom
x’kienet raġuni għaliex kienu
qedgħin ibatu. Dawn kienu erwieħ
ta’ reliġjużi. Alla tiegħi,
x’agunija meta naħseb li mhux
biss setgħu kienu fil-ġenna,
imma setgħu wkoll saru qaddisin!
O Ġesu’, ikollok ħniena!
119.
Nirtogħod meta naħseb li rrid
nagħti rendikont ta’ lsieni.
Hemm il-ħajja, imma hemm ukoll
il-mewt fl-ilsien. Xi drabi
noqtlu permezz tal-ilsien!
Nikkommettu qtil fil-veru sens
tal-kelma. U dan għandna nibqgħu
narawh bħallikieku kien ħaġa
żgħira? Tassew ma nistax nifhem
kuxjenzi bħal dawn. Kont naf
persuna li, meta saret taf
mingħand xi ħadd li kien hemm xi
għajdut dwarha, mardet
serjament. Tilfet ħafna demm u
xerrdet ħafna dmugħ u r-riżultat
kien tassew ta’ swied il-qalb.
Ma kenitx ix-xabla li għamlet
dan kollu, imma l-ilsien. O
Ġesu’ tiegħi silenzjuż, ikollok
ħniena minna!
120.
Issa sibt ruħi nitkellem fuq
is-suġġett tas-skiet. Imma dan
mhux dak li ridt nitkellem
dwaru, imma aktar fuq il-ħajja
tar-ruħ ma’ Alla, u fuq
it-tweġiba tagħha għall-grazzja.
Meta ruħ tkun ġiet imsoffija, u
l-Mulej ikun daħal f’intimita’
magħha, hija tibda tapplika
l-enerġija kollha li jkollha
ġewwa fiha filli tkun għatxana
għal Alla. Imma r-ruħ ma tkunx
tista’ tagħmel xejn waħedha.
Alla waħdu jirranġa kollox.
Ir-ruħ dan tafu u tintebaħ bih.
Hija tkun għadha fl-eżilju u
tifhem tajjeb li għad jerġgħu
jiġu ġranet mimlijin sħab u
xita, imma issa hija trid tħares
lejn l-affarijiet b’mod
differenti milli kienet tħares
lejhom qabel. Ma tfittixx
rassigurazzjoni f’paċi falza,
imma tlesti għat-taqtiegħa. Hija
issa tifhem kollox ħafna aħjar
minn qabel. Taf li hi ġejja minn
razza ta’ slaten. Għandha
x’taqsam ma’ dak kollu li hu
kbir u qaddis.
121.
+ Hemm sensiela ta’ grazzji li
Alla jferragħ ġewwa r-ruħ wara
li jkun ġarrabtha bin-nar.
Ir-ruħ tgawdi għaqda intima ma’
Alla. Hija jkollha ħafna
dehriet, kemm bil-ġisem kif
ukoll bl-intellett. Hija tisma’
ħafna kliem sopranaturali, u xi
drabi ordnijiet ċari. Imma
minkejja dawn il-grazzji, ma
jkollhiex ħila tieqaf fuq
saqajha u tfendi għal rasha.
Fil-fatt dan jirnexxilha tagħmlu
inqas u inqas bħala riżultat
tal-grazzji ta’ Alla, għax
tinsab miftuħa għal ħafna
perikli u tista’ bil-ħeffa
kollha taqa’ vittma ta’
illużjonijiet. Għandha titlob
lil Alla għal direttur
spiritwali; pero’ mhux biżżejjed
titlob għal dan, imma għandha
tagħmel kull sforz sabiex issib
mexxej li jkun espert f’dawn
l-affarijiet, bħalma mexxej
militari jkun jaf il-modi kif hu
ser imexxi (is-segwaċi tiegħu)
fit-taqbid. Ruħ li hi maqgħuda
ma’ Alla trid tkun imħejjija
għal taqbid kbir li fihom trid
tissielet bis-sħiħ.
+ Wara din it-tisfija u dmugħ,
Alla jibda jgħammar fir-ruħ
b’mod speċjali; imma r-ruħ mhux
dejjem tikkopera ma’ dawn
il-grazzji. Mhux għax ir-ruħ
stess ma’ tkunx trid taħdem,
imma għax tiltaqa’ ma’ ħafna
diffikultajiet interjuri u
esterni hekk li jkun hemm bżonn
miraklu biex ir-ruħ tibqa’ fuq
il-qċaċet. F’din il-ħaġa ma
tistax tgħaddi mingħajr direttur
spiritwali. Ħafna drabi in-nies
żergħu d-dubju ġewwa ruħi, u
jiena stess xi drabi bżajt meta
ġieni l-ħsieb li jiena, wara
kollox, kont persuna injoranta u
ma kontx naf ħafna affarijiet,
l-aktar fuq affarijiet
spiritwali. Imma meta żdiduli
d-dubji, fittixt id-dawl,
mingħand il-konfessur jew
is-superjuri tiegħi. Imma
m’akkwistajtx dak li kont
nixtieq.
122.
Meta ftaħt qalbi mas-superjuri
tiegħi, waħda minnhom (aktarx
Madre Michael jew Madre Mary
Joseph) fehmet lil ruħi u
x’kienet it-triq li Alla kellu
f’moħħu għalija. Meta jiena
mxejt fuq il-parir tagħha,
malajr għamilt progress lejn
il-perfezzjoni. Imma dan ma damx
sejjer ħafna. Meta ftaħt qalbi
iżjed fil-profond, ma ksibtx dak
li kont nixtieq; is-superjura
tiegħi deherilha li dawn
il-grazzji (li kont qiegħda
nirċievi) ma kienux qed iseħħu,
u għalhekk ma stajt nieħu l-ebda
għajnuna oħra minn għandha.
Qaltli li kien impossibli li
Alla jikkomunika mal-ħlejjaq
Tiegħu b’dan il-mod: “Sor
qiegħda nibża’ minħabba fik; li
ma tkunx tip ta’ illużjoni!
Aħjar tmur u tfittex il-parir
ta’ saċerdot.” Imma l-konfessur
ma fehemnix u qalli, “Sor,
aħajar tmur u tkellem
is-superjuri tiegħek dwar dawn
l-affarijiet.” Għalhekk kont
immur mingħand is-superjui għal
għand il-konfessur, u mingħand
il-konfessur għal għand
is-superjuri, u ma stajtx nsib
paċi. Dawn il-grazzji divini
saru għalija tbatija kbira. U
iktar minn darba għidt
lill-Mulej direttament: “Ġesu’,
qiegħda nibża’ minnek; għalli
jista’ jkun, m’intix xi fatat?”
Ġesu’ kien dejjem jassigurani,
imma bqajt ma nemminx, Hija ħaġa
stramba iżda li aktar ma bdejtx
nemmen, aktar Ġesu’ kien
jagħtini provi li dawn
l-affarijiet kienu ġejjin
mingħandu.
123.
Meta rajt li s-superjuri tiegħi
ma kinux qedgħin iserrħuli rasi,
iddeċidejt li ma ngħidilhom xejn
dwar dawn l-affarijiet li huma
interjuri għal kollox. Għal dak
li huwa esterm ppruvajt, bħalma
suppost tagħmel soru tajba,
ingħid kollox lis-superjuri;
imma dwar il-ħtiġijiet ta’ ruħi,
kont nitkellem fuqhom biss
fil-konfessinajru. Għal ħafna
raġunijiet tajbin tgħallimt li
mara mhix imsejħa tiddixerni
f’misteri bħal dawn.
Issottomettejt ruħi għal ħafna
tbatija bla bżonn, Għal żmien
twil mhux ħażin, kienu jħarsu
lejja bħallikieku kont
ippossesata minn spirtu ħażin, u
kienu jitfgħu ħarsa ta’ ħniena
lejja; is-superjura ħadet ċerta
prekawzjonijiet dwari. Għadda
minn għala widnejja li
s-sorijiet ukoll kienu jħarsu
lejja bl-istess mod. U madwari
s-sema ddallam. Bdejt nipprova
naħrab minn dawn il-grazzji
divini, imma dan ma stajtx
nagħmlu. F’daqqa waħda kont
inkun mgħaddsa għal kollox
f’Alla, u l-Mulej żammni
niddependi minnu f’kollox.
124.
Għall-ewwel ruħi kienet tkun
dejjem xi daqsxejn imbeżżgħa
imma aktar tard kienet timtela
b’ paċi stramba u b’saħħa.
125.
+ Dawn l-affarijiet kollha stajt
nibqa’ nissaportihom. Imma meta
l-Mulej ried li jiena npinġi dik
ix-xbieha, ta’ madwari bdew
jitkellmu fuqi bil-miftuħ u
jħarsu lejja bħallikieku kont
waqajt vittma tal-isteriżmu u
tal-fantasija, u bdew jiżdiedu
l-qlajjiet. Waħda mis-sorijiet
ġiet tkellimni waħedha. L-ewwel
bdiet billi titħassarni, u
qaltli: “Smajthom jgħidu qed
ikollok il-viżjonijiet. Imsejkna
oħti; ħu ħsieb tiegħek innifsek
f’din il-ħaġa.” Kienet ruħ
sinċiera, u qaltli sinċierament
dak li hija kienet semgħet. Kien
ikolli nisma’ dawn l-affarijiet
kuljum. Alla biss jaf kemm kienu
jgħejjuni dawn l-affarijiet.
126.
Madankollu ddeċidejt li
nisspaorti kollox fis-skiet u ma
nagħti l- ebda tifsir meta kienu
jistaqsuni xi ħaġa. Xi wħud
kienu jibqgħu irritati minħabba
fis-skiet tiegħi, l-aktar dawk
li kienu jbatu bil-kurżita’.
Oħrajn, li kienu jaħsbu aktar
fil-fond, kienu jgħidu: “Swor
Fawstina żgur li hi tassew qrib
ta’ Alla jekk għandha s-saħħa
tissaporti daqshekk tbatija.”
Għalija kien bħal li kieku kelli
quddiemi żewġ gruppi ta’
mħallfin. Ippruvajt inżomm
is-skiet intern u estern. Ma
kont ngħid xejn dwari nnifsi,
għalkemm xi sorijiet kienu
jistaqsuni b’mod dirett.
Xofftejja kienu ssiġġillati.
Kont inbati bħal ħamiema,
mingħajr tgergir. Imma xi
sorijiet donnhom kienu jieħdu
gost idejquni b’xi mod jew
ieħor. Il-paċenzja tiegħi kienet
tirritahom. Imma Alla kien
jagħtini biżżejjed saħħa ġewwa
fija hekk li kont nissaporti
bil-kalma.
127.
Tgħallimt li ma kien ser ikolli
l-ebda għajnuna mingħand ħadd
f’waqtiet bħal dawn, u bdejt
nitlob bil-ħerqa lill-Mulej biex
jagħtini konfessur. Ix-xewqa
waħdanija li kelli kienet li xi
saċerdot jgħidli kelma waħda
biss: “Kun fil-paċi, int miexja
fit-triq it-tajba,” jew “Insa
dan kollu għax mhux ġej minn
Alla.” Imma ma stajtx nsib
saċerdot bħal dan li kien żgur
biżżejjed minnu nnifsu biex
jagħtini opinjoni ċerta f’isem
il-Mulej. U għalhekk bqajt
fl-inċertezza. O Ġesu’, jekk
inhi r-rieda Tiegħek li ngħix
f’inċertezza bħal din, ikun
imbierek ismek! Nitolbok
bil-ħerqa, Mulej, mexxi Inti lil
ruħi u kun miegħi, għax jiena ma
jien xejn waħdi.
128.
B’dan il-mod kont diġa’ ġejt
iġġudikata minn kulħadd. M’hemm
xejn ġewwa fija li għadu
m’għaddiex mill-ġudizzju
tas-sorijiet. Imma issa donnu li
l-interess kollu għadda, u bdew
iħalluni fil-paċi. Ir-ruħ
itturmentata tiegħi kellha ċans
ta’ ftit mistrieħ, u tgħallimt
li l-Mulej kien l-aktar qrib
tiegħi waqt il-persekuzzjonijiet
bħal dawn. Din (il-waqfa) damet
għal ftit żmien biss. Maltempata
qalila reġgħet feġġet. U issa
s-suspetti l-qodma saru għalihom
bħallikieku kienu fatti veri, u
għal darb’ oħra kelli noqgħod
nisma’ l-istess kanatliena bħal
qabel. Il-Mulej hekk ried. Imma
mbagħad – ħaġa stramba din –
ukoll minn barra beda jkolli
esperjenza ta’ diveri
fallimenti. Din il-ħaġa ġabet
fuqi ħafna tbatijiet ta’ kull
tip, li Alla biss kien jaf
bihom. Imma jien ippruvajt
mill-aħjar li stajt nagħmel
kollox bl-aħjar intenzjonijiet
possibbli. Issa stajt nara li
kullimkien kienu qedgħin
jgħassuni bħallikieku kont xi
ħalliela: fil-kappella; waqt li
kont qiegħda nwettaq
id-dmirijiet tiegħi; fiċ-ċella
tiegħi. (nota40) Issa
kont ntbaħt li, minbarra
l-preżenza ta’ Alla, kelli
dejjem qrib tiegħi xi preżenza
umana wkoll. U jkolli ngħid li,
aktar minn darba, din
il-preżenza umana kienet
iddejjaqni bil-bosta. Kien hemm
xi drabi meta kont intella’ u
nniżżel jekk għandiex ninża’
sabiex ninħasel jew le.
Fil-verita’, ukoll dik il-povra
sodda tiegħi kienu jiċċekjawha
ħafna drabi. (nota41)
Iktar minn darba kien jaqbadni
id-daħk meta kont ninduna li
lanqas is-sodda tiegħi ma kienu
ser iħalluha fil-paċi. Waħda
mis-sorijiet stess qaltli li
kienet tiġi tosservani fiċ-ċella
tiegħi kull filgħaxija biex tara
kif kont inġib ruħi fiha.
Imma s-superjuri jibqgħu dejjem
superjuri. U għalkemm kienu
jumiljawni b’mod personali, u xi
drabi, kienu jimlewni b’dubji
ta’ kull xorta, dejjem ħallewni
nagħmel dak li l-Mulej ried.
Għalkemm mhux bil-mod li jiena
kont nitlob, imma b’xi mod
ieħor, huma kienu jwettqu dak li
l-Mulej kien jitlob u tawni
l-permess għad-dixxiplina ħarxa
u l-mortifikazzjonijiet (li Hu
kien jitlob mingħandi.)
Darba minnhom, waħda mill-Madre
Superjuri (aktarx Madre Jane)
tant ferrgħet il-korla tagħha
fuqi u tant umiljanti li ħsibt
li ma kontx ser ikolli l-ħila
nissaportiha. Hija qaltli: “Int,
viżjunarja, stramba u isterika,
oħroġ minn din il-kamra; ejja,
ċaqlaq, Sor!” U kompliet tferra’
fuq rasi kulma ġie f’ilsienha.
Meta wasalt fiċ-ċella tiegħi,
waqajt wiċċi fl-art quddiem
is-salib, u mbagħad ħarist lejn
Ġesu’, imma ma stajtx ngħid
l-ebda kelma oħra. Madankollu
jien ħbejt kollox mill-oħrajn u
ppretendejt li ma kien ġara xejn
bejnietna.
129.
Satana dejjem jieħu vantaġġ minn
mumenti bħal dawn; ħsibijiet ta’
skuraġġiment bdew jitilgħu
fil-wiċċ – għall-fedelta’ u
għas-sinċerita’ tiegħek – dan hu
l-premju li tieħu. Kif jista’
xi ħadd ikun sinċier meta ħadd
ma jifhmu b’dan il-mod? Ġesu’,
Ġesu’, ma nistax inkompli iżjed.
Għal darb’oħra rġajt waqajt
fl-art taħt dan it-toqol, u beda
jxoqq l-għaraq għalija, u
l-biża’ beda jgħelibni. Ma kelli
‘l ħadd fuq min nistrieħ b’mod
interjuri. F’daqqa waħda smajt
vuċi ġewwa ruħi tgħidli:
Tibżax; Jiena miegħek. U
dawl mhux tas-soltu dawwalli
moħħi, u fhimt li m’għandix
inċedi għal dwejjaq bħal dawn.
Imtlejt b’ċerta qawwa u ħriġt
miċ-ċella tiegħi b’kuraġġ ġdid
sabiex inkun nista’ nbati.
130.
Madankollu, bdejt insir daqsxjen
traskurata. Ma tajtx kas ta’
dawn l-ispirazzjonijiet interni
u ppruvajt nedha b’xi ħaġa. Imma
minkejja l-istorbju u
d-distrazzjoni, stajt nara dak
li kien qed jiġri ġewwa ruħi.
Il-kelma ta’ Alla hija ċara, u
xejn ma jista’ jżommha moħbija.
Bdejt nipprova naħrab li
niltaqa’ mal-Mulej ġewwa ruħi
għax ma ridtx naqa’ vittma ta’
xi illużjonijiet, Imma f’ċertu
snes, il-Mulej baqa’ jiġri
warajja bid-doni Tiegħu, u kelli
esperjenza daqqa ta’ tortura u
daqqa ta’ ferħ. Hawnhekk minix
ser insemmi d-diversi dehriet u
grazzji li Alla tani f’dan
iż-żmien, għax dwar dan jien
ktibt x’imkien ieħor.
(nota42)
131.
Imma sejra biss insemmi hawnhekk
li dawn id-diversi tbatijiet
kienu waslu għall-quċċata, u
jiena ddeċidejt li dawn id-dubji
tiegħi kellhom jieqfu qabel
il-voti perpetwi tiegħi. Matul
iż-żmien kollu tat-tiġrib
tiegħi, tlabt li s-saċerdot, li
miegħu jiena kelli niftaħ qalbi
kollha, biex jiġi imdawwal.
Tlabt lil Alla li Huwa stess
jgħinni u jagħtini l-grazzja
biex inkun nista’ nfisser ukoll
anke l-iktar affarijiet sigrieti
li jeżistu bejni u bejnu u li
nkun lesta li, jiddeċiedi
x’jiddeċiedi s-saċerdot, inkun
nista’ naċċettah bħallikieku
kien ġej minn Ġesu’ nnifsu.
Jgħaddi x’jgħaddi ġudizzju fuqi,
kulma ridt kienet il-verita’ u
tweġiba deċiża għal ċerti
mistoqsijiet. Jien tlaqt lili
nnifsi f’idejn Alla għal kollox,
u ruħi (kollha) kienet qiegħda
tixtieq il-verita’. Ma stajtx
inkompli ngħix iktar fid-dubju
għalkemm, il-fond ta’ ruħi, kont
ċerta fuq li ċerta li dawn
l-affarijiet kienu ġejjin minn
Alla, li kont lesta nagħti ħajti
għal din il-ħaġa. Imma poġġejt
l-opinjoni tal-konfessur fuq
kollox, u ddeċidejt li nagħmel
dak li ħaseb li jkun l-aħjar u
li naġixxi skont il-parir li hu
jagħtini. Kont qiegħda nistenna
l-waqt li jiddeċiedi x’kelli
nagħmel għall-bqija ta’ ħajti.
Kont naf li kollox kien
jiddependi minn din il-ħaġa. Ma
tantx kien jimpurtani jekk dak
li kellu xi jgħidli kienx jaqbel
ma’ l-ispirazzjonjiet tiegħi jew
il-kuntrarju; dan ma kellux
iktar importanza għalija. Ridt
inkun naf il-verita’ u nimxi
fuqha.
Ġesu’, Inti tista’ tgħinni! Minn
dan il-mument, erġajt bdejt
mill-ġdid. Naħbi l-grazzji
kollha ġewwa ruħi u nistenna lil
dak li l-Mulej bi ħsiebu
jibgħatli, ikun min ikun.
Bl-ebda dubju f’qalbi, tlabt
lill-Mulej innifsu li jindenja
ruħu jgħinni f’dawn il-mumenti,
u ħassejt ħjiel ta’ kuraġġ
jidħol ġewwa ruħi.
132.
Irrid nerġa’ nsemmi li hemm xi
konfessuri li qishom diretturi
spiritwali veri, imma biss
sakemm l-affarijiet ikunu sejrin
sewwa. Meta r-ruħ issib ruħha fi
bżonn ikbar, huma jitħawdu, u
jew ma jkunux jistgħu, jew ma
jkunux iridu jifhmu lir-ruħ.
Huma jippruvaw jeħilsu minn dak
li jkun malajr kemm jista’ jkun.
Imma jekk ir-ruħ tkun umli,
dejjem tieħu xi ġid żgħir jew
ieħor. Alla stess xi drabi
jifta’ xaqq dawl fil-profondita’
tar-ruħ, minħabba l-umilta’u
l-fidi tagħha. Il-konfessur xi
drabi jgħid xi ħaġa li hu qatt
ma kellu l-intenzjoni li jgħid,
mingħajr ma hu stess jintebaħ
sewwa x’ikun qed jgħid. O, ħalli
lir-ruħ temmen li kliem bħal dan
huwa l-kliem tal-Mulej innifsu!
Għalkemm fil-verita’ għandna
nemmnu li kull kelma li tingħad
fil-konfessinarju tkun ġejja
minn Alla, dik li semmejt
hawnhekk hija ħaġa direttament
minn Alla. U r-ruħ tintebaħ li
s-saċerdot ma jkunx jaf x’inhu
jagħmel, li hu qiegħed igħid
affarijiet li kieku ma jixtieqx
igħid. Alla jippremja l-fidi
b’dan il-mod.
Ħafna drabi jiena stess għaddejt
min din l-esperjenza. Wieħed
saċerdot għaref ħafna u
rrispettat (aktarx Dun
Wilkowski, il-konfessur
tas-sorijiet fi Plock), li xi
drabi kont inzertajt immur
inqerr għandu, dejjem kien sever
u kontra dawn l-affarijiet (li
kont inressaq quddiemu). Imma
darba hu weġibni: “Ftakar, Sor,
li jekk Alla qiegħed jitlob dan
mingħandek, inti m’għandekx
teħodha kontrih. Xi drabi Alla
jkun irid jiġi mfaħħar propju
b’dan il-mod. Kun fil-paċi; dak
li Alla jkun beda, Huwa
jispiċċah. Imma ngħidlek dan:
fedelta’ lejn Alla u umilta’. U
għal darb’oħra: umilta’. Ftakar
sewwa dak li għidtlek illum.”
Jiena fraħt ħafna, u ħsibt li
forsi dan is-saċerdot kien
fehemni. Imma ġara li qatt ma
rġajt mort inqerr għandu.
133.
+ Darba minnhom, waħda Madre
mill-anzjani (aktarx Madre Jane
(nota 43)) sejħitli, u
bdew donnhom neżlin fuq rasi
sajjetti jaħarqu mis-sema
kaħlani, tant li lanqas stajt
nifhem fuq xiex kien l-istorbju
kollu. Imma wara ftit fhimt li
dan kollu kien dwar ħaġa li
fuqha jiena ma kelli l-ebda
kontroll. Hija qaltli, “Neħħiha
minn rasek, Sor, li l-Mulej
Ġesu’ jista’ jkun qiegħed
jikkomunika b’mod hekk intimu
ma’ gozz miżeru ta’
imperfezzjonijiet bħalek! Ftakar
li huwa biss ma’ erwieħ qaddisin
li l-Mulej Ġesu’ jikkomunika
b’dan il-mod!” Jien ammettejt li
kella raġun, għax jien tassew
persuna miżerabbli, imma jiena
xorta waħda nafda fil-ħniena ta’
Alla. Meta ltqajt mal-Mulej,
umiljajt ruħi u għidtlu, “Ġesu’,
jien jidhirli li Inti ma
tassoċjax ruħek b’mod intimu ma’
persuni msejkna bħali.” Kun
fil-paċi, binti, huwa
preċiżament permezz ta’ miżerja
bħal din li Jiena rrid nuri
l-qawwa tal-ħniena Tiegħi.
Jiena fhimt li din l-Madre
riedet biss tgħaddini minn
umiljazzjoni (li tiswa
għall-ġid).
134.
+ O Ġesu’ tiegħi, Int ġarrabtni
tant drabi f’din il-ħajja qasira
tieghi! Wasalt biex nifhem ħafna
affarijiet, affarijiet li issa
jgħaġġbuni. O, kemm hi ħaġa
tajba tintelaq għal kollox
f’idejn Alla u tagħtih liberta’
sħiħa sabiex Huwa jaħdem f’ruħ
dak li jkun!
135.
Waqt it-tielet prova, il-Mulej
tani x’nifhem li għandi noffri
lili nnifsi Lilu, sabiex ikun
jista’ jagħmel fija dak li
jogħġbu. Kien ser ikolli nibqa’
wieqfa quddiemu bħala offerta
ta’ vittma. Għall-ewwel, ħassejt
ċertu ammont ta’ biża’, għax
ħassejtni kompletament
miżerabbli u kont naf tajjeb
ħafna li dan kien il-każ. Għal
darb’oħra weġibt lill-Mulej,
“Jien l-istess miżerja: kif
jista’ nkun ostaġġ
(għall-oħrajn)?” Illum inti
dan ma tistax tifhmu. Għada waqt
l-adorazzjoni, Jiena
ngħarrafhulek. Qalbi bdiet
tirtogħod, kif ukoll ruħi, għax
dan il-kliem baqa’ nieżel
fil-fond ta’ ruħi. Il-kelma ta’
Alla hija ħajja.
X’ħin mort għall-adorazzjoni,
ħassejt ġewwa ruħi li kont dħalt
fit-tempju ta’ Alla l-ħaj, li
l-Majesta’ Tiegħu hija kbira u
ħadd ma jista’ jifhimha. U Huwa
għarrafni dak li wkoll l-ispirti
l-iżjed safja huma f’għajnejh.
Għalkemm minn barra ma rajt
xejn, il-preżenza ta’ Alla
mlietni. F’dak l-istess waqt
l-intellett tiegħi iddawwal
b’mod stramb. Quddiem l-għajnejn
ta’ ruħi għaddiet dehra; din
kienet bħad-dehra li Ġesu’ kellu
fil-Ġnien taż-
Żebbuġ.
L-ewwel it-tbatijiet fiżiċi
u ċ-ċirkostanzi kollha li
kellhom iżidulhom; (imbagħad)
il-għan kollu tat-tbatijiet
spiritwali u dawk li ħadd ma
kien ser ikun jaf bihom. Kollox
daħal fid-dehra; suspetti foloz,
telfien tal-fama. Jiena
hawnhekk, qed naqtagħha
fil-qasir, imma dan l-għarfien
kien diġa’ daqshekk ċar li dak
li għaddejt minnu iktar tard ma
kien bl-ebda mod differenti minn
dak li jien għaraft f’dak
il-waqt. Ismi kellu jkun:
“sagrifiċċju.”
Meta spiċċat din id-dehra,
għaraq kiesaħ kien qed jaħsilli
moħħi. Ġesu’ għarrafni li, ukoll
jekk jiena ma kontx ser nagħti
l-kunsens tiegħi għal din
il-ħaġa, xorta waħda stajt
insalva, u Hu ma kienx ser
inaqqas il-grazzji Tiegħu, imma
xorta kien ser ikompli jkollu
l-istess relazzjoni intima
miegħi, sabiex ukoll jekk ma
nkunx tajt il-kunsens tiegħi
biex nagħmel dan is-sagrifiċċju,
il-ġenerożita’ ta’ Alla ma
kenitx ser tonqos minħabba
f’hekk.
136.
U l-Mulej għarrafni li l-misteru
kollu kien jiddependi minni,
mill-kunsens ħieles tiegħi
għas-sagrifiċċju, mogħti bl-użu
sħiħ fil-fakultajiet tiegħi.
F’dan l-att ħieles u konxju kien
hemm il-qawwa u l-valur kollu
quddiem il-Majesta’ Tiegħu.
Ukoll jekk l-ebda waħda minn
dawn l-affarijiet li jien kont
offrejt lili nnifsi għalihom,
qatt ma kienet ser tiġrili;
quddiem il-Mulej kollox kien
bħallikieku kien diġa’ sar.
F’dak il-waqt, jiena ntbaħt li
kont dieħla f’għaqda
mal-Majesta’ ta’ Alla li ħadd ma
jista’ jifhimha. Ħassejt li Alla
kien qiegħed jistenna l-kelma
tiegħi, il-kunsens tiegħi. Imma
l-ispirtu tiegħi ntefa’
fil-Mulej u għidt: “Agħmel bija
dak li jogħġbok. Jiena noqgħod
għar-rieda Tiegħek. Mil-lum ‘il
quddiem, ir-rieda mqaddsa
Tiegħek tkun l-ikel tiegħi, u
jiena nkun fidila
għall-ordnijiet Tiegħek
bil-għajnuna tal-grazzja
Tiegħek. Agħmel bija dak li
jogħġbok. Nitolbok, O Mulej, kun
miegħi, f’kull mument ta’
ħajti.”
137.
F’daqqa waħda, meta tajt
il-kunsens tiegħi
għas-sagrifiċċju b’qalbi kollha
u bir-rieda tiegħi kollha,
il-preżenza ta’ Alla mlietni.
Ruħi ġiet mgħaddsa f’Alla u
mimlija kollha kemm hi b’ferħ
kbir li ma nistax infisser
bil-kitba lanqas l-iċken parti
minnu. Ħassejt li l-Majesta’
Tiegħu kien madwari. Kont
magħuqda b’mod starordinarju ma’
Alla. Rajt li Alla kien ferħan
ħafna bija u min-naħa tiegħi,
l-ispirtu tiegħi għereq ġewwa
Fih. Billi għaraft din l-għaqda
tiegħi ma’ Alla, ħassejtni
maħbuba b’mod speċjali u jien
ukoll ħabbejt, b’ruħi kollha.
Seħħ misteru kbir waqt dik
l-adorazzjoni, misteru bejn
il-Mulej u bejni. Deherli li
kont ser immut bl-imħabba (meta
kont se nara) il-ħarsa Tiegħu.
Tkellimt ħafna mal-Mulej,
mingħajr ma għidt kelma waħda. U
l-Mulej qalli: Inti l-għaxqa
ta’ Qalbi; mil-lum ‘il quddiem,
kull waħda mill-azzjonjiet
tiegħek, anke l-iċken waħda, se
tkun għaxqa f’għajnejja, tagħmel
x’tagħmel. F’dak il-waqt
ħassejtni kkonsagrata mill-ġdid.
Ġismi kien l-istess wieħed, imma
ruħi kienet differenti; issa
Alla kien qiegħed igħix ġewwa
fiha bl-għaxqa kollha Tiegħu.
Dan mhux dak li ħassejt, imma
din kienet ir-realta’ li jiena
kont qed nagħraf u li xejn ma
jista’ jitfiha.
138.
Seħħ misteru kbir bejn Alla u
bejni. Il-kuraġġ u s-saħħa
baqgħu ġewwa ruħi. Meta spiċċa
l-ħin tal-adorazzjoni, ħriġt ‘il
barra u lqajt bil-kalma kollha
dak kollu li qabel kont nibża’
minnu. Meta ħriġt fil-kuritur,
kien hemm tistennieni tbatija
kbira u umiljazzjoni mingħand
ċerta persuna. Aċċetajtha
b’sottomissjoni għal volonta’
iktar għolja u fittixt il-kenn
ħdejn il-Qalb l-iżjed Qaddisa
ta’ Ġesu’, u għarraftu li jiena
kont lesta għal dak li offrejt
lili nnifsi għalih. It-tbatija
bħal qisha kienet tinbet
mill-art. Madre Margaret stess
kienet tistagħġeb. Għall-oħrajn,
ħafna affarijiet kienu jibqgħu
għaddejjin mingħajr ħadd ma kien
jagħti kashom; imma fil-każ
tiegħi, xejn ma kien jibqa’
għaddej mingħajr ħadd ma jagħti
kasu; kull pass li nagħmel.
Waħda Soru qaltli, “Lesti ruħek,
Sor, biex tilqa’ salib ċkejken
mingħand il-Madre Superjura.
Jiena nitħassrek.” Imma jien
fraħt fil-fond ta’ ruħi meta
smajt dan, u kien ili żmien twil
lesta għalih. Meta hija rat
il-kuraġġ tiegħi, stagħġbet.
Issa qiegħda nara li ruħ ma
tsiatx tagħmel ħafna waħedha,
imma flimkien ma’ Alla tista’
tagħmel kollox Araw x’tista’
tagħmel il-grazzja ta’ Alla.
Ftit huma dawk l-erwieħ, li
jkunu dejjem għassa
għall-grazzji ta’ Alla u terġa’
huma anqas dawk l-erwieħ li
jimxu bil-fedelta’ fuq dawk
l-ispirazzjonijiet.
139.
Imma ruħ li hija fidila lejn
Alla ma tistax tikkonferma
l-ispirazzjonijiet tagħha stess;
għandha tissottomettihom
għall-ġudizzju ta’ saċerdot li
jkun għaref u prudenti ħafna; u
sakemm tkun aktar ċerta mhux
ħażin , għandha tibqa’ ma
tafdax. M’għandhiex, fuq
l-inizzjattiva tagħha biss,
tpoġġi l-fiduċja tagħha f’dawn
l-ispirazzjonijiet u l-grazzji
għolja oħra, għax inkella tkun
qiegħda tpoġġi lilha nnifisha
quddiem telfiet kbar.
Ukoll jekk ruħ tista’
tiddistingwi mill-ewwel bejn
ispirazzjonijiet foloz u dawk li
jkunu ġejjin minn Alla, xorta
waħda għandha toqgħod attenta,
għax ħafna affarijiet mhumiex
ċerti. Alla jieħu gost u jifraħ
meta ruħ ma tafdax minħabba fiha
nnfisha; għax tkun tħobbu, tkun
prudneti u hi stess titlob u
tfittex l-għajnuna sabiex tkun
ċerta li jkun tassew Alla li
qiegħed jaħdem ġewwa fiha. U
meta l-konfessur li jkun jaf
x’inhu jagħmel dan jikkonfermah,
ir-ruħ għandha tkun fil-paċi u
tingħata f’idejn Alla, skont
id-direzzjonijiet tiegħu;
jiġifieri, skont
id-direzzjonijiet tal-konfessur.
140.
Imħabba safja għandha l-ħila
tagħmel affarijiet kbar, u
mhijiex se titkisser minħabba xi
diffikulta’ jew xkiel. Filwaqt
li tibqa’ b’saħħitha fost
diffikultajiet kbar, hekk ukoll
hija tippersevera fil-ħajja
mimlija bix-xogħol komuni ta’
kuljum. Hija taf li hemm bżonn
ħaġa waħda biss sabiex togħġob
lil Alla: li hija tagħmel ukoll
l-iċken affarijiet b’imħabba
kbira – imħabba, u dejjem
imħabba.
L-imħabba safja ma tiżbalja
qatt. Id-dawl tagħha huwa
abbundanti iktar milli jkun
mistenni. Hija ma tagħmel xejn
li jista’ ma jogħġobx lil Alla.
Hija inġenjuża sabiex tagħmel
sak li l-iktar jogħġob lil Alla,
u ħadd ma jlaħħaq magħha. Tkun
kuntenta meta tkun tista’
tiżvojta lilha nnfisha u taqbad
bin-nar bħal offerta safja.
Iktar ma tagħti minn tagħha,
iktar issir kuntenta. Imma
minbarra hekk, ħadd ma jista’
jintebaħ bil-perikli mill-bogħod
bħalma tista’ tagħmel l-imħabba;
hija taf kif għandha tikxef xi
ħaġa u taf ukoll ma’ min għandha
taħdem.
141.
Imma t-turmenti tiegħi qegħdin
jaslu fit-tmiem. Il-Mulej
qiegħed jagħtini l-għajnuna li
Hu kien wegħidni. Dan nista’
narah f’żewġ saċerdoti;
jiġifieri, Patri Andrasz u Dun
Sopocko. Waqt l-irtir qabel
il-voti perpetwi tiegħi
(nota44), għall-ewwel darba
ħassejtni kollni kemm jien
fil-paċi (permezz ta’ Patri
Andrasz ) (nota45), u
wara mexxieni fl-istess
direzzjoni Dun Sopocko. Dan kien
it-twettiq tal-wegħda tal-Mulej.
142.
Meta ħassejtni fil-paċi u ġejt
mgħallma kif għandi nimxi
fil-mogħdijiet ta’ Alla,
l-ispirtu tiegħi feraħ
fil-Mulej, u deherli li kont
qiegħda niġri, u mhux nimxi.
Ġwinħajja kienu miftuħin biex
intir; tlajt ‘il fuq fl-istess
sħana tax-xemx, u minix se
ninżel ‘l isfel sakemm nistrieħ
f’Dak li ruħi ntilfet fih għal
dejjem. Issottomittejt ruħi
kollni kemm jien għall-ħidma
tal-grazzja. Alla qiegħed jinżel
ferm lejn ruħi. Jien ma
ninġibidx lura, lanqas niqaflu,
imma nintilef Fih bħala teżor
waħdieni tiegħi. Sirt ħaġa waħda
mal-Mulej. Bħallikieku
d-distanza bejnietna, il-Ħallieq
u l-ħlejqa għabet. Għal ftit
ġranet, ruħi kienet tinsab fi
stat ta’ estasi kontinwa.
Il-Preżenza ta’ Alla ma
ħallitnix waħdi għal mument
wieħed biss. U ruħi baqgħet
f’għaqda kontinwa ta’ mħabba
mal-Mulej. Imma dan bl-ebda mod
ma tellef it-twettiq ta’
dmirijieti. Ħassejtni li ġejt
mibdula f’imħabba; kont qiegħda
naqbad kollni kemm jiena, imma
mingħajr ma ninħaraq. Kont
mitlufa kontinwament f’Alla;
Alla ġibidni lejh b’mod hekk
qawwi li xi drabi lanqas kont
inkun naf li qiegħda f’din
id-dinja. Kont tfixkilt u bżajt
mill-grazzja ta’ Alla għal żmien
twil, u issa Alla stess, permezz
ta’ Patri Andrasz, neħħa
d-diffikultajiet kollha.
L-ispirtu tiegħi qiegħed iħares
lejn ix-Xemx u fetaħ
fil-blanzuni ir-raġġi Tiegħu
għalih biss; ma nista’ nifhem
xejn iżjed... (is-sentenza
tinqata’ hawnhekk u ħsieb għal
kollox ġdid jibda fil-linja li
jmiss.)
143.
+
Ħlejt ħafna mill-grazzji ta’
Alla għax dejjem kont nibża’ li
nisfa mqarrqa. Alla ġibidni lejh
b’mod hekk qawwi li spiss ma
kienx ikolli l-qawwa biex
nirreżisti l-grazzja Tiegħu meta
kont inkun f’daqqa waħda
mgħaddsa Fih. F’dawn il-waqtiet,
Ġesu’ kien jimlieni b’paċi hekk
kbira li, iktar tard, ukoll meta
kont nipprova nsir anzjuża, ma
kienx jirnexxili.U mbagħad,
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Sabiex inti tkun żgura li
nkun Jiena li qed nitlob dawn
l-affarijiet kollha mingħandek,
Jiena nagħtik paċi profonda li
wkoll, jekk inti tkun trid
tħossok inkwetata u mbeżżgħa, ma
jkunx possibli għalik li tagħmel
dan illum, imma l-imħabba timla
lil ruħek sakemm tinsa lilek
innifsek.
144.
Iktar tard Ġesu’ tani saċerdot
ieħor (Dun Sopocko) u kkmandani
niftaħ qalbi miegħu. Għall-ewwel
tqalt biex nagħmel dan, imma
ċanfira severa mingħand Ġesu’
sawbet umilta’ profonda ġewwa
ruħi. Taħt id-direzzjoni tiegħu,
ruħi malajr għamlet progress
fl-imħabba ta’ Alla u ħafna
xewqat tal-Mulej ġew imwettqa
esternament. (nota46)
Ħafna drabi stagħġibt bil-kuraġġ
u l-umilta’ profonda ta’ dan
is-saċerdot.
145.
Kemm hi mnikkta ruħi talli ħliet
dawk il-grazzji kollha! Kont
qiegħda naħrab minn quddiem
Alla, u Hu kien qiegħed jiġri
warajja bil-grazzji Tiegħu.
L-iktar li jiena kien ikolli
esperjenza tal-grazzji ta’ Alla
kien meta Hu tani direttur
spiritwali, jien kont iktar
fidila għall-grazzji. Grazzi
għad-direttur u l-mod kif hu
kien jgħasses fuq ruħi,
tgħallimt x’jiġifieri tmexxija u
kif iħares lejha Ġesu’. Ġesu’
kien iwiddibni dwar l-iċken
difett u saħaq li Huwa stess
kien jiġġudika l-każ li jien
kont inpoġġi quddiem
il-konfessur tiegħi; u (Huwa
qalli) li... kull nuqqas
kontra l-konfessur kien jolqot
Lili stess.
Meta, taħt id-direzzjoni tiegħu,
ruħi bdiet tħoss ġabra u paċi
profonda, jiena spiss kont
nisma’ dan il-kliem ġewwa ruħi:
Saħħaħ lilek innfisek
għat-taqbida – kliem li kien
jiġi mtenni diversi drabi
f’ħinijiet diversi.
+ Ġesu’ spiss jgħarrafni x’ma
jogħġbux f’ruħi, u iktar minn
darba ċanfarni għal dawk li
jidhru li huma affarijiet żgħar
imma li kienu, fil-fatt,
affarijiet ta’ importanza kbira.
Huwa widdibni u ppruvani bħala
Mgħallem. Għal ħafna snin Huwa
stess kien jedukani sa ma wasal
il-waqt meta tani direttur
spiritwali. Qabel, Hu stess kien
ifisser dak li ma stajtx nifhem;
imma issa, Huwa jgħidli nistaqsi
lill-konfessur tiegħi dwar
kollox u spiss igħid: Jiena
nwieġbek permezz tal-kliem
tiegħu. Kun fil-paċi. Qatt
ma ġrali li rċevejt tweġiba li
kienet tmur kontra dak li
l-Mulej ried mingħandi, meta
kont nippreżentaha lid-direttur
spiritwali (Dun Sopocko). Xi
kultant jiġri li Ġesu’ l-ewwel
jitlob mingħandi ċerti
affarijiet, li dwarhom ħadd ma
jaf xejn, u mbagħad, meta jiena
noqgħod għarkobbtejja
fil-konfessinarju, il-konfessur
tiegħi jagħtini l-istess ordni –
imma dan, ma jiġrix ta’ spiss.
Meta, fuq perjodu twil, ruħ tkun
rċieviet ħafna dawl u ħafna
ispirazzjonijiet, u meta
l-konfessuri jkunu kkonfermaw
minn fejn ikunu ġejjin dawn
l-ispirazzjonijiet u lir-ruħ
ikunu serrħulna rasha; jekk
l-imħabba tagħha tkun kbira,
Ġesu’ issa jgħarrafha li jkun
wasal iż-żmien li tpoġġi
fil-prattika dak li tkun
irċeviet. Ir-ruħ tintebaħ li
Alla qiegħed jafda fuqha, u dan
l-għarfien jagħtiha s-saħħa.
Tkun taf li, sabiex tkun fidila,
hija spiss ikollha tħabbat
wiċċha ma’ diversi
diffikultajiet, imma hija tafda
f’Alla u, grazzi għal din
il-fiduċja, tilħaq dak il-punt
li Alla jkun qiegħed isejħilha
għalih. Id-diffikultajiet ma
jwerwruhiex; huma bħallikieku
l-ħobż ta’ kuljum tagħha. La
jbeżżgħu u lanqas iwerwru
lir-ruħ, bħalma gwerrier li
l-ħin kollu jaffaċċja l-battalja
ma jibżax mit-tir tal-kanun.
Minflok ma tibża’, hija toqgħod
tissemma’ sabiex tkun ċerta minn
fejn l-għadu jibda l-attakk
tiegħu sabiex tirbaħlu. Ma
tagħmel xejn bl-addoċċ, imma
tifli u taħseb sewwa fuq kollox
u ma toqgħodx fuqha nnfisha
biss, imma titlob bil-ħerqa u
titlob il-parir ta’ gwerriera
oħra li għandhom l-esperjenza u
huma għaqlin. Meta r-ruħ taġixxi
b’dan il-mod, hija kważi dejjem
tirbaħ.
Ikun hemm attakki meta r-ruħ ma
jkollhiex ħin toqgħod taħseb jew
tfittex li tieħu parir; imbagħad
jkollha tidħol f’taqbida li
tfisser jew ħajja jew mewt. Xi
drabi tkun ħaġa tajba li taħrab
u tistkenn fil-Qalb midruba ta’
Ġesu’, mingħajr ma twieġeb
lanqas kelma waħda. B’dan
l-istess att l-għadu jkun diġa’
ntrebaħ.
Fi żmien ta’ kwiet, ukoll,
ir-ruħ tkompli tisforza, bħalma
jiġri fiż-żmien tal-battalja.
Għandha taħdem, u taħdem
bl-enerġija; inkella m’għandhiex
l-ebda ċans li takkwista
r-rebħa. Jiena nħares il-mumenti
ta’ paċi bħala preparament
għar-rebħa. Ir-ruħ trid tkun
dejjem għassa, għassa, u dejjem
għassa. Ir-ruħ li tirrifletti
tirċievi ħafna dawl. Ruħ li tkun
distratta tkun fil-periklu li
taqa’ u ma jkollhiex għalfejn
tistagħġeb meta taqa’. O Spirtu
ta’ Alla, Direttur tar-ruħ,
għaref huwa dak li inti rawwimt!
Imma, sabiex l-Ispirtu ta’ Alla
jaħdem fir-ruħ, hemm bżonn
il-paċi u l-ġabra.
146.
It-talb – Ruħ tarma lilha
nnfisha permezz tat-talb għal
taqbid ta’ kull xorta. Ikun xi
jkun stat li r-ruħ tkun tinsab
fih, hija għandha titlob. Ruħ li
hi safja u sabiħa għandha
titlob, inkella titlef
is-sbuħija tagħha; ruħ li
qiegħda tistinka għas-safa trid
titlob għax inkella qatt ma
tiksbu; ruħ li għadha kemm
ikkonvertiet trid titlob,
inkella terġa’ taqa’; ruħ
midinba, mgħaddsa fid-dnubiet,
trid titlob, sabiex terġa’ tqum.
M’hemm l-ebda ruħ li m’għandhiex
id-dmir titlob, għax kull
grazzja tasal għand ir-ruħ
permezz tat-talb.
147.
Jien niftakar li rċevejt l-iktar
dawl waqt l-adorazzjoni li kont
nagħmel wiċċi mal-art quddiem
is-Sagrament Imqaddes għal nofs
siegħa kuljum matul ir-Randan
kollu. F’dak il-ħin sirt naf
lili nnifsi u lil Alla b’mod
iktar profond. Madankollu,
għalkemm kelli l-permess
tas-Superjuri tiegħi biex dan
nagħmlu, xorta waħda ltqajt ma’
ħafna ostakli biex inkun nista’
nitlob b’dan il-mod. Ir-ruħ
għandha tintebaħ li, sabiex
wieħed jitlob u jippersevera
fit-talb, irid jarma lilu nnifsu
bil-paċenzja u jħabbat wiċċu
bil-kuraġġ kollu ma’
diffikultajiet minn ġewwa.
Id-diffikultajiet minn ġewwa
huma l-iskuraġġiment, in-nixfa,
it-toqol fl-ispirtu u
t-tentazzjonijiet.
Id-diffikultajiet minn barra
huma r-rispett uman tal-ħin;
wieħed għandu josserva l-ħin li
hu riservat għat-talb. Din
kienet l-esperjenza personali
tiegħi għax, meta ma kontx
nitlob fil-ħin riservat
għat-talb, iktar tard ma kontx
inkun nista’ nagħmlu dan
minħabba d-dmirijiet tiegħi; jew
inkella wkoll jekk kien
jirnexxili nagħmlu, dan kont
nagħmlu biss b’diffikulta’ kbira
għax fil-ħsieb kont nibqa’
nhewden fuq dmirijieti. Kelli
wkoll diffikulta’ oħra: meta ruħ
tkun talbet sewwa u spiċċat
it-talb fi stat ta’ ġabra
profonda interna, nies oħrajn
jirreżistu din l-ġabra tagħha; u
għalhekk ir-ruħ għandha tieħu
paċenzja sabiex tippersevera
fit-talb. Kien jiġrili ta’ spiss
li meta ruħi kienet tkun
mgħaddsa iktar fil-fond t’Alla,
u jiena nkun ħadt frott ikbar
mit-talb, u l-preżenza ta’ Alla
kienet tkun miegħi matul
il-ġurnata, u waqt xogħli kien
ikun hemm iktar ġabra u eżatezza
u sforz waqt il-qadi ta’
dmirijieti, dan kien preċiżament
meta kont naqla’ l-aktar ċanfir
talli kont traskurata fi
dmirijieti u indifferenti għal
kollox. Erwieħ li mhumiex
daqshekk miġburin iridu li
l-oħrajn ikun bħalhom, għax huma
(kawża) ta’ rimors kontinwu
għalihom.
148.
+
Ruħ nobbli u delikata, ukoll
l-iktar waħda sempliċi, imma li
għandha sensibbiltajiet
delikati, tara lil Alla
f’kollox, issibu kullimkien, u
taf issibu wkoll fl-affarijiet
l-iktar moħbijin. Għaliha kollox
hu importanti, tapprezza ħafna
kollox; trodd ħajr lil Alla għal
kollox; tieħu ġid għar-ruħ minn
kollox, u tagħti l-glorja kollha
lil Alla. Tqiegħed l-fiduċja
tagħha f’Alla u ma titħawwadx
meta jasal il-waqt tat-tiġrib.
Taf li Alla huwa dejjem l-aqwa
Missier u ftit tagħti kas ta’
kif jaħsbuha l-oħrajn. Hija
ssegwi bil-fedelta’ l-inqas nifs
tal-Ispirtu s-Santu; tifraħ
b’dan il-Mistieden Spirtwali u
taqbad miegħu l-ħin kollu bħalma
tagħmel tarbija ma’ ommha. Fejn
erwieħ oħra jieqfu bil-biża’ jew
diffikulta’.
149.
Meta l-Mulej innifsu irid ikun
qrib ruħ u jmexxiha, Huwa jneħħi
min-nofs kulma hu estern. Meta
mradt u ħaduni fl-infermerija
kelli nbati ħafna affarijiet
koroh minħabba din il-ħaġa.
Konna tnejn morda
fl-infermerija. Is-sorijiet
kienu jiġu jaraw lil Swor N.
imma ħadd ma kien jiġi jara
lili. Veru li kien hemm
infermerija waħda biss, imma
kulħadd kien ikollu ċ-ċella
tiegħu. L-iljieli fix-xitwa
kienu jkunu twal, u Swor N. kien
ikollha d-dawl u l-kuffji
tal-widna biex tisma’ r-radju,
filwaqt li jiena lanqas biss ma
stajt inħejji l-meditazzjoni
tiegħi għax ma kellix dawl.
Meta kienu għaddew ġimgħatejn
b’dan il-mod, darba waħda
filgħaxija lmenjtajt mal-Mulej
li kont qiegħda nbati ħafna u li
lanqas biss stajt inħejji
l-meditazzjoni tiegħi għax ma
kellix dawl. U l-Mulej qalli li
Hu kien ser jiġi kull filgħaxija
u jagħtini l-punti
għall-meditazzjoni tal-ġurnata
li tmiss. Dawn il-punti dejjem
kienu jkunu dwar il-Passjoni
ħarxa Tiegħu. Huwa kien igħid:
Aħseb fuq it-tbatijiet Tiegħi
quddiem Pilatu. U hekk b’dan
il-mod, punt wara l-ieħor jien
mmeditajt il-Passjoni ħarxa
Tiegħu għal ġimgħa sħiħa. Minn
dak iż-żmien ‘il quddiem, daħal
ferħ kbir ġewwa ruħi u ma bqajtx
irrid la viżitatturi u lanqas
id-dawl; għalija kien biżżejjed
Ġesu’ għal kollox. Is-superjuri
kienu verament jieħdu ħsieb
il-morda, imma l-Mulej ordna li
jiena nħossni abbandunata. Dan
l-aqwa fost l-għalliema kollha,
jneħħilek kull ħlejqa sabiex
ikun jista’ jaġixxi Hu stess.
Ħafna drabi, kelli l-esperjenza
ta’ tant tbatija u
persekuzzjonijiet li s-Superjura
M. (aktarx Madre Margaret) hi
stess qaltli: “Sor, narak bħala
waħda fuq is-salib. Imma jiena
nista’ nara li hemm Ġesu’
fin-nofs. Kun fidila lejn
il-Mulej.”
150.
+
Jiena nixtieq nikteb ħolma li
kelli dwar Santa Tereża
tal-Bambin Ġesu’. F’dak iż-żmien
kont għadni novizza u kont
għaddejja minn xi diffikultajiet
interjuri marbutin ma’ oħrajn
esterjuri. Għamilt noveni lil
diversi qaddisin, imma
s-sitwazzjoni saret iktar
diffiċli. It-tbatijiet li din
ikkawżatli kienu hekk kbar li ma
kontx naf kif kont ser inkompli
ngħix; imma f’daqqa waħda ġieni
l-ħsieb li kelli nitlob lil
Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’.
Bdejt novena lil din il-qaddisa,
għaliex qabel ma dħalt
il-kunvent kelli devozzjoni
kbira lejha. Dna l-aħħar kont
b’xi mod ittraskurajt din
id-devozzjoni, imma fil-bżonn
tiegħi rġajt bdejt nitlob
b’ħeġġa kbira.
Fil-ħames jum tan-novena, ħlomt
b’Santa Tereża, imma deheritli
bħallikieku kienet għadha ħajja
hawnhekk. Ħbiet minni l-fatt li
kienet qaddisa u bdiet tfarraġni
u tgħidli li m’għandix ninkwieta
dwar din il-ħaġa, imma nafda
iktar f’Alla. Hija qaltli:
“Jiena wkoll batejt ħafna’ imma
jiena ma tantx emmintha u għidt:
“Jiena jidhirli li inti ma
batejt xejn.” Imma Santa Tereża
weġbitni b’mod konviċenti li
hija kienet tassew batiet ħafna
u qaltli: “Sor, kun af li fi
żmien tlett ijiem id-diffikulta’
tispiċċa b’mod sodisfaċenti.”
Meta jiena wrejt li ma tantx
kont lesta li nemminha, hija
wrietni li hi kienet qaddisa.
F’dak il-waqt, ruħi mtliet
b’ferħ kbir u jiena għidtilha:
“Inti qaddisa?” “Iva.” Hija
wieġbet: “Jiena qaddisa. Emmen
li din il-ħaġa ser tiġi maħlula
fi żmien tlett ijiem.” U jiena
għidt: “Għażiża ħelwa Tereża,
għidli jiena għad immur
il-ġenna?” U hija wieġbet, “Iva,
inti għad tmur il-ġenna, Sor.”
“ U jien għad inkun qaddisa?” U
għal din hija wieġbet: “Iva, int
għad tkun qaddisa.” “Imma,
ċkejkna Tereża, jiena għad inkun
qaddisa bħalek, meqjuma fuq
l-altar?” U hija wieġbet: “Iva,
inti għad tkun qaddisa bħali,
imma trid tafda fil-Mulej
Ġesu’”. Jiena mbagħad staqsejtha
jekk ommi u missieri jmorrux
il-ġenna, jekk... (sentenza mhux
kompluta). U hija wieġbet iva.
Komplejt nistaqsi: “U ħuti
jmorru l-ġenna?” Hija qaltli
nitlob ħafna għalihom, imma ma
tatnix tweġiba definita. Jiena
fhimt li huma kellhom bżonn
ħafna talb.
Din kienet il-ħolma. U bħalma
jgħid il-qawl, il-ħolm hu
imaġinazzjoni; Alla huwa fidi.
Madankollu, tlett ijiem wara,
il-problema ġiet maħlula b’mod
tassew faċli, bħalma kienet
qaltli. Kienet ħolma, imma
kellha tifsira tagħha.
151.
Darba, meta jiena kont fil-kċina
flimkien ma’ Swor N, (nota47),
hija tilfet il-paċenzja miegħi,
u bħala kastig, ordnatli noqgħod
bil-qiegħda fuq il-mejda filwaqt
li hi kompliet taħdem iebes,
tnaddaf u togħrok. U filwaqt li
kont bil-qiegħda hemmhekk, ġew
is-sorijiet u stagħġbu mhux ftit
meta sabuni bil-qiegħda fuq
il-mejda, u kull waħda qalet
tagħha. Waħda qalet li jiena
nħobb niskarta u oħra kkumentat:
“Kemm hi eċċentrika!” Dak
iż-żmien jiena kont postulanta.
Oħrajn qalu: “Din xi kwalita’
ta’ soru ser tkun?” Minkejja
dan, jiena ma stajtx ninżel minn
hemm għaliex is-soru kienet
ordnatli noqgħod bil-qiegħda
hemm b’ubbidjenza (nota48)
sakemm hija tgħidli ninżel.
Verament, Alla biss jaf kemm
kelli nagħmel atti ta’ ċaħda
tiegħi nnifsi. Ħsibt li kont ser
immut bil-mistħija. Alla kien
ta’ spiss jippermetti affarijiet
bħal dawn minħabba l-formazzjoni
interna tiegħi, imma kien
ipattili għal din l-umiljazzjoni
b’konsolazzjoni kbira. Waqt
il-Barka jiena rajtu fis-sbuħija
kbira Tiegħu. Ġesu’ ħares lejja
bil-ħlewwa u qalli: Binti,
tibżax mit-tbatijiet; Jiena
qiegħed miegħek.
152.
Darba, jiena kont ta’ billejl,
(nota49), u kont qiegħda
nbati ħafna fl-ispirtu minħabba
l-pittura tax-xbieha, u ma kontx
naf lejn min ser nirrikorri għax
kienu l-ħin kollu jippruvaw
jikkonvinċuni li kienet kollha
kemm hi illużjoni. Mill-banda
l-oħra, saċerdot qalli li Alla
forsi ried li jkun meqjum
permezz ta’ din ix-xbieha u
għalhekk jiena kelli nipprova
sabiex din ix-xbieha tiġi
mpittra. Sadattant, ruħi kienet
qiegħda ssir għajjiena ħafna.
Meta dħalt fil-kappella
ż-żgħira, poġġejt rasi qrib
it-tabernaklu, ħabbatt u għidt:
“Ġesu’, ara kemm qiegħda jkolli
diffikultajiet kbar minħabba
l-pittura ta’din ix-xbieha.” U
smajt vuċi minn ġot-tabernaklu:
Binti, it-tbatijiet tiegħek
m’humiex ser idumu ħafna iktar.
153.
Ġurnata minnhom, jiena rajt żewġ
toroq. Waħda kienet wiesgħa,
miksija ramel u fjuri, mimlija
ferħ, mużika u kull xorta ta’
pjaċiri. Kien hemm in-nies
mexjin fiha, jiżfnu u jieħdu
gost. Huma waslu fit-tarf tagħha
mingħajr ma lanqas biss indunaw.
U fit-tarf ta’ din it-triq kien
hemm preċipizzju tal-biża’,
jiġifieri, l-abbiss tal-infern.
L-erwieħ kienu neżlin fih
bl-għama; filli mexjin, filli
waqgħu ġo fih. U kienu hekk
numerużi li kien impossibbli
tgħoddhom. U rajt it-triq
l-oħra, jew aħjar insejħilha
mogħdija, għax kienet dejqa u
mimlija xewk u blat; u n-nies li
kienu mexjin fiha kellhom
id-dmugħ f’għajnejhom, u kienu
għaddejjin minn kull xorta ta’
tbatija. Xi wħud tfixklu u
waqgħu fuq il-blat, imma reġgħu
qamu minnufih fuq saqajhom u
komplew mexjin. Fit-tarf
tat-triq kien hemm ġnien
meraviljuż mimli b’kull xorta
ta’ hena, u l-erwieħ kollha
daħlu hemm. Mill-ewwel waqt huma
nsew it-tbatijiet kollha
tagħhom.
154.
Darba, meta kien hemm
adoarzzjoni fil-kunvent
tas-Sorijiet tas-Sagra Familja,
(nota50) jiena mort
hemmhekk filgħaxija ma’ waħda
mis-sorijiet tagħna. Malli dħalt
fil-kappella, il-preżenza ta’
Alla mliet ruħi. Jiena tlabt
bħalma nitlob f’xi żminijiet,
mingħajr ma nlissen lanqas kelma
waħda. F’daqqa waħda, rajt
il-Mulej, li qalli: Kun af li
jekk inti ma tagħtix kas
l-affari tal-pittura tax-xbieha
u x-xogħol kollu tal-ħniena, int
ikollok twieġeb għal għadd kbir
ta’ erwieħ f’jum il-ġudizzju.
Wara dan il-kliem tal-Mulej
Ġesu’, ruħi mtliet b’ċerta
biża’, u qabadni paniku.
Nipprova kemm nipprova, ma
stajtx nikkalma. Dan il-kliem
bqajt nisimgħu. Mela mhux ser
ikolli nwieġeb għalija nnifsi
biss f’jum il-ġudizzju, imma
wkoll għall-erwieħ tal-oħrajn.
Dan il-kliem niżel fil-fond
ta’qalbi. Meta mort lura d-dar,
mort quddiem iċ-ċkejken Ġesu’,
(nota51) inżilt wiċċi
fl-art quddiem is-Sagrament
Imqaddes u għidt lill-Mulej:
“Jiena sejra nagħmel dak kollu
li jiddependi minni, imma
qiegħda nitolbok tkun dejjem
miegħi u tagħtini s-saħħa biex
nagħmel ir-rieda qaddisa
Tiegħek; għax Inti tista’
tagħmel kollox, filwaqt li jiena
waħdi ma nista’ nagħmel xejn.”
155.
+
Ġrali kemm –il darba issa li
jiena minnufih inħoss ġewwa ruħi
meta xi ħadd ikun qiegħed jitlob
għalija; u bl-istess mod inħoss
ukoll ġewwa ruħi meta xi ruħ
tkun qiegħda tfittixni
għat-talb, ukoll jekk ma
jkellmunix dwar dan.
Is-sensazzjoni hija waħda ta’
ċertu nkwiet, bħallikieku xi
ħadd qiegħed isejjaħli; u meta
nitlob, ikolli l-paċi.
156.
+
Darba, xtaqt ħafna li nitqarben,
imma kelli ċertu dubju, u ma
tlajtx nitqarben. Batejt ħafna
minħabba din il-ħaġa. Dehrli li
qalbi kienet ser tinqasam
bl-uġigħ. Meta bdejt nagħmel
ix-xogħol tiegħi, qalbi kienet
mimlija bl-imrar. Rajt lil Ġesu’
f’daqqa waħda bil-wieqfa maġenbi
u qalli: Binti, tħallix barra
t-tqarbin jekk int ma tkunx
ċerta li l-waqgħa tiegħek kienet
waħda serja; minbarra din
il-ħaġa, l-ebda dubju m’għandu
jwaqqfek milli tingħaqad Miegħi
fil-misteru ta’ mħabbti.
Id-difetti żgħar tiegħek
jisparixxu f’imħabbti bħal biċċa
tiben mitfugħa f’forn kbir. Kun
af li ssewwidli Qalbi ħafna meta
inti ma tirċevinix fit-Tqarbin.
157.
+
Filgħaxija meta dħalt
fil-kappella ż-żgħira, smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Binti,
aħseb f’dan il-kliem: U meta
kien fl-agunija, Huwa talab
aktar bil-qalb. Meta jiena
bdejt naħseb fuqhom iktar, beda
dieħel ħafna dawl ġewwa ruħi.
Jiena tgħallimt kemm aħna
għandna bżonn perseveranza
fit-talb u li s-salvazzjoni
tagħna spiss tiddependi minn
talb diffiċli bħal dan.
158.
+
Meta kont Kiekrz (1930) minflok
waħda mis-sorijiet (nota52)
għal ftit żmien, jiena qsamt
il-ġnien darba wara nofs in-nhar
u waqaft fuq ix-xatt
tal-għadira, domt hemm għal
żmien twil, nikkontempla x-xena
madwari. F’daqqa waħda, rajt
il-Mulej Ġesu’ maġenbi, u qalli
dan il-kliem bil-ġentilezza:
Dan kollu Jiena ħlaqtu għalik,
għarusa Tiegħi; u kun af li din
is-sbuħija kollha m’hi xejn meta
tqabbilha ma’ dak li Jiena
ħejjejt għalik għall-eternita’.
Ruħi kienet għal kollox
mimlija b’konsolazzjoni bħal din
u jiena bqajt hemmhekk sa
filgħaxija, u deherli
daqslikieku kien mument wieħed
qasir. Dik kienet il-ġurnata
libera tiegħi, li kont ħallejt
għal irtir ta’ ġurnata,
(nota53) għalhekk stajt
inkun libera li niddedika ruħi
għat-talb. O kif Alla tjubija
bla qies jiġri warajna
bit-tjieba Tiegħu! Spiss jiġri
li l-Mulej jikkonċedili l-ikbar
grazzji meta ma nkunx qiegħda
qatt nistenniehom.
159.
+
Ostja Mqaddsa, magħluqa
fil-pissidi tad-deheb għalija,
Sabiex fid-deżert immens ta’
l-eżilju
Jiena nkun nista’ nibqa’
għaddejja – safja, bla ebda
tebgħa;
Agħmel li, permezz tal-qawwa ta’
Mħabbtek, dan jista’ jseħħ.
Ostja Mqaddsa, ejja għammar
ġewwa ruħi,
Inti, l-imħabba l-iktar safja
tal-qalb tiegħi!
Bid-dija Tiegħek keċċi
d-dlamijiet.
Iċċaħħadx il-qalb umli
mill-grazzja Tiegħek.
Ostja Mqaddsa, is-seħer
tal-ġenna kollha,
Għalkemm is-sbuħija Tiegħek
tinsab mgħottija
U maqbuda ġewwa farka ħobż,
Fidi soda taf tneħħi dak il-velu
min-nofs.
160.
Il-ġurnata tal-kruċjata,
(nota54) li tiġi fil-ħamsa
tax-xahar, ħabtet fl-ewwel
Ġimgħa tax-xahar. Dan kien
il-jum meta jiena kelli nishar
quddiem il-Mulej Ġesu’
għall-offiżi kollha u għall-atti
ta’ nuqqas ta’ rispett u li
nitlob li, f’dan il-jum, ma jsir
l-ebda sagrileġġ. F’dan il-jum,
l-ispirtu tiegħi kien qiegħed
jaqbad bin-nar ta’ mħabba
speċjali fl-Ewkaristija. Qisni
kont mibdula f’nara iħeġġeġ.
Meta kont ser nitqarben, Ostja
oħra waqgħet fil-komma
tas-saċerdot, u jiena ma kontx
naf liema Ostja kelli nirċievi.
Wara li qgħadt naħsibha għal
mument, is-saċerdot għamel ġest
b’idu b’nuqqas ta’ paċenzja biex
jgħidli li kelli nirċievi
l-Ostja. Meta jiena ħadt l-Ostja
li huwa tani, l-oħra waqgħet
f’idejja. Is-saċerdot mexa
mal-grada tal-altar sabiex
ikompli jqarben, u jiena żammejt
il-Mulej Ġesu’ f’idejja il-ħin
kollu. Meta reġa’ ġie lejja għal
darb’oħra, jien għollejt
l-Ostja sabiex hu jkun jista’
jaraha u jpoġġiha lura
fil-pissidi, għax meta qabel
kont irċevejt lil Ġesu’, jiena
ma stajtx nitkellem qabel ma
kkonsmajt l-Ostja, u għalhekk ma
stajtx ngħidlu li kienet waqgħet
l-Ostja l-oħra. Imma waqt li
jiena kont qiegħda inżomm
l-Ostja f’idejja, ħassejt tant
qawwa ta’ mħabba li għall-bqija
tal-ġurnata la stajt niekol u
lanqas niġi f’sensija. Jien
smajt dan il-kliem ġej
mill-Ostja: Jiena xtaqt
nistrieħ f’idejk, mhux f’qalbek
biss. U f’dak il-mument rajt
liċ-ċkejken Ġesu’. Imma meta
resaq lejja s-saċerdot, jien
rġajt rajt biss l-Ostja.
161.
O Marija, Verġni Immakulata,
Kristall safi għal qalbi,
Inti s-saħħa tiegħi O ankra
b’saħħitha!
Inti t-tarka u l-protezzjoni
tal-qalb debboli tieghi.
O Marija inti safja, ta’ safa li
bħalu m’hawnx
Fl-istess waqt kemm Verġni u
Omm,
Inti sabiħa bħax-xemx, bla ebda
tebgħa,
U ruħek ma tista’ tqabbilha ma’
xejn.
Is-sbuħija tiegħek tpaxxiet biha
l-għajn ta’ Dak li Hu
Qaddis għal tlett, darbiet,
Huwa nieżel mis-sema u ħalla
t-tron etern Tiegħu
U ħa l-Ġisem u d-Demm mill-qalb
tiegħek
U għal disa’ xhur qagħad moħbi
f’Qalb ta’ Verġni.
O Omm, Verġni, li ħadd ma jista’
jifhem.
Kif Alla etern isir bniedem;
l-għan Tiegħu hi biss l-imħabba
u l-Ħniena li ma titfissirx,
U li permezz tiegħek, O Omm
tagħna – jiġu mogħtija lilna li
ngħixu
Miegħu għal dejjem.
O Marija, Verġni u Ommna:
il-bieb tal-Ġenna għalina.
Permezz tiegħek is-salvazzjoni
waslet għandna.
Min idejk jgelglu l-grazzji
kollha għal għandna
U l-limitazzjoni tiegħek biss
tista’ tqaddisni.
O Omm, Verġni, l-iktar safja
fost il-ġilji kollha,
Il-Qalb tiegħek kienet l-ewwel
tabernaklu ta’ Ġesu’ f’din
l-art.
Kien biss għax ma kienx hemm
umilta’ iktar profonda minn
tiegħek
Li inti ġejt imtellgħa fuq
il-kori tal-Anġli u fuq
il-Qaddisin kollha.
O Marija, l-Omm tiegħi ħelwa,
Jiena nagħtik ruħi, ġismi u
l-qalb fqira tiegħi
Kun int l-għassiesa ta’ ħajti,
L-aktar fis-siegħa ta’ mewti,
fl-aħħar taqbida.
162.
ĠMĠ. Ġesu’, jiena nafda Fik.
1 ta’ Jannar 1937
Ċart tal-kontroll intern
tar-ruħ.
Eżami partikulari – sabiex
ningħaqad ma’ Kristu tal-ħniena.
Prattika: silenzju intern,
osservanza stretta tas-silenzju.
Il-Kuxjenza.
Jannar : Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 41, waqgħat 4.
Ġakulatorja:
Imma Ġesu’ żamm is-skiet.
Frar: Alla u r-ruħ:
skiet. Rebħiet 36, waqgħat 3.
Ġakulatorja:
Ġesu’, jiena nafda Fik.
Marzu: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 51, waqgħat 2.
Ġakulatorja:
Ġesu’, kebbes lil qalbi
bl-imħabba.
April: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 61, waqgħat 4.
Ġakulatorja:
Flimkien ma’ Alla, jiena nista’
kollox.
Mejju: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 92, waqgħat 3.
Ġakulatorja:
F’Ismu jiena nsib is-saħħa
tiegħi.
Ġunju: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 64, waqgħat 1.
Ġakulatorja:
Kollox għal Ġesu’.
Lulju: Alla u r-ruħ:
skiet. Rebħiet 62, waqgħat 8.
Ġakulatorja:
Ġesu’ strieħ f’qalbi.
Awissu: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 88, waqgħat 7.
Ġakulatorja:
Ġesu’, Inti taf ...
Settembru: Alla u r-ruħ:
skiet. Rebħiet 99, waqgħat 1
Ġakulatorja:
Ġesu’, aħbini ġewwa Qalbek.
Ottubru: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet 41, waqgħat 3.
Ġakulatorja:
Marija, għaqqadni ma’ Ġesu’.
Novembru: Alla u r-ruħ: skiet.
Rebħiet , waqgħat
Ġakultaorja: Ġesu’ tiegħek,
ikollok ħniena!
Diċembru: Alla u r-ruħ:
skiet. Rebħiet, waqgħat
Ġakulatorja: Insellimlek, Ostja
ħajja!
163.
ĠMĠ Is-sena 1937
Eżerċizzi Ġenerali
+ O Santissma Trinita’! Daqskemm
jiena nieħu n-nifs, daqskemm
qalbi tħabbat, daqskemm demmi
jiġri f’ġismi, daqshekk ieħor
għal elf darba jiena rrid
nigglorifika l-ħniena Tiegħek.
+ Mulej, irrid ninbidel għal
kollox fil-ħniena Tiegħek u nkun
rifless ħaj Tiegħek. Agħmel li
l-ikbar wieħed fost l-attributi
divini, dak tal-Ħniena Tiegħek
bla tarf, igħaddi minn qalbi u
ruħi għal għand il-proxxmu
tiegħi.
Għinni, O Mulej, sabiex
għajnejja jħaddmu l-ħniena,
ħalli qatt ma nissuspetta f’ħadd
u lanqas niġġudika lil ħaddieħor
minn dak li jidher minbarra imma
nfittex is-sabiħ fl-erwieħ
tal-proxxmu tiegħi u nagħmel
ħilti biex ngħinnhom.
Għinni, sabiex widnejja jkunu
ħanina, billi nagħti kas
tal-ħtiġijiet ta’ għajri u ma
nkunx indifferenti għall-uġigħ u
għall-krib tagħhom.
Għinni, O Mulej, ħalli nkun
ħanina fi lsieni, u ma nqasqas
qatt fuq ħaddieħor, imma jkolli
kelma ta’ faraġ u maħfra għal
kulħadd.
Għinni, O Mulej, sabiex idejja
jagħmlu ħafna għemejjel tajba
ta’ ħniena ħalli b’hekk inkun
ta’ ġid għall-proxxmu u biex
ngħinu, nitgħabba bid-dmirijiet
l-iktar tqal.
Għinni, sabiex riġlejja jgħaġġlu
għall-għajnuna ta’ min ikun
fil-bżonn billi mqanqla
mill-ħniena, ninsa t-taħbit u
l-għejja tiegħi. Il-mistrieħ
tiegħi nsibu filli naqdi lil
għajri.
Għinni, O Mulej, sabiex qalbi
tkun daqshekk ħanina, li jiena
stess inġarrab it-tbatija kollha
tal-oħrajn. Qalbi ma niċħadha
lil ħadd. Inkun sinċiera wkoll
ma’dawk li nkun naf li se
jabbużaw mit-tjieba tiegħi. U
jiena ningħalaq fil-Qalb l-iżjed
ħanina ta’ Ġesu’. Inġarrab
it-tbatija tiegħi fis-skiet. Ħa
tistrieħ fuqi Mulej, il-ħniena
tiegħek.
+ Inti stess tikkmandani nħaddan
t-tliet gradi tal-ħniena.
L-ewwel: att tal-ħniena, ikun
ta’ liema kwalita’ jkun.
It-tieni: il-kelma tal-ħniena –
jekk ma nistax nagħmel opra
tal-ħniena ngħin permezz ta’
kliemi. It-tielet: it-talb –
jekk ma nistax nuri ħniena
permezz tal-għemil jew
tal-kliem, dejjem nista’ nagħmel
dan permezz tat-talb. It-talb
tiegħi jilħaq ukoll fejn jiena
ma nistax nilħaq b’mod fiżiku. O
Ġesu’ tiegħi, ibdilni fik, għax
Inti tista’ tagħmel kollox.
(erba’ paġni tħallew vojta)
(nota55)
164.
ĠMĠ Varsavja, 1933
Prova Qabel il-Voti Perpetwi
(noti 56)
Meta jiena sirt naf li kelli
mmur għall-prova, qalbi kienet
tħabbat bil-ferħ meta ħsibt fi
grazzja tassew kbira bħal dik
tal-voti perpetwi. Mort quddiem
is-Sagrament Imqaddes; u meta
ntlift f’talba ta’
ringrazzjament, smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Binti,
inti l-għaxqa Tiegħi, inti
l-faraġ ta’ Qalbi. Jiena nagħtik
grazzji daqskemm inti tiflaħ
tesa’. Dawk id-drabi kollha li
Inti tkun tixtieq tagħmilni
ferħan, kellem lid-dinja fuq
l-ħniena kbira Tiegħi li ħadd ma
jista’ jkejjilha.
165.
Ftit ġimgħat qabel ma qaluli
dwar il-provi jien dħalt għal
mument fil-kappella u Ġesu’
qalli: Eżatt issa,
is-superjuri qedgħin jiddeċiedu
liema sorijiet ser jagħmlu
l-voti perpetwi. Din il-grazzja
ma tingħatax lilhom kollha kemm
huma, imma dan huwa tort tagħhom
stess. Min ma jagħmilx ħiltu
biex jilqa’ grazzji żgħar ma
jingħatawlux grazzji kbar. Imma
lilek, binti, qiegħda tingħata
din il-grazzja. Ruħi ġiet
maħkuma mill-ferħ ta’ din
is-sorpriża, għax ftit jiem
qabel waħda mis-sorijiet kienet
qaltli: “Sor, inti m’intix sejra
għat-tielet prova. Jiena stess
ser nara li ma jagħtukx permess
sabiex inti tagħmel il-voti
tiegħek.” Jiena m’għidtilha xejn
lil din is-soru, imma ħassejt
weġgħa kbira li ppruvajt naħbiha
mill-aħjar li stajt.
O Ġesu’, kemm huma strambi
l-mogħdijiet Tiegħek! Issa
qiegħda nara li mingħajr Alla,
il-bnedmin ftit li xejn jistgħu
jwettqu waħedhom, għaliex jiena
għamiltha l-prova tiegħi, bħalma
kien qalli Ġesu’.
166.
Fit-talb jiena dejjem insib dawl
u saħħa fl-ispirtu, għalkemm
ikun hemm waqtiet hekk iebsin u
li jweġġgħu, li xi drabi jkun
diffiċli timmaġina li jistgħu
jiġru dawn l-affarijiet
f’kunvent. Hi ħaġa stramba, Alla
xi drabi jippermettihom, imma
dejjem sabiex juri jew ikabbar
il-virtu’ fir-ruħ. Din hi raġuni
tal-provi.
167.
Illum (Novembru 1932), wasalt
Varsavja għat-tielet prova. Wara
laqgħa kordjali mas-superjuri
għeżież, jiena mort għal mument
wieħed fil-kappella ż-żgħira.
F’daqqa waħda il-preżenza ta’
Alla mtliet ruħi, u smajt dan
il-kliem: Binti, Jiena
nixtieq li qalbek tiġi ffurmata
fuq il-mudell tal-Qalb Tiegħi
mimlija ħniena. Inti trid tkun
mimlija kompletament bil-ħniena
Tiegħi.
L-għażiża Madre Superjura
(Margaret) mill-ewwel staqsietni
jekk jiena kontx għamilt irtir
dik is-sena u għidtilha le.
“Mela inti l-ewwel trid tagħmel
irtir ta’ għallinqas tlett
ijiem.”
Nirringrazzja lil Alla li
f’Walendow (nota57) kien
qed isir irtir ta’ tmint ijiem
li stajt nieħu sehem fih jiena.
Imma nqalgħu xi diffikultajiet
dwar it-tluq tiegħi għal dan
l-irtir. Kien hemm persuna li
opponiet ħafna t-tluq tiegħi u
diġa’ (kien qed jidher) li jien
ma kontx sejra. Wara l-ikel mort
fil-kappella għal ħames minuti
adorazzjoni. F’daqqa waħda rajt
il-Mulej Ġesu’ u qalli:
Binti, Jiena qiegħed inħejji
ħafna grazzji għalik, li inti
sejra tirċievi matul dan l-irtir
li ser tibda għada. Jiena
weġibt, “Ġesu’, l-irtir diġa’
beda u jiena mhux suppost
immur”. Hu qalli: Ħejji ruħek
għalih għax int ser tibda
l-irtir għada. U dwar it-tluq
tiegħek, Jiena nirranġa dik
il-ħaġa mas-superjuri tiegħek.
U f’daqqa waħda Ġesu’ ma
deherx iktar.
Jiena bdejt nipprova naħseb kif
kienet ser iseħħ din il-ħaġa.
Imma mument wara, warrabt dawn
il-ħsibijiet kollha u ddedikajt
il-ħin li kelli għat-talb. Tlabt
l-Ispirtu s-Santu jagħtini
d-dawl sabiex nkun nista’ nara
l-miżerja tiegħi. Wara ftit,
ħriġt mill-kappella ż-żgħira
sabiex inkompli bid-doveri
tiegħi. Ftit wara l-Madre
Ġenerali (Michael) sejħitli u
qaltli: “Sor, illum int ser tmur
Walendow flimkien ma’ Madre
Valeria sabiex tkun tista’ tibda
l-irtir għada. B’xorti tajba,
Madre Valeria nzertat qiegħda
hawnhekk u intom tistgħu tmorru
flimkien.” Fi żmien satgħejn
jiena kont diġa’ Walendow. Għal
mument qgħadt naħseb bejni u
bejn ruħi u ndunajt li Ġesu’
biss jista’ jirranġa
l-affarijiet b’dan il-mod.
168.
Meta dik il-persuna li kienet
opponiet hekk bis-sħiħ li jien
nieħu sehem fl-irtir ratni, hija
wriet li kienet sorpriża u li ma
kenitx qiegħda tieħu gost. Jien
ma tajtx kas ta’ dan u
sellimtilha bil-qalb u bqajt
sejra ninviżta lill-Mulej,
sabiex inkun naf kif għandi nġib
ruħi fl-irtir.
169.
Il-konversazzjoni tiegħi
mal-Mulej Ġesu’ qabel l-irtir.
Ġesu’ qalli li dan l-irtir kellu
jkun daqsxejn differenti
mill-oħrajn. Għandek tagħmel
ħiltek sabiex iżżomm paċi
profonda dwar id-diskorsi
tiegħek Miegħi. Jiena nneħħilek
id-dubji kollha dwar din
il-ħaġa. Jiena naf li bħalissa
waqt li Jiena qiegħed nitkellem
miegħek inti tinsab fil-paċi,
imma f’dak l-istess waqt li
Jiena nieqaf nitkellem, int
tibda tfittex id-dubji. Imma
Jiena rridek tkun taf li Jiena
għad inwettaqlek ruħek b’tali
mod li wkoll jekk inti tkun trid
tinkwieta, ma tkunx tista’. U
bħala prova li Jiena Hu dak li
qiegħed nitkellem miegħek, inti
tmur tqerr fit-tieni jum
tal-irtir għand is-saċerdot li
qiegħed imexxi l-irtir, inti
tmur għandu malli huwa jispiċċa
l-konferenza u tippreżentalu
d-dubji kollha li inti għandek
fuqi. Jiena nwieġbek permezz
tal-kliem tiegħu, u mbagħad
il-biżgħat tiegħek jispiċċaw.
Matul dan l-irtir, żomm skiet
hekk strett li inti tħossok
bħallikieku xejn ma jeżisti
madwarek. Inti titkellem biss
Miegħi u mal-konfessur tiegħek;
inti tistaqsi lis-superjuri
tiegħek għall-penitenzi biss.
Ħassejt ferħ kbir ħafna li
l-Mulej kien ser jurini daqshekk
tjubija u jiċċekken daqshekk
għalija.
170.
L-ewwel jum tal-irtir. Jiena
ppruvajt inkun l-ewwel waħda
fil-kappella filgħodu; qabel
il-meditazzjoni kelli ftit ħin
għat-talb lil l-Ispirtu s-Santu
u lill-Madonna. Jien tlabt
bil-ħerqa lil Omm Alla taqlagħli
l-grazzja li nkun fidila għal
dawn l-ispirazzjonijiet
interjuri u li nwettaq
bil-fedelta’ r-rieda ta’ Alla
tkun xi tkun. Bdejt dan l-irtir
b’kuraġġ speċjali ħafna.
171.
Kelli nistinka biex inżomm
is-skiet. Bħas-soltu, ġew
għall-irtir sorijiet minn djar
differenti. Waħda mis-sorijiet
li kien ili ma naraha għal żmien
twil ġiet fiċ-ċella tiegħi u
qalet li kellha xi ħaġa
x’tgħidli. Jiena ma weġibthiex,
u hi ndunat li jiena ma ridtx
nikser is-silenzju. Hi qaltli:
“ Ma kontx naf li inti
eċċentrika daqshekk sor.”, u
telqet. Jiena kont ċerta li hi
ma kellha xejn xi tgħidli ħlief
li tissodisfa l-kurżita’ u
l-imħabba għaliha nnfisha. O
Alla, żommni fil-fedelta’.
172.
Is-saċerdot (nota58) li
kien qiegħed imexxi l-irtir kien
mill-Amerika. Kien ġie l-Polonja
għal ftit żmien biss, u ġara li
ġie hu sabiex imexxi l-irtir.
Ħajja interjuri profonda kienet
tidher riflessa minn persuntu.
Il-mod kif kien iżomm ruħu kien
juri l-kobor tal-ispirtu tiegħu.
Il-mortifikazzjoni u l-ġabra
kienu jikkaratterizzaw dan
is-saċerdot. Imma, minkejja dawn
il-virtujiet kbar, jiena ħassejt
diffikulta’ kbira biex nirrivela
dak li kont qiegħda nħoss f’ruħi
dwar il-grazzji li kont
irċevejt; dwar dnubieti, dejjem
tkun ħaġa faċli li nitkellem,
imma dwar grazzji jkolli
verament nagħmel sforz kbir, u
wkoll meta jirnexxili xorta ma
ngħidx kollox.
173.
It-tentazzjonijiet ta’ Satana
waqt il-meditazzjoni. Kelli
biża’ stramb li s-saċerdot ma
kienx ser jifhimni, jew li ma
kienx ser ikollu l-ħin jisma’
dak kollu li kelli ngħid. Kif
ser ngħidlu dan kollu? Kieku
kien Dun Bukowoski stajt nagħmlu
dan b’iktar faċilita’, imma dan
il-Ġiżwita’ li qiegħda narah
għall-ewwel darba... Imbagħad
ftakart fil-parir ta’ Dun
Bukowoski li jien għandi
għallinqas nieħu noti qosra
tad-dawl li Alla tani waqt
l-irtiri u nagħtih almenu
rapport qasir dwar din il-ħaġa.
Alla tiegħi, kollox mar sewwa
għal jum u nofs, u issa bdiet
taqbida bejn ħajja u mewt. Fi
żmien nofs siegħa ser tibda
l-konferenza u mbagħad irrid
immur inqerr. Satana pprova
jikkonvinċini sabiex nemmen li,
jekk is-superjuri qaluli li
l-ħajja interjuri tiegħi hija
illużjoni, allura għalfejn kelli
nerġa’ nistaqsi u ninkwieta
lill-konfessur? M.X
(probabilment Madre Jane) ma
qaltlekx li l-Mulej Ġesu’ ma
jikkomunikax ma’ erwieħ msejkna
bħalek? Dan il-konfessur ser
jgħidlek l-istess ħaġa. Għalfejn
se tgħidlu b’dan kollu? Dawn
m’humiex dnubiet, u Madre X.
qaltlek li din il-komunikazzjoni
mal-Mulej Ġesu’ hija fantasija u
xejn ħlief isteriżmu. Mela
għalfejn se tgħid b’dan
lill-konfessur? Tagħmel ħaġa
aħjar jekk tkeċċi dawn kollha
bħala illużjonijiet. Ara kemm
batejt umiljazzjonijiet minħabba
fihom, u kemm hemm iżjed hemm
jistennewk, u s-sorijiet kollha
jafu li inti isterika. “Ġesu’”!
Jiena sejjaħtlu bil-qawwa kollha
ta’ruħi.
174.
F’dak il-waqt daħal is-saċerdot
u beda l-konferenza. Tkellem
għal żmien qasir, bħallikieku
kien mgħaġġel. Wara
l-konferenza, baqa’sejjer
fil-konfessinarju. Meta rajt li
ħadd mis-sorijiet ma kien sejjer
iqerr, qomt niġri
mill-ġinokkjatur tiegħi, u
f’mument wieħed sibt ruħi
fil-konfessinarju. Ma kienx hemm
żmien noqgħod naħseb. Minflok ma
għidtlu fuq id-dubji li kienu
nżergħu fija dwar
il-komunikazzjonijiet. Tiegħi
mal-Mulej Ġesu’, jiena bdejt
nitkellem dwar dawn
it-tentazzjonijiet li għadni kif
fissirt hawn fuq. Il-konfessur
mill-ewwel fehem is-sitwazzjoni
tiegħi u qalli, “Sor, inti
m’intix tafda lill-Mulej Ġesu’
għax Huwa qiegħed jittrattak
hekk tajjeb. Mela, Sor, kun għal
kollox fil-paċi. Ġesu’ huwa
l-Imgħallem tiegħek, u
l-kommunikazzjoni tiegħek Miegħu
la hi fantasija, la isteriżmu,
lanqas illużjoni. Kun af li inti
tinsab miexja fit-triq it-tajba.
Nitolbok kun fidila lejn dawn
il-grazzji; int m’intix libera
li twarrabhom u tagħtihom
il-ġenb. Int m’għandekx bżonn,
Sor, li tgħid lis-superjuri
tiegħek dwar dawn il-grazzji
interjuri, dejjem jekk il-Mulej
Ġesu’ ma jgħidlekx Hu stess
b’mod ċar li tagħmel din l-ħaġa;
ukoll f’dan il-każ għandek
tikkonsulta lill-konfessur
tiegħek. Imma jekk il-Mulej
Ġesu; jitolbok tagħmel xi ħaġa
f’dan il-każ, wara li inti
tikkonsulta lill-konfessur
tiegħek, għandek twettaq dak li
Hu jkun qiegħed jitlob
mingħandek wkoll jekk dan
jiswielek ħafna. Min-naħa
l-oħra, inti għandek tgħid
lill-konfessur tiegħek b’kollox.
M’hemm assolutament l-ebda triq
oħra għalik.
Sor, itlob sabiex inti ssib
direttur spiritwali għax, hekk
ma tagħmilx hekk, inti taħli
dawn id-doni kbar ta’ Alla.
Nerġa’ ngħidlek, kun fil-paċi;
inti miexja fit-triq it-tajba.
Tagħti kas ta’ xejn iżjed, imma
kun dejjem fidila lejn il-Mulej
Ġesu’, u ħalli lil kulħadd jgħid
li jrid fuqek. Huwa preċiżament
ma’ erwieħ hekk imsejkna li
l-Mulej Ġesu’ jikkomunika b’dan
il-mod intimu. U iktar ma inti
tumilja ruħek aktar il-Mulej
Ġesu’ jingħaqad miegħek.”
175.
Meta ħriġt mill-konfessinarju,
ruħi kienet mimlija b’ferħ li ma
jistax jitfisser; u għalhekk
jiena twarrabt għalija waħdi
f’rokna maqtugħa għaliha
fil-ġnien sbiex ninħeba
mis-sorijiet u nkun nista’
nippermetti lil qalbi tinfetaħ
għal Alla. Il-preżenza ta’ Alla
mlietni u, f’waqt wieħed,
ix-xejn tiegħi kollu nitilef
f’Alla; u fl-istess waqt, jiena
ħassejt, jew aħjar għaraft,
it-Tliet Persuni jgħammru ġewwa
fija. U kelli paċi hekk kbira
f’qalbi li ħassejtni nistagħġeb
li seta’ kelli daqshekk dubji
ġewwa fija.
176.
+ Riżoluzzjoni: Fedelta’ lejn
ispirazzjonijiet interjuri,
ukoll jekk ma jkollix l-iċken
ideja kemm ikolli nbati minħabba
fihom. M’għandi nagħmel xejn
waħdi mingħajr ma’ l-ewwel
nikkonsulta l-konfessur.
177.
+ Tiġdid tal-voti. Minn x’ħin
qomt fil-għodu l-ispirtu tiegħi,
kien mitluf għal kollox f’Alla
f’dak l-oċejan ta’ mħabba.
Ħassejtni li kont mgħaddsa
kollni kemm jien ġo fih. Waqt
il-Quddies l-imħabba tiegħi
Għalih laħqet quċċata ta’
intensita’. Wara t-tiġdid
tal-voti u t-Tqarbin jiena rajt
f’daqqa waħda lill-Mulej Ġesu’
li qalli bi tjubija kbira:
Binti, ħares lejn Qalbi mimlija
Ħniena. Filwaqt li jiena
żammejt ħarsti fuq il-Qalb
Imqaddsa Tiegħu, l-istess raġġi
ta’ dawl kif jidhru fix-xbieha
bħala demm u ilma, ħarġu minnha,
u jiena fhimt kemm hi kbira
l-ħniena tal-Mulej. U Ġesu’
reġa’ qalli bi tjubija:
Binti, kellem lis-saċerdoti dwar
din il-ħniena Tiegħi, li ħadd ma
jista’ jifhimha. Il-fjammi
tal-ħniena qedgħin jaħarquni,
iridu jintfew; Jiena rrid
inkompli nferrixhom fuq
l-erwieħ; l-erwieħ ma jridux
jemmnu fit-tjubija tiegħi.
F’daqqa waħda Ġesu’ ma deherx
aktar. Imma matul dak il-jum
kollu l-ispirtu tiegħi baqa’
mitluf fil-preżenza tanġibbli
ta’ Alla, minkejja d-diskors li
s-soltu jkun hemm wara l-irtir.
Dan kollu ma ddisturbani xejn.
L-Ispirtu tiegħi kien qed
jistrieħ f’Alla, għalkemm minn
barra kont qiegħda nieħu parti
fil-konverżazzjonijiet u wkoll
mort inżur Derdy. (nota59)
178.
Illum qedgħin nibdew it-tielet
prova. It-tlieta li aħna ltqajna
għand Madre Margaret minħabba li
s-sorijiet l-oħrajn kienu
qedgħin jagħmlu l-prova tagħhom
fin-novizzjat. Madre Margaret
bdiet b’talba, fissritilna
f’ihiex tikkonsisti t-tielet
prova, u mbagħad tkellmet fuq
kemm hi kbira l-grazzja tal-voti
perpetwi. F’daqqa waħda jien
bdejt nibki ngħajjat. F’mument
wieħed dehru quddiem l-għajnejn
ta’ ruħi l-grazzji kollha ta’
Alla, u rajt lili nnifsi, kemm
jiena imsejkna u kemm m’inhiex
grata lejn Alla. Is-sorijiet
bdew iċanfruni u qalu: “Għalfejn
bdejt tibki?” Imma Madre
Margaret bdiet tiddefendini u
qalet li ma kenitx sorpriża.
Meta spiċċat is-siegħa, mort
quddiem is-Sagarament Imqaddes
u, bħall-ikbar miskin
miżerabbli, bdjet nitlob
għall-ħniena Tiegħu sabiex Huwa
jfejjaq u jippurifika lil ruħi.
Imbagħad smajt dan il-kliem,
Binti, il-miżerji kollha ġew
ikkunsmati fil-fjamma ta’
Mħabbti, bħal fergħa żgħira
mitfugħa f’nar jaqbad. Meta inti
tumilja ruħek b’dan il-mod, inti
tiġbed fuqek u fuq erwieħ oħrajn
baħar sħiħ tal-ħniena Tiegħi.
Jiena weġibt: “Ġesu’ ifforma
l-qalb imsejkna tiegħi skont
l-għaxqa divina Tiegħek.”
179.
Matul it-tielet prova kien
id-dmir tiegħi li ngħin lis-soru
fil-vestjarju. (nota60)
Dan id-dmir tani ħafna
okkażjonijiet biex nipprattika
l-virtujiet. Xi drabi kelli
nieħu l-ħwejjeġ tal-għażel għand
ċerti sorijiet tlett darbiet u
xorta waħda baqgħu m’humiex
sodisfatti. Imma wkoll stajt
nagħraf il-virtujiet kbar ta’ xi
sorijiet li kienu dejjem jitolbu
l-ifqar affarijiet
mill-vestitarju. Jiena kont
nammira l-ispirtu tagħhom ta’
umilta’ u mortifikazzjoni.
180.
+ Waqt l-Avvent xewqa kbira għal
Alla nibtet f’ruħi. L-ispirtu
tiegħi mar jiġri lejn Alla
bil-qawwa kollha tiegħu. Matul
dak iż-żmien, il-Mulej tani
ħafna dawl sabiex jiena nkun
nista’ nsir naf l-attributi
Tiegħu.
L-ewwel attribut li l-Mulej
ippermettieli nsir naf hija
l-qdusija Tiegħu. Il-qdusija
Tiegħu hi hekk kbira li l-Poteri
u l-Virtujiet kollha jirtogħdu
quddiemu. L-ispirti puri jgħattu
wiċċhom u jintilfu f’adorazzjoni
bla tmiem, u b’kelma waħda biss
huma jesprimu l-ogħla forma ta’
adorazzjoni; li hija – Qaddis...
Il-qdusija ta’ Alla tiġi
mferrgħa fuq il-Knisja ta’Alla u
fuq kull ruħ ħajja li hemm fiha,
imma mhux fl-istess grad. Hemm
erwieħ li Alla jippenterahom
kompletament, u hemm oħrajn li
bilkemm tgħidilhom ħajjin.
It-tieni tip ta’ għarfien li
l-Mulej ikkonċedieli kien dwar
il-ġustizzja Tiegħu.
Il-ġustizzja Tiegħu hi hekk
kbira u penetranti li tinżel
fil-fond nett tal-affarijiet, u
kollox quddiemu jidher fi stat
ta’ verita’ assoluta, u kollox
iċedi quddiemu.
It-tielet attribut hi l-imħabba
u l-ħniena. U jiena fhimt li
l-ikbar attribut hi l-imħabba u
l-ħniena. Hija tgħaqqad l-ħlejqa
mal-Ħallieq. Din l-imħabba
immensa u abbiss tal-ħniena
jingħarfu fl-Inkarnazzjoni
tal-Kelma u fil-Fidwa (ta’
l-umanita’), u huwa hawn li
jiena rajt kif din hija l-ikbar
waħda mill-attributi ta’ Alla.
181.
Illum kont qiegħda nnaddaf
il-kamra ta’ waħda mis-sorijiet.
Għalkemm kont qiegħda nipprova
nnaddafha b’attenzjoni
mill-ikbar, hi baqgħet issegwini
l-ħin kollu u tgħidli: “Hawnhekk
ħallejt għabra trab u hemmhekk
hemm tebgħa fl-art.” Ma’ kull
rimarka li għamlitli, erġajt
dort dik ir-rokna iktar minn
tnax –il darba sempliċiment biex
naqtgħalha xewqitha. Mhux
ix-xogħol li jgħajjini, imma
dawn il-paroli kollha u
l-insistenza eċċessiva.
Il-martirju li batejt ġurnata
sħiħa ma kienx biżżejjed
għaliha; għalhekk marret għand
id-Direttriċi u bdiet tgerger:
“Madre din min hi is-soru
traskurata li ma tafx taħdem u
tħaffef?” L-għada, jiena mort,
nerġa’ nagħmel l-istess xogħol,
mingħajr ma ppruvajt nispjega
xejn dwari nnifsi. Meta bdiet
issuqni, kont qiegħda naħseb,
“Ġesu’, wieħed jista’ jbati
l-martirju fis-skiet; mhux
ix-xogħol li jgħajjik, imma dan
it-tip ta’ martirju.”
182.
Jiena tgħallimt li ċerti nies
għandhom don speċjali sabiex
jinnervjaw lil ħaddieħor.
Jippruvaw mill-aħjar li jistgħu.
Dik ir-ruħ imsejkna li taqa’
f’idejhom ma’ tista’ tagħmel
xejn sewwa; l-aħjar sforzi
tagħha jiġu milqugħin bi kritika
malizzjuża.
+ Lejliet il-Milied
Illum jien kont maqgħuda
mill-qrib ma’ Omm Alla. Rġajt
għext is-sentimenti interni
tagħha. Filgħaxija, qabel
iċ-ċerimonja tal-qsim tal-wejfer
(nota 60a) mort
fil-kappella sabiex, fl-ispirtu,
naqsam il-wejfer mal-għeżież
tiegħi, u tlabt lil Omm Alla
għall-grazzji għalihom.
L-ispirtu tiegħi kien mitluf
kollu f’Alla. Waqt il-Quddiesa
ta’ nofs il-lejl, (‘Pasterka’
jew il-Quddiesa tar-Rgħajja)
rajt lill-Bambin Ġesu’ fl-Ostja,
u l-ispirtu tiegħi kien mitluf
fih. Għalkemm kien daqsxejn ta’
tarbija, il-majesta’ Tiegħu
nifditli ruħi. Kont mimlija
sal-profondita’ tal-esseri
tiegħi b’dan il-misteru, dan
il-fatt kif Alla jiċċekken
daqshekk, svojta lilu nnifsu
b’mod li aħna ma nistgħux
nifhmuh. Dawn is-sentimenti
baqgħu ħajjin ġewwa ruħi matul
l-istaġun kollu tal-festi. Aħna
ma nistgħu qatt nifhmu dan
il-mod hekk kbir kif Alla għoġbu
jiċċekken daqshekk; iktar ma
naħseb fuq hekk, (il-ħsieb waqaf
hawnhekk).
183.
Darba waħda filgħodu wara
t-Tqarbin, smajt din il-vuċi,
“Nixtieqek tikkumpanjani meta
Jiena mmur għand il-morda.”
Weġibt li jiena wkoll xtaqtha
din il-ħaġa, imma wara mument
riflessjoni bdejt naħseb kif
kont ser nagħmel din il-ħaġa;
is-sorijiet tat-tieni kor
(nota61) ma jakkumpanjawx
is-Sagarment Imqaddes. Dejjem
imorru jakkumpanjaw is-sorijiet
li huma Direttriċi. Jiena qgħadt
naħseb bejni u bejn ruħi: Ġesu’
jsib mezz. Ftit wara, Madre
Raphael bagħtet għalija u
qaltli: “Sor, inti mur
akkumpanja lill-Mulej Ġesu’ meta
s-saċerdot imur iżur
lill-morda.” U matul dak
iż-żmien kollu tal-prova tiegħi
kont immur bid-dawl nakkumpanja
lill-Mulej u, bħal kavallier ta’
Ġesu’ , dejjem ippruvajt
nitħażżem biċ-ċintorin
tal-ħadid, (nota62) għax
ma kenitx tkun ħaġa xierqa li
nakkumponja lis-Sultan bi lbies
ta’ kuljum. U jiena offrejt din
il-mortifikazzjoni għall-morda.
184.
+ Siegħa Adorazzjoni. Matul din
is-siegħa, jien ppruvajt
nimmedita fuq il-Passjoni
tal-Mulej. Imma ruħi kienet
mimlija ferħ, u f’daqqa waħda
rajt lill-Bambin Ġesu’. Imma
l-Majesta’ Tiegħu daħlet ġewwa
fija b’tali mod li jiena għidt,
“Ġesu’, Inti daqshekk ċkejken,
imma jiena xorta waħda naf li
Inti l-Ħallieq u l-Mulej
tiegħi.” U Ġesu’ weġibni,
Iva, hekk hu; u Jiena qiegħed
inżommlok kumpanija bħala tifel
ċkejken sabiex ngħallmek
l-umilta’ u s-sempliċita’.
Jiena ġbart flimkien
it-tbatijiet u d-diffikultajiet
kollha tiegħi u għamilthom
bukket għal Ġesu’ għall-jum
tal-għerusija perpetwa tagħna.
Xejn ma kien diffiċli għalija,
meta jiena kont niftakar li dan
kien għall-Għarus tiegħi bħala
prova ta’ mħabbti għalih.
185.
+
Is-skiet tiegħi għal Ġesu’.
Ippruvajt inżomm skiet kbir għal
Ġesu’. Fost l-ikbar storbju,
Ġesu’ dejjem sab is-skiet ġewwa
qalbi, għalkemm xi drabi dan
kien jiswieli ħafna. Imma
x’jista’ jkun daqshekk kbir
għal-Ġesu’, għal Dak li jien
nħobb b’qalbi kollha?
186.
+
Illum
Ġesu’
qalli:
Jiena nixtieqek tkun taf b’mod
iktar profond l-imħabba
li hemm taqbad
ġewwa
Qalbi għall-erwieħ,
u dan inti tkun tista’
tifhmu meta timmedita fuq il-Passjoni
Tiegħi.
Itlobni għall-ħniena
Tiegħi
għall-midinbin.
Jiena nixtieq is-salvazzjoni
tagħhom.
Meta inti tgħid
din it-talba,
b’qalb
niedma u bil-fidi
għal
xi midneb, Jiena nagħtih
il-grazzja
tal-konverżjoni.
Din hi t talba:
187.
‘O
Demm u Ilma, li
ħriġtu
mill-Qalb
ta’
Ġesu’
bħala
għajn
ta’
ħniena
ghalina, jiena nafda Fik.’
188.
Matul l-aħħar jiem tal-karnival,
waqt li kont qiegħda nagħmel
siegħa Adorazzjoni, jiena rajt
kemm bata l-Mulej Ġesu’, waqt li
kien qed jiġi fflaġellat. O
x’agunija li ma nistgħux
nimmaġinawha! Kemm bata b’mod
aħrax Ġesu’ waqt
il-flaġellazzjoni! O msejkna
midinbin, f’Jum il-Ġudizzju kif
ser tiffaċċjaw lil Ġesu’ li issa
intom qegħdin tittorturawh b’mod
hekk aħrax? Demmu kien nieżel
sal-art, u f’xi postijiet laħmu
beda jaqa’. Fuq dahru jien rajt
xi għadam jidher mikxuf. Ġesu’
ġwejjed beda jingħi u jitniehed
bil-mod.
189.
Darba, Ġesu’ tani x’nifhem kemm
togħġbu ruħ li żżomm ir-regola
fedelment. Ruħ tirċievi premju
ikbar talli tosserva r-regola
milli għall-penitenzi u
mortifikazzjonjiet kbar. Dawn
tal-aħħar jiġu ppremjati wkoll
jekk isiru minbarra r-regola,
imma m’humiex iktar importanti
mir-regola.
190.
Darba waqt l-adorazzjoni,
il-Mulej talabni nagħti lili
nnifsi lilu bħala offerta u
nissaporti ċerta tbatija bħala
tpattija, mhux biss għad-dnubiet
tad-dinja in ġenerali, imma
b’mod speċjali għan-nuqqasijiet
li saru f’din id-dar. Jiena
għidtlu minnufih, “Tajjeb ħafna;
jiena lesta.” Imma Ġesu’
ħallieni nara x’kont sejra nbati
u f’waqt wieħed rajt il-passjoni
kollha quddiem għajnejja.
L-ewwelnett, l-intenzjonijiet
tiegħi ma kenux sejrin
jirrikonoxxuhom; kont sejra
ngħaddi minn kull sura ta’
suspett u nuqqas ta’ fiduċja kif
ukoll diveri tipi ta’
umiljazzjonjiet u kuntrarju.
Minix sejra ngħid kollox
hawnhekk. Dawn l-affarijiet
kollha dehru quddiem l-għajnejn
ta’ ruħi bħal maltempata sewda
li minnha l-beraq kien lest biex
ifiġġ minn waqt għall-ieħor.
Ġesu’ kien qed jistenna biss
il-kunsens tiegħi. Għal mument,
in-natura tiegħi għelibha
l-biża’. Imbagħad f’daqqa waħda
daqqet il-qanpiena għall-ikel.
Jiena ħriġt mill-kappella,
nirtogħod u ma nafx x’ser
nagħmel. Imma s-sagrifiċċju kien
dejjem quddiemi, għax jiena la
kont iddeċidejt li naċċettah
lanqas ma kont għidtlu ‘le’
lill-Mulej. Jiena ridt inpoġġi
lili nnifsi kollni kemm jien
fir-rieda Tiegħu. Li kieku
l-Mulej Ġesu’ kellu jimponieha
fuqi Huwa stess, jiena kont
lesta. Imma Ġesu’ tani x’nifhem
li jiena stess kelli nagħti
l-kunsens tiegħi bil-liberta’
kollha u naċċetta filwaqt li
nkun naf sewwa x’jiena nagħmel
inkella ma kien ikollu l-ebda
tifsira. Il-qawwa kollha tiegħu
kienet tinsab fl-att ħieles
tiegħi quddiem Alla. Imma
fl-istess ħin, Ġesu’ tani
x’nifhem li d-deċiżjoni kienet
għal kollox f’idejja. Jiena
stajt neħodha u stajt ma
neħodhiex. U għalhekk jiena
mbagħad weġibt minnufih, “
Ġesu’, jiena naċċetta dak kollu
li Inti tixtieq tibgħatli; jiena
nafda fit-tjieba Tiegħek.” F’dak
il-waqt, jiena ħassejt li b’dan
l-att kont qiegħda nagħti glorja
kbira lil Alla. Imma armajt lili
nnifsi bil-paċenzja. Malli ħriġt
mill-kappella, iltqajt
mar-realta’. Ma rridx
niddeskrivi d-dettalji, imma
kelli daqskemm flaħt nissaporti.
Ma kontx inkun niflaħ nissaporti
imqar qatra waħda iktar.
191.
+ Darba waħda fil-għodu jien
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Mur għand il-Madre Ġenerali
(Michael) u għidilha li
din il-ħaġa mhix togħġobni
fit-tali dar. Ma nistax
insemmi x’kienet din il-ħaġa u
lanqas liema dar issemmiet, imma
jien għidt biha lill-Madre
Ġenerali, għalkemm batejt ħafna
sakemm għamilt dan.
192.
Darba, jiena ħadt fuqi nnifsi
tentazzjoni terribli li waħda
mill-istudenti tagħna fid-dar
ta’ Varsavja kienet għaddejja
minnha. Kienet tentazzjoni ta’
suwiċidju. Jiena batejt għal
sebat ijiem; u wara sebat ijiem
Ġesu’ taha l-grazzja li konna
qedgħin nitolbu għaliha, u
mbagħad waqfet ukoll it-tbatija
tiegħi. Kienet tbatija kbira.
Jiena spiss nieħu fuqi nnifsi
t-turmenti tAl-istudenti tagħna.
Ġesu’ tani permess nagħmel din
il-ħaġa, kif għamlu wkoll
il-konfessuri tiegħi.
193.
Il-qalb tiegħi hija post fejn
Ġesu’ jgħammar il-ħin kollu.
Ħadd ħlief Ġesu’ m’għandu aċċess
għaliha. Huwa mingħand Ġesu’ li
jiena niġbed is-saħħa sabiex
niġġieled kontra
d-diffikultajiet u
l-oppożizzjonijiet. Jiena rrid
niġi midbula f’Ġesu’ sabiex
inkun nista’ ningħata kollni
kemm jien lilll-erwieħ. Mingħajr
Ġesu’ jiena ma nkunx nista’
nersaq qrib l-erwieħ, għax jiena
naf x’insarraf waħdi. Jiena
nassorbi lil Alla ġewwa fija
sabiex inkun nista’ nagħtih
lill-erwieħ.
194.
+ 27 ta’ Marzu. Jiena nixtieq
nissielet, nitħabat u niżvojta
lili nnifsi għall-ħidma tagħna
sabiex insalvaw lill-erwieħ
immortali. Ma jimpurtax jekk
dawn l-isforzi jqassruli ħajti;
ħajti mhjiex iżjed tiegħi, iżda
tal-Komunita’. Jiena rrid ikun
ta’ użu għall-Knisja kollha
billi nkun fidila lejn
il-Komunita’ tiegħi.
195.
O Ġesu’, illum ruħi qisha
mdallma bit-tbatija. L-ebda raġġ
ta’dawl. It-tempesta għaddejja,
u Ġesu; rieqed. O Mgħallem
tiegħi, jiena minix sejra
nqajmek; minix sejra nfixkel
ir-raqda ħelwa Tiegħek. Jiena
nemmen li Inti qiegħed tagħtini
s-saħħa mingħajr ma naf kif.
Matul is-sigħat twal jiena
nadurak, O ħobż ħaj, fost
in-nixfa kbira li hemm ġewwa
fija. O Ġesu’, Imħabba Safja,
jiena m’għandix bżonn
konsolazzjonijiet; tmantnini
r-rieda Tiegħek – Inti li int
l-istess Qawwa! Ir-rieda Tiegħek
hija l-mira tal-eżistenza
tiegħi. Għalija qisu, li d-dinja
kollha qiegħda taqdini u
tiddependi minni. Inti, Mulej,
tifhem ir-ruħ tiegħi
bl-aspirazzjonijet kollha
tagħha.
Ġesu’, meta jiena stess ma
nistax inkantalek l-innu
tal-imħabba, nammira l-kant
tas-Serafini, li huma hekk
maħbubin minnek. Jiena nixtieq
li nintilef fik bħalma jagħmlu
huma. Xejn ma jista’ jżomm
imħabba bħal din, għax l-ebda
qawwa m’għandha s-setgħa fuqha.
Hija bħal berqa li ddawwal
id-dalma, imma ma tibqax fiha. O
Mgħallem tiegħi, ifformali ruħi
skont ir-Rieda Tiegħek u skont
il-pjanijiet eterni Tiegħek!
196.
Kien hemm persuna li qisha
ddeċidiet li ġġarrab il-virtu’
tiegħi b’ħafna modi. Ġurnata
waħda, waqqfitni fil-kuritur u
bdiet billi qaltli li ma
kellhiex għalfejn iċċanfarni,
imma kkmandatni noqgħod hemm
bil-wieqfa quddiem il-kappella
ż-żgħira (nota63) għal
nofs siegħa u nistenna
lill-Madre Superjura, li kellha
tgħaddi minn hemm wara
r-rikreazzjoni, (nota64)
u jiena kelli nakkuża lili
nnifsi f’diversi affarijiet li
hija kienet qaltli ngħid.
Għalkemm jiena ma kelli l-ebda
ideja li kelli dawn l-affarijiet
f’ruħi, obdejt u qagħadt
nistenna lill-Madre Superjura
għal nofs siegħa sħiħa. Kull
soru li għaddiet ħarset lejja bi
tbissima. Meta akkużajt lili
nnifsi quddiem il-Madre
Superjura (Raphael), hi
bagħtitni għand il-konfessur
tiegħi. Meta qerrejt,
is-saċerdot intebaħ mill-ewwel
li din kienet xi ħaġa li ma
kenitx ġejja minn ruħi u li
jiena ma kellix l-iċken ideja
ta’ affarijiet bħal dawn. Huwa
stagħġeb mhux ftit li din
il-persuna kellha l-kuraġġ
tagħtini ordnijiet bħal dawn.
197.
Knisja ta’ Alla, inti l-aqwa
omm, inti biss tista’ trabbi ruħ
u tgħinha tikber. O, kemm huma
kbar l-imħabba u r-rispett
tiegħi lejn il-Knisja, dik
l-aqwa fost l-ommijiet.
198.
Darba il-Mulej qalli: Binti,
il-fiduċja u l-imħabba tiegħek
irażżnu l-ġustizzja Tiegħi u
Jiena ma nistax nagħti l-kastig
għax inti ma tħallinix nagħmlu
dan. Kemm għandha qawwa
kbira ruħ mimlija fiduċja!
199.
Meta naħseb fil-voti perpetwi
tiegħi u min Hu dak li jrid
jingħaqad miegħi, nagħmel sigħat
mitlufa naħseb fih. Kif jista’
jkun dan? Inti Alla u jiena –
jiena l-ħlejqa Tiegħek. Inti,
s-Sultan għall-eternita’ u
jiena, tallaba u l-istess
miżerja! Imma issa kollox huwa
ċar quddiem għajnejja;
il-grazzja u l-imħabba Tiegħek,
O Mulej, il-quddiem jimlew
il-vojt li hemm bejnek u bejni,
Ġesu’.
200.
O Ġesu’ kemm tweġġa’ ruħ meta
hija dejjem tipprova tkun
sinċiera u jakkużawha
b’ipokrisija u juru li mhumiex
jafdawha bil-mod kif iġibu
ruħhom magħha. O Ġesu’ Inti
wkoll batejt b’dan il-mod biex
tissodisfa lil Missierek.
201.
Jiena nixtieq ninħeba sabiex
l-ebda kreatura ma tkun taf lil
qalbi. Inti biss taf lil qalbi u
tippossediha kollha kemm hi.
Ħadd ma jaf bis-sigriet tagħna.
Aħna nifhmu lil xulxin b’ħarsa
waħda biss. Minn dak il-waqt
meta aħna sirna nafu lil xulxin,
jiena fraħt. Il-kobor Tiegħek
jimlieni. O Ġesu’, meta jiena
nkun fl-aħħar post, inqas
mill-postulanti, ukoll l-iżgħar
waħda fosthom, imbagħad jiena
nħoss li qiegħda fil-post propju
tiegħi. Jiena ma kontx naf li
l-Mulej poġġa daqshekk ferħ
f’dawn l-irkejjen ċkejknin
ordinarji. Issa jiena nista’
nifhem li ukoll fil-ħabs minn
qalb safja tista’ toħroġ
il-milja tal-imħabba għalik, O
Mulej! Affarijiet esterni ma
jfissru xejn meta tqabbilhom ma’
mħabba safja: hija tgħaddihom,
kollha kemm huma. La bibien
tal-ħabs u lanqas tal-ġenna
m’huma b’saħħithom biżżejjed
biex iwaqqfuha. Hija tilħaq lil
Alla nnifsu, u xejn ma jista’
jitfiha. M’hemm l-ebda ostaklu
għaliha; hija libera bħal
sultana u tilħaq bil-liberta’
kollha l-postijiet kollha.
L-istess mewt trid tbaxxi rasha
quddiemha...
202.
Oħti (Wanda) (nota65)
ġiet tarani llum. Meta qaltli
x’kienet qiegħda tippjana,
twerwirt. Kif setgħet tkun ħaġa
bħal din? Ruħ hekk ċkejkna u
sabiħa quddiem il-Mulej, u xorta
waħda waqgħet dalma kbira fuqha,
u hija ma kenitx taf kif kienet
sejra tgħin lilha nnfisha.
Kienet qiegħda tara kollox
imdallam. Alla li Hu ħanin
afdaha f’idejja, u għal
ġimgħatejn jien stajt naħdem
magħha. Imma kemm swietli
sagrifiċċji din ir-ruħ Alla biss
jaf. Għall-ebda ruħ oħra ma
offrejt daqshekk sagrifiċċji u
tbatijiet u talb quddiem it-tron
ta’ Alla, daqskemm offrejt għal
ruħha. Jien ħassejt li kont
sfurzajt lil Alla jikkonċedilha
l-grazzja li kellha bżonn. Meta
naħseb fuq dan kollu, nara li
verament miraklu. Issa nista’
nara x’qawwa għandu t-talb ta’
interċessjoni quddiem Alla.
203.
Issa, matul dan ir-Randan, spiss
ikolli esperjenza tal-Passjoni
tal-Mulej Ġesu’ f’ġismi stess.
Jiena nġarrab b’mod profond
f’qalbi dak kollu li bata Ġesu’,
għalkemm l-ebda sinjal estern ma
jixhed dawn it-tbatijiet tiegħi.
Il-konfessur tiegħi biss jaf
bihom.
204.
Konverżazzjoni żgħira mal-Madre
Direttriċi (Margaret). Meta
jiena staqsejtha xi dettalji
dwar il-progress fil-ħajja
spirtwali, din l-Madre qaddisa
weġbitni b’mod ċar ħafna.
Qaltli: “Jekk inti tkompli
tikkopera mal-grazzja ta’ Alla
b’dan il-mod, Sor, int tkun pass
wieħed biss ‘il bogħod
mill-għaqda intima’ ma’ Alla.
Int tista’ tifhem x’irrid ngħid
b’din il-ħaġa. Dan ifisser li
l-karatteristika tiegħek għandha
tkun il-fedelta’ mal-grazzja
tal-Mulej. Alla ma jmexxix
lill-erwieħ kollha fi triq bħal
din.”
205.
+ Il-Qawmien. Illum, waqt
il-(Quddiesa tal-) Qawmien,
jiena rajt lill_Mulej Ġesu;
f’nofs dawl kbir. Huwa resaq
lejja u qal: Paċi lilkom
uliedi, u għolla idu u tani
l-barka Tiegħu. Il-pjagi ta’
jdejh, riġlejh u ġenbu kienu
mimlijin bid-dija u ma setgħux
jitħassru. Meta ħares lejja
b’daqshekk tjubija u mħabba,
ruħi kollha għerqet fih. U Huwa
qalli: Inti kellek sehem kbir
fil-Passjoni Tiegħi; mela Jiena
issa nagħtik sehem kbir fil-ferħ
u fil-glorja Tiegħi. Il-ħin
kollu tal-(Quddiesa) tal-Qawmien
deherli li dam biss minuta.
Ġabra tal-għaġeb imlietli ruħi u
din damet matul l-istaġun kollu
tal-festi. It-tjubija ta’ Ġesu’
hija hekk kbira li jiena ma
nistax infissriha bil-kliem.
206.
L-għada, wara t-Tqarbin, jiena
smajt il-vuċi tgħid: Binti,
ħares fl-abbiss tal-ħniena
Tiegħi u agħti tifħir u glorja
lil din il-ħniena Tiegħi. Aħdem
b’dan il-mod: Iġbor il-midinbin
kollha tad-dinja u daħħalhom
fl-abbis tal-ħniena Tiegħi.
Jiena rrid ningħata lill-erwieħ;
Jiena nixxennaq għall-erwieħ,
binti. Fil-jum tal-festa tiegħi,
il-Festa tal-Ħniena, inti tmur
fid-dinja kollha u ġġib lejn
l-għajn tal-ħniena Tiegħi,
erwieħ li jkunu qedgħin iċedu.
Jiena nfejjaqhom u nsaħħaħhom.
207.
Illum jiena tlabt għal ruħ li
tinsab fl-agunija, li kienet
qiegħda tmut mingħajr
is-Sagramenti, għalkemm xtaqet
tirċevihom. Imma kien diġa’ tard
wisq. Hi kienet tiġi minni,
il-mara taz-ziju. Kienet ruħ
togħġob lil Alla. Ma kien hemm
xejn x’jifridna f’dak il-waqt.
208.
Intom sagrifiċċji żgħar ta’
kuljum, intom għalija bħal fjuri
selvaġġi li jiena nifrex fuq
saqajn il-maħbub tiegħi Ġesu’.
Xi drabi jiena nxebbaħ dawn
l-affarijiet ċkejknin
mal-virtujiet erojċi, u r-raġuni
hi li n-natura dejjiema tagħhom
titlob minn għandna l-qlubija.
209.
Fit-tbatijiet tiegħi, jiena ma
nfittixx għajnuna mingħad
il-kreaturi, imma Alla huwa
kollox għalija. Madankollu, ta’
spiss jidhirli li lanqas
il-Mulej ma jismagħni. Jiena
narma lili nnifsi bil-paċenzja u
s-skiet, bħal ħamiema li ma
tgergirx u ma tħoss l-ebda mrar
meta jeħdulha lil uliedha ‘l
bogħod. Jiena nixtieq intir ‘l
fuq fis-sħana stess tax-xemx, u
ma rridx nieqaf fil-fwar tagħna.
Ma ngħejjiex, għax qiedgħa
nserraħ fuqek – Inti, li inti
s-Saħħa tiegħi!
210.
Jiena nitlob lill-Mulej
bil-ħeġġa jsaħħaħli l-fidi
tiegħi sabiex fil-ħajja tiegħi
ta’ kuljum ma jmexxunix
id-dispożizzjonijiet umani, imma
dawk tal-ispirtu. Kif kollox
jiġbed il-bniedem ‘l isfel lejn
l-art! Imma fidi ħajja żżomm
ir-ruħ ‘il fuq u lill-egoiżmu
topġġih f’postu; jiġifieri,
l-iktar wieħed baxx.
211.
+ Għal darb’oħra, dalma terribli
tinsab madwar ruħi. Donni
qiegħda naqa’ vittma ta’
illużjonijiet. Meta mort inqerr
sabiex nakkwista ftit dawl u
paċi, xejn ma sibthom.
Il-konfessur (nota66)
ħallieni b’iktar dubji milli
qatt kelli qabel. Huwa qalli,
“Ma nistax nagħraf liema qawwa
qiegħda taħdem fik, Sor; forsi
huwa Alla u forsi l-ispirtu
ħażin.” Malli ħriġt
mill-konfessinarju, bdejt naħseb
fuq dak li kien qalli. Iktar ma
bdejt nagħmel dan, iktar ruħi
għoddsot fid-dlam. “Ġesu’ x’ser
nagħmel?” Meta Ġesu’ resaq lejja
bi tjubija, bdejt nibża’. “Int
verament Ġesu’?” Min-naħa
l-waħda kienet qiegħda tiġbidni
l-imħabba u, mill-oħra,
il-biża’. X’tortura! Ma nistax
niddeskriviha!
212.
Meta rġajt mort inqerr, irċevejt
din it-tweġiba, “Ma nifhmekx,
Sor. Aħjar li kieku ma tiġix
għandi għall-qrar.” Alla
tiegħi!... Irrid nirrestrinġi
lili nnifsi qabel ma ngħid xejn
fuq l-ispirtwalita’ tiegħi, u
hawnhekk qiegħda nirċievi din
it-tweġiba: “Sor, ma nistax
nifhmek.”
213.
Meta jiena ħriġt
mill-konfessinarju, mijiet ta’
turmenti għafsu fuqi. Jiena mort
quddiem is-Sagrament Imqaddes u
għidtlu, “Ġesu’, salvani;
qiegħed tara kemm jiena
dgħajfa!” Imbagħad jiena smajt
dan il-kliem: Jiena ser
nagħtik l-għajnuna waqt l-irtir
qabel ma tagħmel il-voti.
Dan il-kliem għamilli l-kuraġġ
u bdejt miexja ‘l quddiem
mingħajr ma nitlob l-parir ta’
ħadd. Imma ma kellix fiduċja
fija nnifsi hekk li ddeċidejt li
nwaqqaf dawn id-dubji darba għal
dejjem. Għal din ir-raġuni kont
qiegħda nistenna b’ħerqa
speċjali l-irtir ta’ qabel
il-voti perpetwi. Imma wkoll
għal ħafna ġranet qabel l-irtir,
bqajt nitlob lil Alla li jagħti
d-dawl lis-saċerdot li jiena
kont sejra nqerr għandu, sabiex
ikun jista’ jgħid, darba għal
dejjem, jew iva jew le. U ħsibt
bejni u bejn ruħi, ‘Jiena nkun
nista’ noqgħod fil-paċi darba
għal dejjem.’ Imma bqajt
ninkwieta jekk ikunx hemm xi
ħadd lest li jismagħni dwar dawn
l-affarijiet. U mbagħad għal
darb’oħra, iddeċidejt li ma
noqgħodx naħseb dwar dan kollu u
nafda fil-Mulej. Il-kliem li
baqa’ jidwi f’widnejja kien
‘waqt l-irtir.’
214.
Kollox jinsab lest issa. Għada
filgħodu ser nitilqu għal
Krakovja, għall-irtir. Illum
dħalt fil-kappella sabiex inrodd
ħajr lill-Mulej għall-grazzji
bla għadd li Huwa tani f’dawn
il-ħames xhur. Qalbi kienet
verament kommossa meta bdejt
naħseb f’tant grazzji u tant
premura min-naħa tas-superjuri
tiegħi.
215.
Binti, kun fil-paċi; Jiena
qiegħed nieħu dawn l-affarijiet
kollha f’idejja. Jiena ser
nirranġa kollox mas-superjuri
tiegħek u mal-konfessur. Tkellem
ma’ Patri Andrasz bl-istess
sempliċita’ u fiduċja, kif inti
titkellem Miegħi.
216.
Wasalna Krakovja llum (18 ta’
April 1933). X’ferħ qiegħda
nħoss li ninsab għal darb’oħra
fl-istess post fejn għamilt
l-ewwel passi tiegħi fil-ħajja
spiritwali! L-għażiża Madre
Direttriċi (Mary Joseph) hi
bħas-soltu, ferriħija u mimlija
mħabba għall-proxxmu. Dħalt
fil-kappella għal waqt wieħed u
l-ferħ imlieli ruħi. F’mument
wieħed erġajt ftakart fl-oċejan
sħiħ ta; grazzji li kont
irċevejt hawnhekk bħala novizza.
217.
U llum iltaqjna flimkien biex
imorru nagħmlu żjara ta’ siegħa
fin-novizzjat. Il-Madre
Direttriċi, Mary Joseph,
kelmitna fil-qosor u tatna
l-programm tal-irtir. Fil-waqt
li kienet qiegħda tgħidilna dan
il-ftit kliem, jien rajt quddiem
għajnejja dawk l-affarijiet
kollha tajbin li l-Madre għażiża
kienet għamlet għalina. Ħassejt
ġewwa ruħi gratitudni kbira
lejha. Kelli qalbi sewda
għall-ħsieb li din kienet
l-aħħar darba li jien kelli nkun
fin-novizzjat. Issa rrid nkompli
nitqabad flimkien ma’ Ġesu’,
naħdem ma’ Ġesu’, inbati ma’
Ġesu’; f’kelma waħda, ngħix u
mmut flimkien ma’ Ġesu’.
Il-Madre Direttriċi issa ma
kenitx ser tibqa’ miegħi sabiex
daqqa tgħallimni, daqqa
twissini, jew twiddibni,
tinkuraġġini jew iċċanfarni.
Tant qiegħda nibża’ noqgħod
waħdi. Ġesu’, agħmel xi ħaġa
dwar dan. Dejjem ser ikolli
Superjura, veru; imma issa
persuna qiegħda titħalla iżjed
waħedha.
Krakovja. 21 ta’ April 1933
Għall-ikbar glorja ta’ Alla.
L-irtir ta’ tmint ijiem qabel
il-Voti Perpetwi
218.
Qiegħda nibda l-irtir illum.
Ġesu’, Mgħallem tiegħi, mexxini
Int. Ikkmandani skont ir-rieda
Tiegħek, ippurifka mħabbti
sabiex tkun denja Tiegħek;
agħmel bija bħalma tixtieq
il-Qalb l-iżjed ħanina Tiegħek.
Ġesu’, inkunu aħna it-tnejn
biss, matul dawn il-ġranet
sal-waqt tal-għaqda tagħna.
Żommni,
Ġesu’, fi spirtu ta’ ġabra.
219.
Filgħaxija Ġesu’ qalli:
Binti, tħalli xejn ibeżżgħek
jew iħawdek. Ibqa’ f’paċi
profonda. Kollox qiegħed
f’idejja. Nippermettilek li
tifhem kollox permezz ta’ Patri
Andrasz. Kun bħal tifla miegħu.
Mument quddiem is-Sagrament
Imqaddes
220.
O Mulej u Ħallieq etern tiegħi,
kif sejra nirringrazzjak għal
dan il-favur kbir; jiġifieri li
Int indenjajt ruħek tagħżel lili
fil-miżerja tiegħi sabiex jiena
nkun l-għarusa Tiegħek u li Int
ser tgħaqqadni Miegħek b’rabta
eterna? Teżor ta’ qalbi, l-iżjed
maħbub, jiena noffrilek
l-adorazzjoni u r-radd ta’ ħajr
kollu tal-Qaddisin u tal-kori
kollha tal-Anġli, u ningħaqad
b’mod speċjali ma’ Ommok.
Marija, Omm tiegħi, bl-umlita’
kollha jiena nitolbok tgħattili
ruħi bil-mantell verġinali
tiegħek f’dan il-waqt hekk
importanti f’ħajti, sabiex b’dan
il-mod inkun nista’ nfaħħar kif
jixraq il-ħniena ta’ Ibnek
quddiem id-dinja kollha u
fl-eternita’ kollha.
221.
Illum ma stajtx nifhem
il-meditazzjoni. L-ispirtu
tiegħi kien mitluf f’Alla b’mod
straordinarju. Ma stajtx
nisforza lili nnifsi sabiex
naħseb fuq dak li kien qed jgħid
is-saċerdot watq l-irtir
(konferenzi). Spiss ma nkunx
kapaċi naħseb skont il-punti;
l-ispirtu tiegħi jkun mal-Mulej,
u dik hi il-meditazzjoni tiegħi.
222.
Ftit kliem mil-laqgħa li kelli
mal-madre Direttriċi, Mary
Joseph. Iċċaratli ħafna
affarijiet, u kkalmatni f’dak li
għandu x’jaqsam mal-ħajja
spirtwali tiegħi, u assiguratni
li kont miexja fit-triq
it-tajba. Jien irringrazzjajt
lill-Mulej Ġesu’ ta’ din
l-grazzja kbira, għaliex hija
l-ewwel Superjura li kelli li ma
ġabitlix dubji dwar din il-ħaġa.
Kemm hu infinitament twajjeb
Alla!
223.
O Ostja ħajja, l-unika saħħa
tiegħi, għajn ta’ mħabba u
ħniena għannaq id-dinja kollha,
saħħaħ l-erwieħ debboli. Ikun
imbierek dak il-waqt u l-mument
meta Ġesu’ ħallielna l-Qalb
l-iżjed ħanina Tiegħu!
224.
Li nsofri mingħajr ma nilmenta,
li nġib il-faraġ lill-oħrajn u
li ngħaddas it-tbatijiet tiegħi
stess fil-Qalb l-iżjed qaddisa
ta’ Ġesu’!
Jiena ser inqatta’ l-mumenti
liberi tiegħi f’riġlejn
(il-Mulej) is-Sagrament
Imqaddes. F’riġlejn Ġesu’ ser
infittex dawl, faraġ u saħħa.
Jiena sejra nuri l-gratitudni
tiegħi bla waqfien lil Alla
għall-ħniena kbira Tiegħu lejja,
u qatt ma ninsa l-grazzji li
tani, speċjalment il-grazzja
tal-vokazzjoni. Jiena sejra
naħbi lili nnifsi fost
is-sorijiet bħal vjola ċkejkna
fost il-ġilji. Irrid niftaħ bħal
blanzun għall-Mulej u Ħallieq
tiegħi, sabiex jiena ninsa lili
nnifsi, niżvojta lili nnifsi
kollni kemm jiena għall-erwieħ
immortali – dan hu l-hena
tiegħi.
Xi ftit mill-ħsibijiet tiegħi
225.
Dwar il-Qrar, jiena sejra
nagħżel dak li l-iktar jiswieli
u jumiljani. Xi drabi ħaġa
żgħira tiswa iktar minn xi ħaġa
ikbar. Jiena niftakar
fil-Passjoni ta’ Ġesu’ f’kull
qrara, sabiex inħeġġeġ f’qalbi
l-indiema. Sakemm huwa possibbli
bil-grazzja ta’ Alla, jiena
nipprova dejjem ikolli ndiema
perfetta. Irrid niddedika iktar
ħin għal din l-indiema. Qabel ma
nersaq lejn il-konfessinarju,
l-ewwel nidħol fil-Qalb miftuħa
u l-iktar ħanina tas-Salvatur.
Meta noħroġ mill-konfessinarju,
inħeġġeġ ġewwa ruħi gratitudni
kbira lejn is-Santissma Trinita’
għal dan il-miraklu ta’ ħniena
tal-għaġeb u li ma nistħux
nifhmuh, li ġie mwettaq ġewwa
ruħi. U iktar ma hi msejkna
ruħi, iktar inħoss l-oċejan
tal-ħniena ta’ Alla jdur madwari
u jagħtini s-saħħa u qawwa
kbira.
226.
Ir-regoli li l-iktar spiss ma
jirnexxilix nobdihom: xi drabi
nikser is-silenzju;
diżubbidjenza għas-sinjali
tal-qanpiena; xi drabi nindaħal
fl-affarijiet tal-oħrajn. Ser
nipprova mill-aħjar li nista’
sabiex nsir aħjar.
Jiena ser nevita s-sorijiet li
jgorru, u jekk ma nistax
nevitahom, għallinqas inżomm
is-skiet fil-preżenza tagħhom, u
b’hekk nagħtihom x’jifhmu kemm
jiddispjaċini nisma’ affarijiet
bħal dawn.
Jiena ma rrid nagħti l-ebda kas
tal-opinjoni tal-oħrajn, imma
nobdi x-xhieda tal-kuxjenza
tiegħi stess u nżomm lil Alla
b’xhud tal-azzjonjiet tiegħi
kollha. Irrid nagħmel kollox
issa bħalma kieku nixtieq
nagħmel u naġixxi fis-siegħa ta’
mewti. Minħabba f’hekk f’kull
azzjoni li nagħmel irrid
niftakar f’Alla.
Evita permessi li inti
mingħalik li għandek.
(nota67) Irrid ngħarraf
lis-Superjuri tiegħi wkoll
b’affarijiet żgħar u dan nagħmlu
b’kemm ikun possibbli li
jingħataw dettalji. Irrid inkun
fidila fl-eżerċizzi spiritwali
tiegħi; ma rridx nitlob
mal-inqas ċans li nkun meħlusa
minnhom. Irrid inżomm is-skiet
barra l-ħin tar-rikreazzjoni u
nevita ċajt u kliem bi spirtu
pront li l-oħrajn iġegħilhom
jidħku u jiksru s-skiet. Irrid
nuri apprezzament kbir ukoll
għar-regoli li huma l-iktar
ċkejknin. Ma rridx inħalli lili
nnifsi ninqabad fil-ġirja
sfrenata tax-xogħol (imma) nieħu
nifs sabiex inħares ‘il fuq lejn
il-ġenna. Nitkellem ftit
man-nies, imma ħafna ma’ Alla.
Evita l-familjarita’. Nagħti
ftit kas ta’ min hu favur tiegħi
u min hu kontra. Ma rridx ngħid
lill-oħrajn x’inhuma dawk
l-affarijiet li kelli
nissaporti. Irrid nevita
nitkellem ngħajjat mal-oħrajn
waqt ix-xogħol. Irrid inżomm
il-paċi u l-kalma fi żminijiet
ta’ tbatija. F’mumenti diffiċli
rrid nistkenn fil-pjagi ta’
Ġesu’; irrid infittex
konsolazzjoni, faraġ, dawl u
approvazzjoni fil-pjagi ta’
Ġesu’.
227.
+ Fil-waqt tal-provi, nipprova
nara l-id ta’ Alla mimlija
mħabba. Xejn m’hu daqshekk
kostanti daqs it-tbatija – hija
dejjem iżżommilha kumpanija
lir-ruħ bil-fedelta’. O Ġesu’,
jiena minix sejra nħalli lil
ħadd jgħaddini fl-imħabba tiegħi
għalik.
+ O Ġesu’, moħbi fis-Sagrament
Imqaddes.
228.
Inti qiegħed tara li, meta jiena
nieħu l-voti perpetwi tiegħi,
jiena nkun qiegħda inħalli
n-novizzjat warajja (nota68)
illum. Ġesu’, Int taf kemm jiena
ċkejkna u dgħajfa, u għalhekk
mil-lum ‘il quddiem, qiegħda
nibda n-novizzjat Tiegħek b’mod
speċjali ħafna. Ser inkompli
nkun novizza, imma n-novizza
Tiegħek, Ġesu’, u Int tkun
l-Imgħallem tiegħi sa l-aħħar
jum. Kuljum nattendi t-tgħallim
Tiegħek billi noqgħod f’riġlejk.
Waħdi ma rrid nagħmel lanqas
l-iċken ħaġa, mingħajr ma
nikkonsultak l-ewwel bħala
l-Imgħallem tiegħi. Ġesu’, kemm
ninsab ferħana li Inti stess
ġbidtni lejk u ħadtni
fin-novizzjat Tiegħek;
jiġifieri, fit-Tabernaklu. Meta
nieħu l-voti perpetwi tiegħi;
bl-ebda mod ma nkun sirt soru
perfetta. Le, le! Għadni novizza
ċkejkna dgħajfa ta’ Ġesu’ u rrid
nipprova nakkwista l-perfezzjoni
bħalma kont nagħmel fl-ewwel
jiem tan-novizzjat, u nagħmel
l-istess sforz sabiex inżomm
l-istess dispożizzjoni f’ruħi li
kelli fl-ewwel jum meta nfetaħ
il-bieb tal-kunvent sabiex
idaħħluni ġewwa.
Bil-fiduċja u s-sempliċita’ ta’
tifla ċkejkna, jiena nagħti lili
nnifsi lilek, illum, O Ġesu’,
Mgħallem tiegħi. Jiena
nħallilek liberta’ sħiħa sabiex
Int tmexxili ruħi. Mexxini
fit-toroq li Inti tixtieq. Ma
nagħmillekx mistoqsijiet. Ser
nimxi warajk bil-fiduċja.
Il-Qalb ħanina tiegħek tista’
tagħmel kollox!
In-novizza ċkejkna ta’ Ġesu’ –
Swor Fawstina.
229.
Fil-bidu tal-irtir, Ġesu qalli:
Waqt dan l-irtir, Jiena stess
ser imexxi lil ruħek. Jiena rrid
inwettqek fil-paċi u fl-imħabba.
U hekk għaddew l-ewwel ftit
ġranet. Fir-raba’ jum iħabbtuni
d-dubji: Tgħid din
it-trankwillita’ tiegħi falza?
Imbagħad smajt dan il-kliem:
Binti, stħajjel li inti
s-sultana tad-dinja kollha u
għandek is-setgħa tiddisponi
kollox skont ma jogħġbok. Int
għandek is-setgħa tagħmel il-ġid
kollu li tixtieq, u f’daqqa
waħda tifel ċkejken iħabbat
il-bieb, jirtogħod u jibki u,
b'fiduċja fit-tjubija tiegħek,
jitolbok biċċa ħobż biex ma
jmutx bil-ġuħ. Int x’kont
tagħmel għal dan it-tifel?
Weġibni, Binti. U jiena
għidtlu: “Ġesu’, jiena kont
nagħti lil dak it-tifel kulma
talabni u elf darba iktar.” U
l-Mulej qalli: Bl-istess mod
Jiena qed nimxi ma’ ruħek. F’dan
l-irtir Jiena qiegħed nagħtik,
mhux biss il-paċi, imma wkoll
dispożizzjoni f’ruħek li, ukoll
kieku ridt tħossok inkwetata, ma
tkunx tista’. Imħabbti
ppossediet lil ruħek, u Jiena
rridek tkun imwettqa Fiha. Poġġi
widintek qrib tal-Qalb Tiegħi,
insa kollox u aħseb fuq
il-ħniena tal-għaġeb Tiegħi.
Imħabbti tagħtik is-saħħa u
l-kuraġġ li inti teħtieġ f’dawn
l-affarijiet.
230.
Ġesu’, Ostja ħajja, Inti Ommi,
Int kollox għalija! Jiena dejjem
niġi għandek, O Ġesu’,
bis-sempliċita’ u bl-imħabba,
bil-fidi u bil-fiduċja. Jiena
naqsam kollox miegħek, bħalma
tagħmel tifla ma’ ommha li
tħobbha: il-ferħ u d-dwejjaq
tiegħi – f’kelma waħda, kollox.
231.
Ħadd ma’ jista’ jifhem xi tħoss
qalbi meta jiena naħseb fuq
il-fatt lil Alla jgħaqqadni
miegħu permezz tal-voti. Alla
jgħarrafni, ukoll, issa,
l-immensita’ tal-imħabba li Hu
diġa’ kellu għalija qabel ma
beda ż-żmien; u jiena għadni kif
bdejt inħobbu, fiż-żmien.
Imħabbtu kienet (dejjem) kbira,
safja u diżinteressata, u
mħabbti għalih ġejja mill-fatt
li jiena qiegħda nsiru nafu,
iktar inħobbu bil-ħerqa u
l-qawwa kollha, u iktar isiru
perfetti l-azzjonijiet tiegħi.
Sadattant, kull darba li
niftakar li fi ftit ġranet oħra
sejra nsir ħaġa waħda mal-Mulej
permezz tal-voti perpetwi, ferħ
li ma nistax niddeskrivih
ifawwarli ruħi. Mill-ewwel darba
li jiena sirt naf lill-Mulej,
il-ħarsa ta’ ruħi ntilfet fih
għall-eternita’ kollha. Kull
darba li l-Mulej jersaq lejja u
nsir nafu iktar, imħabba
perfetta tikber ġewwa ruħi.
232.
Qabel il-qrar, jiena smajt dan
il-kliem f’ruħi, Binti għidlu
kollox u wrih ruħek bħalma inti
tagħmel quddiemi. Tibża’ minn
xejn. Għax Jiena rrid inżommok
fil-paċi, Jiena qiegħed inpoġġi
dan is-saċerdot bejni u bejn
ruħek. Il-kliem li huwa jgħidlek
huma kliemi. Urih l-ikbar
sigrieti ta’ ruħek. Jiena
nagħtih id-dawl sabiex huwa
jagħraf lil ruħek.
233.
Meta rsaqt lejn
il-konfessinarju, jiena
ħassejtni hekk kalma f’ruħi
ngħidlu kollox li, iktar tard,
jiena stess bqajt mistagħġba.
It-tweġibiet tiegħu ġabuli paċi
kbira f’ruħi. Kliemu kienu,
għadhom u dejjem jibqgħu kolonni
tan-nar li dawlu u jkomplu
jdawluli ruħi fit-tfittxija
tagħha għall-ikbar qdusija.
Id-direzzjonijiet li jiena
rċevejt minn Patri Andrasz jiena
nnotajthom f’paġna oħra f’dan
il-ktieb. (Djarju, 55)
234.
Meta jiena spiċċajt din
il-qrara, l-ispirtu tiegħi kien
mitluf f’Alla, u tlabt għal
tliet sigħat, imma dan il-ħin
deherli li kien biss ftit
minuti. Minn dak il-ħin ‘l hawn,
jiena ma poġġejt l-ebda ostaklu
li seta’ jxekkel il-grazzja
milli taħdem ġewwa ruħi. Ġesu’
kien jaf għax jiena kont qiegħda
nibża’ nikkomunika b'mod intimu
miegħu u bl-ebda mod ma ħa
għalih. Minn dak il-waqt meta
s-saċerdot assigurani li dak li
kont ġarrabt ma kienx illużjoni,
imma l-grazzja ta’ Alla, jiena
ppruvajt inkun fidila lejn Alla
f’kollox. Jiena issa nista’ nara
li hemm tassew ftit saċerdoti li
huma kapaċi jifhmu l-profondita’
sħiħa tal-ħidma ta’ Alla
fir-ruħ. Minn dak iż-żmien ‘l
hawn, il-ġwienaħ tiegħi saru
liberi li jtiru, u jiena
nixxennaq sabiex nogħla ‘l fuq
sa ġo l-istess nar tax-xemx.
It-titjira tiegħi mhijiex ser
tieqaf sakemm jiena nistrieħ fih
għal dejjem. Meta aħna ntiru
fil-għoli ħafna, in-nida,
iċ-ċpar u s-sħab kollha jkunu
jinsabu taħt saqajna, u l-esseri
kollha tagħna tad-demm u l-laħam
ikollu bil-fors joqgħod suġġett
għall-ispirtu.
235.
O Ġesu’, jiena nixxennaq
għas-salvazzjoni tal-erwieħ
immortali. Qalbi ssib
l-esperessjoni libera tagħha
fis-sagrifiċċju, sagrifiċċju li
ħadd ma jkun jaf bih. Jiena
ninħaraq u niġi kkunsmata,
mingħajr ħadd ma jintebaħ,
fil-fjammi qaddisa tal-imħabba
ta’ Alla. Il-preżenza ta’ Alla
tgħin sabiex is-sagrifiċċju
tiegħi jkun perfett u safi.
236.
Kemm mhux ta’ min joqgħod fuqhom
l-apparenzi, u kemm huma nġusti
l-ġudizzji, u kemm –il darba
l-virtu’ tbati biss għax hi
tibqa’ siekta. Li nkunu sinċieri
ma’ dawk li l-ħin kollu
jweġġgħuna jitlob minna ħafna
ċaħda. Wieħed ikun qiegħed
inixxi d-demm, imma m’hemm
l-ebda ferita’ tidher minn
barra. O Ġesu’, fl-aħħar jum
biss ħafna minn dawn
l-affarijiet insiru nafuhom.
X’ferħ – l-ebda sforz li nagħmlu
ma jintilef!
237.
Siegħa Adorazzjoni. Waqt din
is-siegħa, jiena rajt l-abbiss
tal-miżerja tiegħi; dak kollu li
hemm tajjeb ġewwa fija huwa
Tiegħek, O Mulej. Imma għax
jiena daqshekk ċkejkna u
imsejkna għandi dritt nistenna
l-ħniena bla tarf Tiegħek.
238.
Filgħaxija. O Ġesu’, għada
filgħodu jiena sejra nieħu
l-voti perpetwi tiegħi. Kont
tlabt lis-sema u l-art u kont
sejjaħt lil kulħadd sabiex
jirringrazzja lil Alla għal din
il-grazzja hekk kbira u li ma
nistax nifhima li Huwa tani,
meta f’daqqa waħda smajt dan
il-kliem, Binti, il-qalb
tiegħek hi l-ġenna Tiegħi.
Ftit waqtiet ta’ talb biss u
rrid nitlaq niġri, għax ikeċċuna
minn kullimkien; għax kull post
– il-kappella, ir-refettorju,
il-kamra tar-rikreazzjoni u
l-kċina – qiegħda titlesta għal
għada u aħna suppost immorru
norqdu. Imma ma hemmx wisq ċans
ta’ rqad. Il-ferħ, mhux ser
iħallini norqod. Ħsibt: X’ser
inħoss fil-ġenna, jekk hawnhekk
fl-eżilju Alla diġa’ qiegħed
jimlieli ruħi b’dan il-mod?
239.
Talba waqt il-quddiesa fil-jum
tal-voti perpetwi. Illum jiena
npoġġi lil qalbi fuq il-patena
fejn tpoġġiet qalbek, O Ġesu’, u
llum noffri lili nnifsi flimkien
miegħek lil Alla, il-Missier
Tiegħek u tiegħi, bħala
sagrifiċċju ta’ mħabba u ta’
tifħir. Missier tal-Ħniena,
ħares lejn is-sagrifiċċju
tal-qalb tiegħi, imma minn
ġol-ferita’ tal-Qalb ta’ Ġesu’.
1 ta’ Mejju 1933. L-Ewwel Jum
Għaqda ma’ Ġesu’ fil-jum
tal-voti perpetwi. Ġesu’ mil-lum
‘il quddiem Qalbek hija qalbi, u
qalbi hija Tiegħek biss.
Il-ħsieb ta’ ismek, Ġesu’, huwa
l-għaxqa ta’ qalbi. Ma nistax
ngħix mingħajrek, lanqas għal
mument wieħed, Ġesu’. Illum ruħi
ntilfet Fik, it-teżor waħdieni
tiegħi. Imħabbti m’għandha xejn
xi jżommha lura milli tagħti
prova tagħha nnfisha lill-Maħbub
tagħha.
Il-kliem ta’ Ġesu’ waqt il-voti
perpetwi tiegħi. Għarusa
Tiegħi, il-qlub tagħna jinsabu
maqgħudin għal dejjem. Ftakar
lil min wegħidt... ma jistax
ikun li kollox jitfisser
bil-kliem.
It-talba tiegħi fil-waqt li
konna qedgħin mixġutin fl-art
taħt il-faldrappa. (nota69)
Jiena tlabt lill-Mulej jagħtini
l-grazzja li qatt ma noffendih
lanqas bl-iċken dnub jew
imperfezzjoni fil-waqt li nkun
naf x’qed nagħmel.
Ġesu’, jiena nafda Fik! Ġesu’,
jiena nħobbok b’qalbi kollha.
Fl-iktar żminijiet diffiċli,
Inti Ommi.
Għall-imħabba Tiegħek, O Ġesu’,
jiena mmut għalija nnifsi kollni
kemm jien illum u nibda ngħix
għall-ikbar glorja tal-Isem
Qaddis Tiegħek.
+ Għall-imħabba Tiegħek,
Santissma Trinita’, jiena noffri
lili nnifsi lilek bħala għotja
ta’ tifħir, bħala olokawstu ta’
ruħ vittma. U permezz ta’ dan
l-olokawstu, jiena nixtieq
infaħħar lil Ismek, O Mulej.
Nintefa’ bħal blanzun ċkejken
ta’ warda f’riġlejk, Mulej, u
jalla Inti biss issir taf
il-fwieħa ta’ din il-fjura.
240.
Tliet talbiet fil-jum tal-voti
perpetwi tiegħi, Ġesu’, jiena
naf li llum Inti ma’ tista’
tiċħadli xejn.
L-ewwel talba: Ġesu’, Għarus
tiegħi l-iżjed maħbub, jiena
nitolbok għat-trijonf
tal-Knisja, l-aktar fir-Russja u
fi Spanja; għall-barkiet fuq
il-Qdusija Tiegħu l-Papa, Piju
XI, u fuq l-kleru kollu;
għall-grazzja tal-konverżjoni
għall-midinbin li m’għandhomx
indiema. U nitolbok għall-barka
speċjali u għad-dawl, Ġesu’,
għas-saċerdoti li se nqerr
għandhom matul ħajti kollha.
It-tieni talba: Jiena nitolbok
il-barkiet Tiegħek fuq
il-Kongregazzjoni tagħna, u
jalla din tkun mimlija b’ħeġġa
kbira. Bierek, O Ġesu’,
lill-Madre Ġenerali u lill-Madre
Direttriċi tagħna, lin-novizzi
kollha u lis-Superjuri kollha.
Bierek l-għeżież ġenituri
tiegħi. Agħti l-grazzja Tiegħek,
O Ġesu’, lit-tfajliet li huma
taħt il-kura tagħna; saħħaħhom
b’mod hekk qawwi bil-grazzja
Tiegħek sabiex dawk li joħorġu
mid-djar tagħna ma jibqgħux
joffenduk bl-ebda dnub. Ġesu’,
jiena nitolbok għal pajjiżi,
ħarsu mill-attakki tal-għedewwa
tiegħu.
It-tielet talba: Ġesu, Jiena
nitolbok għall-erwieħ li l-iktar
għandhom bżonn tat-talb. Nitlob
għall-moribondi; kun ħanin
magħhom. Nitolbok ukoll, Ġesu’,
li teħles l-erwieħ kollha
mill-purgatorju.
Ġesu’, nirrakkomandalek dawn
il-persuni b’mod partikolari;
il-konfessur tiegħi, persuni li
rrikmandaw ruħhom fit-talb
tiegħi, ċerta persuna.... Patri
Andrasz, Dun Czaputa, u
s-saċerdot li ltaqjt miegħu
f’Vilnius (Dun Sopocko) li ser
ikun il-konfessur tiegħi, ċerta
ruħ..., ċertu saċerdot, ċertu
reliġjuż (nota70) li Inti
taf li jien għandi dejn kbir
miegħu,Ġesu’, u dawk il-persuni
kollha li rrikmandawhomli
fit-talb tiegħi. Ġesu’, f’dan
il-jum Inti tista’ tagħmel
kollox għal dawk li qiegħda
nitlob għalihom. Għalija jiena
nitolbok, Mulej, li tibdilni
kollni kemm jiena fik; żomm
ġewwa fija ħerqa qaddisa
għall-glorja Tiegħek, agħtini
l-grazzja u s-saħħa spiritwali
li nagħmel f’kollox ir-rieda
qaddisa Tiegħek.
Grazzi, Għarus tiegħi l-iżjed
maħbub għad-dinjita’ li Inti
tajtni, u b’mod speċjali
għall-istemma araldika rjali li
ser iżejjini bih mil-lum ‘il
quddiem u li lanqas l-Anġli ma
għandhom; jiġifieri; is-salib,
ix-xabla,u l-kuruna tax-xewk.
Imma fuq kollox, O Ġesu’ tiegħi,
jiena nirringrazzjak ta’ Qalbek
– dik kulma jiena neħtieġ.
Omm Alla, Marija l-iżjed
Qaddisa, Ommi, inti ommi b’mod
speċjali issa għax l-Iben maħbub
tiegħek huwa l-Għarus tiegħi, u
għalhekk aħna, it-tnejn li aħna,
uliedek. Minħabba Ibnek, Inti ma
tistax ma tħobbnix. O Marija,
Ommi l-iżjed għażiża mexxili
l-ħajja spirtwali tiegħi b’tali
mod li din tkun togħġob lil
Ibnek.
Alla qaddis u li tista’ kollox,
f’dan il-waqt ta’ grazzja hekk
kbira li, permezz tagħha, Inti
qiegħed tgħaqqadni miegħek għal
dejjem, jiena, li ma jiena xejn,
bl-ikbar gratitudni, ninxteħet
f’riġlejk bħal fjura ċkejkna li
ħadd ma jaf biha u kuljum
il-fwieħa ta’ dik il-fjura ta’
mħabba titla sat-tron Tiegħek.
Fi żminijiet ta’ taqbid u
tbatija, ta’ dlam u maltemp, ta’
xewqat u ta’dwejjaq, fi
żminijiet ta’ tiġrib diffiċli,
fi żminijiet meta ħadd ma
jifhimni, meta kulħadd jasal
biex jikkundannani u jżeblaħni,
jiena niftakar fil-jum tal-voti
perpetwi tiegħi, il-jum
tal-grazzja ta’ Alla li ħadd ma
jista’ jifhimha.
Ġ.M.Ġ
Riżoluzzjonijiet Speċjali ta’
l-Irtir, 1 ta’ Mejju 1933
241.
Imħabba għall-proxxmu. L-ewwel:
Inkun ta’ għajnuna
għas-sorijiet. It-tieni:
Titkellimx fuq dawk li ma jkunux
preżenti u niddefendi l-isem
tajjeb tal-proxxmu tiegħi.
It-tielet: Ifraħ bis-suċċessi
tal-oħrajn.
242.
+ Mulej Alla, kemm nixtieq li
nkun tifla ċkejkna. (nota71)
Inti Missieri, u Inti taf kemm
jiena ċkejkna u dgħajfa.
Għalhekk nitolbok bil-ħerqa li
żżommni qrib Tiegħek ħajti
kollha u l-aktar fis-siegħa ta’
mewti. Ġesu’, jiena naf li
t-tjubija Tiegħek tiżboq
t-tjubija tal-omm l-iktar
tenera.
243.
Nirringrazzja lill-Mulej Ġesu’
ta’ kull umiljazzjoni u nitlob
l-aktar għall-persuna li tkun
tatni ċ-ċans li niġi umiljata.
Noffri lili nnifsi bħala
sagriċċju għall-ġid tal-erwieħ.
Ma noqgħodx nqis kemm jiswa kull
sagrifiċċju. Nintefa’ taħt
riġlejn is-sorijiet, bħal tapit
li fuqu huma mhux biss jistgħu
jirfsu, imma wkoll jimsħu
saqajhom fija. Posti taħt
riġlejn is-sorijiet. Nagħmel
kull sforz biex nakkwista dak
il-post li ħadd ma jinduna bih.
Għalija biżżejjed li Alla
qiegħed jara din il-ħaġa.
244.
Issa bdiet ġurnata griża u
ordinarja. Is-sigħat solenni
tal-voti perpetwi għaddew, imma
l-grazzja kbira ta’ Alla;
nħossni li jiena bintu, inħossni
kollni kemm jiena propjeta’
Tiegħu. Din l-esperjenza nħossha
b’mod li jista’ jinħass
fiżikament. Ninsab fil-paċi
sħiħa dwar kollox, għax naf li
hu xogħol il-Għarus li jieħu
ħsiebi. Nsejt lili nnifsi għal
kollox. Il-fiduċja li jiena
poġġejt fil-Qalb l-iżjed ħanina
Tiegħu m’għandha l-ebda limitu.
Ninsab maqgħuda miegħu
kontinwament. Jidhirli
bħallikieku Ġesu’ ma jistax ikun
kuntent mingħajri, lanqas jiena
mingħajru. Għalkemm nifhem li,
la Huwa Alla, Huwa kuntent fih
innifsu u assolutament ma
jeħtieġ l-ebda kreatura, xorta
waħda, it-tjubija Tiegħu
ġġiegħlu jagħti lilu nnifsu
lill-kreatura, u dan
b’ġenerożita’ li ħadd ma jista'
jifhimha.
245.
Ġesu’ tiegħi, issa rrid nipprova
nagħti unur u glorja lil Ismek,
nitqabad biex nagħmel dan
sal-jum meta Inti stess għad
tgħid, issa biżżejjed! Kull ruħ
li Inti afdajtli f’idejja,
Ġesu’, nipprova ngħinha bit-talb
u bis-sagrifiċċju, sabiex tkun
tista’ taħdem fihom il-grazzja
Tiegħek. Ġesu’ tiegħi, maħbub
kbir tal-erwieħ, jiena
nirringrazzjak għal din
il-fiduċja hekk kbira li biha
Inti indenjajt tpoġġi l-erwieħ
f’idejna. Intom ġranet ta’
xogħol u ta’ monotonija, intom
m’intomx monotoni għalija
bl-ebda mod, għax kull mument
qiegħed iġibli grazzji ġodda u
l-okkażjoni sabiex nagħmel
il-ġid.
25 ta’ April 1933
Permessi ta’ kull xahar
(nota72)
246.
Li nidħol fil-kappella meta
ngħaddi minn ma’ ġenbha.
Li nitlob fil-waqtiet meta ma
jkollix x’nagħmel.
Li naċċetta, nagħti jew nislef
xi affarijiet żgħar.
Li nieħu xi ħaġa żgħira x’niekol
u x’nixrob f’nofs il-għodwa u
wara nofs in-nhar.
Xi drabi ma nkunx nista’ nieħu
sehem fir-rikreazzjoni.
Xi drabi ma nkunx nista’ nieħu
sehem fl-eżerċizzju
tal-komunita’.
Xi drabi ma nkunx nista’ nieħu
sehem fit-talb ta’ filgħaxija u
ta’ filgħodu.
Xi drabi li nibqa’ naħdem ftit
wara d-disgħa, jew li nagħmel
l-eżerċizzi spiritwali tiegħi
wara d-disgħa.
Li nikteb xi ħaġa jew nieħu
n-noti meta jkolli mument
liberu.
Li nuża t-telefon.
Li noħorġu mid-dar.
Li nżur knisja meta nkun
il-belt.
Li nidħol fiċ-ċelel ta’sorijiet
oħra jekk ikunu fil-bżonn.
Li nixrob xarba ilma xi drabi
barra mill-ħinijiet preskritti.
Mortifikazzjonijiet żgħar
Li nitlob l-Kurunella tal-Ħniena
Divina b’dirgħajja miftuħin.
Is-Sibt, li ngħid Ħames Posti
tar-Rużarju b’dirgħajja
miftuħin.
Li xi kultant ngħid talba (waqt)
li nkun mixħuta minn tuli
fl-art.
Il-Ħamisjiet, Siegħa
Adorazzjoni.
Il-ġurnata tal-Ġimgħa, xi
mortifikazzjoni ikbar
għall-midinbin fis-siegħa
tal-mewt.
247.
Ġesu’, Ħabib tar-ruħ li tħossha
weħidha, Inti l-kenn tiegħi,
Inti l-paċi tiegħi. Inti
s-salvazzjoni tiegħi, Inti
l-mistrieħ tiegħi fil-ħin
tat-taqbida u f’nofs baħar ta’
dubji. Int r-raġġ jiddi li
ddawwalli l-mogħdija ta’ ħajti.
Inti kollox għar-ruħ imqar jekk
tibqa’ siekta. Inti taf
id-dgħjufija tagħna, u bħal
tabib tajjeb, Int sserraħna u
tfejjaqna billi tiffrankalna
t-tbatijiet – ta’espert li int.
248.
Il-kliem tal-Isqof (Rospond
(nota73)) li hu qal
fiċ-ċerimonja tal-voti perpetwi:
‘ Ilqa’ din ix-xema bħala sinjal
ta’ dawl tas-sema u ta’ mħabba
taqbad’.
Waqt l-għoti ċ-ċurkett: ‘Jiena
ngħarrsek ma’ Ġesu’ Kristu, Iben
tal-Missier l-iktar Għoli; jalla
Huwa jżommok bla tebgħa. Ħu dan
iċ-ċurkett bħala sinjal u
tal-Ispirtu s-Santu, sabiex tkun
tista’ tissejjaħ l-għarusa ta’
Kristu u, jekk isservih
bil-fedelta’, tiġi nkurunata
(tali) għall-eternita’ kollha.
249.
+ Ġesu’, jiena nafda fik; nafda
fl-oċejan tal-ħniena Tiegħek.
Inti Ommi għalija.
250.
+ Din is-sena, 1933, hija
għalija sena li hi solenni b’mod
speċjali, għax f’din is-Sena
tal-Ġublew tal-Passjoni
tal-Mulej, jiena għamilt il-Voti
Perpetwi. Għaqqadt
is-sagrifiċċju ta’ Ġesu’
Kurċifiss, sabiex b’dan il-mod
inkun nista’ nogħġob iktar lil
Alla. Nagħmel kollox ma’ Ġesu’,
permezz ta’ Ġesu’, u f’Ġesu’.
251.
Wara l-voti perpetwi, bqajt
Krakovja matul ix-xahar ta’
Mejju, għax ma ddeċidewx jekk
kellix immur Rabka jew Vilnius.
Darba l-Madre Ġenerali (Michael)
staqsietni: “Għaliex qiegħda
hawn bi kwietek u m’intix
qiegħda tlesti sabiex tmur
x’imkien, Sor?” Jiena weġibt:
“Irrid nagħmel biss r-rieda
safja ta’ Alla; fejn inti
tibgħatni, għażiża
Madre, jiena nsir naf li f’dak
il-post ikun hemm ir-rieda sħiħa
ta’ Alla għalija, mingħajr ma
nkun
żidtilha
xejn magħha min-naħa tiegħi.”
Il-Madre Ġenerali wieġbet għal
dan, “Tajjeb, wisq!” L-għada
hija sejħitli u qaltli, “Int
ridt tkun taf ir-rieda sħiħa ta’
Alla, Sor; tajjeb ħafna, mela;
inti sejra Vilnius.” Jiena
rringrazzjatha u stennejt il-jum
meta kellhom jgħiduli mmur. Imma
ruħi kienet mimlija b’ċertu ferħ
u biża’,
fl-istess ħin. Ħassejt li Alla
kien qiegħed iħejji għalija
grazzji kbar hemmhekk, imma
wkoll tbatijiet kbar. Imma bqajt
Krakovja sas-27 ta’ Mejju.
Ġaladarba ma kellix dmirijiet
regoli x’naqdi, kont ngħin biss
fil-ġnien. U billi ġara li kont
qiegħda naħdem waħdi għal xahar
sħiħ, stajt nagħmel irtir tal-Ġiżwiti.
(nota74) Għalkemm kont
immur għar-rikreazzjoni
mal-komunita’, xorta waħda
rnexxieli nagħmel l-irtir tal-Ġiżwiti.
Irċevejt ħafna dawl minn Alla
f’dan
żmien.
252.
Kienu għaddew erbat ijiem wara
l-voti perpetwi tiegħi. Kont
qiegħda nipprova nagħmel Siegħa
Adorazzjoni. Kien l-ewwel Ħamis
tax-xahar. Malli dħalt
fil-kappella, daret miegħi
kollni kemm jiena l-preżenza
ta’ Alla. Kont konxja b’mod ċar
li l-Mulej kien qrib tiegħi.
Mument wara, rajt il-Mulej,
miksi kollu kemm Hu bil-feriti;
u Huwa qalli, Ħares lejn Dak
li inti tgħarrast miegħu.
Jiena fhimt it-tifsira ta’ dan
il-kliem u weġibt lill-Mulej:
“Ġesu’, jiena nħobbok iktar meta
narak ferut u mgħaffeġ hekk
bit-tbatija milli kieku narak
fil-majesta.” Ġesu’ staqsieni:
Għaliex? Jiena weġibt,
“Majesta’ kbira tbeżżagħni,
għaliex jiena daqshekk ċkejkna,
u l-feriti Tiegħek jiġbduni lejn
Qalbek u jgħiduli x’imħabba
kbira Inti għandek għalija.”
Wara din il-konverżazzjoni
kien hemm is-skiet. Jiena
ffissajt ħarsti fuq il-pjagi
qaddisa Tiegħu u ħassejtni
kuntenta li nbati flimkien
miegħu. Jiena batejt, u
fl-istess waqt ma batejtx,
għaliex ħassejtni kuntenta li
nkun naf il-profondita’ ta’
mħabbtu, u s-siegħa għaddiet
bħal minuta.
253.
+ M’għandi qatt niġġudika lil
ħadd, imma nħares lejn l-oħrajn
bil-ħniena u lejja stess b’mod
sever. Jiena rrid nirreferi
kollox lil Alla u f’għajnejja
stess, nagħraf lili nnifsi għal
dak li jiena: miżerja
biss u xejn. Fit-tbatija irrid
nuri paċenzja u nżomm
il-kwiet, għax naf li kollox
jgħaddi meta jgħaddi
żmienu.
254.
Aħjar ma ngħid xejn dwar dawk
il-waqtiet li għixt meta kont
qiegħda nagħmel il-voti
perpetwi.
Jiena fih, u Huwa fija. Fil-waqt
li l-Isqof (Rospond) kien
qiegħed ipoġġi ċ-ċurkett fuq
subgħajja, Alla mela l-esseri
tiegħi kollu, u la ma nistax
niddeskrivi dak il-mument, ma
sejra ngħid xejn fuqu,
Ir-relazzjoni tiegħi ma’ Alla,
minn mindu għamilt il-voti
perpetwi, saret iktar intima
milli qatt kienet qabel. Jiena
nħoss li nħobb lil Alla u li
Huwa jħobbni. Ladarba jiena doqt
lil Alla, ruħi ma tistax tgħix
mingħajru. Siegħa li jiena
ngħaddi f’riġlejn l-altar
fl-ikbar nixfa tal-ispirtu hija
aktar għażiża
għalija minn mitt sena ta’
pjaċiri tad-dinja. Jiena
nippreferi nkun qaddejja umli
f’kunvent milli sultana
fid-dinja.
255.
+ Jiena nipprova naħbi minn
għajnejn in-nies dak il-ġid li
jiena kapaċi nagħmel biex Alla
nnifsu jkun il-premju tiegħi.
Jiena nkun bħal vjola ċkejkna
moħbija fil-ħaxix, li ma tweġġax
is-sieq li tirfes fuqha, imma
xxerred il-fwieħa tagħha, u
filwaqt li tinsa lilha nnfisha
għal kollox, tipprova togħġob
il-persuna li għaffġitha. Din hi
diffiċli ħafna għan-natura
umana, imma l-grazzja t’Alla
tgħin lil dak li jkun.
256.
Grazzi, Ġesu’, għall-favur kbir
li għamiltli meta għarrafni
l-abbiss sħiħ tal-miżerja
tiegħi. Jiena naf li jiena
abbiss tax-xejn u naf ukoll li
jekk il-grazzja qaddisa Tiegħek
ma
żżommnix,
jiena nerġa’ lura għax-xejn
f’waqt wieħed. U għalhekk,
b’kull taħbita ta’ qalbi, jiena
nirringrazzjak, Alla tiegħi,
għall-ħniena kbira Tiegħek
lejja.
257.
Għada rrid nitlaq Vilnius,
Illum, mort inqerr għand Patri
Andrasz; dan is-saċerdot li hu
hekk mimli bl-ispirtu ta’ Alla,
li għen il-ġwienaħ tiegħi sabiex
inkun nista’ nogħla sal-ogħla
qċaċet. Huwa serraħli moħħi dwar
kollox u qalli nemmen
fil-Providenza Divina. “Għandu
jkollok fiduċja u ibqa’ miexja
‘l quddiem bil-kuraġġ.” Qawwa
straordinarja u divina ġiet fuqi
wara dik il-qrara. Patri
(Andrasz) saħaq li għandi nkun
fidila mal-grazzja ta’ Alla u
qalli, “L-ebda ħsara ma tiġrilek
jekk ‘il quddiem, inti tibqa’
żżomm
din l-istess sempliċita’ u
ubbidjenza. Għandu jkollok
fiduċja f’Alla; inti miexja
fit-triq it-tajba u qiegħda
f’idejn tajba, u f’idejn Alla.”
258.
+ Dak in-nhar filgħaxija, jiena
bqajt fil-kappella daqsxejn
iktar. Kellimt lill-Mulej fuq
ċerta ruħ. It-tjubija Tiegħu
għamlitli l-qalb u jiena
għidtlu, “Ġesu’ Inti tajtni dan
is-saċerdot li jifhem
l-ispirazzjonijiet tiegħi, u
issa Inti qiegħed terġa’
teħoduli, jiena x’ser nagħmel
Vilnius? Hemmhekk ma naf lil
ħadd, u wkoll id-djalett
tan-nies t’hemmhekk huwa stramb
għalija.” U l-Mulej qalli:
Tibżax;
Jiena minix ser inħallik waħdek.
Ruħi ntilfet f’talba ta’ radd
il-ħajr għall-grazzji kollha li
l-Mulej kien tani permezz
tal-meditazzjoni ta’ Patri
Andrasz.
F’daqqa waħda jiena ftakart
fid-dehra li kelli fejn jiena
kont rajt lil dak is-saċerdot
bejn il-konfessinarju u l-altar,
bit-tama li xi darba kont sejra
niltaqa’ miegħu. U l-kliem li
kont smajt erġajt smajtu ċar:
Huwa ser jgħinek twettaq
ir-rieda Tiegħi hawn fl-art.
259.
Illum, is-27 (ta’ Mejju 1933),
se nitlaq Vilnius. Meta ħriġt
mid-dar, ħarist lejn il-ġnien
tad-dar, u meta tajt daqqa
t’għajn lejn in-novizzjat,
f’daqqa waħda beda nieżel
id-dmugħ ma’ ħaddejja. Ftakart
fil-barkiet u l-grazzji kollha
li l-Mulej kien tani. Imbagħad,
f’daqqa waħda bla ma kont
qiegħda nistennieh, jien rajt
il-Mulej maġenb ir-rokna
tal-fjuri, u Huwa qalli:
Tibkix; Jiena dejjem miegħek.
Il-preżenza
ta’ Alla, li daret miegħi waqt
li Ġesu’ kien qiegħed jitkellem,
baqgħet miegħi matul il-vjaġġ
kollu.
260.
Kelli permess inżur
Czetochowa waqt il-vjaġġ tiegħi.
Għall-ewwel darba rajt
(ix-xbieha) ta’ Omm Alla, meta
mort fil-ħamsa ta’ filgħodu
sabiex inkun hemm meta jneħħu
l-velu minn fuq ix-xbieha. Bla
ebda waqfien bqajt nitlob
sal-ħdax, u għalija kien qiesu
għadni kif wasalt. Is-Superjura
tad-dar t’hemmhekk (Madre
Serafin (nota75)) bagħtet
soru għalija, biex tgħidli mmur
nieħu l-kalazzjon u qaltli li
kienet qiegħda tinkwieta li kont
sejra nitlef it-tren. Omm Alla
qaltli ħafna affarijiet. Jien
afdajt f’idejha l-voti perpetwi
Tiegħi. Ħassejt li jiena bintha
u li Hi kienet Ommi. Hija ma
rrifjutatx l-ebda waħda
mit-talbiet tiegħi.
261.
+
Illum jiena ninsab diġa’
f’Vilnius. Il-kunvent huwa
magħmul minn ftit għarrajjex
żgħar
imxerrdin ‘l hemm u ‘l hawn.
Għalija jidher daqsxejn stramb
wara l-bini kbir f’Jozefow.
Hawnhekk hawn biss tmintax –il
soru. Id-dar hija ċkejkna, imma
l-ħajja tal-komunita’ hija iktar
intima. Is-sorijiet kollha
laqgħuni tajjeb ħafna, li kien
għalija inkuraġġiment kbir biex
inkun niflaħ nissaporti
t-tbatijiet li kellhom jiġu
fil-futur. Swor Justine kienet
ħaslet l-art ukoll għax kienet
taf li ġejja jiena.
262.
Meta mort għall-Barka, Ġesu’
tani d-dawl kif kelli nġib ruħi
ma’ ċerti persuni. Jiena bqajt
imqabbda b’saħħti kollha
mal-Qalb l-iżjed
ħelwa ta’ Ġesu’, għax kont naf
kemm kont ser inkun esposta għal
distrazzjonijiet esterni
minħabba x-xogħol li kien ser
ikolli nagħmel hawnhekk
fil-ġnien, fejn bilfors kien ser
ikolli kuntatt mill-qrib ma’
persuni lajċi.
263.
+ Waslet il-ġurnata tal-qrar u
fraħt ħafna meta rajt
is-saċerdot li kont naf qabel ma
mort Vilnius. (Jiġifieri) kont
nafu meta rajtu f’dehra. F’dak
il-waqt, jiena smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Dan hu
l-qaddej fidil Tiegħi; huwa
jgħinek twettaq ir-rieda Tiegħi
hawnhekk fl-art. Imma jiena
ma ftaħtx qalbi miegħu bħalma
xtaq il-Mulej. U għal xi
żmien
irreżistejt
il-grazzja. Matul kull qrara,
il-grazzja ta’ Alla daħlet ġewwa
fija b’mod speċjali ħafna, iżda
jiena ma wrejtx ruħi lilu, u
kelli l-intenzjoni li ma mmurx
inqerr għad dak is-saċerdot.
Wara li ħadt din id-deċiżjoni,
ruħi nħakmet minn anzjeta’
terribli. Alla ċanfarni
bil-qawwa. Meta wrejt ruħi
kollha lil dan is-saċerdot,
Ġesu’ ferra’ oċejan ta’ grazzji
fiha. Issa nifhem xi jfisser
tkun fidil għal xi grazzja
partikolari. Dik il-grazzja
waħda tiġbed ħafna oħrajn
warajha.
264.
+ O Ġesu’ tiegħi,
żommni
maġenbek! Ara kemm jiena
dgħajfa! Ma nistax nagħmel pass
‘il quddiem waħdi; mela Inti,
Ġesu’ trid tkun maġenbi l-ħin
kollu bħal omm maġenb tifla li
għandha bżonn
kull għajnuna – u iktar ukoll.
265.
Ġranet ta’ xogħol, ta’ taqbid u
ta’ tbatija issa bdew. Kollox
baqa’ miexi skont ir-rutina
tal-kunvent. Wieħed dejjem
jibqa’ novizz għax ikollu
jitgħallem ħafna affarijiet u
jsir jaf dwar ħafna affarijiet,
għaliex, għalkemm ir-regola hija
waħda, kull dar għandha
d-drawwiet tagħha; u għalhekk,
kull bidla hija novizzjat
żgħir.
5 ta’ Awissu, 1933. Il-Festa
tal-Madonna tal-Ħniena.
266.
Illum irċevejt grazzja kbira u
li ma nistax nifhimha, li hi
kollha kemm hi interjuri, u li
minħabba fiha nibqa’ grata lejn
Alla f’din il-ħajja kollha u
għall-eternita’...
267.
Ġesu’ qalli li jiena nogħġbu
l-iktar billi nimmedita fuq
il-Passjoni ħarxa Tiegħu, u
permezz ta’ din il-meditazzjoni
ruħi tirċievi ħafna dawl. Min
irid jitgħallem umilta’ vera
għandu jirrifletti fuq
il-Passjoni ta’ Ġesu’. Meta
jiena nimmedita fuq il-Passjoni
ta’ Ġesu’, inkun nista’ nifhem
b’mod ċar ħafna affarijiet li
qabel ma kontx nista’ nifhimhom.
Jiena rrid nixbaħ lilek, O
Ġesu’, - lilek mislub,
ittorturat u umiljat. Ġesu,
stampa fuq qalbi u ruħi
l-umilta’ Tiegħek stess. Jiena
nħobbok Ġesu’, bi mħabba
tal-ġenn, Inti li kont misħuq
bit-tbatija, bħalma jiddeskrivi
l-profeta (Isaija 53: 2-9),
bħallikieku hu ma setax jara fik
is-sura ta’ bniedem minħabba
t-tbatija kbira Tiegħek. Huwa
f’din il-kundizzjoni, Ġesu’, li
jiena nħobbok, b’mod tal-ġenn. O
Alla etern u bla tarf,
x’għamlitlek l-imħabba?...
268.
11 ta’ Ottubru 1933 – Il-Ħamis.
– Ippruvajt nagħmel Siegħa
Adorazzjoni, imma bdejtha
b’diffikulta’ kbira. Ċerta xenqa
bdiet tiġbidli qalbi. Moħħi
ddallam b’mod li ma stajtx
nifhem l-iktar suriet sempliċi
ta’ talb. U b’dan il-mod
għaddiet siegħa talb, jew aħjar
ngħid siegħa ta’ sforzi.
Iddeċidejt li nitlob għal siegħa
oħra, imma t-tbatijiet interni
tiegħi
żdiedu
– nixfa kbira u qtiegħ il-qalb.
Iddeċidejt li nitlob għal siegħa
oħra. Fit-tielet siegħa, li
ddeċidejt li ngħaddiha
għarkubtejja mingħajr ma nżomm
ma xejn, ġismi beda jgħajjat li
jrid jistrieħ. Imma ma ċedejt
bl-ebda mod. Ftaħt dirgħajja
quddiemi u, għalkemm ma lissint
l-ebda kelma bqajt hemm b’rieda
sħiħa. Wara xi ħin, neħħejt
iċ-ċurkett minn subgħajja u
tlabt lil Ġesu’ sabiex iħares
lejn iċ-ċurkett, dak is-sinjal
tal-għaqda eterna tagħna, u
jiena offrejt lil Ġesu’
s-sentimenti li kelli f’dak
il-jum tal-voti perpetwi. Wara
ftit, inħoss qalbi mgħarrqa
b’mewġa ta’ mħabba. F’daqqa
waħda ninġabar fl-ispirtu,
is-sensi jikkwetaw, u l-preżenza
ta’ Alla timlieli ruħi. Ħaġa
waħda biss naf: li kien hemm
Ġesu’ u jiena. Rajtu hekk kif
kien deherli f’dak il-waqt wara
l-voti perpetwi tiegħi, meta
wkoll kont qiegħda nagħmel
is-Siegħa Adorazzjoni. F’daqqa
waħda, Ġesu’ kien jinsab
bilwieqfa quddiemi, mneżża’
minn ħwejġu, ġismu miksi kollu
b’feriti, għajnejh mimlijin
dmugħ u demm, wiċċu sfigurat u
miksi bżieq.
Il-Mulej imbagħad qalli,
L-għarusa trid tkun tixbaħ
lill-Maħbub tagħha. Jiena
dan il-kliem fhimthom mill-bidu
sal-aħħar. M’hawn l-ebda lok
għal dubju hawnhekk. Ix-xebħ ma’
Ġesu’ jrid iseħħ permezz
tat-tbatija u tal-umilta’.
Ara x’għamlitli l-imħabba
għall-erwieħ tal-bndemin. Binti,
fil-qalb tiegħek Jiena nsib dak
kollu li numru hekk kbir ta’
erwieħ jirrifjutawli. Qalbek
hija l-mistrieħ Tiegħi. Jiena
spiss nibqa’ nistenna bi grazzji
kbar sakemm tasal fit-tmiem
tat-talb.
269.
Darba, meta kont spiċċajt novena
lill-Ispirtu s-Santu
għall-intenzjoni tal-konfessur
tiegħi (Dun Sopocko), il-Mulej
weġibni: Jiena kont
urejthulek ukoll qabel ma
s-superjuri tiegħek bagħtuk
hawnhekk. Bħalma inti taġixxi
mal-konfessur tiegħek, hekk
ukoll Jiena naġixxi miegħek.
Jekk int taħbilu xi ħaġa, ukoll
jekk tkun l-iċken waħda
mill-grazzji Tiegħi, Jiena wkoll
ninħeba minnek, u int tibqa’
waħdek. U għalhekk, jiena
għamilt ir-rieda ta’ Alla, paċi
profonda mlietli ruħi. Issa
jiena nista’ nifhem kif il-Mulej
jiddefendi l-konfessuri u
jħarishom.
Parir tar-Reverendu Dun Sopocko.
270.
Jekk ma nkunux umli, ma nistgħux
nogħġbu lil Alla. Ipprattika
t-tielet grad tal-umilta’,
(nota76) jiġifieri, mhux
biss m’għandux wieħed jispjega u
jiddefendi lilu nnifsu meta
jċanfruh għal xi raġuni, imma
wieħed għandu jifraħ
bl-umiljazzjoni.
Jekk l-affarijiet li inti
qiegħda tgħidli ġejjin tassew
minn Alla, ħejji ruħek għal
tbatija kbira. Int għad tiltaqa’
ma’ disapprovazzjoni u
persekuzzjoni. Huma jgħodduk
b’isterika u eċċentrika, imma
l-Mulej jagħtik il-grazzji
Tiegħu bl-abbundanza. Opri veri
ta’ Alla dejjem jiltaqgħu ma’
oppożizzjoni
u jkunu mmarkati bit-tbatija.
Jekk Alla jrid li sseħħ xi
ħaġa, xi darba jew oħra Huwa
jagħmel li għandu jagħmel
minkejja d-diffikultajiet.
Is-sehem tiegħek, sadattant, hu
li tarma lilek nnifsek
b’paċenzja kbira.
271.
Meta r-Reverendu Dun Sopocko mar
l-Art Imqaddsa, Patri Dabrowski,
SJ kien il-konfessur
tal-komunita’. Fi qrara minnhom
staqsieni jekk jiena kontx
konxja tal-grad għoli tal-ħajja
(spiritwali) preżenti
ġewwa ruħi. Jiena weġibt li
konxja minn din il-ħaġa u kont
naf x’kien qed jiġri ġewwa fija.
Għal dan, is-saċerdot wieġeb,
“Ara li ma teqridx dak li qed
tiġri f’ruħek, Sor, lanqas
m’għandek tibdel xejn waħdek.
Mhux f’kull ruħ ikun jista’
jidher id-don sabiħ ta’ ħajja
interna għolja bħlma jidher
fil-kas tiegħek, Sor, għax din
tidher fi grad immens. Oqgħod
attenta li ma taħlix dawn
il-grazzji kbar ta’ Alla; ħaġa
kbira.”... (Hawnhekk jinqata’
l-fil tal-ħsieb)
272.
Imma qabel dan, dan is-saċerdot
kien għaddieni minn ħafna provi.
Meta jiena għidtlu li l-Mulej
ried dawn l-affarijiet mingħandi
(jiġifieri, il-pittura
tax-xbieha, it-twaqqif tal-festa
tal-Ħniena Divina, u t-twaqqif
ta’ komunita’ ġdida), huwa beda
jidħaq bija u qalli mmur inqerr
fit-tmienja ta’ filgħaxija. Meta
mort fit-tmienja, fratell kien
diġa’ qed isakkar il-knisja.
Meta għidtlu li s-saċerdot kien
ikkmandani mmur dak il-ħin u
tlabtu jgħarraf lis-saċerdot
qallu biex jgħidli li
s-saċerdoti ma jqarrux nies
f’dak il-ħin. Jiena mort lura
d-dar mingħajr qrar u ma rġajtx
mort għandu għall-qrar, imma
għamilt siegħa sħiħa adorazzjoni
u xi mortifikazzjonijiet għalih
sabiex Alla jagħtih id-dawl
sabiex huwa jagħraf l-erwieħ.
Imma meta telaq Dun Sopocko u hu
qagħad minfloku, jiena kelli
bilfors immur inqerr għandu.
Imma, filwaqt li qabel ma tantx
ried jammetti li dawn kienu
ispirazzjonijiet interni, issa
obbligani nkun fidila lejhom. Xi
drabi Alla jippermetti li jiġru
affarijiet bħal dawn, imma jalla
jkun igglorifikat f’kollox.
Imma, hemm bżonn
ħafna grazzja biex dak li jkun
ma jaqtax qalbu u ma jerġax
lura.
Irtiri Annwali. 10 ta’ Jannar
1934
273.
Ġesu’ tiegħi, qed jerġa’ joqrob
il-waqt meta nerġa’ nkun waħdi
miegħek. Ġesu’, nitolbok b’qalbi
kollha, ħallini nkun naf x’hemm
ġo fija li ma jogħġbokx u
ħallini wkoll inkun naf x’għandi
nagħmel sabiex inkun nista’
nogħġbok iktar. Tiċħadlix dan
il-favur u kun miegħi. Jiena naf
li mingħajrek, Mulej, l-isforzi
tiegħi kollha ma jwasslux ħafna.
Kemm nifraħ bil-kobor Tiegħek, O
Mulej! Iktar ma nsir nafek,
b’ħerqa ikbar nixxennaq u
nitniehed għalik!
274.
Ġesu’ tani l-grazzja li nsir naf
lili nnifsi. F’dan id-dawl divin
nara d-difetti prinċipali
tiegħi; hija s-suppervja li
tieħu l-forma li ningħalaq fija
nnifsi u tonqos is-sempliċita’
min-naħa tiegħi fir-relazzjoni
tiegħi mal-Madre Superjura
(Irene).
It-tieni dawl dwar id-diskors.
Xi drabi jiena ngħid iżżejjed.
Ħaġa tista’ tingħad f’kelma jew
tnejn u jiena ndum sejra wisq
biha. Imma Ġesu’ jridni nuża
dak il-ħin sabiex ngħid xi talb
qasir li għandu l-indulġenza
għall-erwieħ tal-purgatorju. U
l-Mulej jgħid li kull kelma tiġi
kkunsidrata fil-jum
tal-ġudizzju.
It-tielet dawl kien dwar
ir-regoli tagħna. Jiena
m’għamiltx kulma kelli nagħmel
biex nevita l-okkażjonijiet
li jwasslu li jinkisru r-regoli,
l-aktar dik tas-skiet. Jiena ser
naġixxi daqslikieku r-regola
nkitbet għalija biss; m’għandux
jaffettwani bl-ebda mod kif
jaġixxi ħaddieħor, sakemm jiena
naġixxi bħalma jrid Alla.
Riżoluzzjonijiet.
Kwalunkwe ħaġa li Ġesu’ jitlob
mingħandi dwar affarijiet
esterni jiena mmur mill-ewwel
ngħid lis-superjuri tiegħi u
nipprova li jkolli t-trasparenza
tat-tfal u s-sinċerita’
fir-relazzjonijiet tiegħi
mas-Superjura.
275.
Ġesu’ jħobb erwieħ moħbijin.
Fjura moħbija l-iktar li tfuħ.
Irrid nisforza sabiex l-intern
ta’ ruħi jsir post fejn il-Qalb
ta’ Ġesu’ tkun tista’ tistrieħ.
F’mumenti diffiċli u mimlija
uġigħ, O Ħallieq tiegħi, jiena
nkantalek innu ta’ fiduċja, għax
bla qiegħ huwa l-abbiss ta’
fiduċja tiegħi fik u fil-ħniena
Tiegħek!
276.
Minn dak il-waqt meta jiena
bdejt inħobb it-tbatija, ma
baqgħetx tbatija għalija.
It-tbatija hija l-ikel ta’
kuljum ta’ ruħi.
277.
Minix ser nitkellem ma’ ċerta
persuna, għax naf li Ġesu’ ma
jeħux gost biha u hi ma tikseb
xejn minn din il-ħaġa.
278.
F’riġlejn il-Mulej. Ġesu’ Moħbi,
Imħabba Eterna, l-Għajn
tal-Ħajja tagħna, Alla mimli
b’Imħabba tal-ġenn għalina. Għax
Inti tinsa lilek innifsek u tara
lilna biss. Qabel ma Int ħlaqt
is-sema u l-art, Inti kont
qiegħed iġġorna fil-qiegħ ta’
Qalbek. O Mħabba, O Pronfondita’
ta’ kif Int tinżel
għal-livell uman, O misteru ta’
hena għaliex jafuk hekk ftit
nies? Għaliex ma nweġbux għal
Imħabbtek? O Mħabba Divina
għaliex taħbi s-sbuħija tiegħek?
O Esseri Infinit li ħadd ma
jista’ jifhmu, iktar ma nsir
nafek, inqas nifhmek; imma għax
jiena ma nistax nifhmek, nista’
nifhem aħjar il-kobor Tiegħek.
Jiena ma ngħirx għas-Serafini
għan-nar tagħhom, għax jiena
għandi don ikbar depożitat
f’qalbi.
Huma jammirawk f’estasi, imma
Demmek jitħallat ma’ tiegħi.
L-Imħabba hija l-ġenna mogħtija
lilna sa minn hawnhekk fl-art.
Għaliex tistaħba fil-fidi?
L-Imħabba tneħħi min-nofs
il-velu. M’hemm l-ebda velu
quddiem l-għajn ta’ ruħi, għax
Inti stess ġbidtni fil-ħdan
tal-imħabba sigrieta għal
dejjem. Ġieħ u glorja lilek, O
Trinita’ Indiviżibbli,
Alla wieħed, għal dejjem ta’
dejjem!
279.
Alla għarrafni f’hiex
tikkonsisti l-imħabba vera u
tani d-dawl kif, fil-prattika
nista’ nagħtih prova tagħha.
L-Imħabba vera ta’ Alla
tikkonsisti filli nagħmlu
r-rieda ta’ Alla. Biex nuru lil
Alla mħabbitna f’kull ma
nagħmlu, l-azzjonijiet kollha
tagħna, ukoll l-iċken waħda,
iridu joħorġu mill-imħabba
tagħna għal Alla. U l-Mulej
qalli: Binti, inti togħġobni
l-iżjed
permezz tat-tbatijiet.
Fit-tbatijiet tiegħek fiżiċi
kif ukoll mentali, Binti,
tfittixx il-faraġ mingħand
il-kreaturi. Jiena rrid li
l-fwieħa tat-tbatijiet tiegħek
tkun safja u ma titħallat ma’
xejn. Jiena rridek tiddistakka
ruħek, mhux biss mill-kreaturi,
imma wkoll minnek innifsek.
Binti, jiena rrid nitpaxxa
bl-imħabba ta’ qalbek, imħabba
safja, verġinali bla ebda
tebgħa. Iktar ma inti ssir tħobb
it-tbatija, Binti, iktar tkun
safja mħabbtek għalija.
280.
Ġesu’ tani ordni niċċelebra
l-Festa tal-Ħniena ta’ Alla
fl-Ewwel Ħadd fuq l-Għid. (Dan
jiena għamiltu) permezz ta’
ġabra interjuri u
mortifikazzjoni esterna, ilbist
iċ-ċinturin (tal-penitenza) għal
tlett sigħat u tlabt il-ħin
kollu għall-midinbin u
għall-ħniena fid-dinja kollha. U
Ġesu’ qalli: Għajnejja
jistrieħu u jitpaxxew b’din
id-dar illum.
281.
Jiena nħossni ċerta li
l-missjoni tiegħi mhix ser
tispiċċa ma’ mewti, imma tibda.
Intom erwieħ li tiddubitaw,
jiena nneħħilkom minn qudidem
għajnejkom il-velijiet tal-ġenna
sabiex nipperswadikom kemm Hu
twajjeb Alla, sabiex ma tkomplux
iżjed
tidorbu l-Qalb l-iżjed
ħelwa ta’ Ġesu’ bin-nuqqas ta’
fiduċja tagħkom. Alla hu Mħabba
u Ħniena.
282.
Darba l-Mulej qalli: Qalbi
tqanqlet bi ħniena kbira lejk,
binti l-iżjed
għażiża,
meta rajtek imtertqa minħabba
l-uġigħ kbir li inti batejt meta
ndimt minn dnubietek, Jiena qed
nara mħabbtek, hekk safja u vera
li Jiena nagħtik l-ewwel post
fost il-Verġni, Inti l-unur u
l-glorja tal-Passjoni Tiegħi.
Nara kull sforz sabiex inti
ċċekken lilek innifsek, u xejn
ma jaħrab l-attenzjoni Tiegħi.
Jiena ngħolli l-umli sa l-istess
tron Tiegħi għax Jiena hekk
irrid.
Alla, Wieħed fit-Trinita’
Qaddisa
283.
Jiena rrid inħobbok bħalma ebda
ruħ umana s’issa qatt ma
ħabbitek; u għalkemm jiena għal
kollox miżerabbli
u ċkejkna, ankrajt il-fiduċja
tiegħi fil-fond tal-abbiss
tal-ħniena Tiegħek, O Alla u
Ħallieq tiegħi! Minkejja l-miżerja
kbira tiegħi, ma nibża’
minn xejn, imma nittama li
nkantalek innu ta’ glorja għal
dejjem. L-ebda ruħ, anqas
l-iktar waħda msejkna, m’għandha
taqa’ vittma tad-dubju għax,
sakemm wieħed ikun għadu ħaj
jista’ jsir qaddis kbir,
daqshekk kbira hi l-qawwa
tal-grazzja t’Alla. Il-parti
tagħna hija biss li ma noħduhiex
kontra l-ħidma ta’ Alla.
284.
O Ġesu’, li kieku stajt insir
bħal ċpar quddiem għajnejk,
sabiex niksi l-art u Inti ma
tkunx tista’ tara l-ħtijiet
terribli tagħna. Ġesu’, meta
jiena nħares lejn id-dinja u
l-indifferenza tagħha lejk,
jerġa’ joħroġ id-dmugħ minn
għajnejja; imma meta nħares lejn
ir-ruħ bierda ta’ xi persuna
reliġjuża,
qalbi tnixxi d-demm.
285.
1934. Darba meta rġajt lura
fiċ-ċella tiegħi, kont hekk
għajjiena li kelli nieqaf
nistrieħ għal mument qabel ma
bdejt ninża’,
u meta kont inżajt,
waħda mis-sorijiet talbitni
nġibilha ftit misħun. Għalkemm
kont għajjiena, ilbist malajr u
ġibtilha l-ilma li xtaqet
għalkemm kien hemm mixja mhux ħażin
miċ-ċella sal-kċina, u kelli
ngħoddos sal-għarqub fit-tajn.
Meta rġajt dħalt fiċ-ċella
tiegħi, rajt il-pissidi
bis-Sagrament Imqaddes u smajt
din il-vuċi, Ħu dan
il-pissidi u ħudu
fit-tabernaklu. Għall-ewwel
bqajt lura, imma meta rsaqt u
missejtu, smajt dan il-kliem:
Ersaq lejn waħda mis-sorijiet
bl-istess imħabba li biha int
tersaq lejja; u kulma tagħmel
għalihom qisek qed tagħmlu
Għalija. Sekonda wara,
indunajt li kont waħdi.
286.
+ Darba wara adorazzjoni għal
pajjiżna,
uġigħ nifidli ruħi, u jiena
bdejt nitlob b’dan il-mod.
“Ġesu’, l-aktar ħanin, jiena
nitolbok permezz
tal-interċessjoni tal-Qaddisin
Tiegħek u speċjalment tal-Omm
l-aktar għażiża
Tiegħek li ħadet ħsiebek minn
tfulitek, bierek lil pajjiżi.
Nitolbok Ġesu’, tħarisx lejn
dnubietna, imma ħares lejn
id-dmugħ tat-tfal ċkejknin, lejn
il-ġuħ u l-kesħa li jbatu. Ġesu’
minħabba dawk l-innoċenti,
agħtini l-grazzja li qiegħda
nitolbok għal pajjiżi.”
F’dak il-waqt, rajt lill-Mulej
Ġesu’, għajnejh mimlijin dmugħ u
qalli: Qiegħda tara, binti,
x’kompassjoni kbira Jiena għandi
għalihom. Kun af li huma qedgħin
iżommu
d-dinja.
287.
+ Ġesu’ tiegħi, meta nħares lejn
din il-ħajja tal-erwieħ, nara li
ħafna minnhom iservuk b’xi
nuqqas ta’ fiduċja. F’xi
żminijiet,
l-aktar meta jkun hemm
opportunita’ biex juru l-imħabba
tagħhom lejn Alla, narahom
jaħarbu mill-kamp tal-battalja.
U darba Ġesu’ qalli: Inti
wkoll, binti, trid ġġib ruħek
bħalhom? Jiena weġibt
lill-Mulej. “Le, Ġesu’ tiegħi,
jiena qatt ma ser nirtira
mill-kamp tal-battalja wkoll
jekk joħroġ għaraq tal-mewt minn
ġbini; qatt ma sejra nitlaq
ix-xabla minn idi sakemm
nistrieħ f’riġlejn is-Santissma
Trinita’.” Nagħmel x’nagħmel, ma
nistrieħx fuq saħħti biss imma
fuq il-grazzja ta’ Alla.
Bil-grazzja ta’ Alla, ruħ tista’
tirbaħ l-ikbar diffikultajiet.
288.
+ Darba, meta kelli diskursata
twila ma’ Ġesu’ dwar l-istudenti
tagħna, it-tjubija Tiegħu
għamlitli l-qalb u għidtlu,
“Fost l-istudenti tagħna, hemm
xi ħadd li hu ta’ faraġ għal
Qalbek?” Il-Mulej wieġeb (li) Hu
għandu lil xi ħadd ‘imma
l-imħabba tagħhom hija dgħajfa,
u għalhekk Jiena qiegħed
inpoġġihom f’idejk b’mod
speċjali – itlob għalihom.’
O Alla kbir, jiena nammira
t-tjubija Tiegħek! Inti l-Mulej
tal-qtajja’ tas-sema, u xorta
waħda tiċċekken daqshekk
għall-kreaturi msejknin Tiegħek.
B’liema ħerqa nixtieq inħobbok
b’kull taħbita ta’ qalbi!
Il-wisa’ kollha tal-art mhix biżżejjed
għalija, il-ġenna hija
żgħira
wisq, u l-ispazju infinit m’hu
xejn; Inti biss biżżejjed
għalija, Alla Etern. Inti biss
tista’ timla l-qigħan ta’ruħi.
289.
L-iktar waqtiet sbieħ tiegħi
huma meta nkun ninsab waħdi
mal-Mulej tiegħi. F’dawn
il-mumenti jkolli esperjenza ta’
kobor ta’ Alla u tal-miżerja
tiegħi stess.
Darba Ġesu’ qalli: M’għandekx
teħodha bi kbira li xi drabi
jakkużawk
bla ħtija. Jiena stess kont
l-ewwel wieħed li xrobt din
it-tazza ta’ tbatija li ma
kenitx tistħoqqli, għax
inħobbok.
290.
Darba meta kont impressjonata
sewwa bil-ħsieb tal-eternita’ u
l-misteri tagħha, ruħi saret beżgħana;
u meta ħsibt fuqhom għal ftit
ħin ieħor diversi dubji bdew
jinkwetawni. Imbagħad Ġesu’
qalli: Binti tibżax
mid-dar ta’ Missierek. Ħalli
dawn il-mistoqsijiet bla bżonn
għall-għorrief ta’ din id-dinja.
Jiena rrid narak dejjem bħal
tifla ċkejkna. Staqsi
lill-konfessur tiegħek dejjem
bis-sempliċita’ kollha, u jiena
nwieġbek permezz tiegħu.
291.
Darba jien rajt persuna ser
tagħmel dnub mejjet. Jien tlabt
lill-Mulej jibgħatli l-ikbar
torturi sabiex dik ir-ruħ
issalva. Imbagħad f’daqqa waħda
ħassejt l-uġigħ terribli
tal-kurauna tax-xewk fuq rasi.
Damet għal
żmien
twil mhux ħażin,
imma dik il-persuna baqgħet
fil-grazzja tal-Mulej. O Ġesu’
tiegħi, kemm hija ħaġa faċli li
wieħed isir qaddis; kulma hemm bżonn
ftit rieda tajba. Jekk Ġesu’
jara din id-daqsxejn rieda tajba
fir-ruħ Huwa jgħaġġel sabiex
jagħti lilu nnifsu lir-ruħ, u
xejn ma jwaqqfu, la difetti u
lanqas waqgħat – assolutament
xejn. Ġesu’ jkun anzjuż
li jgħinha lil dik ir-ruħ, u
jekk hija tibqa’ fidila għal din
il-grazzja minn Alla, f’qasir
żmien
tkun tista’ tilħaq l-ogħla grad
ta’qdusija possibli għal
kreatura hawn fl-art. Alla hu
ġeneruż
u ma jiċħad il-grazzja Tiegħu
lil ħadd. Fil-fatt, huwa jagħti
ħafna iktar milli nitolbuh.
Fedelta’ lejn l-ispirazzjonijiet
tal-Ispirtu s-Santu – din hija
l-iqsar rotta.
292.
+ Meta ruħ tħobb lil Alla
sinċerament, hi m’għandha tibża’
minn xejn fil-ħajja spirtwali.
Għandha tissottometti ruħha
għall-azzjoni tal-grazzja, u
m’għandha tpoġġi fuqha innfisha
l-ebda restrizzjoni meta
tikkomunika mal-Mulej.
293.
+ Meta Ġesu’ affaxxinani
bis-sbuħija Tiegħu u ġibidni
lejh, jiena mbagħad rajt x’kien
hemm f’ruħi li ma kienx jogħġbu
u ddeċidejt li neħħieh, jiswieli
x’jiswieli; u bl-għajnuna
tal-grazzja ta’ Alla; neħħejtu
mill-ewwel. Din il-qalb kbira
għoġbitu lill-Mulej, u minn dak
il-waqt Alla beda jagħtini
grazzji ikbar. Fil-ħajja
interjuri tiegħi qatt ma nuża
r-raġuni; ma nanalizzax it-toroq
li jmexxini fihom l-Ispirtu ta’
Alla. Għalija biżżejjed
li naf li jiena maħbuba u li
jiena nħobb, Imħabba safja
tagħmilhieli possibli li nkun
naf lil Alla u nifhem ħafna
misteri. Il-konfessur tiegħi
huwa oraklu għalija. Il-kelma
tiegħu hija sagra għalija –
qiegħda nitkellem dwar
id-Direttur Spiritwali (Dun
Sopocko).
294.
+ Darba l-Mulej qalli: Ġib
ruħek bħal tallab li ma jitlaqx
meta jirċievi iktar flus (milli
jkun talab), imma jrodd il-ħajr
b’ħeġġa ikbar. Inti wkoll
m’għandekx titlaq u tgħid li
m’intix denja li tirċievi
grazzji ikbar meta jiena
nagħtihomlok. Jiena naf li
m’intix denja, imma ifraħ iżjed
u iżjed
u ħu miegħek kemm tista’ teżori
mill-Qalb Tiegħi daqskemm inti
tiflaħ iġġorr, għax imbagħad
inti togħġobni iktar. U Jiena
ngħidlek ħaġa oħra: ħu dawn
il-grazzji mhux għalik biss,
imma wkoll għall-oħrajn;
jiġifieri, ħajjar lill-erwieħ li
inti tiġi f’kuntatt magħhom
jafdaw fil-ħniena Tiegħi bla
tarf. Kemm inħobb lil dawk
l-erwieħ li juru fiduċja sħiħa
Fija! Jiena nagħmel kollox
għalihom.
295.
+ F’dak il-waqt Ġesu’ staqsieni,
Binti, kif inhu sejjer
l-irtir tiegħek? Jiena
weġibt. “Imma Ġesu’ inti taf kif
inhu sejjer.” Iva, Jiena naf,
imma rrid nismagħha mingħandek
stess u minn qalbek. O
Mgħallem tiegħi, meta tkun
tmexxini Inti, kollox imur
sewwa, u jiena qiegħda nitolbok,
Mulej, li qatt ma tħallini.” U
Ġesu’ qal, Iva, Jiena nkun
miegħek dejjem, jekk int tibqa’
dejjem tifla ċkejkna u ma tibża’
minn xejn. Bħalma Jiena kont
il-bidu tiegħek hawnhekk, hekk
ukoll inkun it-tmiem tiegħek.
Toqgħodx tiddependi minn
kreaturi oħra, ukoll fl-iċken
affarijiet, għax din il-ħaġa ma
togħġobnix. Jiena rrid inkun
waħdi ġewwa ruħek. Jiena nagħti
dawl u saħħa lil ruħek, u inti
titgħallem mingħand ir-rappreżentant
Tiegħi li Jiena qiegħed fik, u
l-inċertezza tiegħek tisparixxi
bħalma ċ-ċpar jgħib quddiem
ir-raġġi tax-xemx.
296.
+ O Tjieba l-Aktar Għolja, jiena
rrid inħobbok bħalma qatt ħadd
ma ħabbek fuq din l-art! Jiena
rrid nadurak b’kull mument ta’
ħajti u ngħaqqad ir-rieda tiegħi
mill-qrib mar-rieda qaddisa
Tiegħek. Ħajti mhix bla interess
jew monotona, imma hija varjata
bħal ġnien mimli fjuri jfuħu,
sakemm nasal fejn ma nafx liema
fjura rrid naqta’ l-ewwel,
il-ġilji tat-tbatija jew
il-warda tal-imħabba tal-proxxmu
jew il-vjola tal-umilta’. Minix
sejra nagħmel lista ta’ dawn
it-teżori
li jfawwru kull jum ta’ ħajti.
Hija ħaġa kbira li inti tkun taf
li għandek tagħmel użu
mill-mument ta’ issa.
297.
+ Ġesu’, Dawl l-Aktar Għoli,
agħtini l-grazzja li nkun naf
lili nnifsi, u infed
id-dlamijiet ta’ ruħi bid-Dawl
Tiegħek, u imla l-abbiss ta’ruħi
bik stess, għaliex Inti biss
(...)
298.
O Ġesu’ tiegħi, li Inti l-Ħajja,
it-Triq u l-Verita’, jiena
nitolbok iżżommni
qrib Tiegħek bħalma omm iżżomm
it-tarbija tagħha magħfusa
magħha,għax jiena mhux biss
tarbija bla saħħa, imma jiena
taħlita u ġabra ta’ miżerja
u xejn.
Il-Misteru
tar-Ruħ.
Vilnius,1934
299.
Meta, darba, l-konfessur tiegħi
qalli nsaqsi lill-Mulej Ġesu’ xi
jfissru
ż-żewġ
raġġi fix-xbieha, (nota77)
jiena weġibt, ‘Tajjeb ħafna,
nistaqsi lill-Mulej.’
Waqt it-talb jiena smajt dan
il-kliem ġewwa fija: Iż-żewġ
raġġi jfissru Demm u Ilma.
Ir-raġġ l-abjad jissimbolizza
l-Ilma li jsaffi lill-erwieħ u
jagħmilhom ġusti. Ir-raġġ
l-aħmar jissimbolizza d-Demm li
hu l-ħajja tal-erwieħ...
Dawn iż-żewġ
raġġi ħarġu mill-qiegħ nett
tal-ħniena tenera Tiegħi meta
l-Qalb agonizzanti Tiegħi ġiet
minfuda b’lanza fuq s-Salib.
Dawn ir-raġġi iħarsu lill-erwieħ
mill-korla ta’ Missieri. Ħieni
dak li jgħammar għall-kenn
tagħhom, għax l-id ġusta ta’
Alla ma tmissux. Jiena nixtieq
li l-Ewwel Ħadd fuq l-Għid ikun
il-Festa tal-Ħniena.
300.
+ Għid lis-serv fidil Tiegħi
(Dun Sopocko) li f’dan
il-jum, huwa għandu jgħid
lid-dinja kollha bil-ħniena
kbira Tiegħi; li kull min jersaq
lejn l-Għajn tal-Ħajja f’dan
il-jum jingħata maħfra sħiħa ta’
dnubietu u l-kastig tagħhom.
+ Il-bnedmin ma jkollhomx paċi
sakemm ma jdurux bil-fiduċja
lejn il-Ħniena Tiegħi.
+ O kemm iweġġagħni n-nuqqas ta’
fiduċja tar-ruħ! Ruħ bħal din
tgħid li Jiena Qaddis u Ġust,
imma ma temminx li Jiena Ħniena
u ma tafdax fit-tjubija Tiegħi.
Ukoll ix-xjaten jigglorifikaw
il-Ġustizzja Tiegħi, imma ma
jemmnux fit-tjubija Tiegħi.
Qalbi tifraħ b’dan it-titlu ta’
Ħniena.
301.
Xandar li l-ħniena hija l-ikbar
attribut ta’ Alla. Il-ħidmiet
ta’ idejja huma nkurunati
bil-ħniena.
302.
+ O Mħabba Eterna, jiena rrid li
l-erwieħ kollha li Int ħlaqt
isiru jafuk. Nixtieq kieku nkun
saċerdot, għax kieku kont
inkellem bla waqfien fuq
l-ħniena Tiegħek lill-erwieħ
midinbin li jinsabu mgħarrqin
fid-disperazzjoni. Nixtieq inkun
missjunarju u nġorr id-dawl
tal-fidi lin-nazzjonijiet mhux
ċivilizzati
sabiex l-erwieħ isiru jafuk, u
li nkun ikkunsmata kollni kemm
jiena għalihom u mmut mewta ta’
martri, bħalma Inti mitt
għalihom u għalija. O Ġesu’,
jiena naf wisq tajjeb li nista’
nkun saċerdot missjunarju
predikatur, u li nista’ mmut
mewta ta’ martri jekk niżvojta
lili nnifsi għal kollox u niċħad
lili nnifsi għall-imħabba
Tiegħek, Ġesu’, u tal-erwieħ
immortali.
303.
Imħabba kbira tista’ tbiddel
affarijiet
żgħar
f’affarijiet kbar, u hija
l-imħabba biss li tagħti valur
lill-azzjonijiet tagħna. U iktar
ma tissaffa l-imħabba tagħna,
ikun hemm inqas affariijiet
ġewwa fina li bihom jistgħu
jitkebbsu l-fjammi tat-tbatija,
u t-tbatija ma tibqax tbatija
għalina, issir għaxqa!
Bil-grazzja ta’ Alla, jiena
rċevejt dispożizzjoni
bħal din ġewwa qalbi li qatt ma
nkun daqshekk kuntenta bħalma
meta jiena nbati għal Ġesu’, li
jiena nħobbu b’kull taħbita ta’
qalbi.
Darba meta kont qiegħda nbati
ħafna, tlaqt xogħli u ħrabt għal
għand Ġesu’ u tlabtu jagħtini
s-saħħa Tiegħu. Wara talba
qasira ħafna mort lura fuq
xogħli mimlija entużjażmu
u ferħ. Imbagħad, waħda
mis-sorijiet (aktarx Swor
Justine) qaltli, “Illum għandek
ħafna konsolazzjonijiet, Sor,
tidher tarmi l-ferħ. Alla
żgur
mhux jagħtik tbatija, imma
konsolazzjonijiet biss.”
“Għandek
żball
kbir, Sor”, weġibt jiena, “għax
preċiżament
meta jiena nkun qiegħda nbati
ħafna li l-ferħ tiegħi jikber; u
meta nbati inqas; jonqos ukoll
il-ferħ tiegħi.” Imma dik
ir-ruħ kienet qiegħda turini li
ma kenitx qed tifhem x’kont
qiegħda ngħid. Ippruvajt
infhemha li, meta aħna nabtu
ħafna, ikollna ċans kbir nuru
lil Alla kemm inħobbuh; imma
meta nbatu ftit, ikollna inqas
okkażjoni
nuru lil Alla mħabbtina; u meta
ma nbatu xejn, imħabbitna la
tkun kbira u lanqas safja.
Bil-grazzja ta’ Alla, nistgħu
nilħqu punt fejn it-tbatija issi
għaxqa f’għajnejna, għax
l-imħabba tista’ tagħmel dawn
l-affarijiet possibli f’erwieħ
safja.
304.
+ O Ġesu’ tiegħi, it-tama waħda
tiegħi, grazzi għall-ktieb li
Inti ftaħtli quddiem l-għajnejn
ta’ ruħi. Dak il-ktieb hu
l-Passjoni Tiegħek li Inti
għaddejt minnha għax Inti
tħobbni. Huwa minn dan il-ktieb
li jiena tgħallimt kif għandi
nħobb lil Alla u lill-erwieħ.
F’dan il-ktieb aħna nsibu teżori
bla għadd. O Ġesu’ kemm huma
ftit l-erwieħ li jifhmuk
fil-martirju Tiegħek ta’ mħabba!
Kemm hu kbir in-nar ta’ mħabba
l-iżjed
safja li hemm taqbad fil-Qalb
Mqaddsa Qaddisa Tiegħek!
Imbierka r-ruħ li waslet li
tifhem l-imħabba tal-Qalb ta’
Ġesu’!
305.
Hija l-ikbar xewqa tiegħi li
l-erwieħ jagħrfuk bħala l-ferħ
etern tagħhom, li huma jaslu li
jemmnu fit-tjubija Tiegħek u
jigglorifikaw il-ħniena nfinita’
Tiegħek.
306.
Jiena tlabt lill-Mulej jagħtini
l-grazzja li n-natura tiegħi
tkun kapaċi tirreżisti
l-qawwiet li xi drabi jippruvaw
jiġbduni ‘l bogħod mill-ispirtu
tar-regola tagħna u mir-regoli
inqas importanti. Dawn
id-difetti ċkejknin huma bħal
kamla
żgħira
li tipprova teqred il-ħajja
spiritwali minn ġewwa fina, u
żgur
teqridha jekk r-ruħ ma tintebaħx
b’dawn id-difetti
żgħar
u tibqa’ ma tagħtix kashom għax
huma affarijiet
żgħar.
Jiena ma nista’ nara xejn li hu
żgħir
fil-ħajja reliġjuża.
Hija ħaġa
żgħira
li jiena xi drabi inkun vittma
ta’ nkejja u
żufjett,
sakemm l-ispirtu tiegħi jibqa’
f’armonija mal-ispirtu
ta-regoli, il-voti u l-istatuti
reliġjużi.
O Ġesu’ tiegħi, għaxqa ta’
qalbi, Inti taf jien x’nixtieq.
Li kont nista’, ninħeba minn
għajnejn in-nies sabiex inkun
bħal xi ħadd li hu ħaj u
fl-istess ħin mhux ħaj. Irrid
ngħix safja bħal fjura selvaġġa;
irrid li mħabbti tkun
indirizzata dejjem lejk, bħalma
fjura dejjem iddur max-xemx.
Irrid li l-fwieħa u l-ħajja
friska tal-fjura ta’ qalbi tkun
dejjem ippreservata għalik biss.
Irid ingħix taħt il-ħarsa divina
Tiegħek, għaliex Int biss biżżejjed
għalija. Meta jiena nkun
miegħek, Ġesu’ ma nibża’
minn xejn, għax xejn ma jista’
jagħmili ħsara.
307.
+ 1934 Darba waqt ir-Randan,
rajt dawl kbir u dalma kbira fuq
id-dar u l-kappella. Rajt
it-taqbida bejn dawn iż-żewġ
setgħat...
308.
Ħamis ix-Xirka. Ġesu’ qalli,
Jiena nixtieq li inti tagħti
lilek innifsek għall-midinbin u
l-aktar għal dawk l-erwieħ li
tilfu t-tama fil-ħniena ta’
Alla.
Alla u l-erwieħ. Att ta’ Vittma
309.
Quddiem is-sema u l-art, quddiem
il-kori kollha tal-Anġli,
quddiem l-Imqaddsa Verġni
Marija, quddiem il-Qawwiet
kollha tas-Sema, jiena
niddikjara, lil Alla wieħed fi
tliet persuni, li llum f’għaqda
ma’ Ġesu’ Kristu, Feddej
tal-erwieħ, jiena minn rajja
noffri lili nnifsi għall-konverżjoni
tal-midinbin, l-aktar għal dawk
l-erwieħ li tilfu t-tama
fil-ħniena ta’ Alla. Din
l-offerta tikkonsisti filli
jiena naċċetta b’att
ta’sottomissjoni sħiħa
għar-rieda ta’ Alla,
it-tbatijiet kollha, il-beżgħat
u t-terruri li bihom huma
mimlijin l-midinbin. Minflok
dawn, jiena nagħtihom
il-konsolazzjonijiet kollha li
ruħi tirċievi mill-għaqda tiegħi
ma’ Alla. F’kelma waħda, jiena
noffri kollox għalihom:
il-quddies, Tqarbin, penitenzi,
mortifikazzjonijiet, talb. Ma
nibżax
mid-daqqiet, id-daqqiet
tal-ġustizzja divina, għax jiena
maqgħuda ma’ Ġesu’. O Alla
tiegħi, b’dan il-mod irrid
inpattilek għall-erwieħ li ma
jafdawx fit-tjubija Tiegħek.
Jiena nittama kontra kull tama
fl-oċejan tal-ħniena Tiegħek.
Mulej tiegħi, u Alla tiegħi,
sehmi – sehmi għal dejjem, jiena
ma nibbażax
dan l-att ta’ vittma fuq
is-saħħa tiegħi stess, imma fuq
is-saħħa li toħroġ mill-merti
ta’ Ġesu’ Kristu. Kuljum ser
nirrepeti dan l-att ta’ vittma
tiegħi nnifsi billi ngħid
it-talba li ġejja li Inti stess
għallimtni, Ġesu’:
“O Demm u Ilma li ħriġtu
mill-Qalb ta’ Ġesu’ bħala għajn
ta’ ħniena għalina, jiena nafda
Fik!”
Swor M. Fawstina tas-Sagrament
Imqaddes.
Ħamis ix-Xirka, waqt
il-Quddiesa, 29 ta’ Marzu 1934.
310.
Jiena qiegħed nagħtik sehem
fil-fidwa tal-umanita’. Inti
faraġ fis-siegħa tal-mewt
Tiegħi.
311.
Meta rċevejt il-permess
mill-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko) sabiex nagħmel dan
l-att ta’ vittma, malajr sirt
naf lil lil Alla għoġbitu, għax
minufih beda jkolli esperjenza
tal-effetti tagħha. F’waqt
wieħed ruħi saret bħal ġebla –
imnixxfa, mimlija turmenti u
nkwiet. Kull xorta ta’ dagħa u
saħta bdew jagħfsu fuq widnejja.
Nuqqas ta’ fiduċja u qtigħ ta’
qalb imlewli qalbi. Din hi
l-kundizzjoni tan-nies imsejkna,
li jien ħadt fuqi nnifsi.
Għall-ewwel, beżżgħuni
ħafna dawn l-affarijiet koroh,
imma fl-ewwel qrara (li stajt
nagħmel), kelli l-paċi.
312.
+ Darba meta ħriġt mill-kunvent
biex immur inqerr (fil-knisja
ta’ San Mikiel), inzertajt
il-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko) qiegħed iqaddes propju
dak il-ħin.Wara ftit rajt
lill-Bambin Ġesu’ fuq l-altar ,
jiftaħlu jdejh ferħan qisu jrid
jilgħab miegħu. Imma mument
wieħed wara, is-saċerdot ħa
t-Tifel ċkejken sabiħ f’idejh,
qasmu u kielu ħaj. F’dak
il-waqt ħassejt stmerrija
għas-saċerdot għal din il-ħaġa
li għamel lil Ġesu’, imma
minnufih irċevejt id-dawl f’din
il-ħaġa u fhimt lil Alla dan
is-saċerdot kien jogħġbu ħafna.
313.
Darba, meta kont qiegħda nżur
l-artist (Eugene Kazimierowksi)
li kien qiegħed ipitter
ix-xbieha, u rajt li ma kenitx
sabiħa bħalma hu sabiħ Ġesu’,
ħassejtni qalbi sewda ħafna dwar
din il-ħaġa, imma ħbejtha sewwa
f’qalbi. Meta tlaqtna mid-dar
tal-artist, il-Madre Superjura
(Irene) baqgħet fil-belt biex
tirranġa xi affarijiet filwaqt
li jiena rġajt mort lura d-dar
waħdi. Mort minnufih
fil-kappella u bkejt ħafna.
Għidt lill-Mulej, “Min ser
ipenġik sabiħ kif Int?” Imbagħad
smajt dan il-kliem: ‘Il-kobor
ta’ din ix-xbieha qiegħed mhux
fis-sbuħija tal-kulur, lanqas
tal-pinzell imma fil-grazzja
Tiegħi.’
314.
+ Meta darba, wara nofs in-nhar,
mort fil-ġnien l-Anġlu Kustodju
tiegħi qalli, “Itlob
għall-moribondi.” U għalhekk
mill-ewwel bdejt nitlob ir-Rużarju
flimkien mal-ġenniena
għall-moribondi. Wara r-Rużarju,
għidna diversi talb
għall-moribondi. Wara t-talb,
l-istudenti bdew ipaċpċu
bejniethom ferħanin. Minkejja
l-istorbju li kienu qedgħin
jagħmlu, smajt dan il-kliem
ġewwa ruħi: “Itlob għalija!”
Imma billi ma stajtx nifhem
sewwa dan il-kliem, imxejt ftit
passi ‘l bogħod mill-istudenti,
nipprova naħseb f’min seta’ kien
li kien qed jitlobni nitlob.
Imbagħad smajt il-kliem: “Jiena
Sor...” (nota78) Din
is-soru kienet Varsavja fil-waqt
li dak iż-żmien,
jiena kont qiegħda Vilnius.
“Itlob għalija sakemm ngħidlek
tieqaf. Jiena qiegħda mmut.”
Jiena bdejt minnufih nitlob
għaliha bil-ħerqa (u ndirizzajt
lili nnifsi) lill-Qalb
agonizzanti ta’ Ġesu’. Hija ma
ħallitniex bi kwieti, u jiena
bqajt nitlob mit-tlieta
sal-ħamsa. Fil-ħamsa, smajt
il-kliem ‘Grazzi!’ u fhimt li
kienet mietet. Imma waqt
il-Quddies il-għada, komplejt
nitlob bil-ħerqa għal ruħha.
Wara nofs in-nhar, waslet
kartolina bl-aħbar li Swor....
kienet mietet fit-tali ħin.
Jiena fhimt li dan li kien seħħ
f’dik l-istess siegħa meta hi
kienet qaltli, ‘Itlob għalija.’
315.
+ Omm Alla, Ruħek kienet
mgħaddsa f’baħar ta’ mrar;
ħares lejn bintek u għallimha
tbati u tħobb waqt li hi qiegħda
tbati. Saħħaħli ruħi u tħallix
it-tbatijiet inaqqsuli l-ħeġġa.
Omm tal-grazzja, għallimni ngħix
(bil-qawwa ta’) Alla.
316.
Darba, ġiet l-Omm ta’ Alla
żżurni.
Kellha qalbha sewda, għajnejha
jħarsu ‘l isfel. Għamlithieli
ċara li riedet tgħidli xi ħaġa u
fl-istess ħin, mill-banda
l-oħra, kienet qisha ma tridx
tkellimni dwar din il-ħaġa. Meta
jiena fhimt, bdejt nitlob
bil-ħerqa lil Omm Alla biex
tgħidli dak li riedet tgħidli, u
tħares lejja. F’dak il-ħin
Marija ħarset lejja bi tbissima
dħulija u qaltli, Int ser
tgħaddi minn esperjenza ta’ xi
sofferenza minħabba marda u
t-tobba; se tbati ħafna wkoll
minħabba x-xbieha. Imma
m’għandek tibża’
minn xejn.
L-għada mradt u batejt ħafna,
bħalma kienet qaltli Omm Alla.
Imma ruħi kienet lesta
għat-tbatijiet. It-tbatija
takkumpanjani ħajti kollha.
317.
O Alla tiegħi, it-tama waħdanija
tiegħi, jiena poġġejt il-fiduċja
kollha tiegħi fik, u naf li
minix ser inkun diżappuntata.
318.
Spiss inħoss il-preżenza
ta’ Alla wara t-Tqarbin b’mod
speċjali u tanġibbli. Naf li
Alla jkun jinsab ġewwa qalbi. U
l-fatt li jiena nħossu ġewwa
qalbi ma jtellifnix fi
dmirijieti. Ukoll meta nkun
qiegħda moħħi f’affarijiet
importanti ħafna li jkunu jridu
l-attenzjoni, ma nitlifx il-preżenza
ta’ Alla ġewwa ruħi, u nkun
maqgħuda miegħu mill-qrib.
Miegħu mmur għax-xogħol, miegħu
mmur għar-rikreazzjoni, miegħu
nbati, miegħu nifraħ; ngħix fih
u Hu jgħix fija. Qatt ma nkun
waħdi, għax Hu miegħi l-ħin
kollu. Huwa jkun preżenti
għalija f’kull waqt. L-intimita’
tagħna hija profonda, permezz
ta’ għaqda ta’demm u ta’ ħajja.
319.
9 ta’Awissu 1934. Adorazzjoni
ta’ bil-lejl ta’ kull nhar ta’
Ħamis. (nota79) Għamilt
is-siegħa adorazzjoni tiegħi
mill-ħdax ta’ bil-lejl sa nofs
il-lejl. Offrejtha għall-konverżjoni
ta’ midinbin li jkunu webbsu
qalbhom, l-aktar ta’dawk li
jkunu tilfu t-tama fil-ħniena
ta’ Alla. Kont qiegħda naħseb
kemm bata Alla u kemm hi kbira
l-imħabba li Hu wera għalina; u
fuq il-fatt li aħna għandna
m’aħniex nemmnu li Alla jħobbna
daqshekk. O Ġesu’ min jista’
jifhimha din il-ħaġa? Xi tbatija
kbira hi din, għas-Salvatur
tagħna! Kif jista’
jikkonvinċina? Sejjaħt il-ġenna
kollha sabiex tingħaqad miegħi,
sabiex inpatti lill-Mulej
għall-ingratitudni ta’ xi
erwieħ.
320.
Ġesu’ għarrafni kemm tassew
jogħġbu t-talb ta’ tpattija.
Qalli: It-talba ta’ ruħ umli
mimlija mħabba
żżarma
l-korla ta’ Missieri u tiġbed
baħar kbir ta’ barkiet.
Wara l-adorazzjoni, meta kont
nofs triq lejn iċ-ċella tiegħi,
dawruni qatta klieb enormi suwed
jaqbżu
u jinbħu b’kemm għandhom saħħa u
jippruvaw itertquni biċċiet.
Jien ntbaħt li ma kinux klieb,
imma demonji. Wieħed minnhom
tkellem mimli rabja, “Aħna ser
inqattgħuk biċċiet għax inti
l-lejla ħtaftilna tant erwieħ
minn idejna.” Weġibt, “Jekk din
hija r-rieda ta’ Alla l-iżjed
ħanin, qattgħuni biċċiet, għax
jiena ġustament immeritajt dan,
għax jiena midinba l-ikbar
imsekjna, u Alla hu dejjem
qaddis, ġust u mimli ħniena bla
tarf.” Għal dan il-kliem
id-demonji kollha wieġbu b’vuċi
waħda: “Ejjew naħarbu, għax mhix
waħedha; Dak li jista’ kollox hu
magħha!” U f’daqqa waħda għebu
bħat-trab, filwaqt li jiena
ssuktajt lejn iċ-ċella tiegħi
mingħajr iktar tfixkil, spiċċajt
it-Te Deum tiegħi filwaqt li
komplejt naħseb dwar il-ħniena
infinita u bla tarf ta’ Alla.
12 ta’ Awissu 1934.
321.
Marda f’daqqa waħda – tbatija
mortali. Ma kienx każ
ta’ mewt. Jiġifieri, passaġġ
għall-ħajja reali, imma tomgħa
tat-tbatijiet tal-mewt. Għalkemm
tagħtina ħajja eterna, il-mewt
hi terribli. F’daqqa waħda,
ħassejtni marida, bdejt nipprova
nieħu n-nifs, quddiem għajnejja
kien hemm id-dlam, marret
il-ħajja minn idejja u saqajja –
u kien hemm qtigħ ta’ nifs
terribli. Ukoll mument wieħed
biss ta’ qtigħ ta’ nifs bħal dan
huwa twil eternita’... Jiġi
fuqna wkoll biża’
stramb minkejja l-fiduċja. Ridt
nirċievi l-Griżma
tal-Morda, imma kienet ħaġa
diffiċli ħafna li nqerr għalkemm
xtaqt nagħmlu dan. Wieħed ma
jkunx jaf x’ikun qiegħed jgħid,
mingħajr ma jispiċċa ħaġa, jibda
oħra.
Jalla Alla jżomm
lil kull ruħ li ma tħallix
il-qrar sal-aħħar siegħa! Jiena
fhimt x’qawwa kbira għandu
l-kliem tas-saċerdot meta
jitferrgħu fuq ruħ l-marid. Meta
jiena staqsejt lid-direttur
spirtwali tiegħi jekk kontx
lesta nidher quddiem il-Mulej u
jekk kontx fil-paċi, irċevejt
din it-tweġiba: “Tista’ tkun
għal kollox fil-paċi, mhux biss
issa iżda
wara l-qrara kull ġimgħa.” Kbira
hi l-grazzja divina li
takkumpanja dan il-kliem
tas-saċerdot. Ir-ruħ tħoss saħħa
u kuraġġ għat-taqbida.
322.
O Kongregazzjoni tiegħi, ommi,
kemm hi ħaġa ħelwa li ngħix fik,
imma hi ħaġa aħjar li mmut fik!
323.
Wara li rċevejt il-Griżma
tal-Morda, kien hemm titjib ċar.
Bqajt waħdi. Dinil-ħaġa damet
nofs siegħa u mbagħad ġie attakk
ieħor; imma dan ma kienx
daqshekk qawwi, għax ħa ħsiebi
t-tabib.
Jiena għaqqadt it-tbatijiet
tiegħi mat-tbatijiet ta’ Ġesu’ u
offrejthom għalija nnifsi u
għall-konverżjoni
tal-erwieħ li ma jafdawx
fit-tjubija ta’ Alla. F’daqqa
waħda, iċ-ċella tiegħi mtliet
b’figuri suwed mimlijin rabja u
mibgħeda għalija. Wieħed minnhom
qal, “Tkun misħuta, int u Dak li
hemm ġewwa fik, għax inti bdejt
titturmentana wkoll fl-infern.”
Malli jiena għedt, “ U l-kelma
saret bniedem u għammret
fostna”, il-figuri għebu f’daqqa
waħda.
324.
L-għada ħassejtni dgħajfa ħafna,
imma ma kelli l-ebda tbatija
oħra. Wara t-Tqarbin, rajt
lill-Mulej Ġesu’ preċiż
bħalma kont rajtu waqt
adorazzjoni. Il-ħarsa tal-Mulej
nifditli ruħi sa ġewwa nett u
l-ebda farka tarb ma ħarbitlu. U
jiena għidtlu lil Ġesu’: “Ġesu’,
jiena ħsibt li kont ser
teħodni.” U Ġesu’ wieġeb:
Għadha ma seħħitx kompletament
fik ir-rieda Tiegħi; int ser
tibqa’ f’din id-dinja imma mhux
għal
żmien
twil. Togħġobni ħafna l-fiduċja
tiegħek, imma l-imħabba tiegħek
trid tkun iktar imħeġġa. Imħabba
safja tagħti s-saħħa lir-ruħ
fil-waqt tal-mewt. Meta Jiena
kont qed immut fuq is-Salib, ma
kontx qed naħseb fuqi nnifsi,
imma fuq l-imsejkna midinbin, u
tlabt għalihom lil Missieri.
Irrid li l-aħħar mumenti tiegħek
ikunu bħal Tiegħi fuq is-Salib
b’mod sħiħ. Hemm prezz wieħed
biss li bih jistgħu jinxtraw
l-erwieħ dan hu t-tbatija
maqgħuda ma Tiegħi fuq is-Salib.
Imħabba safja tifhimhom dan
il-kliem; imħabba egoista qatt
m’hi ser tifhimhom.
325.
1934. Fil-jum tat-Tlugħ fis-Sema
ta’ Omm Alla jiena ma smajtx
quddies. It-tabiba (nota80)
ma ħallitnix; imma tlabt
bil-ħreqa fiċ-ċella tiegħi. Ftit
wara, rajt lil Omm Alla, ma
tistax tiddeskriviha kemm hi
sabiħa. Hija qaltli, Binti
dak li jiena qiegħda nitlob
mingħandek hu talb, talb, u għal
darb’oħra talb, għad-dinja u
l-aktar għal pajjiżek.
Għal disat ijiem tqarben bi
tpattija u ngħaqad sewwa
mas-Sagrifiċċju tal-Quddiesa.
Matul dawn id-disat ijiem int
tidher quddiem Alla bħala
offerta; dejjem u kullimkien
f’kull ħin u f’kull post, lejl u
nhar, kull x’ħin tistenbaħ,
itlob fl-ispirtu. Fl-ispirtu,
dak li jkun jista’ jibqa’ jitlob
dejjem.
326.
Darba Ġesu’ qalli, Il-ħarsa
Tiegħi minn din ix-xbieha hi
bħall-ħarsa Tiegħi minn fuq
is-Salib.
327.
Darba, il-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko) staqsieni fejn kellha
titpoġġa l-iskrizzjoni għax ma
kienx hemm spazju biżżejjed
għal kollox fix-xbieha. Jiena
weġibtu, ‘Issa nitlob u nagħtik
it-tweġiba l-ġimgħa d-dieħla.’
Meta ħriġt mill-konfessinarju u
kont għaddejja minn quddiem
is-Sagrament Imqaddes, irċevejt
għarfien interjuri dwar
l-iskrizzjoni. Ġesu’ fakkarni
f’dak li kien qalli l-ewwel
darba’, jiġifieri, li dawn
it-tliet kelmiet ikunu jidhru
b’mod ċar: ‘Ġesu’, jiena nafda
Fik’ (‘Jezu, Ufam Tobie’). Jiena
fhimt li Ġesu’ ried li l-formula
kollha tkun hemm imma ma tax
ordnijiet diretti dwar din
il-ħaġa bħalma għamel għal dawn
it-tliet kelmiet.
Jiena qiegħed noffri
lill-bnedmin mezz li bih huma
jkunu jistgħu jiġu għall-grazzji
fl-għajn tal-ħniena. Dan il-mezz
hu din ix-xbieha bil-firma
‘Ġesu’, jiena nafda Fik.’
328.
O Mħabba l-iktar safja, saltan
fil-milja kollha Tiegħek ġewwa
qalbi u għinni nagħmel ir-Rieda
qaddisa Tiegħek bl-akbar
fedelta’!
329.
Qrib it-tmiem ta’ rtir ta’ tlett
ijiem, rajt lili nnifsi miexja
fuq passaġġ imħarbat. Bdejt
naqa’ l-ħin kollu, u rajt miexja
warajja l-figura ta’ persuna li
kienet qiegħda tgħinni l-ħin
kollu. Ma kontx kuntenta b’din
il-ħaġa u tlabt lil din
il-persuna tħallini waħdi, għax
ridt nimxi waħdi. Imma l-figura,
li jiena ma stajtx nagħrafha ma
ħallitnix waħdi għal waqt
wieħed. Bdejt nitlef il-paċenzja
u dort u mbuttajt il-persuna ’l
bogħod minni. F’dak il-waqt
jiena ħsibt li kienet il-Madre
Superjura (Irene), u fl-istess
waqt intbaħt li mhux il-Madre
Superjura kienet, iżda
l-Mulej Ġesu’ li ħares sewwa
ġewwa fija u tani x’nifhem kemm
kien iweġġa’ Hu meta jiena wkoll
fl-iċken affarijiet, ma kontx
nagħmel ir-rieda tas-Superjuri
tiegħi, li hi r-Rieda Tiegħi,
(qalli Hu). Tlabt maħfra
lill-Mulej u tajt widen
bis-serjeta’ għal din
it-twiddiba.
330.
+ Darba, il-konfessur qalli
nitlob għall-intenzjoni tiegħu,
u bdejt novena lil Omm Alla. Din
in-novena kienet tikkonsisti
fit-talba, ‘Salve Reġina’, li
kelli nitlob disa’ darbiet.
Għall-aħħar tan-novena rajt lil
Omm Alla bil-Bambin Ġesu’
f’dirgħajha, u rajt lil
konfessur tiegħi għarkobbtejh
f’riġlejha u jitkellem magħha.
Ma stajtx nifhem x’kien qed
jgħidilha għax jiena kont
mitlufa nitkellem mal-Bambin
Ġesu’, li niżel
min dirgħajn Ommu u resaq lejja.
Ma stajtx nieqaf nammira
s-sbuħija Tiegħu. Smajt ftit
mill-kliem li Omm Alla kienet
qiegħda tgħidlu (jiġifieri,
lill-konfessur tiegħi) imma mhux
kollox. (Il-kliem kien):
Jiena mhux biss is-Sultana
tas-Sema, imma wkoll Omm
il-Ħniena u Ommok. U f’dak
il-waqt ħarġet idha l-leminija,
fejn kienet qiegħda
żżomm
il-mantell tagħha, u għattiet
lis-saċerdot bih. F’dak il-waqt,
għebet id-dehra.
331.
Kemm hi grazzja kbira li jkollok
direttur spirtwali! Wieħed ikun
jista’ jagħmel progress iktar
malajr fil-virtu’, jara x’inhi
r-rieda ta’ Alla b’mod iktar
ċar, iwettaqha b’fedelta’ ikbar,
u jimxi fit-triq li hi
żgura
u li ma fhiex perikli.
Id-direttur ikun jaf kif jaħrab
mill-blat li fuqhom tista’
titfarrak ir-ruħ. Il-Mulej tani
din il-grazzja aktar tard, biex
ngħid is-sewwa, imma ninsab
ferħana ħafna biha, meta nara
kif Alla jinklina r-rieda Tiegħu
għax-xewqat tad-dirttur tiegħi.
Ser insemmi ġrajja waħda biss
minn elf waħda li ġrawli. Bħalma
nagħmel is-soltu, darba waħda
filgħaxija, tlabt lill-Mulej
Ġesu’ jagħtini l-punti
għall-meditazzjoni tal-għada.
Jiena rċevejt din it-tweġiba:
Immedita l-profeta Ġona u
l-missjoni tiegħu.
Irringrazzjajt lill-Mulej, imma
bdejt naħseb ġewwa fija kemm
kien differenti s-suġġett
mill-oħrajn. Imma b’ruħi kollha,
ppruvajt nimmedita fuqu, u
fil-persuna tal-profeta għaraft
lili nnifsi, fis-sens li spiss
jiena wkoll nipprova nġib ħafna
skużi
lill-Mulej, għax ngħidlu li xi
ħadd ieħor
żgur
jagħmel ir-rieda qaddisa Tiegħu
(aħjar minni), u nuri li ma
nifhimx li Alla jista’ jagħmel
kollox u li s-setgħa Tiegħu bla
qies tkun tista’ tidher aktar
ċara jekk l-għodda li juża
tkun iktar fqira. Alla wrieni
dan b’mod ċar kif issa ser
nispjega. Dak in-nhar wara nofs
inhar, kien hemm il-qrar
għall-komunita’. Meta jiena ppreżentajt
quddiem id-direttur ta’ ruħi
l-biża’
li qabadni minħabba din
il-missjoni li Alla kien qed jużani
għaliha, għodda bla grazzja
bħali, il-missier spirtwali
tiegħi wieġeb li, rridu jew ma
rridux, jeħtiġilna nwettqu
r-rieda ta’ Alla, u tani
l-profeta Ġona bħala eżempju.
Wara li qerrejt, bdejt
nistagħġeb kif il-konfessur kien
jaf li Alla kien qalli
nimmedita fuq Ġona; jiena
żgur
ma kontx għidtlu. Imbagħad smajt
dan il-kliem: Meta s-saċerdot
ikun qiegħed jaħdem minfloki, ma
jaħdimx waħdu, imma naħdem Jiena
permezz tiegħu. Ix-xewqat tiegħu
huma x-xewqat Tiegħi. Nista’
nara kif Ġesu’ jiddefendi
r-rappreżentanti
Tiegħu. Huwa stess jidħol
fl-azzjonijiet tagħhom.
332.
+ Il-Ħamis. Meta bdejt is-siegħa
adorazzjoni, ridt ngħaddas lili
nnifsi fl-agunija ta’ Ġesu’
fil-Ġnien taż-Żebbuġ.
Imbagħad smajt vuċi ġewwa ruħi:
Immedita fuq l-misteru
tal-Inkarnazzjoni. U f’daqqa
waħda l-Bambin Ġesu’ deher
quddiemi, jiddi bis-sbuħija.
Huwa qalli kemm togħġbu lil Alla
s-sempliċita’ fir-ruħ.
Għalkemm il-kobor Tiegħi jisboq
kull għerf, Jiena nikkomunika
biss ma’ dawk li huma ċkejknin.
Jiena rrid mingħandek tfulija
spiritwali.
333.
Issa nista’ nara ċar kif Alla
jaħdem permezz tal-konfessur u
b’liema fedelta’ Huwa jżomm
il-wegħdiet Tiegħu. Ġimgħatejn
ilu, il-konfessur tiegħi qalli
nirrifletti fuq din it-tfulija
spiritwali. Kien daqsxejn
diffiċli għalija għall-ewwel,
imma l-konfessur tiegħi ma tax
kas tad-diffikultajiet tiegħi u
qalli nirrifletti fuq it-tfulija
spirtwali. “Fil-prattika, din
it-tfulija spirtwali, (huwa qal)
turi lilha nfisha b’dan il-mod:
tifel ma jinkwetax fuq
l-imgħoddi jew il-ġejjieni, imma
jagħmel użu
mill-mument ta’ issa. Jiena rrid
nisħaq fuq dan ix-xebħ mat-tifel
fl-ispiritwalita’ tiegħek, Sor,
u nisħaq ħafna fuq din il-ħaġa.”
Nista, nara kif Alla jiċċekken
daqshekk għax-xewqat
tal-konfessur tiegħi; Huwa ma
jurix lilu nnifsu lili f’dan
il-waqt bħala Għalliem fil-milja
ta’ saħħtu u bħala adult, imma
bħala tifel ċkejken. Dak Alla li
jisboq kull fehma jidhirli
fix-xebħ ta’ tifel ċkejken.
334.
Imma l-għajnejn ta’ ruħi ma
jieqfux f’din id-dehra. Għalkemm
Inti tieħu s-sura ta’ Tifel
ċkejken, jiena nara fik il-Mulej
li ma jmut qatt, Sid tas-Sidien,
li jadurawk l-ispirti safja lejl
u nhar, u li għalik il-qlub
tas-Serafini jaqbdu bin-nar l-iżjed
safja. O Kristu, O Ġesu’, jiena
rrid ngħaddihom f’imħabbti
għalik! Nitolbkom skuża,
O spirti safja, talli għandi
l-kuraġġ inxebbaħ lili nnifsi
magħkom. Jiena, dan l-abbiss ta’
miżerja;
u Int, O Alla, li Inti l-abbiss
tal-ħniena li ħadd ma jista’
jifhmu, iblagħni bħalma s-sħana
tax-xemx taħtaf u tixrob ġewwa
fiha qatra nida. Ħarsa mimlija
mħabba mingħandek għandha
s-setgħa timla kull abbiss.
Jiena nħossni kuntenta immens
quddiem il-kobor ta’ Alla. Li
nara l-kobor ta’ Alla huwa iżjed
minn biżżejjed
sabiex jagħmilni kuntenta
għall-eternita’ kollha!
335.
Darba, meta rajt lil Ġesu’
f’sura ta’ tifel ċkejken
staqsejtu: “Ġesu’, għaliex
qiegħed tieħu s-sura ta’ tfiel
bħalissa meta Inti qiegħed
tikkomunika miegħi? Minkejja dan
jiena xorta waħda għadni nara
fik Alla bla tarf, il-Mulej u
l-Ħallieq tiegħi.” Ġesu’ wieġeb
li sakemm jiena nkun tgħallimt
is-sempliċita’ u l-umilta’, Huwa
kien ser jikkomunika miegħi bħal
tifel ċkejken.
336.
+ 1934. Waqt il-Quddiesa, meta
l-Mulej Ġesu’ kien espost
fis-Sagrament Imqaddes, qabel
it-Tqarbin jien rajt
żewġ
raġġi ħerġin mill-Ostja Mqaddsa,
preċiż
bħalma huma mpenġijin
fix-xbieha, wieħed minnhom aħmar
u l-ieħor ċar. U kienu riflessi
fuq kull waħda mis-sorijiet u
t-tfajliet (li konna nieħdu
ħsiebhom), imma mhux fuq kollha
kemm huma bl-istess mod. Fuq xi
wħud minnhom bilkemm stajt
narahom ir-raġġi. Kien l-aħħar
jum tal-irtir tat-tfal.
337.
22 ta’ Novembru 1934. + F’okkażjoni
minnhom id-direttur spirtwali
tiegħi (Dun Sopocko) qalli
ngħarbel sewwa fija nnifsi u
nara sewwa jekk kellix xi rabta
ma’ xi oġġett jew kreatura
partikolari, jew ukoll miegħi
nnifsi; jew jekk jiena kontx
ninħela fit-tpaċpiċ bla sens
‘għax dawn l-affarijiet kollha.’
(huwa qal) ‘ifixklu lill-Mulej
Ġesu’, li jrid liberta’ sħiħa
biex imexxilek ruħek. Alla hu
għajjur għal qlubna u jridna
nħobbu lilu biss.
338.
Meta bdejt infittex fil-qiegħ
ġewwa fija ma sibt l-ebda rabta
ma’ xi ħaġa, imma bħalma jiġri
fl-affarijiet kollha li
jikkonċernaw lili hekk ġrali
wkoll f’din il-ħaġa, bdejt nibża’
u m’afdajtx lili nnifsi.
Ħassejtni għajjiena b’dan l-eżami
dettaljat tiegħi nnifsi,
għalhekk mort quddiem
is-Sagrament Imqaddes u tlabt
lil Ġesu’ b’qalbi kollha,
“Ġesu’, Għarus tiegħi, Teżor
ta’qalbi, Int taf li jiena naf
lilek biss u li jiena m’għandi
l-ebda mħabba oħra ħliefek;
imma, Ġesu’ li kieku jiena kont
ser nintrabat ma’ xi ħaġa li
mhix Inti, jiena nitolbok u
nerġa’ nitolbok, Ġesu’ bil-qawwa
tal-ħniena Tiegħek, ħalli tinżel
fuqi mewta f’daqqa, għax jiena
nippreferi li mmut għal elf
darba milli ma nkunx fidila lejk
darba waħda wkoll fl-iċken
ħaġa.”
339.
F’dak il-waqt, Ġesu’ f’daqqa
waħda rajtu quddiemi, ġej minn
ma nafx fejn, jiddi bi sbuħija
li ma titwemminx, liebes libsa
bajda b’dirgħajh merfugħin ‘il
fuq, u qalli dan il-kliem:
Binti, qalbek hija s-serħan
Tiegħi, hija l-għaxqa Tiegħi.
Fiha ssib dak kollu li tant
erwieħ ma jagħtunix. Għid din
il-ħaġa lir-rappreżentant
Tiegħi.
U mument wara, ma rajt xejn,
imma baħar kbir ta’
konsolazzjonijiet daħal ġewwa
ruħi.
340.
Issa jiena naf li xejn m’hu ser
iwaqqaf imħabbti għalik, Ġesu’
la t-tbatija lanqas
il-kuntrarju, la nar u lanqas
ix-xabla, lanqas l-istess mewt.
Inħossni iktar b’saħħti minn
dawn l-affarijiet kollha. Xejn
ma’ jista’ jħabbatha
mal-imħabba. Jiena qiegħda nara
li l-iċken affarijiet magħmula
minn ruħ li sinċerament tħobb
lil Alla għandhom valur enormi
fl-għajnejn qaddisa Tiegħu.
341.
5 ta’ Novembru 1934. Darba waħda
filgħodu, meta kien id-dmir
tiegħi li niftaħ il-kanċell
sabiex joħorġu n-nies li
jġibulna l-ikel, mort
fil-kappella
ż-żgħira
sabiex inżur
lil Ġesu’ għal minuta waħda u
nġedded l-intenzjonijiet
tal-ġurnata. Illum, Ġesu’ jiena
noffrilek it-tbatijiet kollha
tiegħi, il-mortifikazzjonijiet u
t-talb għall-Qdusija Tiegħu
l-Papa, sabiex huwa japprova
l-Festa tal-Ħniena. Imma, Ġesu’,
għandi kelma waħda oħra
x’ngħidlek: jiena nistagħġeb
ħafna li Inti qiegħed tgħidli
nitkellem dwar din il-Festa
tal-Ħniena, għax qed igħiduli li
diġa’ hemm festa bħal din
(nota81); mela għalfejn
għandi nitkellem dwarha. U Ġesu
qalli: U min jaf biha din
il-festa? Ħadd! Saħansitra dawk
li suppost qegħdin jipproklamaw
il-ħniena Tiegħi u jgħallmu
n-nies dwarha, ħafna drabi
lanqas huma ma jafu biha. Din hi
r-raġuni għaliex Jiena rrid li
din ix-xbieha tiġi mbierka
solennement fl-Ewwel Ħadd fuq
l-Għid, u Jiena rridha tkun
meqjuma fil-pubbliku sabiex kull
ruħ issir taf biha. Agħmel
novena għall-intenzjoni
tal-Qdusija Tiegħu il-Papa. Din
trid tikkonsisti fi tlieta u
tletin att; jiġifieri,
ripetizzjoni għal daqstant drabi
tat-talba qasira – li Jiena
għallimtek – lill-Ħniena Divina.
342.
It-tbatija hija l-ikbar teżor
f’din l-art; tippurifika r-ruħ.
Fit-tbatija aħna nitgħallmu min
hu l-veru ħabib tagħna.
343.
Imħabba vera titkejjel
bit-termomemetru tat-tbatija.
Ġesu’, jiena nroddlok ħajr
għas-slaleb ċkejknin ta’ kuljum,
għall-oppożizzjoni
għall-isforzi tiegħi,
għat-tbatijiet tal-ħajja
fil-komunita’,
għall-umiljazzjonijiet li jkolli
nbati mingħand l-oħrajn,
għall-mod aħrax li bih aħna niġu
ttrattati, għas-suspetti foloz,
għan-nuqqas ta’ saħħa,
għaċ-ċaħdiet, għall-mewt tiegħi
għalija nnifsi, għan-nuqqas ta’
għarfien nagħmel x’ nagħmel,
għall-kuntarju għall-pjanijiet
tiegħi kollha.
Grazzi , Ġesu’ għat-tbatijiet
interni, għan-nixfa tal-ispirtu,
għat-terruri, beżgħat
u nuqqas ta’ ċertezza,
għad-dalma u l-lejl profond
intern, għat-tentazzjonijiet u
t-tiġrib kollu; għat-turmenti li
huma diffiċli wisq li
tiddeskrivihom, l-aktar dawk li
ħadd m’hu ser jifimhom,
għas-siegħa tal-mewt bit-taqbida
ħarxa tagħha u l-imrar kollu
tagħha.
Nirringrazzjak, Ġesu’, Inti li
l-ewwel xrobt it-tazza tal-imrar
qabel ma Inti tajthieli, f’sura
iktar ġentili. Poġġejt xufftejja
ma’ din it-tazza tar-rieda
qaddisa Tiegħek. Jalla dak li
Inti ordnajt skont il-Għerf
Tiegħek sa minn dejjem jitwettaq
fija. Jiena rrid nixrob
mit-tazza sal-aħħar qatra, u ma
nfittixx li nistaqsi għaliex.
Fl-imrar jinsab il-hena tiegħi,
fin-nuqqas tat-tama tinsab
il-fiduċja tiegħi. Fik, O Mulej,
kollox hu tajjeb, kollox huwa
don tal-Qalb Tiegħek ta’
Missier. Jiena ma nippreferix
konsolazzjonijiet għall-imrar
jew l-imrar
għall-konsolazzjonijiet, imma
nroddlok ħajr, O Ġesu’, għal
kollox! Hija l-għaxqa tiegħi li
niffissa ħarsti lejk, O Alla li
ħadd ma jista’ jifhmu! L-ispirtu
tiegħi jgħammar f’dawn
il-għamajjar misterjużi,
u hemmhekk jiena nħossni
f’posti. Jiena naf sewwa fejn
jgħammar l-Għarus tiegħi. Jiena
nħoss li m’hemm l-ebda qatra
demm fija li ma taqbadx
bl-imħabba għalik.
O Sbuħija li ma ġejtx maħluqa,
min isir jafek darba ma jista’
jħobb xejn iktar. Jiena nista’
nħoss l-abbiss bla qiegħ ta’
ruħi u xejn m’hu ser jimlieha
ħlief Alla nnifsu. Inħossni
għeriqt fih bħalma farka ramel
tegħreq f’oċejan bla qiegħ.
20 ta’ Diċembru 1934.
344.
Darba filgħaxija hekk kif dħalt
fiċ-ċella tiegħi, rajt
lill-Mulej Ġesu’ espost
fl-ostensorju fil-beraħ taħt
is-Sema, għallinqas hekk
deherli. F’riġlejn Ġesu’ rajt
il-konfessur tiegħi, u warajh
numru kbir ta’ ekklesjastiċi ta’
grad għoli, lebsin ilbies sagru
li bħalhom qatt ma rajt ħlief
f’din id-dehra; u warajhom,
gruppi ta’ reliġjużi
minn ordnijiet diversi; u iktar
minn hekk, rajt folol enormi ta’
nies, li baqgħu sejrin ‘il
bogħod fejn ma stajtx nara iżjed.
Rajt iż-żewġ
raġġi ħerġin mill-Ostja, bħal
fix-xbieha, maqgħudin mill-qrib
imma mhux imħalltin flimkien; u
għaddew mill-idejn tal-konfessur
tiegħi u mill-idejn tal-kleru, u
minn idejhom għan-nies, u
mbagħad reġgħu lura fl-Ostja...
u f’dan il-waqt erġajt rajt lili
nnifsi għal darb’oħra fiċ-ċella
li kont għadni kif dħalt fiha.
345.
22 ta’ Diċembru 1934. Meta kien
possibli għalija mmur inqerr
matul il-ġimgħa, inzertajt li
wasalt hemmhekk meta l-konfessur
tiegħi kien qed iqaddes. Waqt
it-tielet parti tal-Quddiesa,
rajt il-Bambin Ġesu’, daqsxejn
iċken mis-soltu u f’din
id-differenza, li kien liebes
tunika vjola. Is-soltu jkollu
waħda bajda.
346.
24 ta’ Diċembru 1934. Il-viġili
tal-Milied. Waqt il-quddiesa ta’
filgħodu, ħassejt lil Alla qrib
ħafna. Għalkemm bilkemm kont
konxja minn din il-ħaġa,
l-ispirtu tiegħi kien jinsab
mgħaddas f’Alla. F’daqqa waħda
smajt dan il-kliem: Inti
l-għamara Tiegħi, li fija Jiena
nitpaxxa; l-Ispirtu Tiegħi
jistrieħ ġewwa fik. Wara dan
il-kliem ħassejt lill-Mulej
qiegħed iħares fil-profondita’
ta’ qalbi; u meta rajt il-miżerja
tiegħi, umiljajt lili nnifsi
fl-ispirtu u ammirajt il-ħniena
mmensa ta’ Alla, kif il-Mulej
l-iktar Għoli kien lest jersaq
lejn miżera
bħal din.
Waqt it-Tqarbin, il-ferħ imlieli
ruħi. Ħassejtni magħquda
mill-qrib ma’ Alla. Is-setgħa
bla tarf Tiegħu dawret l-esseri
tiegħi kollu. Matul il-ġurnata
kollha ħassejt lil Alla qrib
b’mod speċjali; u għalkemm
dmirijieti ma ħallewnix
il-ġurnata kollha mmur
il-kappella lanqas għal mument
wieħed, ma kien hemm l-ebda waqt
meta jiena ma kontx maqgħuda ma’
Alla. Ħassejtu ġewwa fija iktar
ċar milli qatt ħassejtu. Filwaqt
li bdejt insellem il-ħin kollu
lil Omm Alla u nidħol fl-ispirtu
Tagħha, bdejt nitlobha sabiex
tgħallimni x’inhi l-vera mħabba
ta’ Alla. U mbagħad smajt dan
il-kliem: Dal-lejl waqt
il-Quddiesa jien ser naqsam
miegħek is-sigriet tal-ferħ
Tiegħi.
Kilna qabel is-sitta ta’
filgħaxija. Minkejja l-ferħ
kollu u l-istorbju estern li
kien hemm, meta qsamna l-wejfer
(nota80a) u tajna
l-awguri lil xulxin, lanqas għal
waqt wieħed ma tlift is-sens
tal-preżenza
ta’ Alla. Wara l-ikel ħaffifna
biex nispiċċaw ix-xogħol tagħna,
u fid-disgħa’ stajt immur
il-kappella għall-adorazzjoni.
Kelli l-permess nibqa’ mqajma u
nistenna l-Quddiesa ta’ nofs
il-lejl. Fraħt li kelli l-ħin
liberu mid-disgħa sa nofs
il-lejl. Mid-disgħa sal-għaxra
offrejt l-adorazzjoni tiegħi
għall-ġenituri tiegħi u
għall-intenzjoni tad-Direttur
Spiritwali tiegħi. Għall-ewwel
raddejt ħajr lil Alla talli tani
din l-għajnuna viżibbli
hawn fl-art, bħalma kien
wegħedni, u tlabt lil Alla wkoll
jagħtih id-dawl li għandu bżonn
sabiex hu jkun jista’ jsir jaf
lil ruħi u jmexxini skont
ix-xewqa ta’ Alla. U mill-ħdax
sa nofs il-lejl tlabt
għall-Knisja Mqaddsa u
għall-kleru, għall-midinbin,
għall-missjonijiet u għad-djar
tal-Kongregazzjoni tagħna.
Offrejt l-indulġenzi
għall-erwieħ tal-Puragtorju.
Nofs il-lejl, 25 ta’ Diċembru
1934.
347.
Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl. Meta
bdiet il-Quddiesa minnufih
ħassejt ġabra kbira interna;
ferħ imlieli ruħi. Waqt
l-offertorju rajt lil Ġesu’ fuq
l-altar; ma tistax tiddeskrivih
kemm kien sabiħ. Il-ħin kollu
l-Bambin baqa’ jħares lejn
kulħadd, b’idejh ċkejknin
miftuħa lejna. Waqt
l-elevazzjoni, il-Bambin ma
kienx qed iħares lejn
il-kappella, imma lejn is-sema.
Wara l-elevazzjoni reġa’ ħares
lejna, imma għal ftit ħin biss,
għax ġie maqsum u mittiekel
mis-saċerdot bħas-soltu.
Il-fardal Tiegħu issa kien
abjad. L-għada rajt l-istess
ħaġa, u l-ġurnata ta’ wara
wkoll. Diffiċli għalija nfisser
il-ferħ li kien hemm ġo ruħi.
Id-dehra ġiet imtennija
fit-tliet Quddisiet bl-istess
mod bħalma kien ġara f’dawk
tal-ewwel.
1934
348.
Il-Ħamis fuq il-Milied. Insejt
għal kollox li kien il-Ħamis u
għahekk m’għamiltx l-adorazzjoni
tiegħi. Fid-disgħa mort
direttament id-dormitorju
flimkien mas-sorijiet l-oħrajn.
Imma, ħaġa stramba, ma stajtx
norqod. Qisu kien hemm xi ħaġa
li suppost nagħmilha li kont
għadni ma għamilthiex. F’moħħi
rġajt ftakart fid-dmirijiet
tiegħi kollha, u ma stajt
niftakar xejn. Bqajt sejra hekk
sal-għaxra. Fl-għaxra, rajt Wiċċ
Ġesu’ mimli duluri. Imbagħad
Ġesu’ qalli dan il-kliem: Ili
nistenna sabiex naqsam
it-tbatija Tiegħi miegħek, għax
min jista’ jifhem it-tbatija
Tiegħi aħjar mill-għarusa
Tiegħi? Tlabt lil Ġesu’
jaħfirli l-qalb kiesħa tiegħi.
Bil-mistħija ma ssugrajtx
inħares lejn il-Mulej Ġesu’,
imma b’qalb niedma, tlabtu
jagħtini xewka waħda mill-kuruna
Tiegħu. Hu wieġeb li kien ser
jikkonċedili dan il-favur, imma
mhux qabel għada, u f’daqqa
waħda id-dehra spiċċat.
349.
Filgħodu, waqt il-meditazzjoni,
ħassejt xewka tweġġgħani
fin-naħa tax-xellug ta’ rasi.
It-tbatija baqgħet għaddejja
l-jum kollu. Bqajt nimmedita
il-ħin kollu kif Ġesu’ seta’
jissaporti l-uġigħ ta’ tant xewk
li minnu kienet magħmula
l-kuruna Tiegħu. Għaqqadt
it-tbatija tiegħi mat-tbatijiet
ta’ Ġesu’ u offrejtha
għall-midinbin. Meta mort
għall-adorazzjoni fl-erbgħa,
rajt waħda mit-tfajliet li aħna
nindukraw qiegħda toffendi lil
Alla ħafna bi dnubiet ta’
ħsibijiet impuri. Rajt ukoll
ċerta persuna li kienet il-kawża
tad-dnub tagħha. Ruħi kienet
minfuda bil-biża’,
u tlabt lil Alla, għall-imħabba
tal-uġigħ ta’ Ġesu’, jaħtfaha
minn din il-miżerja
terribli.
350.
Ġesu’ wieġeb li kien ser
jagħtiha din il-grazzja, mhux
minħabba fiha, imma minħabba
t-talb tiegħi. Issa fhimt kemm
għandna nitlobu għall-midinbin,
u l-aktar għat-tfajliet li aħna
nieħdu ħsieb.
Ħajjitna hija tassew
appostolika; jiena ma nistax
nistħajjel reliġjuża
li qiegħda tgħix f’waħda
mid-djar tagħna – jiġifieri
fil-Komunita’ tagħna – u ma
għandhiex spirtu appostoliku.
Ħerqa għas-salvazzjoni
tal-erwieħ għandha taqbad fi
qlubna.
351.
O Alla ħanin tiegħi, kemm hi
ħaġa ħelwa li tbati għalik,
tbati fl-irkejjen l-iżjed
sigrieti tal-qalb, fl-iktar
moħba li taqbad bħal sagrifiċċju
li ħadd ma jintebaħ bih, safi
bħal kristall, bla ebda faraġ
jew kumpassjoni. L-ispirtu
tiegħi jaqbad bi mħabba attiva.
Ma nħalix ħin noħlom. Nieħu kull
waqt wieħed wieħed kif jiġi,
għax din hi ħaġa li jien nista’
nagħmilha. L-imgħoddi mhux
tiegħi; il-ġejjieni mhux tiegħi,
b’ruħi kollha nipprova nagħmel użu
mill-waqt ta’ issa.
4 ta’ Jannar 1935. L-ewwel
laqgħa tal-kapitlu (nota82)
ta’ Madre Borgia (nota83)
352.
Fil-Kapitlu, Madre (Borgia)
saħqet fuq il-ħtieġa ta’ ħajja
ta’ fidi u fedelta’
fl-affarijiet
żgħar.
F’nofs il-kapitlu, jiena smajt
dan il-kliem: Jiena nixtieq
li intom, ilkoll kemm intom,
ikollkom iktar fidi fil-preżent.
Kemm ikun kbir il-ferħ Tiegħi
meta nara l-fedelta’ tal-għarusa
Tiegħi fl-iċken affarijiet.
Imbagħad ħasrist lejn
il-kurċifiss u rajt ras Ġesu’
qegħda tħares lejn
ir-reffetroju, u xofftejh
jiċċaqalqu.
Meta għidt lill-Madre Superjura
b’din il-ħaġa hija wieġbet, “Qed
tara, Sor, kif Ġesu’ jrid li
ħajjitna tkun ħajja ta’ fidi.”
353.
Meta l-Madre ħarġet biex tmur
il-kappella u jiena bqajt hemm
biex nirranġa l-kamra smajt dan
il-kliem: Għid lis-sorijiet
kollha li Jiena rrid li huma
jgħixu fl-ispirtu ta’ fidi lejn
is-superjuri fil-preżent.
Jiena tlabt lill-konfessur
tiegħi jeħlisni minn dan
id-dmir.
354.
Filwaqt li kont qiegħda
nitkellem ma’ persuna
(nota84) li kellha tpinġi
x-xbieha, imma għal xi
raġunijiet ma kenitx qiegħda
tpittriha, smajt din il-vuċi
ġewwa ruħi: Irridha tkun
iktar ubbidjenti. Jiena
fhimt li l-isforzi tagħna, kbar
kemm ikunu kbar, ma jkunux
jogħġbu lil Alla jekk ma
jkollhomx is-siġill
tal-ubbidjenza; qiegħda
nitkellem dwar ruħ reliġjuża.
O Alla tiegħi, kemm hi ħaġa
faċli li wieħed ikun jaf
ir-rieda Tiegħek fil-kunvent!
Aħna r-reliġjużi
għandna r-rieda ta’ Alla ċara
quddiem għajnejna minn filgħodu
sa fil-għaxija, u f’waqtiet ta’
dubju għandna s-superjuri tagħna
li Alla jitkellem permezz
tagħhom.
355.
1934-1935. Lejlet l-Aħħar
tas-Sena.
Kelli l-permess li ma mmurx
norqod, imma li noqgħod nitlob
fil-kappella. Waħda mis-sorijet
kienet talbitni noffri siegħa
adorazzjoni għaliha. Jiena
aċċettajt, u tlabt għaliha għal
siegħa. Waqt din is-siegħa, Alla
tani x’nifhem kemm din ir-ruħ
kienet tassew togħġbu.
Offrejt it-tieni siegħa
tal-adorazzjoni għall-konverżjoni
tal-midinbin, u b’mod speċjali
ppruvajt noffri riparazzjoni lil
Alla għall-insulti li Hu kien
qiegħed iġarrab kontrieħ f’dak
l-istess waqt. Kemm jiġi offiż
Alla!
Offrejt it-tielet siegħa
għad-direttur spiritwali tiegħi.
Tlabt għalih bil-ħerqa sabiex
huwa jkollu d-dawl f’ħaġa
partikolari.
Sa fl-aħħar daqq nofs il-lejl,
l-aħħar siegħa tas-sena.
Spiċċajtha f’isem is-Santissma
Trinita’, u bdejt ukoll l-ewwel
siegħa tas-Sena l-Ġdida f’isem
is-Santissma Trinita’. Tlabt lil
kull wieħed mit-Tliet Persuni
iberkuni u, b’fiduċja kbira,
bdejt inħares ‘il quddiem lejn
is-Sena l-Ġdida li
żgur
ma kenitx ser tkun nieqsa
mit-tbatija.
356.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
it-testment tal-ħniena ta’ Alla
għalina, u l-aktar
għall-imsejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej
Ġesu’ bħala prova ta’ ħniena bla
qies għalina, u l-aktar
għall-imskejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
il-ħajja eterna u ħniena bla
qies, li jingħataw lilna
b’ubbidjenza u l-aktar
lill-imsejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
il-ħniena tal-Missier, tal-Iben,
u tal-Ispirtu s-Santu għalina, u
l-aktar għall-imsejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
il-prezz bla qies ta’ ħniena li
jpatti għad-djun tagħna kollha,
u l-aktar għall-imsejkna
midinbin.
Ostja Mqaddsa, li fiha tinsab
l-għajn tal-ilma ħaj li joħroġ
mill-ħniena Tiegħek bla tarf
għalina, u speċjalment għal
midinbin imsejkna.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
in-nar ta’ mħabba l-iżjed
safja li toħroġ minn ħdan
il-Missier Etern, bħallikieku
minn għajn, għalina u l-aktar
għall-imsejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
il-mediċinagħall-mard tagħna
kollu, ħierġa mill-ħniena bla
qies bħallikieku minn għajn,
għalina u l-aktar għall-imsejkna
midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
l-għaqda ta’ Alla magħna permezz
tal-ħniena bla qies Tiegħu
għalina, u l-aktar
għall-imsejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, li Fik hemm
is-sentimenti kollha tal-Qalb
l-iżjed
ħelwa ta’ Ġesu’ għalina, u
l-aktar għall-imsejkna midinbin.
Ostja Mqaddsa, it-tama tagħna
waħdanija fit-tbatijiet u
fit-taħbit kollu tal-ħajja.
Ostja Mqaddsa, it-tama tagħna
waħdanija fost id-dlam u
l-maltempati ta’ ġewwa u ta’
barra.
Ostja Mqaddsa, it-tama tagħna
waħdanija fil-ħajja u fis-siegħa
tal-mewt tagħna.
Ostja Mqaddsa, it-tama tagħna
waħdanija fost it-taħbit u
l-qtigħ il-qalb.
Ostja Mqaddsa, it-tama tagħna
waħdanija fost il-gideb u
t-tradimenti.
Ostja Mqaddsa, it-tama waħdanija
fost id-dlam u l-assenza ta’
Alla li qedgħin jimlew l-art.
Ostja Mqaddsa, tama tagħna
waħdanija fix-xenqa u fl-uġigħ
ta’ meta ħadd ma jifhimna.
Ostja Mqaddsa, tama tagħna
waħdanija fix-xogħol u
l-monotonija tal-ħajja ta’
kuljum.
Ostja Mqaddsa, tama tagħna
waħdanija fost ir-rovini
tat-tamiet u tal-isforzi tagħna.
Ostja Mqaddsa, tama tagħna
waħdanija fost l-istraġi
tal-għadu u l-isforzi tiegħi
jkunu għalxejn.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta t-toqol ikun iżjed
milli jiena niflaħ u nsib
l-isforzi tiegħi jkunu għalxejn.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta l-matempati jaħbtu għal
qalbi u l-ispirtu tiegħi jimtela
bil-biża’
u jkun ser jitlef kull tama.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta qalbi tkun ser tibda
tferfer u l-għaraq tal-mewt
ixoqq għal ġbini.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta kollox idur kontrija u
disperazzjoni sewda tibda dieħla
ftit ftit ġewwa ruħi.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta għajnejja jibdew jingħalqu
għall-affarijiet kollha ta’ din
id-dinja u, għall-ewwel darba,
l-ispirtu tiegħi jara
d-dinjijiet li ħadd ma jafhom.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta l-ħidmiet li jkolli nagħmel
ikunu ikbar milli nkun niflaħ u
l-kuntrarju jkun id-destin
tiegħi ta’ kuljum.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta l-prattika tal-virtu’
tidherli tkun diffiċli għalija u
n-natura tiegħi tibda tirvella.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta daqqiet tal-għadu jiġu
mmirati kontrija.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta jiġġudikaw ħażin
l-ħidmiet u l-isforzi tiegħi.
Ostja Mqaddsa, jiena nafda Fik
meta l-ġudizzji Tiegħek
jirbombjaw madwari; huwa f’dak
il-waqt li jiena nafda fil-baħar
tal-ħniena tiegħek.
357.
+ Santissma Trinita’, jiena
nafda fil-ħniena bla qies
Tiegħek. Alla huwa Missieri u
għalhekk jiena bintu, nista’
nistenna kollox mill-Qalb divina
Tiegħu, u iktar ma jikber
id-dlam, iktar trid tkun sħiħa
l-fiduċja tagħna.
358.
Ma nistax nifhem kif inhu
possibli ma tafdax Fih li jista’
jagħmel kollox. Flimkien miegħu,
kollox; mingħajru; xejn. Huwa
l-Mulej. Huwa mhux ser
jippermetti lil dawk li poġġew
il-fiduċja tagħhom kollha Fih
jaqgħu fil-mistħija.
359.
10 ta’ Jannar 1935. Il-Ħamis.
Filgħaxija waqt il-barka
(nota85) ħsibijiet bħal dawn
bdew idejquni: Forsi dan kollu
li jiena qiegħda ngħid fuq
il-Ħniena ta’ Alla hi biss gidba
jew xi illużjoni...?
U jiena ridt naħseb fuq din
il-ħaġa għal ftit, meta smajt
vuċi qawwija u ċara ġewwa fija
qiegħda tgħid, Dan kollu li
int tgħid dwar it-tjubija Tiegħi
huwa minnu, m’hemmx ilsien li
jista’ jfaħħar b’mod xieraq
it-tjubija Tiegħi. Dan
il-kliem kellu qawwa hekk kbira
u kien hekk ċar li kont nagħti
ħajti biex niddikjara li kien
ġej minn Alla. Kont naf dan
minħabba l-paċi profonda li
akkumpanjathom f’dak il-ħin u li
għadha miegħi s’issa. Din
il-paċi tagħtini saħħa u qawwa
kbira li d-diffikultajiet
kollha, il-kuntrarju,
it-tbatijiet u wkoll l-istess
mewt huma daqslikieku xejn. Dan
id-dawl jagħtini lemħa
tal-verita’, li l-isforzi tiegħi
kollha sabiex jiena nwassal
l-erwieħ isiru jafu l-ħniena
tal-Mulej, jogħġbuh ħafna lil
Alla. U minn dan l-għarfien
jinbet ferħ hekk kbir ġewwa ruħi
li ma nafx jekk il-ferħ jistax
ikun ikbar fil-ġenna. Mhux li
kieku l-erwieħ ikunu jridu
jisimgħu, għallinqas għal ftit,
il-leħen tal-kuxjenza u l-leħen
– jiġifieri l-ispirazzjonijiet –
tal-Ispirtu s-Santu! Jiena ngħid
“għallinqas għal ftit”, għax la
darba aħna ninfetħu għall-inqas
qawwa tal-Ispirtu s-Santu, Huwa
stess jimla dak li hemm nieqes
fina.
Is-Sena l-Ġdida 1935
360.
Ġesu’ jieħu gost jidħol fl-iċken
dettalji ta’ ħajjitna, u Huwa
spiss iwettaq xewqat sigrieti
li jiena jkolli u li xi drabi
jiena naħbihomlu, għalkemm jiena
naf li xejn ma jista’ jibqa’
moħbi Minnu.
Hemm drawwa fostna li, fl-ewwel
jum tas-sena, intellgħu
bix-xorti Patruni speċjali
għalina għas-sena sħiħa.
Filgħodu waqt il-meditazzjoni,
nibtet ġewwa fija xewqa sigrieta
li Ġesu’ Ewkaristija jkun
l-Patrun speċjali tiegħi din
is-sena wkoll, bħalma kien
fl-imgħoddi. Imma jiena ħbejt
din ix-xewqa mill-Maħbub tiegħi
u kellimtu fuq kollox minbarra
fuq din il-ħaġa. Meta wasalna
r-reffetorju għall-ewwel
kolazzjon tal-ġurnata raddejna
s-salib u bdejna ntellgħu
l-ismijiet tal-patruni tagħna.
Meta jiena rsaqt lejn
il-biljetti mqaddsa li fuqhom
kien hemm miktubin l-ismijiet
tal-patruni tagħna, mingħajr eżitazzjoni
qbadt waħda imma ma qrajtx
l-isem mill-ewwel għax ridt
nimmortifika ruħi għal ftit
minuti. F’daqqa waħda, smajt
leħen ġewwa ruħi: Jiena
l-patrun tiegħek. Aqra.
Ħarist mill-ewwel lejn il-kitba
u qrajt, “Patrun għas-sena 1935
– L-Ewkaristija Mqaddsa.” Qalbi
bdiet taqbeż
bil-ferħ, u tlaqt bil-mod minn
fejn is-sorijiet u mort għal viżta
żgħira
quddiem is-Sagrament Imqaddes,
fejn ftaħt qalbi. Imma Ġesu’
bil-ħlewwa kollha widdibni li
f’dak il-ħin jiena suppost kelli
nkun mas-sorijiet. Jiena mort
minnufih b’ubbidjenza lejn
ir-regola.
Trinita’ Qaddisa, Alla wieħed,
361.
li ħadd ma jista’ jifhem
il-kobor tal-ħniena Tiegħek
għall-ħlejjaq, u l-aktar
għall-imsejkna midinbin, Inti
għarraft l-abbiss tal-ħniena
Tiegħek, li l-ebda moħħ ma
jista’ jifhimha jew ikejjilha,
la moħħ ta’ bniedem u lanqas ta’
anġlu. Ix-xejn u l-miżerja
tagħna jinsabu mgħarrqin
fil-kobor Tiegħek. O tjubija
nfinita’ minn qatt jista’
jfaħħrek biżżejjed?
Tista’ tinsab xi ruħ li tifhmek
fl-imħabba Tiegħek? O Ġesu’,
hemm erwieħ bħal dawn, imma huma
ftit.
362.
Darba waqt il-meditazzjoni ta’
filgħodu, smajt dan il-leħen:
Jiena stess id-direttur tiegħek.
Jiena kont, Jiena Hu, u Jiena
nibqa’. U ladarba int tlabt
għajnuna viżibbli,
Jiena għażiltlek
u tajtek direttur ukoll qabel ma
tlabtni għax kien hemm bżonn
ta’ dan ix-xogħol Tiegħi. Kun af
li n-nuqqasijiet tiegħek li
tagħmel kontrieh iweġġgħuli
Qalbi. Oqgħod attenta l-aktar li
ma tagħmilx ta’ rasek; ukoll
l-iċken ħaġa għandu jkollha
s-siġill ta’l-ubbidjenza.
B’qalb mgħaffġa u umiljata,
tlabt maħfra mingħand Ġesu’ għal
dawn id-difetti. Tlabt ukoll skuża
lid-direttur spiritwali tiegħi u
ddeċidejt li aħjar ma nagħmel
xejn milli nagħmel affarijiet
b’mod ħażin.
363.
O Ġesu’ twajjeb, grazzi
tal-grazzja kbira li Inti
għarraftni jiena x’jiena
fil-verita’: miżerja
u dnub, u xejn iżjed
minn dan. Jiena ħaġa waħda biss
nista’ nagħmel waħdi, u din hi
li noffendik, O Alla tiegħi,
għax il-miżerja
ma’ tista’ tagħmel xejn waħedha
ħlief toffendi, O Tjubija bla
qies!
364.
Darba, talbuni nitlob għal ċerta
ruħ. Iddeċidejt mill-ewwel
nagħmel novena lill-Mulej Ħanin
u magħha
żidt
mortifikazzjoni – li kienet, li
nilbes il-ktajjen (nota86)
fuq riġlejja t-tnejn matul
il-Quddiesa kollha. Kont diġa’
qiegħda nagħmel din il-ħaġa għal
tlett ijiem meta mort inqerr u
għidt lid-direttur spiritwali
tiegħi li kont bdejt nagħmel din
il-mortifikazzjoni, u ħsibt li
ma kellux oġġezzjoni, imma smajt
il-kuntrarju: jiġifieri, la ma
kelli nagħmel xejn mingħajr
permess. O Ġesu’ tiegħi, mela
rġajna għar-ras iebsa, li
tgħaddi tiegħi! Imma l-waqgħat
tiegħi ma jaqtgħulix qalbi;
jiena naf tajjeb li jiena
(l-istess) miżerja.
Minħabba l-kundizzjoni ta’
saħħti ma qlajtx dan il-permess,
u d-direttur spiritwali tiegħi
wera ruħu sorpriż
li kont qiegħda nippermetti lili
nnifsi mortifikazzjonijiet ikbar
mingħajr il-permess tiegħu.
Tlabt skuża
li kont għamilt ta’ rasi, jew
aħjar li kont ħsibt li kelli
l-permess, u tlabtu jibdilli din
il-mortifikazzjoni u jagħtini
oħra.
365.
Id-direttur spiritwali tiegħi
bidilhieli f’mortifikazzjoni
interna; din kienet li matul
il-Quddiesa kelli nimmedita fuq
ir-raġuni għaliex il-Mulej Ġesu’
kien issottometta ruħu
għall-magħmudija.
Il-meditazzjoni ma kenitx
mortifikazzjoni għalija, għaliex
li naħseb fuq Alla għalija huwa
pjaċir u mhux mortifikazzjoni
tar-rieda għax ma kontx qiegħda
nagħmel (sempliċiment) dak li
rrid, imma dak li qaluli
nagħmel; u hija f’din il-ħaġa li
tikkonsisti l-mortifikazzjoni
interna. Meta ħriġt
mill-konfessinarju u bdejt ngħid
il-penitenza, smajt dan
il-kliem: Jiena tajt
il-grazzja li inti tlabt għal
dik ir-ruħ, imma mhux minħabba
fil-mortifikazzjoni li inti għażilt
għalik innifsek. Hija aktar
minħabba l-att tiegħek ta’
ubbidjenza sħiħa lejn ir-rappreżentant
Tiegħi, li Jiena tajt din
il-grazzja, lil dik ir-ruħ li
inti tlabt il-ħniena għaliha u
qbiżt
għaliha. Kun af li meta
timmortifka r-rieda tiegħek
stess, imbagħad Tiegħi ssaltan
ġewwa fik.
366.
O Ġesu’ tiegħi, kun paċenzjuż
miegħi. Fil-ġejjieni inkun iktar
bil-għaqal. Niddependi, mhux
minni nnifsi imma mill-grazzja
Tiegħek u mit-tjubija hekk kbira
Tiegħek lejja, li jiena hekk
imsejkna.
367.
Darba, Ġesu’ tanti x’nifhem li,
meta jiena nitlob
għall-intenzjonijiet li n-nies
iħobbu jafdawli f’idejja, Huwa
jkun dejjem lest li jagħtini
l-grazzji Tiegħu, imma l-erwieħ
mhux dejjem ikunu jridu
jaċċettawhom: Qalbi tfur bi
ħniena kbira għall-erwieħ, u
l-iktar għall-imsejkna midinbin.
Mhux li kieku jistgħu jifhmu li
Jiena l-aħjar Missier għalihom u
li għalihom ħarġu d-Demm u
l-Ilma minn Qalbi bħallikieku
minn għajn tfawwar bil-ħniena.
Għalihom Jiena ngħammar
fit-tabernaklu bħala s-Sultan
tal-Ħniena. Jiena nixtieq nagħti
l-grazzji Tiegħi lill-erwieħ,
imma huma ma jridux
jaċċettawhom. Inti, għallinqas,
ejja għandi spiss kemm jista’
jkun u ħu dawn il-grazzji li
huma ma jridux jaċċettaw. B’dan
il-mod int tfarraġli Qalbi. O
kemm huma indifferenti l-erwieħ
għal tjubija hekk kbira, għal
tant provi ta’ mħabba Tiegħi!
Qalbi tixrob biss
mill-ingratitudni tal-erwieħ li
qedgħin jgħixu fid-dinja u li
nsewni. Għandhom ħin għal
kollox, imma m’għandhomx ħin
jiġu għandi għall-grazzji.
Jien għalhekk indur lejkom,
intom – erwieħ magħżulin,
intom ukoll mhux ser
jirnexxilkom tifhmu l-imħabba
ta’ Qalbi? Hawnhekk, ukoll,
Qalbi tiltaqa’ mad-diżappunt;
ma nsibx telqa sħiħa f’Imħabbti.
Tant riservi, tant nuqqas ta’
fiduċja, tant eżittazzjoni.
Biex infarrġek ħallini ngħidlek
li hemm erwieħ qedgħin jgħixu
fid-dinja li jħobbuni ħafna.
Jiena ngħammar f’qalbhom
bil-ferħ. Imma dawn huma ftit.
Fil-kunventi wkoll, hemm erwieħ
li jimlewli qalbi bil-ferħ. Huma
għandhom il-fattizzi Tiegħi;
għalhekk il-Missier tas-Sema
jħares lejhom b’għaxqa speċjali.
Huma għad ikunu meravilja
quddiem l-Anġli u l-bnedmin.
In-numru tagħhom huwa
żgħir
ħafna. Huma difiża
għad-dinja quddiem il-ġustizzja
tal-Missier tas-Sema u mezz biex
jakkwistaw il-ħniena għad-dinja.
L-imħabba u s-sagrifiċċju ta’
dawn l-erwieħ qedgħin iżommu
d-dinja fl-eżistenza
tagħha. Meta r-ruħ magħżula
b’mod speċjali Minni ma tibqax
fidila lejja, dan jidrob lil
Qalbi u jikkawżawli
ħafna wġigħ. Infedeltajiet bħal
dawn huma xwabel li jinfduli
Qalbi.
368.
29 ta’ Jannar 1935. Filgħodu dan
il-jum tat-Tlieta waqt
il-meditazzjoni, kelli dehra
interna tal-Qdusija Tiegħu
il-Papa qiegħed iqaddes. Wara
l-Pater Noster, tkellem ma’
Ġesu’ dwar dik il-ħaġa li kien
ordnali ngħidlu. Għalkemm jiena
ma tkellimtx personalment
mal-Papa, din il-ħaġa ħa ħsiebha
xi ħadd ieħor (Dun Sopocko)
(nota87); iżda
f’dan il-waqt, jiena kont naf,
permezz ta’ għarfien intern, li
l-Papa kien qiegħed jikkunsidra
din il-ħaġa, li dalwaqt ser
iseħħ skont ix-xewqat ta’ Ġesu’.
369.
Qabel l-irtir ta’ tmint ijiem,
mort għand id-direttur
spiritwali tiegħi u tlabtu għal
ċerti mortifikazzjonijet għaż-żmien
tal-irtir. Iżda
ma qlajtx permess għal kulma
tlabt, imma biss għal xi
affarijiet. Qlajt permess għal
siegħa meditazzjoni fuq
il-Passjoni tal-Mulej Ġesu’ u
għal ċerta umiljazzjoni. Imma ma
kontx sodisfatta għax ma kontx
qlajt permess għal kulma tlabt.
Meta rġajna lura d-dar dħalt
fil-kappella għal waqt wieħed, u
mbagħad smajt dan il-leħen ġewwa
ruħi: Hemm mertu akbar
f’siegħa waħda ta’ meditazzjoni
fuq il-Passjoni Tiegħi mimlija
tbatija milli hemm f’sena sħiħa
ta’ flaġellazzjoni li toħroġ
id-demm; il-kontemplazzjoni
tal-pjagi kiefra Tiegħi hija ta’
siwi kbir għalikom, u lili
tferraħni ħafna. Jiena ninsab
sorpriż
li għadek ma ċħadtx għal kollox
r-rieda tiegħek, imma Jiena
nifraħ ħafna li din il-bdila ser
iseħħ waqt l-irtir.
370.
F’dan l-istess jum, x’ħin kont
fil-knisja nistenna biex inqerr,
rajt l-istess raġġi ħerġin
mill-ostensorju u jinfirxu
mal-knisja kollha. Din il-ħaġa
damet isseħħ matul il-funzjoni.
Wara l-Barka, (ir-raġġi bdew
jiddu) maż-żewġ
ġnub u reġgħu marru lura
fl-ostensorju. Id-dehra tagħhom
kienet tiddi u trasparenti
bħall-kristall. Tlabt lil Ġesu’
li jindenja ruħu jqabbad in-nar
ta’ mħabbtu fl-erwieħ kollha li
kienu berdin. Taħt dawn ir-raġġi
l-qalb tisħon ukoll jekk tkun
bħal blokka silġ; ukoll jekk
tkun iebsa bħal blata, issir
trab.
Ġ. M. Ġ Vilnius, 4 ta’ Frar
1935.
Irtir ta’ Tmint Ijiem
371.
Ġesu’, Sultan tal-Ħniena, reġa’
wasal iż-żmien
meta jiena nkun waħdi Miegħek.
Għalhekk qiegħda nitolbok,
permezz tal-imħabba kollha li
biha Qalbek taqbad, li Inti
teqred għal kollox minn ġewwa
fija l-imħabba tiegħi għalija
nnifsi, u mill-banda l-oħra, li
Inti tqabbad ġewwa qalbi n-nar
tal-imħabba l-iżjed
safja Tiegħek.
372.
Filgħaxija, wara l-konferenza,
smajt dan il-kliem: Jiena
qiegħed miegħek. Matul dan
l-irtir, Jiena ser insaħħek
fil-paċi u fil-kuraġġ sabiex
saħħtek tibqa’ soda biex inti
tattwa il-pjanijiet Tiegħi.
Għalhekk int ser ixxejjen
r-rieda tiegħek għal kollox waqt
dan l-irtir u, minflokha,
ir-rieda sħiħa Tiegħi titwettaq
fik. Kun af li dan ser jiswielek
ħafna, mela ikteb dan il-kliem
fuq karta ġdida; “Mil-lum ‘il
quddiem, ir-rieda tiegħi ma teżistix,”
u mbagħad agħmel salib kbir fuq
din il-paġina. U fuq in-naħa
l-oħra ikteb dan il-kliem:
“Mil-lum ‘il quddiem, jiena
nagħmel ir-rieda ta’ Alla
kullimkien, dejjem u f’kollox.”
Tibża’
minn xejn; l-imħabba tagħtik
is-saħħa u tagħmilhielek ħaġa
faċli li int tagħmel dan.
373.
Fil-meditazzjoni fundamentali
fuq il-għan; jiġifieri, li tagħżel
l-imħabba: ir-ruħ trid tħobb;
għandha bżonn
li tħobb. Ir-ruħ trid iddawwar
ix-xmara ta’ mħabbitha, mhux
fit-tajn jew fil-baħħ, imma
f’Alla. Kemm nifraħ meta naħseb
fuq dan għax inħoss b’mod ċar li
Hu stess jinsab ġewwa qalbi.
Ġesu’ biss! Inħobb il-ħlejjaq
sakemm jgħinuni ningħaqad ma’
Alla. Inħobb il-bnedmin kollha
għax fihom jien nara x-xbieha
ta’ Alla.
374.
Ġ.M.Ġ Vilnius, 4 ta’ Frar
1935
Mil-lum ‘ il quddiem, ir-rieda
tiegħi m’ għadhiex teżisti.
F’dak il-waqt li jiena nżilt
għarkobbtejja biex inxejjen
ir-rieda tiegħi, bħalma kien
qalli nagħmel il-Mulej, smajt
dan il-leħen ġewwa ruħi:
Millum ‘il quddiem, tibżax
mill-ġudizzju ta’ Alla, għax
inti ma tkunx iġġudikata.
+
Ġ.M.Ġ Vilnius, 4 ta’ Frar 1935
Mil-lum ‘il quddiem, jiena
nagħmel ir-Rieda ta’ Alla
kullimkien, dejjem u f’kollox.
(nota88)
+
Ġ.M.Ġ Vilnius, 8 ta’ Frar 1935
375.
Prattika interna partikolari;
jiġifieri, l-eżami
tal-kuxjenza. Ċaħda tiegħi
nnifsi, ċaħda tar-rieda tiegħi
stess.
I.
Iċ-ċaħda tar-raġuni tiegħi.
Nissottomettiha għar-raġuni ta’
dawk li għalija jirrapreżentaw
lil Alla hawn fl-art.
II.
Iċ-ċaħda tar-rieda tiegħi. Li
nagħmel ir-rieda ta’ Alla, li
jiena nagħraf fir-rieda ta’ dawk
li għalija jirrapreżentaw
lil Alla u li tinstab fir-regola
tal-ordni tagħna.
III.
Iċ-ċaħda tal-ġudizzju tiegħi. Li
naċċetta minnufih u mingħajr ma
noqgħod naħseb, nanalizza u
nirraġuna, l-ordnijiet mogħtijin
minn dawk li għalina jirrapreżentaw
lil Alla.
IV.
Iċ-ċaħda ta’ lsieni. Jiena ma
nagħtihx lanqas l-iċken
liberta’; imma f’każ
wieħed biss jiena nagħtih
liberta’ sħiħa; jiġifieri, biex
ixandar il-glorja ta’ Alla. Kull
meta nitqarben, nitlob lil Ġesu’
isaħħaħ u jnaddafli lsieni
sabiex ma nkunx nista’ nweġġa’
lill-proxxmu tiegħi bih.
Għalhekk għandi l-ikbar rispett
għar-regola li titkellem dwar
is-skiet.
376.
Ġesu’ tiegħi, għandi fiduċja li
l-grazzja Tiegħek ser tgħinni
nwettaq dawn ir-riżoluzzjonijiet.
Għalkemm il-punti msemmijin hawn
fuq jinsabu kollha miġburin
fil-vot tal-ubbidjenza, jiena
rrid nipprattika dawn
l-affarijiet b’mod speċjali,
għax din hi l-essenza tal-ħajja
reliġjuża.
Ġesu’ Ħanin, jiena qiegħda
nitolbok bil-ħerqa biex Inti
ddawwalli moħħi sabiex inkun
nista’ nsir nafek aħjar, Inti li
Inti l-Esseri Infinit, u sabiex
jiena nsir naf lili nnifsi
aħjar, jiena li jiena l-istess
xejn.
377.
Dwar il-Qrar. Suppost niksbu
żewġ
affarijiet mill-Qrar:
1. Immorru nqerru sabiex
infiequ.
2. Immorru nqerru sabiex
nirċievu l-edukazzjoni – bħal
tifel
żgħir,
ir-ruħ tagħna għandha bżonn
ta’ edukazzjoni l-ħin kollu.
Ġesu’ tiegħi, jiena nifhem dan
il-kliem sal-qiegħ nett, u jiena
naf mill-esperjenza tiegħi stess
li, waħedha, ir-ruħ ma tistax
tagħmel wisq; tipprova tagħmel
sforzi kbar u ma’ tagħmel xejn
għall-glorja ta’ Alla; il-ħin
kollu tagħmel l-iżbalji,
għax moħħna mdallam u ma jafx
jagħraf l-affarijiet:
l-ewwelnett, ser nagħżel,
meta nqerr, dak li l-iktar
jumiljani, wkoll jekk tkun ħaġa
żgħira,
imma tkun xi ħaġa li tiswieli
ħafna, u jien ngħidha għax
tiswieli ħafna; it-tieni,
nipprattika l-indiema, mhux biss
waqt il-qrar, imma waqt kull eżami
tiegħi nnifsi, u nqajjem ġewwa
fija att ta’ ndiema perfetta,
l-aktar meta nkun sejra norqod.
Kelma waħda oħra: ruħ li
sinċerament trid timxi ‘l
quddiem fil-perfezzjoni trid
tosserva strettament il-parir
mogħti mid-direttur spirtwali.
Hemm qdusija daqskemm hemm
dipendenza.
378.
Darba filwaqt li kont qiegħda
nitkellem mad-direttur spirtwali
tiegħi, kelli dehra interna –
b’iktar ħeffa mill-beraq – ta’
ruħi fi tbatija kbira, b’agunija
hekk kbira li Alla jmiss biha
lil ftit erwieħ b’nar bħal dan.
It-tbatija tiġi minn dan
ix-xogħol. Għad jiġi
żmien
meta dan ix-xogħol, li Alla
jridu ħafna, għad ikun
bħallikieku spiċċa għal kollox.
U mbagħad Alla jaħdem b’qawwa
hekk li din tagħti prova
tal-awtentiċita’ tagħha. Għad
ikun glorja ġdida għall-Knisja,
għalkemm din tkun ilha rieqda
ġewwa fiha għal ħafna
żmien.
Li Alla hu ħanin bla qies ħadd
ma jista’ jiċħdu. Jixtieq li
kulħadd ikun jaf dan qabel ma
jerġa’ jiġi bħala Mħallef. Huwa
jrid li l-erwieħ isiru jafuh
l-ewwel bħala Sultan tal-Ħniena.
Meta jseħħ dan it-trijonf, aħna
nkunu diġa’ dħalna fil-ħajja
ġdida fejn m’hemm l-ebda
tbatija. Imma qabel iseħħ dan,
ruħek (tad-direttur spiritwali)
timtela bl-imrar meta tara
l-qerda tal-isforzi tiegħek.
Imma dan ikun hekk biss
fid-deher, għax, la darba Alla
jkun iddeċieda fuq xi ħaġa, ma
jbiddilhiex. Imma għalkemm din
l-qerda tkun biss fl-apparenza,
it-tbatija tkun vera. Meta ser
jiġri dan? Ma nafx. Kemm idum?
Ma nafx (nota89). Imma
Alla wiegħed grazzja kbira
l-aktar lilek u lil dawk
kollha... li jxandru l-ħniena
kbira Tiegħi. Jiena stess
inħarishom fis-seigħa tal-mewt,
bħallikieku l-glorja Tiegħi
stess. U wkoll jekk id-dnubiet
tal-erwieħ ikunu mudlama
bħal-lejl, meta l-midneb idur
lejn il-ħniena Tiegħi, huwa
jagħtini l-ikbar tifħir u jkun
il-glorja tal-Passjoni Tiegħi.
Meta ruħ tfaħħar it-tjubija
Tiegħi, Satana jirtogħod
quddiemha u jaħrab sa qiegħ
l-infern.
379.
Waqt
waħda mill-adorazzjonijiet,
Ġesu’ wegħedni li: Ma’ dawk
l-erwieħ li jirrikorru lejn
il-ħniena Tiegħi u ma’ dawk li
jigglorifkaw u jxandru l-ħniena
kbira Tiegħi lill-oħrajn, Jiena
nimxi magħhom skont il-ħniena
bla qies Tiegħi fis-siegħa
tal-mewt tagħhom.
Għandi Qalbi sewda,
Ġesu’qalli, għax saħansitra
l-erwieħ magħżulin
ma jifhmux il-kobor tal-ħniena
Tiegħi. Ir-relazzjoni tagħhom
(Miegħi) hija, f’ċerti modi,
mimlija bin-nuqqas ta’ fiduċja.
O kemm tferili Qalbi din
il-ħaġa! Ftakar fil-Passjoni
Tiegħi, u jekk inti ma temminx
kliemi għallinqas emmen
fil-pjagi Tiegħi.
380.
Ma nagħmel l-ebda moviment,
l-ebda ġest skont ma jogħġob
lili, għaliex jiena marbuta
bil-grazzja; jiena dejjem inqis
x’jogħġob l-aktar lil Ġesu’.
381.
Darba meta kont qiegħda
nimmedita fuq l-ubbidjenza,
smajt dan il-kliem: F’din
il-meditazzjoni, is-saċerdot
(nota90) qiegħed
jitkellem b’mod speċjali għalik.
Kun af li Jiena qed nissellef
xufftejh. Jiena ppruvajt
nisma’ kollox b’attenzjoni kbira
u napplika kollox għal qalbi
stess, bħalma nagħmel f’kull
meditazzjoni. Meta s-saċerdot
qal li ruħ ubbidjenti tkun
mimlija bil-qawwa ta’ Alla...Iva,
meta inti tkun ubbidjenti, jiena
nneħħilek id-dgħjufija tiegħek u
npoġġi minflokha il-qawwa
tiegħi. Jiena nistagħġeb ħafna
li l-eriwħ ma jridux jagħmlu din
il-bidla Miegħi. Għidt
lill-Mulej, “Ġesu’ dawwalli
qalbi, għax inkella jiena wkoll
ma nkunx nista’ nifhem ħafna
minn dan il-kliem.”
382.
Jiena naf li qiegħda ngħix, mhux
għalija nnfisi, imma għal numru
kbir ta’ erwieħ. Jiena naf li
l-grazzji li ngħataw lili
mhumiex għalija biss, imma
għall-erwieħ. O Ġesu’, l-abbiss
tal-ħniena Tiegħek ġie mferragħ
ġewwa ruħi, li hi abbiss
tal-istess miżerja.
Grazzi, Ġesu’ tal-grazzji u
l-biċċiet tas-Salib li Inti
tagħtini f’kull waqt ta’ ħajti.
383.
Fil-bidu tal-irtir, jiena rajt,
fuq is-saqaf tal-kappella, lil
Ġesu’ msammar mas-Salib. Kien
qiegħed iħares lejn is-sorijiet
bi mħabba kbira, imma mhux
lejhom kollha. Kien hemm tliet
sorijiet li Ġesu’ kien qed
iħares lejhom b’ħarsa severa, ma
nafx għal liema raġuni. Kulma
naf hu, kemm hi ħaġa terribli
li tiltaqa’ ma’ ħarsa bħal dik,
li hi ħarsa ta’ Mħallef sever.
Dik il-ħarsa ma kenitx għalija,
iżda
xorta waħda kont paralizzata
bit-terrur. Għadni nirtogħod
jiena u nikteb dan il-kliem. M’ażżardajtx
ngħidlu biss kelma waħda lil
Ġesu’. Is-saħħa fiżika naqsitni,
u ħsibt li ma kontx ser nibqa’
ħajja sat-tmiem tal-konferenza.
L-għada, erġajt rajt l-istess
ħaġa, bħalma kont rajtha l-ewwel
darba, u din id-darba ażżardajt
inlissen dan il-kliem: “Ġesu’,
kemm hi kbira l-ħniena Tiegħek!
Fit-tielet jum, dik il-ħarsa ta’
tjubija kbira lejn is-sorijiet
kollha, minbarra dawk it-tlieta
reġgħet tenniet ruħha. Għamilt
il-kuraġġ, li ġab il-qawwa
tiegħu mill-imħabba tal-proxxmu,
u għidt lill-Mulej, “Int, li
Inti l-istess Ħniena, bħalma
għidtli Inti stess, nitolbok
bil-ħerqa, biex is-saħħa
tal-ħniena Tiegħek, tħares
bit-tjubija lejn dawn it-tliet
sorijiet ukoll. U jekk dan ma
jaqbilx mal-Għerf Tigeħek,
qiegħda nitolbok din il-bidla:
dawwar lejhom il-ħarsa ħanina li
Int għandek għar-ruħ tiegħi, u
ħalli l-ħarsa severa Tiegħek
lejn dawk l-erwieħ iddur lejja.
“Ġesu’ mbagħad qalli dan
il-kliem: Binti,
għall-imħabba sinċiera u ġeneruża
tiegħek, Jiena nagħtihom ħafna
grazzji għalkemm huma mhumiex
jitolbuhomli. Imma Jiena qed
nagħmlu dan minħabba l-wegħda li
għamiltlek.
U f’dak il-waqt Huwa dawwar
ħarsa ħanina wkoll lejn dawn
it-tliet sorijiet. Qalbi qabżet
bil-ferħ meta rajt it-tjubija
ta’ Alla.
384.
Meta jiena bqajt
għall-adorazzjoni mid-disgħa
sal-għaxra, erba’ sorijiet
oħrajn baqgħu wkoll. Meta rsaqt
lejn l-altar u bdejt nimmedita
fuq l-passjoni tal-Mulej Ġesu’,
uġigħ terribli f’daqqa waħda
mlieli ruħi minħabba
l-ingratitudni ta’ ħafna erwieħ
li qed jgħixu fid-dinja; imma
dak li kkawżali
uġigħ speċjali kien
l-ingratitudni ta’ erwieħ magħżulin
b’mod speċjali minn Alla. M’hemm
l-ebda idea jew xebh (li jista’
jiddeskriviha). Meta rajt din
l-ingratitudni mill-iktar
kiefra, ħassejt bħallikieku
qalbi ġiet imċarrta beraħ;
saħħti naqsitni għal kollox, u
waqajt fuq wiċċi, u ma ppruvajtx
naħbi l-għajjat tiegħi. Kull
darba li bdejt naħseb fuq
il-ħniena kbira ta’ Alla u
l-ingratitudni tal-erwieħ,
l-uġigħ nifidli qalbi, u fhimt
kif din il-ħaġa kienet qiegħda
tidrob il-Qalb l-iżjed
ħelwa ta’ Ġesu’. B’qalbi taqbad
ġeddidt l-att tiegħi ta’ offerta
tiegħi nnifsi għall-midinbin.
385.
B’ferħ u xenqa għaffast ma’
xufftejja l-imrar tat-tazza li
jiena nirċievi kuljum
fil-Quddiesa. Dan huwa s-sehem
li Ġesu’ tani għal kull waqt, u
ma nċedih lil ħadd. Sejra
nfarraġ il-Qalb l-aktar ħelwa
Ewkaristika l-ħin kollu u ndoqq
melodiji armonjużi
fuq il-kordi ta’qalbi.
It-tbatija hija l-melodija
l-aktar armonjuża
minnhom kollha. Sejra nfittex
bir-reqqa dak li jferraħlek lil
Qalbek illum!
Il-ġranet ta’ ħajti m’humiex
monotoni. Meta sħab iswed jiksi
x-xemx, jiena nħabbat wiċċi
mal-mewġ bħall-ajkla u ngħarraf
lill-oħrajn li x-xemx mhijiex se
tmut.
386.
Nħoss li Alla ser iħallini
niġbed daqsxejn il-velijiet
(tas-sema) sabiex l-art ma
tiddubitax mit-tjubija Tiegħu.
Alla mhux suġġett għall-eklissi
jew għall-bidla. Huwa l-istess
għal dejjem; xejn ma jista’
jeħodha kontra r-rieda Tiegħu.
Nħoss ġewwa fija qawwa li hija
ikbar minn dik ta’ bniedem.
Nħoss kuraġġ u saħħa, grazzi
għall-grazzja li tgħammar ġewwa
fija. Nifhem lil dawk l-erwieħ
li qegħdin ibatu kontra kull
tama, għax jiena wkoll għaddejt
minn dak in-nar. Imma Alla m’hu
ser jagħtina (xejn) li ma
nifilħux għalih. Spiss kelli
ngħix nittama kontra kull tama,
u mexxejt it-tama tiegħi ‘l
quddiem sakemm saret fiduċja
sħiħa f’Alla. Jalla jiġrili dak
li Huwa ordna sa minn dejjem.
Prinċipju ġenerali
387.
Tkun ħaġa tassew kerha li
reliġjuża
tfittex serħan mit-tbatija.
388.
Araw x’bidla wettqu l-grazzja u
r-riflessjoni fl-ikbar kriminal.
Dan li qed imut għandu ħafna
mħabba: “Ftakar fija meta tkun
fil-ġenna.” Indiema sinċiera
tbiddel minnufih ir-ruħ.
Il-ħajja spirtwali rridu
ngħixuha bil-qalb u
bis-sinċerita’.
389.
L-imħabba trid tkun reċiproka.
Ladarba Ġesu’ daq il-milja
tal-imrar għalija, mela jiena,
l-għarusa Tiegħu, naċċetta
l-imrar kollu bħala prova ta’
mħabbti għalih.
390.
Min jaf kif għandu jaħfer ikun
qed iħejji għalih innifsu ħafna
grazzji mingħand Alla. Daqskemm
–il darba jiena nħares lejn
is-Salib, daqshekk ieħor jiena
naħfer b’qalbi kollha.
391.
Permezz tal-Magħmudija, aħna
dħalna f’għaqda ma’ erwieħ
oħrajn. Il-mewt tissikka
r-rabtiet tal-imħabba. Jiena
dejjem għandi nkun ta’ għajuna
għall-oħrajn. Jekk inkun reliġjuża
tajba, inkun ta’ siwi, mhux biss
għall-Ordni, imma għall-pajjiż
kollu wkoll.
392.
Il-Mulej Alla jagħti l-grazzji
Tiegħu b’żewġ
modi: permezz ta’ ispirazzjoni u
permezz ta’ dawl. Jekk nitolbu
lil Alla jagħtina grazzja, Huwa
jagħtihielna; imma ejjew inkunu
lesti naċċettawha. U biex inkunu
nistgħu naċċettawha, hemm bżonn
iċ-ċaħda. L-imħabba ma
tikkonsistix fi kliem jew
emozzjoni, imma f’azzjonijiet.
Hija att tar-rieda; hija don;
jiġifieri, għotja. Ir-raġuni,
ir-rieda, il-qalb – dawn
it-tliet fakultajiet irridu neżerċitawhom
waqt it-talb. Jiena ser nirxoxta
mill-mewt ta’ Ġesu’, imma
l-ewwel irrid ngħix fih. Jekk ma
ninfiridix mis-Salib, imbagħad
l-evanġelju jiġi rivelat fija.
Ġesu’ fija jagħmel tajjeb Hu
għan-nuqqasijiet kollha
tiegħi. Il-grazzja Tiegħu taħdem
mingħajr waqfien. Is-Santissma
Trinita’ tagħtini l-ħajja tagħha
bl-abbaundanza, permezz tad-don
tal-Ispirtu s-Santu. It-tliet
Persuni Divini jgħixu ġewwa
fija. Meta Alla jħobb, Huwa
jħobb b’kulma Hu, bis-saħħa
Tiegħu kollha. Jekk Alla ħabbni
b’dan il-mod, kif għandi nwieġeb
jiena – jiena, l-għarusa Tiegħu?
393.
Waqt konferenza, Ġesu’ qalli,
Int għenba ħelwa f’għanqud magħżula;
Jiena rrid li l-oħrajn jieħdu
ftit mil-meraq li għaddej jiġri
ġewwa fik.
394.
Waqt it-tiġdid tal-voti
(nota91) rajt lil Mulej
Ġesu’ fuq in-naħa tal-lemin
(tal-altar), liebes libsa bajda
biċ-ċintorin tad-deheb u f’idejh
xabla terribli. Din il-ħaġa
damet sal-waqt meta is-sorijiet
bdew iġeddu l-voti tagħhom.
Imbagħad rajt dija li bħalha
m’hawnx u, quddiem din id-dija,
sħaba bajda f’forma ta’ miżien.
Imbagħad Ġesu’ resaq u poġġa
x-xabla fuq naħa waħda tal-miżien,
u dan niżel
b’salt lejn l-art sakemm kien
kważi
ser imiss l-art. Propju dak
il-ħin, is-sorijiet spiċċaw
iġeddu l-voti tagħhom. Imbagħad
rajt lill-Anġli li ħadu xi ħaġa
minn kull soru u poġġewha ġo
reċipjent tad-deheb li kien qisu
f’forma ta’ ċensier. Meta ġabruh
mingħand is-sorijiet kollha u
poġġew ir-reċipjent fuq in-naħa
l-oħra tal-miżien,
immedjatament dan kien itqal u
reġa’ tella’ ‘l fuq in-naħa fejn
kienet tpoġġiet ix-xabla. F’dak
il-waqt ħarġet fjamma
miċ-ċensier, u waslet sad-dija.
Imbagħad smajt vuċi ġejja
mid-dija: Erġa’ poġġi x-xabla
f’psotha; is-sagrifiċċju hu
ikbar. Imbagħad Ġesu’ tana
l-barka Tiegħu, u kulma kont
rajt għeb min quddiemi.
Is-sorijiet kienu diġa’ bdew
jitqarbnu. Meta tqarbint, ruħi
mtliet b’ferħ hekk kbir li ma
nafx niddeskrivih.
395.
15 (ta’ Frar) 1935.
Żjara
ta’ ftit jiem fid-dar
tal-ġenituri tiegħi (nota92)
biex nara lil ommi li kienet
qiegħda tmut.
Meta sirt naf li ommi kienet
marida serjament u qrib il-mewt,
u li kienet talbet li jiena mmur
id-dar, għax riedet tarani darba
oħra qabel ma tmut, ħafna
emozzjonijiet tqanqlu f’qalbi.
Bħala tifla li sinċerament tħobb
lil ommha, xtaqt ħafna li
naqtagħlha xewqitha. Imma
ħallejt din il-ħaġa f’idejn Alla
u rrasenjajt ruħi għal-kollox
għar-rieda Tiegħu. Obdejt
ir-rieda ta’ Alla u ma tajtx kas
tal-uġigħ li kelli f’qalbi.
Fil-ġurnata tal-festa ta’ ismi,
filgħodu, fil-15 ta’ Frar,
il-Madre Superjura tatni
l-permess li mmur id-dar
tal-ġenituri sabiex naqta’
x-xewqa u t-talba ta’ ommi
qiegħda tmut. Mill-ewwel bdejt
nagħmel it-tħejjijiet meħtieġa
għall-vjaġġ u tlaqt minn Vilnius
filgħaxija. Offrejt il-lejl
kollu għal ommi marida
serjament, sabiex Alla jagħtiha
l-grazzja li ma titlef xejn
mill-merti tat-tbatija tagħha.
396.
In-nies li ltqajt magħhom waqt
il-vjaġġ tiegħi kienu qalbhom
tajba ħafna; xi nies
tas-Soldalita’ ta’ Marija kienu
fl-istess kompartiment tiegħi.
Ħassejt li waħda minnhom kienet
qiedgħa tbati ħafna u kienet
qiedgħa tiġġieled battalja
diffiċli f’ruħha. Bdejt nitlob
fl-ispirtu għal din ir-ruħ.
Fil-ħdax dawn in-nisa marru
f’kompartiment ieħor sabiex
joqgħodu jpaċpċu u ħallewna
t-tnejn li aħna waħedna
fil-vagun. Stajt inħoss li
t-talb tiegħi kien qed iġiegħel
it-taqbida ta’ din ir-ruħ issir
iktar qalila. Ma farraġthiex,
imma tlabt iktar u iktar
bil-ħerqa. Sa fl-aħħar, din
il-mara daret lejja u staqsietni
jekk keintx obbligata
żżomm
ċerta wegħda li kienet għamlet
lil Alla. F’dak il-waqt, jiena
rċevejt għarfien intern
tal-wegħda u weġibt: “Int
obbligata assolutament li
żżommha,
inkella inti ser tkun imsejkna
għall-bqija ta’ ħajtek. Dan
il-ħsieb jibqa’ jiġri warajk
kullimkien u ma jħallilekx
paċi.” Stagħġbet bit-tweġiba
tiegħi u fetħet qalbha miegħi.
Hija kienet għalliema. Meta
kienet ser tagħmel l-eżamijiet,
kienet wiegħdet lil Alla li,
jekk tmur tajjeb fl-eżamijiet
kienet ser tiddedika ruħha
għas-servizz Tiegħu; jiġifieri,
tidħol f’kongregazzjoni reliġjuża.
Għaddiet mill-eżamijiet
tagħha tajjeb ħafna. “Imma,”
hija qalet: “meta dħalt
fil-ħajja tad-dinja marritli
x-xewqa li nidħol f’kunvent.
Imma il-kuxjenza tiegħi ma
ħallitniex fil-paċi, u minkejja
d-divertiment dejjem qalbi
sewda.”
Wara konverżazzjoni
twila, inbidlet għal kollox u
qaltli li kient ser tara
x’tagħmel minnufih sabiex tidħol
f’kunvent. Talbitni nitlob
għaliha, u ħassejt li Alla kien
ser ikun ġeneruż
bil-grazzja Tiegħu.
397.
Dak in-nhar fil-għodu wasalt
Varsavja, u fit-tmienja ta’
filgħaxija diġa’ kont id-dar.
Kemm ferħ għall-ġenituri tiegħi
u għall-familja kollha! Diffiċli
tiddeskrivih. Saħħet ommi kienet
ġiet ftit għall-aħjar, imma
t-tabib ma taha l-ebda tama ta’
fejqan sħiħ. Wara li fraħna
b’xulxin, inżilna
għarkobbtejna nirringrazzjaw lil
Alla għall-grazzja li stajna
għal darb’oħra f’din il-ħajja
nerġgħu nkunu flimkien.
398.
Meta rajt kif kien qiegħed
jitlob missieri, ħassejtni
tassew nistħi li, wara daqshekk
snin fil-kunvent, jiena ma kontx
kapaċi nitlob b’sinċerita’ u
b’ħeġġa bħalu. U għalhekk jiena
qatt ma nieqaf nirringrazzja lil
Alla għall-ġenituri bħal dawn.
399.
Kif kien inbidel kollox matul
dawk l-għaxar snin, ma stajt
nagħraf xejn! Il-ġnien kien hekk
ċkejken, u issa ma stajtx
nagħrfu. Ħuti, subien u bniet,
kienu għadhom tfal, u issa
kollha kienu kibru. Stagħġibt
għax ma sibthomx bħalma kienu
meta kont tlaqthom. Stanley ġie
miegħi l-knisja kuljum. Ħassejt
li hu kien jogħġob ħafna lil
Alla.
400.
Fl-aħħar ġurnata, meta kulħadd
kien telaq mill-knisja, jiena
mort flimkien miegħu quddiem
is-Sagrament Imqaddes, u
flimkien tlabna it-Te Deum. Wara
waqt ta’ skiet, offrejt ruħu
lill-Qalb l-iżjed
Ħelwa ta’ Ġesu’. Kemm kien faċli
titlob f’dik il-knisja ċkejkna!
Ftakart fil-grazzji kollha li
kont irċevejt hemmhekk, u li
f’dak iż-żmien
jiena ma kontx fhimthom u spiss
kont abbużajt
minnhom. Stagħġibt kif stajt
inkun għamja daqshekk. U waqt li
b’dan il-mod kien qed
jiddispjaċini li kont daqshekk
għamja, f’daqqa waħda rajt
lill-Mulej Ġesu’, jiddi bi
sbuħija li m’hemmx kliem
għaliha, u qalli bi tjubija,
Magħżula
tiegħi, Jiena ser nagħtik
grazzji ikbar sabiex inti tista’
tkun xhieda tal-ħniena bla qies
Tiegħi tul l-eternita’ kollha.
401.
Il-ġranet id-dar għaddew ma’
ħafna kumpanija, għax kulħadd
ried jarani u jkellimni. Spiss
stajt ngħodd sa ħamsa u għoxin
persuni hemm. Qagħdu jisimgħu
b’interess kbir l-istejjer
tiegħi tal-ħajjiet tal-qaddisin.
Deherli li d-dar tagħna kienet
tassew id-dar ta’ Alla, għax
kuljum filgħaxija konna
nitkellmu biss fuq Alla. Meta
kont ngħajja nitkellem u, mxenqa
għas-solitudini u s-skiet, kont
nispiċċa bil-kwiet fil-ġnien
filgħaxija, sabiex inkun nista’
nikkomunika ma’ Alla waħdi;
wkoll f’din il-ħaġa ma kienx
jirnexxili; ħuti kienu jiġu u
joħduni minnufih id-dar, u għal
darb’oħra, kelli nitkellem,
b’dawk l-għajnejn kollha
msammrin fuqi. Imma ġietni ideja
kif seta’ jkolli ftit nifs;
tlabt lil ħuti s-subien
ikantawli; għax kellhom vuċijiet
tajbin; u, minbarra dan, wieħed
kien idoqq il-vjolin u l-ieħor
il-mandolina. U matul dan il-ħin
stajt ningħata għal talb intern
mingħajr ma naħrab il-kumpanija
tagħhom.
Ħaġa oħra li swietli ħafna
kienet li jkolli nbus it-tfal.
In-nisa li kont naf ġew bit-tfal
tagħhom u talbuni neħodhom
f’dirgħajja, għallinqas għal
waqt wieħed, u nbushom. Għalihom
dan kien favur kbir, u għalija
kien ċans li nipprattika
l-virtu’, għax ħafna mit-tfal
kienu maħmuġin mhux ħażin.
Imma biex nirbaħ lili nnifsi ma
nuri l-ebda stmerrija, lit-tfal
maħmuġin kont inbushom darbtejn.
Waħda minn dawn il-ħbieb ġiet
b’tifel li kellu għajnejh morda
u mimlijin materja. U qaltli:
“Sor, ħudu f’dirgħajk għal
mument, jekk jogħġbok.”
In-natura tiegħi inġibdet lura,
imma ma tajt kas ta’ xejn, ħadt
it-tifel u bistu darbtejn preċiż
fuq l-infezzjoni., waqt li tlabt
lil Alla jfejqu.
Kelli ħafna opportunajiet
nipprattika l-virtu’. Qgħadt
nisma’ n-nies iferrgħu dak li
kien qed idejjaqhom, u stajt
nara li ma kienx hemm il-ferħ
fl-ebda qalb, għax l-ebda qalb
ma kienet tassew tħobb lil Alla;
u ma stagħġibtx xejn b’din
il-ħaġa. Iddispjaċini ħafna għax
ma rajtx tnejn minn ħuti
l-bniet. Ġo fija ħassejt li
r-ruħ tagħhom kienet f’periklu
kbir. Uġigħ kbir għafas fuq
qalbi malli ħsibt fihom. Darba,
meta ħassejtni qrib ħafna ta’
Alla, tlabt il-Mulej bil-ħerqa
jagħtihom il-grazzja, u l-Mulej
weġibni, Jiena qed nagħtihom
mhux biss il-grazzji li għandhom
bżonn,
imma grazzji speċjali wkoll.
Jiena fhimt li l-Mulej kien ser
isejħilhom għal għaqda ikbar
miegħu. Nifraħ ħafna li hemm
imħabba hekk kbira ssaltan
fil-familja tagħna.
402.
Filwaqt li kont qiegħda nsellem
lill-ġenituri tiegħi qabel tlaqt
u tlabthom il-barka tagħhom,
ħassejt il-qawwa tal-grazzja ta’
Alla qiegħda tiġi mferrgħa fuq
ruħi. Missieri, ommi u l-parrina
tiegħi berkuni bid-dmugħ
f’għajnejhom, xtaquli l-ikbar
fedelta’ lejn il-grazzji ta’
Alla, u talbuni ma ninsa qatt
kemm kien tani grazzji Alla meta
sejjaħli għall-ħajja reliġjuża.
Tlabuni nitlob għalihom.
Għalkemm kulħadd kien qed jibki,
lanqas demgħa waħda ma qabżitli;
ppruvajt inkun kuraġġuża
u farraġthom mill-aħjar li
stajt, u fakkarthom fil-ġenna
fejn ma jkun hemm l-ebda firda
oħra. Stanley ġie miegħi
sal-karozza. Għidtlu kemm Alla
jħobb lill-erwieħ safja u
assigurajtu li Alla kien
sodisfatt bih. Filwaqt li kont
qiegħda ngħidlu fuq it-tjubija
ta’ Alla u kemm jaħseb fina,
nfaqa’ jibki bħal tarbija, u ma
stagħġibt xejn b’dan, għax din
kienet ruħ safja, u bħala tali.
Setgħet aktar tagħraf lil Alla.
403.
Meta kont fil-karozza, ħallejt
lil qalbi tizvoga, u jiena wkoll
bkejt bħal tarbija, bil-ferħ li
Alla kien qed jagħti
lill-familja tagħna, ħafna
grazzji, u ntlift f’talba ta’
radd il-ħajr.
Sa filgħaxija diġa’ kont
Varsavja. L-ewwelnett sellimt
lill-Mulej tad-dar (Ġesu’
fl-Ewkaristija), u mbagħad mort
insellem lill-Komunita’ kollha.
404.
X’ħin dħalt fil-kappella biex
insellem lill-Mulej qabel ma
rtitrajt bil-lejl, u tlabtu skuża
li ftit li xejn kont kellimtu
meta kont id-dar, smajt leħen
ġewwa ruħi, Jiena kuntent
ħafna li inti ma kellimtnix,
imma kont qiegħda tgħarraf
lill-erwieħ bit-tjubija Tiegħi u
tħeġġiġhom biex iħobbuni.
405.
Il-Madre Superjura (Mary Joseph)
qaltli, “aħna t-tnejn se mmorru
Jozefinek għada, Sor, u jkollok
ċans titkellem mal-Madre
Ġenerali (Michael)”. Fraħt
ħafna. Il-Madre Ġenerali kienet
bħas-soltu, mimlija tjubija,
paċi u l-Ispirtu ta’ Alla. Domt
nitkellem magħha. Attendejna
l-funzjoni ta’ wara nofs
in-nhar. Tkantat il-Litanija
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’.
Il-Mulej Ġesu’ kien sepost
fl-ostensorju.
406.
Ftit wara, rajt liċ-ċkejken
Ġesu’, li ħareġ minn ġo l-Otja u
qagħad jistrieħ f’idejja. Dan
kollu dam mument; ferħ tabilħaqq
kbir imlieli ruħi. It-tfajjel
Ġesu’ deher l-istess bħalma kien
meta dħalna fil-Kappella
mal-Madre Superjura –
id-Direttriċi li kelli qabel,
Mary Joseph. L-għada kont diġa’
mort lura fil-maħbuba Vilnius
tiegħi.
407.
Kemm ħassejtni ferħana li kont
erġajt lura fil-kunvent tagħna!
Ħassejtni qisni kont dieħla
l-kunvent it-tieni darba. Ħadt
pjaċir il-ħin kollu bis-skiet u
l-paċi li fih ir-ruħ tista’ hekk
bil-ħeffa tintilef f’Alla,
megħjuna minn kulħadd mingħajr
ma jfixkilha.
Ir-Randan il-Kbir
408.
Meta nintilef fil-Passjoni
tal-Mulej, ta’ spiss nara
l-Mulej Ġesu’, waqt
l-adorazzjoni b’dan il-mod: wara
l-flaġellazzjoni, dawk li kienu
qedgħin jittorturaw il-Mulej
ħaduh u neżżgħulu
l-libsa Tiegħu stess, li kienet
diġa’ weħlet mal-feriti Tiegħu;
imbagħad, tefgħu l-mantell aħmar
maħmuġ u mqatta’ fuq il-feriti
miftuħin tal-Mulej. Il-mantell,
f’xi postijiet, bil-kemm laħaq
sa rkobbtejh. Ġielgħuh ipoġġi
bil-qiegħda fuq biċċa travu. U
mbagħad nisġu kuruna tax-xewk,
li poġġewha fuq ir-ras qaddisa
Tiegħu. Tawh qasba f’idu u bdew
jgħadduh biż-żmien
jitbaxxew quddiemu bħallikieku
quddiem re. Xi wħud beżqulu
f’wiċċu, filwaqt li oħrajn
ħadulu l-qasba u tawh biha fuq
rasu. Oħrajn weġġgħuh billi bdew
jagħtuh daqqiet; oħrajn
għattewlu wiċċu u bdew jagħtuh
bil-ponnijiet. Ġesu’ ssaporta
dan kollu bil-manswetudni. Min
jista’ jifhmu – jifhem
it-tbatijiet Tiegħu? Għajnejn
Ġesu’ kienu qedgħin iħarsu ‘l
isfel. Ħassejt x’kien qed jiġri
fil-Qalb l-iżjed
ħelwa ta’ Ġesu’ f’dak il-ħin.
Kull ruħ għandha tirrifletti
x’kien qed ibati Ġesu’ f’dak
il-waqt. Huma ppruvaw jimpikaw
ma’ xulxin fl-insulti tagħhom
lill-Mulej. Jiena qgħadt naħseb:
Min fejn tiġi malizzja bħal din
fil-bniedem? Il-kawża
tagħha hi d-dnub. L-imħabba u
d-dnub iltaqgħu.
409.
Meta kont qiegħda nattendi
għall-Quddiesa f’ċerta knisja
flimkien ma’ soru oħra, ħassejt
il-kobor u l-majesta’ ta’ Alla;
ħassejt il-knisja mimlijin
b’Alla. Il-majesta’ Tiegħu daret
madwari, u għalkemm werwritni,
imlietni bil-paċi u bil-ferħ.
Kont naf li xejn ma seta’
jeħodha kontra r-rieda Tiegħu.
Li kieku l-erwieħ kollha kienu
jafu min hemm jgħix fil-knejjes
tagħna, ma kienx ikun hemm
daqshekk insulti u daqshekk
nuqqas ta’ rispett f’dawn
il-postijiet qaddisa!
410.
O Mħabba eterna u li ħadd ma
jista’ jifhimha, jiena nitolbok
grazzja waħda: dawwalli moħħi
bid-dawl li ġej minn fuq; għinni
nagħraf u napprezza l-affarijiet
kollha skont is-siwi tagħhom.
Inħoss l-ikbar ferħ meta nsir
naf il-verita’.
411.
21 ta’ Marzu 1935. Spiss, waqt
il-Quddiesa, nara lill-Mulej
ġewwa ruħi; nħoss il-preżenza
Tiegħu li timlieni kollni kemm
jiena. Nħoss il-ħarsa divina
Tiegħu; nitkellem Miegħu fit-tul
mingħajr ma nlissen kelma; naf
dak li tixtieq il-Qalb divina
Tiegħu, u nagħmel dejjem dak li
Lilu jogħġbu l-iktar. Jiena
nħobbu bi mħabba tal-ġenn, u
nħossni maħbuba minn Alla.
F’dawk il-waqtiet meta jiena
niltaqa’ ma’ Alla fil-qiegħ ta’
l-esseri tiegħi, inħossni hekk
ferħana li ma nkunx naf kif
infisser dan il-ferħ. Dawn
il-waqtiet ikunu qosra, għax
ir-ruħ ma tkunx tiflaħ għal-ħaġa
bħal din fit-tul, għax il-firda
mill-ġisem issir inevitabbli.
Għalkemm dawn il-waqtiet ikunu
qosra ħafna, il-qawwa tagħhom,
li tiġi mgħoddija lir-ruħ tibqa’
magħha għal
żmien
twil ħafna. Bla ebda sforz,
jiena jkolli esperjenza
tal-ġabra profonda li mbagħad
tiksini – u din ma tonqosx ukoll
meta jiena nitkellem man-nies,
lanqas ma tfikilni fit-twettiq
tad-doveri tiegħi. Nħoss il-preżenza
dejjiema ta’ Alla bla ebda sforz
minn ruħi. Naf li jiena maqgħuda
Miegħu mill-qrib bħalma qatra
ilma hi magħquda mal-oċejan bla
qiegħ.
Il-Ħamis li għadda, lejn
it-tmiem tat-talb tiegħi,
ħassejt din il-grazzja, li damet
għal
żmien
twil mhux tas-soltu, għax kien
il-ħin kollu tal-Quddiesa, li
ħsibtni ser immut bil-ferħ.
F’ħinijiet bħal dawn nintebaħ
aktar bl-għarfien tiegħi ta’
Alla u tal-attributi Tiegħu, u
nsir naf ukoll lili nnifsi u
l-miżerja
tiegħi ħafna aħjar. Nistagħġeb
kemm il-Mulej verament jiċċekken
lejn ruħ miżerabbli
bħal tiegħi. Wara l-Quddiesa,
ħassejtni kollni kemm jiena
mitlufa f’Alla u għadni konxja
minn kull ħarsa Tiegħu
fil-profondita’ ta’ qalbi.
Madwar nofs in-nhar dħalt
fil-kappella għal waqt wieħed, u
għal darb’ oħra l-qawwa
tal-grazzja laqtitli qalbi. Waqt
li bqajt fi stat ta’ ġabra,
Satana qabad qasrija u bir-rabja
tefagħha mal-art b’saħħtu
kollha. Rajt ir-rabja u l-għira
tiegħu kollha.
412.
Ma kien hemm ħadd fil-kappella,
għalhekk qomt niġbor il-biċċiet
tal-qasrija, erġajt poġġejt
il-fjura fil-ħamrija u ppruvajt
nagħmel dan kollu qabel ma jasal
xi ħadd. Imma ma rrnexxilix,
għax il-Madre Superjura (Borgia)
daħlet dak il-ħin flimkien
mas-soru sagristana (nota93)
u xi sorijiet oħrajn. Il-Madre
Superjura baqgħet mistagħġba li
jiena kont qiegħda mmiss xi ħaġa
li kienet fuq l-altar u b’dan
il-mod jiena waqqajt il-qasrija.
Is-soru sagristana wriet li ma
ħaditx gost, u jien għamilt
mill-aħjar biex ma nagħti l-ebda
spjegazzjoni jew niskuża
lili nnifsi. Imma filgħaxija
ħassejtni għajjiena ħafna u ma
stajtx nagħmel is-siegħa tiegħi
tal-Adorazzjoni, għalhekk tlabt
lill-Madre Superjura tħallini
mmur norqod kmieni. Irqadt malli
mteddejt, imma f’xi l-ħdax
Satana ċaqlaqli s-sodda.
Mill-ewwel qomt u bdjet nitlob
bil-paċi kollha lill-Anġlu
Kustodju tiegħi. Imbagħad rajt
lill-erwieħ li kienu qedgħin
jagħmlu penitenza
fil-Purgatorju. Huma dehru
qishom dellijiet, u fosthom rajt
ħafna demonji. Wieħed minnhom
ipprova jdejjaqni; ħa forma ta’
qattus u beda jixteħet fuq
is-sodda tiegħi u fuq saqajja, u
kien tqil mhux ħażin,
daqslikieku kien (jiżen)
tunnellata.
Il-ħin kollu bqajt ngħid ir-Rużarju,
u lejn iż-żerniq
dawn l-ispirti għebu, u
rnexxieli norqod xi ftit. X’ħin
dħalt fil-kappella filgħodu
smajt vuċi ġewwa ruħi, Int
tinsab maqgħuda Miegħi; tibża’
xejn. Imma kun af, binti, li
Satana jobgħodok; huwa jobgħod
kull ruħ, imma għandu mibegħda
taqbad b’mod speċjali għalik
għax inti ħtaftlu tant erwieħ
mis-saltna tiegħu.
413.
Dal-għodu smajt dan il-kliem:
Mil-lum sa (ċ-ċelebrazzjoni)
tal-Qawmien, inti m’intix ser
tħoss il-preżenza
Tiegħi, imma ruħek tkun mimlija
b’xenqa kbira.
U minnufih xewqa kbira mlietli
ruħi; ħassejt firda minn Ġesu’
l-maħbub tiegħi, u meta wasal
il-waqt tat-Tqarbin, rajt
il-Wiċċ ta’ Ġesu’ fit-tbatija
f’kull Ostja (li kien hemm)
fil-pissidi. Minn dak il-waqt,
jiena ħassejt xenqa iktar
qawwija f’qalbi.
414.
Fil-Ġimgħa il-Kbira, fit-tlieta
ta’ wara nofs in-nhar, meta
dħalt fil-kappella smajt dan
il-kliem: Jiena nixtieq li
x-xbieha Tiegħi tiġi meqjuma
fil-pubbliku. Imbagħad rajt
lill-Mulej Ġesu’ qiegħed imut
fuq is-Salib fost tbatija kbira,
u mill-Qalb ta’ Ġesu’ kienu
ħerġin l-istess
żewġ
raġġi li hemm fix-xbieha.
415.
Is-sibt. Waqt il-Għasar rajt
lill-Mulej Ġesu’ jiddi
bħax-xemx, liebes libsa tiddi, u
Huwa qalli, Jalla qalbek
tifraħ. U ferħ kbir
fawwarni, u l-preżenza
ta’ Alla nifditni; u dan
għar-ruħ, hu teżor
li ma tistax tiddeskrivih
bil-kliem.
416.
Meta x-xbieha ġiet sponuta,
(nota94) jiena f’daqqa waħda
rajt ċaqliqa ta’ id Ġesu’, Hu u
jagħmel sinjal kbir tas-salib.
Filgħaxija fl-istess ġurnata,
meta mort norqod jiena rajt
ix-xbieha miexja fuq il-belt, u
l-belt kienet miksija b’xi ħaġa
li f’għajnejja dehret qisha
kannizzata u xbiek. Ġesu’ Hu u
għaddej qatta’ x-xbiek kollha u
fl-aħħarnet għamel sinjal kbir
tas-salib u ma deherx aktar.
Rajt madwari ħafna figuri
malizzjużi
jaqbdu bin-nar tal-mibgħeda li
kellhom għalija. Minn fommhom
kien ħiereġ ħafna theddid, imma
l-ebda waħda minnhom ma
laqtitni. Mument wara, din
id-dehra għebet, imma bqajt għal
żmien
twil ma nistax norqod.
417.
26 (ta’ April). Il-Ġimgħa, meta
kont Ostra Brama sabiex nattendi
ċ-ċerimonja meta kellhom juru
x-xbieha, smajt priedka
mill-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko). Din il-priedka fuq
l-Ħniena Divina kienet l-ewwel
waħda mill-affarijiet li Ġesu’
kien ilu jitlob għal
żmien
twil. Meta s-saċerdot beda
jitkellem fuq il-ħniena kbira
tal-Mulej, ix-xbieha ħadet
il-ħajja u r-raġġi nifdu l-qlub
tan-nies li kienu jinsabu
miġburin hemmhekk, imma mhux
kollha bl-istess mod. Xi wħud
irċevew iktar, xi wħud inqas.
Ferħ kbir imlieli ruħi meta
jiena rajt il-grazzja ta’ Alla.
Imbagħad smajt il-kliem, Int
xhud tal-ħniena Tiegħi. Inti
għad trid toqgħod quddiem
it-tron Tiegħi għal dejjem bħala
xhieda ħajja tal-ħniena Tiegħi.
418.
Meta spiċċat il-priedka, ma
qgħadtx nistenna li tispiċċa
l-funzjoni, għax kont mgħaġġla
biex nerġa lura d-dar. Malli
kont imxejt ftit passi, kotra
kbira ta’ demonji għalquli
t-triq. Bdew jhedduni b’torturi
terribli, u nstemgħu xi
vuċijiet: “Ħtaftilna dak kollu
li kien ilna naħdmu għalih ħafna
snin! X’ħin jiena staqsejthom
“Minn fejn ġejtu f’għadd hekk
kbir?” l-ispirti ħżiena
weġbuni: “Minn ġol-qlub
tan-nies; tibqax tittorturana!”
419.
X’ħin rajt x’mibgħeda kbira
kellhom għalija, tlabt
l-għajnuna minnufih mingħand
l-Anġlu Kustodju tiegħi, u
f’daqqa waħda dehert il-figura
tiddi tal-Anġlu Kustodju tiegħi
u qalli: “Tibżax,
għarusa tal-Mulej tiegħi;
mingħajr il-permess Tiegħu dawn
l-ispirti ma jagħmlulek l-ebda
ħsara.” F’daqqa waħda l-ispirti
ħżiena
għebu, u l-Anġlu Kustodju
akkumpanjani bil-fedelta’, b’mod
li jidher, preċiż
sad-dar stess. Ħarstu kienet
mimlija modestja u paċi, u
fjamma nar kienet qiegħda taqbad
fuq ġbinu.
O Ġesu’ tiegħi, nixtieq naħdem
u nistinka u nbati ħajti kollha
għal dak il-waqt wieħed meta
jiena rajt il-glorja Tiegħek, O
Mulej, u nikseb ġid
għall-erwieħ.
Il-Ħadd, 28 (ta’ April) 1935.
420.
Il-Ħadd fuq l-Għid; jiġifieri
l-Festa tal-Ħniena Divina,
l-għeluq tal-Ġublew tal-Fidwa.
Meta morna sabiex nieħdu sehem
fiċ-ċelebrazzjonijiet, qalbi
bdiet taqbeż
bil-ferħ meta rajt kif iż-żewġ
solennitajiet kienu maqgħudin
hekk mill-qrib. Tlabt lil Alla
juri ħniena fuq l-erwieħ
tal-midinbin. Lejn it-tmiem
tal-funzjoni, meta s-saċerdot ħa
s-Sagrament Imqaddes sabiex
ibierek in-nies, jiena rajt
lill-Mulej Ġesu’ bħalma Hu
rappreżentat
fix-xbieha. Il-Mulej tana
l-barka Tiegħu, u r-raġġi nfirxu
fuq id-dinja kollha. F’daqqa
waħda, rajt dija impenetrabbli
fis-sura ta’ għamara
tal-kristall, minsuġa u maqgħuda
flimkien b’mewġiet ta’ dija li
la l-kreaturi lanqas l-ispirti
ma setgħu jersqu lejha. Tliet
bibien kienu jagħtu fuq din
id-dija. F’dak il-waqt, Ġesu’,
bħalma Hu rappreżentat
fix-xbieha, daħal f’din id-dija
permezz tat-tieni bieb
għall-Għaqda waħda li kien hemm
ġewwa. Din hija l-Għaqda ta’
tlieta flimkien ħadd ma jista’
jifhima – li hi bla tmiem. Smajt
vuċi, Din il-festa ħarġet
mill-profondita’ stess
tal-ħniena Tiegħi, u hija
mwettqa fil-profondita’ kbira
tal-ħniena tenera Tiegħi. Kull
ruħ li temmen u tafda fil-ħniena
Tiegħi tiksibha. Ma nistax
infisser x’ferħ ħassejt
għat-tjubija bla qies u
għall-kobor ta’ Alla tiegħi.
29
a’ April 1935
421.
Lejliet l-eposżizzjoni
tax-xbieha, jiena mort mal-Madre
Superjura tagħna nżur
il-konfessur tagħna (Dun
Sopocko). Meta id-diskors waqa;
fuq ix-xbieha, il-konfessur
talab biex waħda mis-sorijiet
tgħin sabiex tagħmel xi
girlandi. Il-Madre Superjura
wieġbet: “Swor Fawstina tgħin.”
Ħadt pjaċir b’din il-ħaġa, u
meta morna lura d-dar bdejt
mill-ewwel inħejji xi pjanti
ħodor, u ħadthom fil-post
bl-għajnuna ta’ waħda
mit-tfajliet tagħna. Pesruna
oħra li taħdem fil-knisja,
għenet ukoll. Sas-sebgħa ta’
filgħaxija dak in-nhar kollox
kien lest, u x-xbieha kienet
diġa’ mdendla f’postha. Imma xi
nisa rawni hemmhekk, għax iktar
minn għajnuna kont qiegħda
ntellef, u l-għada huma staqsew
lis-sorijiet x’kienet din
ix-xbieha sabiħa u x’kienet
tfisser.
Żgur
dawn is-sorijiet kienu jafu,
(huma ħasbu) għax waħda minnhom
kienet qiedgħa tgħin sabiex iżejnuha
l-ġurnata ta’ qabel. Is-sorijiet
stagħġbu mhux ftit għax ma
kienux jafu xejn dwarha; kollha
riedu jmorru jarawha u minnufih
bdew jissospettaw fija. Huma
qalu, “Swor Fawstina
żgur
taf kollox dwarha.”
Meta bdew jistaqsuni, bqajt
siekta, għax ma stajtx ngħid
il-verita’. Is-skiet tiegħi
żiedilhom
il-kurżita’,
u jiena kelli noqgħod iktar
għassa tiegħi nnifsi biex ma
ngħidx gidba u biex ma ngħidx
ukoll il-verita’, għax ma kellix
permess (nagħmel dan). Imbagħad
huma bdew juru d-dispjaċir
tagħhom u ċanfruni bil-miftuħ.
Qaluli, “Din kif inhi li
l-barranin jafu b’din il-ħaġa u
aħna ma nafu xejn?” Għaddew
diversi ġudizzji fuqi. Għal
tlett ijiem batejt ħafna, imma
qawwa speċjali ħakmet lil ruħi.
Kont kuntenta nsofri għal Alla u
għall-erwieħ li rċevew il-ħniena
divina f’dawn il-ġranet, jiena
nqis bħallikieku xejn, l-ikbar
tbatijiet u tħabrik, ukoll kieku
kellhom ikomplu sejrin sal-aħħar
tad-dinja; għax dawn għad jaslu
fit-tmiem, fil-waqt li dawn
l-erwieħ ġew salvati minn
turmenti li m’għandhomx tmiem.
Għalija kien ferħ kbir nara
lill-oħrajn jerġgħu lura lejn
il-għajn tal-ferħ, fi ħdan
il-Ħniena Divina.
422.
Meta rajt is-sagrifiċċju u
l-isforzi ta’ Dun Sopocko għal
din il-ħidma, ammirajt
il-paċenzja u l-umilta’ tiegħu.
Dan kollu sewa ħafna, mhux biss
f’dik li hi ħidma u nkwiet ta’
kull xorta, imma wkoll f’dak li
huma spejjes; u Dun Sopocko kien
qed jieħu ħsieb l-ispejjes
kollha. Jiena nista’ nara li
l-Providenza Divina kienet
ħejjietu sabiex huwa jagħmel dan
ix-xogħol tal-ħniena qabel ma
jiena tlabt lil Alla għal din
il-ħaġa. Kemm huma misterjużi
triqatek, Mulej Alla! U kemm
huma beati l-erwieħ li jimxu
wara s-sejħa tal-grazzja divina!
423.
Faħħar, ruħ tiegħi, lill-Mulej
għal kollox, u agħti glorja
lill-ħniena Tiegħu, għax tjubitu
m’għandhiex tmiem. Kollox għad
jgħaddi, imma l-ħniena Tiegħu
hija bla tarf u bla tmiem.
Għalkemm il-ħażen
għad jasal sat-tmiem tiegħu,
il-ħniena hi bla tarf.
Mulej Alla tiegħi, wkoll
fil-kastigi li Inti tibgħat fuq
id-dinja, jiena nara l-abbiss
tal-ħniena Tiegħek, għax meta
Inti tikkastigana hawn fl-art
Int teħlisna mill-kastig ta’
dejjem. Ifirħu, intom il-ħlejjaq
kollha għax intom eqreb ta’ Alla
fil-ħniena bla tarf Tiegħu milli
hi tarbija lejn il-qalb ta’
ommha. Mulej Alla, Inti l-istess
kumpassjoni għall-ikbar midinbin
li jindmu b’qalbhom kollha.
Iktar ma’ jkun kbir il-midneb,
iktar għandu dritt għall-ħniena
ta’ Alla.
F’xi waqt, 12 ta’ Mejju 1935.
424.
Filgħaxija, bilkemm kont dħalt
fis-sodda, irqadt minnfih.
Għalkemm irqadt malajr, stenbaħt
iktar malajr. Tifel ċkejken ġie
u qajjimni. Qisu kellu sena, u
stagħġibt li kien jaf jitkellem
hekk tajjeb, għax tfal ta’ dik
l-eta’ jew ma jkunux jitkellmu
jew jitkellmu b’mod li ma tantx
jiftiehem. It-tifel kellu
sbuħija li ma tistax
tiddeskriviha u kien jixbaħ
lit-Tfajjel Ġesu’, u qalli,
Ħares lejn is-sema. U meta
ħarist lejn is-sema, rajt
il-kwiekeb u l-qamar jiddu.
Imbagħad it-tifel staqsieni,
Qiegħda tara dan il-qamar u dawn
il-kwiekeb? Meta għidtlu
iva, huwa qalli dan il-kliem,
Dawn il-kwiekeb huma l-erwieħ
tal-insara fidili, u l-qamar hu
l-erwieħ tar-reliġjużi.
Qiegħda tara kemm hi kbira
d-differenza bejn id-dawl
tal-qamar u d-dawl tal-kwiekeb?
Daqshekk hija d-differenza
fil-ġenna bejn ruħ ta’ reliġjuż
u ruħ ta’ nisrani fidil.
(nota94a) U hu kompla
jgħidli li, Il-kobor veru
jinsab f’li tħobb lil Alla u
fl-umilta.’
425.
Imbagħad rajt ruħ tinfired minn
ġisimha fost turmenti kbar.
Mulej Ġesu’, filwaqt li sejra
nikteb dan, nirtogħod x’ħin nara
l-affarijiet orribli li jixhdu
kontrieh... Jiena rajt l-erwieħ
ta’ tfal ċkejknin u dawk ta’
etajiet ikbar, bejn wieħed u
ieħor ta’ disa’ snin., ħerġin
minn qiesu abbiss mimli tajn.
L-erwieħ kienu maħmuġin u
jdejquk tarahom, qishom mostri
l-iktar terribli u iġsma mejtin
qedgħin jitmermru. Imma dawn
l-iġsma kienu għadhom ħajjin u
kienu qedgħin jixhdu jgħajtu
kontra r-ruħ tal-moribond. U
r-ruħ li kont qiegħda nara tmut
kienet mimlija bl-unuri u
bl-aplaws tad-dinja, li kellu
jispiċċa fix-xejn u fid-dnub.
Fl-aħħar ħarġet mara li kellha
xi ħaġa tixbah dmugħ fil-fardal
tagħha, u hija tat xhieda
qawwija ħafna kontrieh.
426.
Siegħa tabilħaqq terribli,li
fiha wieħed ikollu jara
l-għemejjel tiegħu kollha
fil-għera u fil-miżerja
tagħhom; l-ebda wieħed minnhom
ma jintilef, kollha kemm huma
jakkumpanjawna sal-ġudizzju ta’
Alla. Ma nista' nsib l-ebda
kliem jew tixbiħ biex infisser
affarijiet terribli bħal dawn. U
għalkemm lili jidhirli li din
ir-ruħ ma ntilfitx, imma xorta
waħda t-turmenti tagħha m’huma
bl-ebda mod differenti
mit-turmenti tal-infern; hemm
biss din id-differenza: li xi
darba għad jispiċċaw.
427.
Mument wara, rġajt rajt it-tifel
li kien qajjimmni. Kellu sbuħija
li ssaħħarek u tennieli dan
il-kliem, Il-kobor veru
tar-ruħ jinsab f’li tħobb lil
Alla u fl-umilta’. Jiena
staqsejt lit-tifel. “Kif taf li
l-kobor veru tar-ruħ jinsab f’li
tħobb lil Alla u fl-umilta’?
It-teoloġi biss jafu dwar dawn
l-affarijiet u inti għandek
lanqas biss tgħallimt il-katekiżu.
Mela kif taf?” Għal dan il-kliem
hu weġibni, Jiena naf; jiena
naf kollox. U meta qal dan
il-kliem, ma deherx aktar.
428.
Imma ma stajtx norqod iżjed;
moħħi għejja jaħseb fuq
l-affarijiet li kont rajt.
Intom, erwieħ tal-bnedmin, kemm
ikun tard meta titgħallmu
l-verita’! Int, abbiss
tal-ħniena ta’ Alla, ferra’
lilek innifsek malajr kemm
jista’ jkun fuq id-dinja kollha,
skont ma għidt Inti stess.
Mejju, 1935. Waqt wieħed
429.
Meta ntbaħt bil-pjanijiet kbar
ta’ Alla għalija, bżajt
mill-kobor tagħhom u ħassejtni
x’aktarx minix kapaċi li
nwettaqhom, u bdejt naħrab
djalogu nterjuri Miegħu, u nimla
l-ħin bit-talb vokali. Għamilt
hekk minħabba l-umilta’, imma ma
domtx ma ntbaħt li din ma kenitx
umilta’ vera, imma aktarx
tentazzjoni kbira tax-xitan.
Meta darba minflok talb
interjuri, qbadt ktieb ta’ qari
spirtitwali, smajt dan il-kliem
jingħad b’mod ċar u qawwi ġewwa
ruħi, Inti għad tħejji
d-dinja għall-miġja Tiegħi ta’
l-aħħar. Dan il-kliem
qanqalni profondament, u
għalkemm għamilt ta’ bir-ruħi li
ma kontx qiegħda nismagħhom,
fhimthom tajjeb ħafna u ma kelli
l-ebda dubju dwarhom. Darba,
għajjiena b’din il-battalja ta’
mħabba tiegħi ma’ Alla, bdejt
inġib skużi
l-ħin kollu minħabba l-fatt li
ma kontx kapaċi nagħmel din
il-biċċa xogħol, u ridt noħroġ
mill-kappella, imma forza
barranija
żammitni
hemm u sibt ruħi bla saħħa.
Imbagħad smajt dan il-kliem,
Int għandek f’moħħok li toħroġ
mill-kappella, imma ma tistax
taħrab minni, għax Jiena ninsab
kullimkien. Waħdek int ma tistax
tagħmel xejn, imma flimkien
miegħi int tista; tagħmel
kollox.
430.
Meta, matul il-ġimgħa mort nara
l-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko), u wrejtu l-istat ta’
ruħi, l-aktar il-fatt li kont
qiegħda naħrab djalogu interjuri
ma’ Alla, huwa qalli li ma
kellix ninġibed lura mid-djalogu
interjuri ma’ Alla, imma kelli
noqgħod nisma’ bl-attenzjoni
l-kliem li Huwa jgħidli.
431.
Segwejt il-parir tal-konfessur
tiegħi, u fl-ewwel laqgħa tiegħi
mal-Mulej, inżilt
f’riġlejn Ġesu’ u b’qalbi tassew
imnikkta, tlabt skuża
għal kollox. Imbagħad
Ġesu’refgħani mill-art u qagħad
bil-qiegħda maġenbi u ħallieni
npoġġi rasi fuq sidru, sabiex
inkun nista’ nifhem aħjar u
nħoss ix-xewqat tal-Qalb l-iżjed
ħelwa tiegħu. Imbagħad Huwa
qalli dan il-kliem, Binti,
tibża’
xejn; Jiena dejjem miegħek.
L-għedewwa kollha tiegħek
jagħmlulek ħsara biss sakemm
Jiena nippermettilhom. Inti
l-għamara Tiegħi u s-serħan
Tiegħi l-ħin kollu. Minħabba fik
Jiena niġbed lura l-id li
tikkastiga; minħabba fik Jiena
nbierek l-art.
432.
F’dak l-istess waqt, ħassejt
qisu nar f’qalbi. Inħoss
is-sensi tiegħi jmutu u m’għandi
l-ebda ideja x’inhu jiġri
madwari. Inħoss il-ħarsa
tal-Mulej tinfidni sa ġewwa
nett. Jiena nagħraf tajjeb
il-kobor Tiegħu u l-miżerja
tiegħi. Tbatija starordinarja
timlieli ruħi, flimkien ma’ ferħ
li ma nista’ qatt nxebbħu ma’
xejn. Inħossni bla saħħa
fit-tgħannieqa ta’ Alla.
Inħossni li qiegħda ġewwa fih u
qiegħda ninħall fih bħal ilma
fl-oċejan. Ma nistax infisser
dak li qed jiġri ġewwa fija;
wara talb interjuri bħal dan,
jien inħoss is-saħħa u l-qawwa
li nipprattika l-iktar virtujiet
diffiċli. Inħoss stmerrija
għall-affarijiet kollha li
d-dinja tistmahom. B’ruħi kollha
jien nixtieq is-skiet u
s-solitudni.
433.
Mejju, 1935. Waqt il-kwranturi
jiena rajt wiċċ il-Mulej Ġesu’
fl-Ostja Mqaddsa esposta
fl-ostensorju. Ġesu’ kien qed
iħares bi tjubija lejn kulħadd.
434.
Spiss nara t-Tfajjel Ġesu’ waqt
il-Quddiesa. Huwa mill-iktar
sabiħ. Donnu għandu xi sena.
Darba, meta rajt l-istess Tifel
waqt il-Quddiesa fil-kappella
tagħna, qabditni xewqa qawwija u
irreżestibbli nersaq lejn
l-altar u naqbad lit-Tfajjel
Ġesu’. F’dak il-ħin, it-Tfajjel
Ġesu’ kien qiegħed bil-wieqfa
maġenbi n-naħa tal-ġinokkjatur
tiegħi, u beda jintefa' fuqi’
b’idejh
żgħar
fuq spallti, grazzjuż u ferħan,
ħarstu profonda u tidħol ġo fik.
Imma meta s-saċerdot qasam
l-Ostja, Ġesu’ reġa’ kien għal
darb’oħra fuq l-altar, u ġie
maqsum u kkunsmat mis-saċerdot.
Wara t-Tqarbin, jiena rajt lil
Ġesu’ bl-istess mod ġewwa qalbi
u ħassejtu fiżikament ġewwa
qalbi l-ġurnata kollha. Mingħajr
ma kont naf kif, ġabra
mill-iktar profonda mlietni, u
ma għidtx l-ebda kelma lil ħadd.
Bdejt naħrab lin-nies kemm
stajt, dejjem inwieġeb
mistoqsijiet dwar id-dmirijiet
tiegħi, imma iktar minn hekk
lanqas kelma waħda.
435.
Jiena u miexja fil-ġnien
filgħaxija smajt dan il-kliem:
Bit-talb tiegħek, inti u
sħabek sejrin tiksbu l-ħniena
għalikom u għad-dinja. Jiena
fhimt li ma kontx ser nibqa’
fil-Kongregazzjoni li qiegħda
fiha fil-preżent (nota95).
Rajt ċar li r-rieda ta’ Alla
għalija kienet mod ieħor. Imma
bqajt inġib l-iskużi quddiem
Alla, u bqajt ngħidlu li ma
kontx kapaċi nwettaq din
il-biċċa xogħol. “Ġesu’, Inti
taf tajjeb x’jiena” (jiena
għidt), u bdejt nagħmel lista
tad-dgħjufija tiegħi quddiem
il-Mulej, nistaħba warajhom
sabiex Huwa jaqbel miegħi li
jiena ma kontx kapaċi nwettaq
il-pjanijiet Tiegħu. Imbagħad
jiena smajt dan il-kliem:
Tibżax, Jiena stess nagħmel
tajjeb għal dak kollu li hemm
nieqes ġewwa fik. Imma dan
il-kliem nifidini sa ġewwanett u
għaraft aħjar il-miżerja tiegħi;
u jiena fhimt li l-kelma
tal-Mulej hi ħajja u li qiegħda
tinfidni sa ġewwanett. Jiena
fhimt lil Alla kien qiegħed
jistenna mingħandi mod ta’ ħajja
iktar perfetta. Imma
jiena bqajt nuża l-inkompetenza
tiegħi bħala skuża.
436.
29 ta’Ġunju 1935. Meta kellimt
lid-direttur spirtwali tiegħi
(Dun Sopocko) dwar diversi
affarijiet li l-Mulej kien
qiegħed jitlob mingħandi, ħsibt
li hu kien ser jgħidli li jiena
minix kapaċi nwettaq dawk
l-affarijiet kollha, u li
l-Mulej Ġesu’ ma jużax erwieħ
msejkna bħali għall-ħidmiet li
Hu xtaq li jsiru. Imma smajt
kliem (li kienu jfissru) li huma
preċiżament erwieħ bħal dawn
lil Alla jagħzel l-iktar spiss
biex iwettaq il-pjanijiet
Tiegħu. Dan is-saċerdot żgur li
hu mmexxi mill-Ispirtu ta’ Alla;
huwa ppenetra s-sigrieti ta’
ruħi, l-iktar sigrieti profondi
li kienu jeżistu bejni u bejn
Alla, li fuqhom jiena kont
għadni ma tkellimtx miegħu, għax
jiena stess ma kontx fhimthom, u
l-Mulej ma kienx ikkmandani
b’mod ċar biex ngħidlu bihom.
Is-sigriet huwa dan: Alla jrid
li jkun hemm Kongregazzjoni li
xxandar il-ħniena ta’ Alla
lid-dinja u li, bit-talb tagħha,
takkwistaha għad-dinja. Meta
s-saċerdot staqsieni jekk kellix
ispirazzjonijiet bħal dawn,
jiena weġibt li ma kellix
ordnijiet ċari; imma f’dak
il-waqt dawl nifidli ruħi, u
jiena fhimt li l-Mulej kien qed
jitkellem permezz tiegħu.
437.
Ta’ xejn iddefendejt lili nnifsi
billi għidt li ma konx irċevejt
ordnijiet ċari, għaliex
fit-tmiem tal-koverżazzjoni
tagħna jiena rajt lill-Mulej
Ġesu’ fuq l-għatba, bħalma Hu
rrapreżentant fix-xbieha, u Hu
qalli, Jiena nixtieq li jkun
hemm Kongregazzjoni bħal din
(nota96). Dan kollu dam biss
muement wieħed. Imma jiena
m’għidtlux fuq din il-ħaġa dak
il-ħin stess, għax kont mgħaġġla
biex nerġa’ lura d-dar, u bqajt
intenni lill-Mulej, “Mulej,
jiena minix kapaċi nwettaq
il-pjanijiet Tiegħek!” Imma ħaġa
stramba, Ġesu’ ma ta l-ebda kas
tat-talbiet tiegħi, imma tani
x’nara u x’nifhem kemm kienet
togħġbu din il-biċċa xogħol
(tal-Ħniena Divina). Ma ta
l-ebda kas tad-dgħjufija tiegħi,
imma tani li nkun naf kemm kelli
negħleb diffikultajiet. U jiena,
l-imsejkna kreatura Tiegħu, ma
stajt ngħid xejn ħlief “Jiena
minix kapaċi għal din il-ħaġa,
Mulej Alla Tiegħi!”
438.
30 ta’ Ġunju 1935. Fil-bidunett
tal-Quddiesa l-għada rajt lil
Ġesu’ fis-sbuħija kollha Tiegħu
li ħadd ma jista’ jpoġġiha fi
kliem. Qalli li Hu xtaq li
tinbeda Kongregazzjoni bħal din
malajr kemm jista’ jkun, u int
tgħix fiha flimkien
mal-kumpaniji tiegħek. L-ispirtu
Tiegħi jkun ir-regola ta’
ħajjitkom. Ħajjitkom għandha
tkun msawra fuq Tiegħi,
mill-maxtura sal-mewt Tiegħi fuq
is-Salib. Idħol fil-fond
fil-misteri Tiegħi; u inti ssir
taf l-abbiss tal-Ħniena Tiegħi
għall-ħlejjaq kollha u t-tjubija
Tiegħi bla tarf – u inti
tgħarraf b’dan lid-dinja.
Bit-talb tiegħek inti tkun
medjatriċi bejn l-art u s-sema.
439.
Imbagħad wasal il-mument biex
nitqarben u Ġesu’ ma deherx
aktar, u jiena rajt dija kbira.
Imbagħad jiena smajt dan
il-kliem: Aħna nagħtu l-barka
tagħna u f’dak il-waqt raġġ
jiddi ħareġ minn dak id-dawl u
nifidli qalbi; nar starordinarju
tkebbes ġewwa ruħi – ħsibtni
sejra mmut bil-ferħ u l-hena.
Ħassejt l-ispirtu tiegħi
jinfired minn ġismi. Ħassejtni
mgħaddsa kollni kemm jien
f’Alla, ħassejtni maħtufa minn
Dak li jista’ kollox, bħal farka
trab, f’wesgħat li ħadd ma jaf
bihom.
Nirtogħod bil-ferħ fit-tgħanniqa
tal-Ħallieq, ħassejt li Hu stess
kien qiegħed iweżinni sabiex
inkun nista’ nġorr dan il-ferħ
kbir u nħares lejn il-Majesta’
Tiegħu. Issa naf li, li kieku ma
kienx Hu stess li għall-ewwel
saħħaħni bil-grazzja Tiegħu,
ruħi ma kenitx tkun tiflaħ
il-hena, u kont immut f’salt.
Il-Quddiesa spiċċat ma nafx
meta, għax ma kellix saħħa
noqgħod attenta għal dak li kien
għaddej fil-kappella. Imma meta
rġajt ġejt f’sensija, ħassejt li
kelli s-saħħa u l-kuraġġ li
nagħmel ir-rieda ta’ Alla; xejn
ma deherli diffiċli; u fil-waqt
li qabel kont qiegħda nġiblu
l-iskużi lill-Mulej; issa
ħassejt il-kuraġġ u s-saħħa
tal-Mulej ġewwa fija, u għidt
lill-Mulej, “Jiena lesta għal
kull sejħa tar-rieda Tiegħek!”
Ġewwa fija, kont għaddejt minn
dak kollu li kelli ngħaddi minnu
fil-ġejjieni.
440.
O Ħallieq u Mulej tiegħi, jiena
kollni kemm jiena Tiegħek!
Agħmel minni skont ma jogħġob
lid-Divinita’ Tiegħek u skont
il-pjanijiet eterni Tiegħek u
l-ħniena Tiegħek bla tarf. Jalla
kull ruħ issir taf kemm hu
tajjeb il-Mulej; jalla l-ebda
ruħ ma tibża’ tikkomunika b’mod
intimu mal-Mulej; jalla l-ebda
ruħ ma tuża bħala skuża l-fatt
li tħossha li mhix denja u jalla
qatt ma’ tibqa’ tħalli għal
iktar tard (biex hi taċċetta)
s-sejħat ta’ Alla, għax dik
il-ħaġa ma togħġbux lill-Mulej.
M’hemm l-ebda ruħ iktar imsekjna
minni, għax jiena tassew naf
lili nnifsi, u nistagħġeb li
l-Majesta’ Divina tindenja
tiċċekken daqshekk. Eternita’,
jidhirli li inti qasira wisq
sabiex wieħed ikun jista’
jfaħħar (kif jixraq) il-ħniena
bla tarf tal-Mulej.
441.
Darba, ix-xbieha kienet qiegħda
tiġi esposta fuq l-altar waqt
il-purċissjoni ta’ Corpus (20
ta’ Ġunju). Meta s-saċerdot
espona s-Sagrament Imqaddes, u
l-kor beda jkanta, ir-raġġi
mix-xbieha nifdu l-Ostja Mqaddsa
u nfetħu u xxerrdu fuq id-dinja
kollha. Imbagħad jiena smajt dan
il-kliem: Dawn ir-raġġi
tal-ħniena ser jgħaddu minn ġo
fik, bħalma għaddew minn ġo din
l-Ostja, u joħorġu fid-dinja
kollha. Ma’ dan il-kliem,
ferħ profond imlieli ruħi.
442.
Darba. Meta l-konfessur tiegħi
(Dun Sopocko kien qed iqaddes,
jiena rajt, bħas-soltu,
lit-Tfajjel Ġesu’ fuq l-altar,
mill-ħin tal-Offertorju. Imma
mument qabel l-Elevazzjoni,
is-saċerdot ma rajtux iżjed, u
baqa’ biss Ġesu’. Meta kien
riesaq il-waqt tal-Elevazzjoni,
Ġesu’ ħa l-Ostja u l-kalċi
fl-idejn ċkejknin Tiegħu u
għolliehom ‘il fuq flimkien,
filwaqt li ħares ‘il fuq lejn
is-sema, u mument wara jiena
rġajt rajt lill-konfessur
tiegħi. Jiena staqsejt
lit-Tfajjel Ġesu’ fejn kien
is-saċerdot matul il-ħin li fih
jiena ma kontx rajtu. Ġesu’
wieġeb, Ġewwa Qalbi. Imma
ma stajt nifhem xejn iktar minn
dan il-kliem ta’ Ġesu’.
443.
Darba smajt dan il-kliem,
Jiena nixtieq li inti tgħix
skont ir-rieda Tiegħi, fil-post
l-iktar profond u sigriet ta’
ruħek. Jiena qgħadt
nirrifletti fuq dan il-kliem, li
tassew ħassejthom f’qalbi. Dan
ġara fil-jum tal-qrar
għall-komunita’. Meta mort
inqerr u akkużajt lili nnifsi bi
dnubieti, is-saċerdot (Dun
Sopocko) tennieli l-istess kliem
li l-Mulej kien qalli qabel.
444.
Is-saċerdot qalli dan il-kliem
li jfisser ħafna, “Hemm tlett
gradi fit-twettiq tar-rieda ta’
Alla: fl-ewwel wieħed, ir-ruħ
twettaq ir-regoli u l-istatuti
kollha li għandhom x’jaqsmu ma’
osservanza esterna; fit-tieni
grad, ir-ruħ taċċetta
ispirazzjonijiet interjuri u
twettaqhom bil-fedelta’;
fit-tielet grad, ir-ruħ mitluqa
f’idejn ir-rieda ta’ Alla,
tagħtih il-fakulta’ li Huwa
jiddisponi minnha bil-liberta’
kollha, u Alla jagħmel biha dak
li jrid, u hi tkun għodda doċli
f’idejh.” U s-saċerdot qalli li
jiena kont fit-tieni grad
tat-twettiq tar-rieda ta’ Alla u
li ma kontx għadni lħaqt
it-tielet grad, imma qalli li
kelli nipprova nilħqu. Dan
il-kliem nifidli ruħi. Qiegħda
nara ċar li Alla spiss jagħti
lis-saċerdot għarfien ta’ dak li
jkun għaddej fil-profondita’ ta’
ruħi. Ma nistagħġeb xejn b’dan
il-fatt, jien nrodd ħajr lil
Alla li għandu persuni magħżulin
bħal dawn.
Il-Ħamis, Adorazzjoni ta’
bil-lejl
445.
Meta mort għall-adorazzjoni,
ġabra interjuri ħakmitni
mill-ewwel, u rajt lill-Mulej
Ġesu’ marbut ma’ kolonna,
imneżża’ minn ħwejjġu, u
minnufih bdiet
il-flaġellazzjoni. Rajt erbat
irġiel jibdlu lil xulxin biex
isawwtu lill-Mulej. Qalbi għal
naqra ma waqfitx meta rajt dawn
it-torturi. Il-Mulej qalli,
Jiena qed ibati uġigħ li hu
iżjed minn dak li inti qiegħda
tara. U Ġesu’ tani x’nifhem
għal liema dnubiet. Hu kien
issottometta ruħu
għall-flaġellazzjoni: dawn huma
d-dnubiet kontra l-impurita’.
Kemm kienet tal-biża’ t-tbatija
morali ta’ Ġesu’ waqt
il-flaġellazzjoni! Imbagħad
Ġesu’ qalli, Ħares u ara
l-umanita’ fl-istat preżenti
tagħha. F’waqt wieħed, rajt
affarijiet terribli: il-bojja
telqu lil Ġesu’, u nies oħrajn
bdew isawwtuh; ħatfu l-ħbula u
bdew jagħtu fuq il-Mulej bla
ħniena. Dawn kienu saċerdoti,
reliġjużi rġiel u nisa, u
dinjitari għoljin tal-Knisja, li
jiena bqajt mistagħġba ħafna
bihom. Kien hemm lajċi ta’ kull
eta’ u minn kull qasam
tal-ħajja. Kollha sfogaw
il-malizzja tagħhom fuq Ġesu’
l-innoċenti. Meta rajt dan,
qalbi waqgħet bħallikieku
f’agunija tal-mewt. U filwaqt li
l-bojja kienu qegħdin
jifflaġellawh Ġesu’ kien żamm
is-skiet u baqa’ jħares
fil-bogħod; iżda meta dawn
l-erwieħ l-oħrajn li jiena
semmejt bdew jiflaġellawh, Ġesu’
għalaq għajnejh u karba kwieta
imma tal-akbar uġigħ ħarġet minn
ġo Qalbu. U Ġesu’ tani x’nifhem
bid-dettall il-gravita’
tal-malizzja ta’ dawn l-erwieħ
ingrati: Qedgħa tara, din
hija tortura iktar mill-Mewt
Tiegħi. Imbagħad jiena wkoll
waqajt fis-skiet u beda jkolli
esperjenza tal-agunija tal-mewt,
u ħassejt li ħadd ma seta’
jfarraġni jew jaħtafni minn dak
l-istat ħlief Dak li kien
poġġieni fih. Imbagħad il-Mulej
qalli, Jiena qiegħed nara
l-uġigħ sinċier ta’ qalbek li
ġabli faraġ kbir ġewwa Qalbi.
Ħares u tfarraġ.
446.
Imbagħad rajt lill-Mulej Ġesu’
msammar mas-Salib. Meta kien
għamel xi ħin imdendel miegħu,
rajt ħafna erwieħ, imsallbin
bħalu. Imbagħad rajt it-tieni
grupp ta’ erwieħ, u t-tielet.
It-tieni grupp ma kenux
imsammrin mas-slaleb (tagħhom),
imma kienu qedgħin iżommuhom
sewwa f’idejhom. It-tielet la
kienu msammrin mas-slaleb
(tagħhom) lanqas kienu qiegħdin
iżommuhom sewwa f’idejhom, imma
kienu qegħdin ikaxkru s-slaleb
(tagħhom) warajhom u kienu
imdejqin. Imbagħad Ġesu’ qalli,
Qiegħda tarahom dawn
l-erwieħ? Dawk li huma bħali
fl-uġigħ u d-disprezz li jbatu
jkunu wkoll bħali fil-glorja. U
dawk li jixbħu lili inqas
fl-uġigħ u fid-disprezz ikunu
jixbħuni wkoll inqas fil-glorja.
Fost l-erwieħ imsallbin, l-ikbar
numru kien tal-kleru. Jiena rajt
ukoll xi erwieħ imsallbin li
kont nafhom, u dan ferraħni
ħafna. Imbagħad Ġesu’ qalli,
Fil-meditazzjoni tiegħek għada,
int ser taħseb fuq dak li rajt
illum. U minnufih Ġesu’ għeb
minn quddiemi.
447.
Il-Ġimgħa. Kont marida u ma
stajtx immur nisma’ l-Quddies.
Fis-sebgħa ta’ filgħodu rajt
il-konfessur tiegħi jqaddes, u
waqt il-Quddiesa rajt it-Tfajjel
Ġesu’. Lejn it-tmiem
tal-Quddiesa, id-dehra ntemmet,
u sibt ruħi għal darb’oħra
fiċ-ċella tiegħi bħal qabel.
Qabadni ferħ li ma nistax
infissru għax għalkemm ma stajtx
immur nisma’ l-Quddiesa
fil-kappella tagħna stess, kont
assistejt għaliha fi knisja li
kienet ħafna ‘l bogħod. Ġesu’
għandu rimedju għal kollox.
30 ta’ Lulju 1935
448.
Festa ta’ San Inazju. Tlabt
bil-ħerqa lil dan il-Qaddis, u
ċanfartu li baqa’ jħares u ma
ġiex jgħinni f’affarijiet hekk
importanti bħalma hu t-twettiq
tar-rieda ta’ Alla. Jiena
għaidtlu, “Inti, il-Patrun
tagħna, li kont taqbad bin-nar
tal-imħabba u l-ħeġġa
għall-ikbar glorja ta’ Alla,
jiena qiegħda umilment nitolbok
tgħinni nwettaq il-pjani ta’
Alla.” (nota97) Dan ġara
waqt il-Quddiesa. Imbagħad jiena
rajt lil San Inazju fuq
ix-xellug tal-altar, bi ktieb
kbir f’idu. Qalli dan il-kliem,
“Binti, jiena minix indifferenti
għall-kawża tiegħek. Din
ir-regola tista’ tiġi adattata,
u tista’ tkun adattata għal din
il-Kongregazzjoni.” U beda
jagħmel mossi b’idejh lejn
il-kteib il-kbir u ma deherx
aktar. Jiena fraħt ħafna
għall-fatt li l-qaddisin jaħsbu
ħafna fina u kemm aħna maqgħudin
mill-qrib magħhom. Kemm hi
kbira, t-tjubija ta’ Alla! Kemm
hi sabiħa d-dinja spirtwali li,
diġa’ hawn fl-art, aħna nistgħu
nikkomunikaw mal-qaddisin! Matul
il-ġurnata kollha, jiena stajt
inħoss il-preżenza ta’ dan
il-Qaddis Patrun għażiż.
5 ta’ Awissu 1935. Il-Festa
tal-Madonna tal-Ħniena
449.
Ħejjejt ruħi għal din il-festa
b’ħerqa ikbar milli fis-snin ta’
qabel. Dak in-nhar stess
fil-festa filgħodu, kelli
esperjenza ta’ taqbida ġewwa
fija għall-ħsieb li kelli nitlaq
minn din il-Kongregazzjoni li
tgawdi protezzjoni hekk speċjali
mingħand Marija. Din it-taqbida
damet għaddejja tul
il-meditazzjoni kollha u l-ewwel
Quddiesa wkoll. Waqt it-tieni
Quddiesa, jiena dort lejn l-Omm
Qaddisa tagħna, u għidtilha kemm
kienet ħaġa diffiċli għalija
ninfired minn din
il-Kongregazzjoni... “Imbagħad
rajt lill-Verġni Mbierka, ma
nistax infisser kemm hi sabiħa.
Niżlet minn fuq l-altar sa fejn
l-inġinokkjatur tiegħi,
għannqitni sewwa magħha u
qaltli, Jiena l-Omm tagħkom
lkoll, grazzi għall-ħniena bla
tarf ta’ Alla. L-iktar li
togħġobni hija dik ir-ruħ li
twettaq fedelment ir-rieda ta’
Alla. Hija tatni x’nifhem li
jiena kont wettaqt fedelment
ir-rieda ta’ Alla u b’dan il-mod
kont sibt grazzja quddiem Alla.
Agħmel il-kuraġġ. Tibżax minn
ostakli li jidhru li huma
ostakli, imma ffissa l-ħarsa
tiegħek fuq il-Passjoni ta’
Ibni, u b’dan il-mod inti
tirbaħ.
Adorazzjoni ta’ bil-lejl
450.
Kont qiegħda nbati ħafna, u
ħsibt li ma kontx ser inkun
niflaħ nagħmel l-adorazzjoni,
imma ġbart ir-rieda tiegħi
kollha u, għalkemm ċedejt
fiċ-ċella tigħi, ma tajtx kas
ta’ li kont qiegħda nħoss, għax
quddiem għajnejja kelli
l-Passjoni ta’ Ġesu’. X’ħin
dħalt fil-kappella, irċevejt
għarfien interjuri tal-premju
kbir li Alla qiegħed iħejji
għalina, mhux biss
għall-għemejjel tajba tagħna,
imma wkoll għax-xewqa sinċiera
tagħna sabiex inwettquhom. Xi
grazzja kbira ta’ Alla hi din!
Kemm hi ħaġa ħelwa li taħdem
għal Alla u għall-erwieħ! Ma
rrid l-ebda serħan f’din
it-taqbida, imma nibqa’niġġieled
sal-aħħar nifs għall-glorja
tas-Sultan u tal-Mulej tagħna.
Minix ser inwarrab ix-xabla
sakemm Huwa jsejjaħli quddiem
it-Tron Tiegħu; ma nibża’
mill-ebda daqqa, għax Alla huwa
t-tarka Tiegħi. Huwa l-għadu li
għandu għalfejn jibża’ minna, u
mhux aħna nibżgħu minnu. Satana
jegħleb biss lis-suppervi u
lill-beżżiegħa, għax l-umli huma
b’saħħihtom. Xejn ma jħawwad jew
ibeżża’ ruħ umli. Jiena
ndirizzajt it-titjira tiegħi
lejn iċ-ċentru propju tas-sħana
tax-xemx, u xejn ma jista’
jwaqqagħha ‘l isfel. L-imħabba
ma tippermettix li jeħduha
priġuniera; hija ħielsa bħal
sultana. L-imħabba tikseb lil
Alla.
451.
Darba wara t-Tqarbin, smajt dan
il-kliem: Inti l-għamara
Tagħna. F’dak il-ħin, jiena
ħassejt ġewwa ruħi l-preżenza
tas-Santissma Trinita’,
il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu
s-Santu. Ħassejt li jiena kont
it-tempju ta’ Alla. Ħassejt li
jiena kont bint il-Missier. Ma
nistax infisser dan kollu, imma
l-ispirtu jifhmu sewwa. Int,
Tjubija bla tarf, kemm tiċċekken
quddiem il-kreatura msejkna
Tiegħek!
452.
Li kieku l-erwieħ kellhom
jinġabru fil-ħsieb, Alla
jkellimhom mill-ewwel, għax
id-distrazzjoni toħnoq il-klema
tal-Mulej.
453.
Darba l-Mulej qalli,Għaliex
qiegħda tibża’ u tirtogħod meta
inti maqgħuda Miegħi? Ma neħux
gost meta ruħ iċċedi għal biża’
bla bżonn. Min ser jazzarda
jmissek meta inti tinsab Miegħi?
L-iktar għażiża għalija hi r-ruħ
li temmen bil-qawwa fit-tjubija
Tiegħi u li għandha fiduċja
sħiħa Fija. Jiena ngħabbiha
bil-fiduċja Tiegħi u nagħtiha
kulma hi titlobni.
454.
Darba, il-Mulej qalli, Binti,
ħu l-grazzji li l-oħrajn ma
jriduhomx; ħu daqskemm inti
tiflaħ iġġorr. F’dak
il-waqt, ruħi, mtliet kollha
kemm hi bl-imħabba ta’ Alla.
Inħossni maqgħuda hekk mill-qrib
ma’Alla li ma nistax insib
il-kliem biex infisser x’inhi
sewwa din il-għaqda; meta nkun
f’dan l-istat, f’daqqa waħda
nħoss li dak kollu li Alla
għandu, l-affarijiet u t-teżori
kollha, huma tiegħi, għalkemm ma
jimpurtanix wisq minnhom, għax
Hu waħdu huwa biżżejjed għalija.
Fih jiena nara l-kollox tiegħi;
mingħajru – xejn.
Ma nfittix l-ebda hena ieħor
ħlief ġewwa fija fejn jgħammar
Alla. Nifraħ li Alla jgħammar
ġewwa fija; hawnhekk ngħammar
għal dejjem flimkien miegħu;
hawnhekk ngħammar fl-akbar
intimita’ Miegħu; hawn hu post
li l-ebda għajn ta’ bniedem ma
tista’ tiflih. Il-Verġni Mbierka
tħajjarni nikkomunika ma’ Alla
b’dan il-mod.
455.
Meta tolqotni xi tbatija,
m’għandhiex iġġibli magħha ebda
mrar, lanqas ma jġorruni magħhom
konsolazzjonijiet kbar. Nħossni
mimlija bil-paċi u
t-trankwillita’ li ġejjin
mill-għarfien tal-verita’.
Kif jista’ l-fatt li jiena
qiegħda ngħix imdawra bi qlub li
ma jurunix ħbiberija jagħmilli
xi ħsara meta jiena ngawdi hena
sħiħ ġewwa ruħi? Jew kif jista’
l-fatt li jiena għandi qlub
tajba madwari jgħinni meta jiena
m’għandix lil Alla ġewwa fija?
Meta Alla jgħammar ġewwa
fija,min jista jagħmilli ħsara?
+
Ġ.M.Ġ Vilnius, 12 ta’ Awissu
1935
Irtir ta’ Tlett ijiem
456.
Fl-ewwel ġurnata tal-irtir
filgħaxija, jiena u nisma’
l-punti għall-meditazzjoni,
smajt dan il-kliem: Matul dan
l-irtir, ser inkellmek permezz
ta’ fomm is-saċerdot sabiex
nagħtik is-saħħa u nassigurak
dwar il-verita’ tal-kliem li
Jiena qed nindirizzalek
fil-profondita’ ta’ ruħek.
Għalkemm dan huwa rtir
għas-sorijiet kollha, Jiena
naħseb fik b’mod speċjali, għax
irrid insaħħek u nagħmlek bla
biża’ f’nofs it-taħbit kollu li
hemm jistenniek fil-ġejjieni.
Mela, oqgħod isma’ b'attenzjoni
dak kollu li jgħid u mmedita
kliemu fil-profondita’ ta’
ruħek.
457.
Bqajt mistagħġba għax dak kollu
li s-saċerdot qal dwar l-għaqda
ma’ Alla u l-ostakli għal din
il-għaqda jiena kelli esperjenza
tagħhom ġewwa ruħi u kont
smajthom mingħand Ġesu’, li
jkellimni fil-profondita’ ta’
ruħi. Il-perfezzjoni tikkonsisti
f’din l-għaqda mill-qrib ma’
Alla.
458.
Waqt il-meditazzjoni tal-għaxra
ta’ filgħodu, Patri
(Rzyczkowski) (nota98)
tkellem dwar il-ħniena divina u
t–tjubija ta’ Alla għalina.
Qalilna li meta nħarsu lura lejn
l-istorja tal-umanita’, nistgħu
naraw din it-tjubija kbira ta’
Alla ma’ kull pass li nagħtu.
L-attributi kollha ta’ Alla,
bħalma huma s-setgħa bla qies
Tiegħu u l-għerf, jgħinuna
sabiex juruna l-akbar fost
l-attributi Tiegħu - jiġifieri,
it-tjubija Tiegħu. It-tjubija
ta’ Alla hija l-akbar attribut
Tiegħu. Ħafna erwieħ jissieltu
għall-perfezzjoni, iżda ma
jagħrufx din it-tjubija kbira
ta’ Alla. Dak kollu li
s-saċerdot tkellem fuqu waqt
il-meditazzjoni dwar it-tjubija
ta’ Alla, kien eżatt dak li kien
qalli Ġesu’ dwar il-Festa
tal-Ħniena. Jiena issa wasalt
biex nifhem b’mod ċar dak li
l-Mulej kien wegħedni, u
m’għandix dubju dwar l-ebda
ħaġa; il-lingwa ta’ Alla hi ċara
ħafna.
459.
Matul dik il-meditazzjoni kollha
rajt lill-Mulej Ġesu’ fuq
l-altar, liebes l-abjad, f’idu
l-pitazz fejn jiena nikteb dawn
in-notamenti. Matul
il-meditazzjoni kollha Ġesu’
baqa’ jqalleb il-paġni
tal-pitazz u baqa’ sieket; imma
qalbi ma setgħetx iġġarrab n-nar
li tkebbes ġewwa ruħi. Minkejja
l-isforz kbir li kelli nagħmel
fuq ir-rieda tiegħi sabiex
nirbaħ lili nnifsi u ma nħallix
lill-oħrajn jindunaw x’kien
għaddej ġewwa ruħi, lejn
it-tmiem tal-meditazzjoni
ħassejtni li ma stajtx
nikkontrolla lili nnifsi għal
kollox. Imbagħad Ġesu’ qalli:
Inti ma ktibtx kollox fil-pitazz
dwar it-tjubija Tiegħi lejn
l-umanita’; nixtieqek li ma
tħallix xejn barra; nixtieq li
qalbek tkun qiegħda fis-sod
f’paċi sħiħa.
460.
O Ġesu’, qalbi tieqaf
mit-taħbit tagħha meta naħseb
f’dak kollu li Inti qiegħed
tagħmel għalija! Nistagħġeb bik,
Mulej, li tiċċekken daqshekk
lejn ir-ruħ imsejkna tiegħi!
X’mezzi li qatt ma nista’
nistħajjilhom Inti tuża sabiex
tipperswadini!
461.
Din hi l-ewwel darba f’ħajti li
għamilt irtir bħal dan. Qiegħda
nifhem b’mod speċjali u ċar kull
kelma li s-saċerdot jgħid, għax
qabel diġa’ kelli esperjenza ta’
kollox ġewwa ruħi. Issa qiegħda
nara li Ġesu’ ma jħalli l-ebda
ruħ li tħobbu bis-sinċerita’
fid-dubju. Ġesu’ jrid li r-ruħ
li hi maqgħuda miegħu mill-qrib
tkun mimlija paċi, minkejja
t-tbatijiet u l-kalvarju.
462.
Issa nista’ nifhem sewwa li
l-ħaġa li tgħaqqad lil ruħna
l-iktar mill-qrib ma’ Alla hi
ċ-ċaħda; jiġifieri li aħna
ngħaqqdu r-rieda tagħna
mar-rieda ta’ Alla. Din hi
l-ħaġa li tagħmel ir-ruħ tassew
ħielsa, tgħin għall-ġabra
mill-qiegħ tal-ispirtu, u
tagħmel it-toqol kollu tal-ħajja
ħafif, u l-mewt ħelwa.
463.
Ġesu’ qalli li jekk kelli xi
dubji dwar il-festa jew
il-fondazzjoni
tal-Kongregazzjoni – jew dwar
xi ħaġa oħra li fuqha jiena
tkellimt fil-profondita’ ta’
ruħek, jiena nwieġeb mill-ewwel
bil-fomm ta’ dan is-saċerdot.
464.
Waqt meditazzjoni fuq l-umilta’,
reġa’ ġie dubju antik: li ruħ
imsejkna bħal tiegħi ma setgħetx
twettaq il-biċċa xogħol li
l-Mulej kien qed jitlob
(mingħandi). Fil-waqt meta kont
qiegħda nanalizza dan id-dubju,
is-saċerdot li kien qed imexxi
l-irtir waqqaf il-fil tal-ħsieb
tiegħu u beda jitkellem fuq dik
il-ħaġa li jiena kelli dubji
dwarha; jiġifieri li Alla
fil-biċċa l-kbira jagħżel
l-erwieħ l-iktar dgħajfa u
sempliċi bħala għodda
għall-ikbar xogħolijiet Tiegħu;
li aħna nistgħu naraw li din hi
verita’ li ħadd ma jista’
jiċħadha meta nħarsu lejn
l-irġiel li Huwa għażel sabiex
ikunu l-Appostli Tiegħu; jew
ukoll, meta nħarsu lejn
l-istorja tal-Knisja u naraw
liema ħidmiet kbar ġew imwettqin
minn erwieħ li kienu l-inqas
kapaċi li jwettquhom; għax huwa
b’dan il-mod li l-ħidmiet ta’
Alla jiġu rivelati bħala tali,
l-opri ta’ Alla. Meta d-dubju
tiegħi kien għeb għal kollox,
is-saċerdot issokta
bil-konferenza tiegħu fuq
l-umilta’.
Ġesu’ kien bil-wieqfa fuq
l-altar, bħalma kien jagħmel
is-soltu waqt kull konferenza, u
lili ma qalli xejn, imma
bil-ħarsa ħanina Tiegħu nifed
ir-ruħ imsejkna tiegħi hekk li
ma kellha l-ebda skuża oħra.
465.
Ġesu’. Ħajja tiegħi, kemm
qiegħda nifhem sewwa li Inti
qiegħed tibdilni fik,
fis-segretezza ta’ ruħi fejn
is-sensi ma jkunux jistgħu
jagħrfu ħafna. O Salvatur
tiegħi, aħbini kollni kemm jiena
fil-profondita’ ta’ Qalbek u
ħarisni bir-raġġi Tiegħek minn
dak kollu li mhux Inti. Jiena
qiegħda nitolbok, Ġesu’, li
ż-żewġ raġġi li ħarġu mill-Qalb
l-iżjed ħanina Tiegħek jibqgħu
dejjem isaħħuli ruħi.
466.
Il-Ħin tal-Qrar
Il-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko) staqsieni jekk dak
il-ħin Ġesu’ kienx qiegħed hemm
u jekk jiena stajtx narah. “Iva,
hawn qiegħed, u nista’ narah.”
Imbagħad huwa qalli nistaqsi lil
Ġesu’ dwar xi persuni. Ġesu’ ma
weġibnix; imma ħares lejh. Imma
wara l-qrar, x’ħin kont qiegħda
ngħid il-penitenza tiegħi. Ġesu’
qalli dan il-kliem, Mur u
farrġu għalija. Billi jiena
ma fhimtx it-tifsira ta’ dan
il-kliem, minnufih tennejtlu dak
li Ġesu’ kien qalli nagħmel.
467.
Matul l-irtir kollu, kont
f’għaqda ma’ Ġesu’ bla waqfien u
dħalt f’relazzjoni spirtwali
intima miegħu bil-qawwa kollha
ta’ qalbi.
468.
Il-jum tat-tiġdid tal-voti.
Fil-bidu tal-Quddiesa , jiena
rajt lil Ġesu’ bħas-soltu. Huwa
berikna u daħal fit-tabernaklu.
Imbagħad jiena rajt lil Omm Alla
liebsa l-abjad b’mantell blu,
b’rasha mikxufa. Hija resqet
lejja mill-altar, messitni
b’idejha u għattietni
bil-mantell tagħha, filwaqt li
qaltli: Offri dawn il-voti
għall-Polonja. Itlob għaliha.
Dan seħħ fil-ħmistax ta’
Awissu.
469.
F’dak l-istess jum filgħaxija,
jiena ħassejt f’ruħi xenqa kbira
għal Alla. Ma narahx f’dan
il-waqt bl-għajnejn tal-ġisem
bħalma rajt f’okkażjonijiet
oħrajn, imma nintebaħ
bil-preżenza Tiegħu u xorta
waħda ma jirnexxilix nagħrfu
sewwa bil-moħħ tiegħi. Dan
jikkawżali xenqa kbira u
turmenti li ma jitfissrux
bil-kliem. Qiegħda mmut
bix-xewqa li nipposedih, li
negħreq fih għal dejjem.
L-ispirtu tiegħi jiġri warajh
b’saħħtu kollha; m’hemm xejn
fid-dinja li jista’ jfarraġni. O
Mħabba Eterna, issa nista’
nifhem f’liema stat ta’
intimita’ mill-qrib qalbi tinsab
flimkien miegħek! Għax x’hemm
iktar fis-sema jew fl-art li
jista’ jissodisfani ħliefek, O
Alla tiegħi, li fik tintilef
ruħi.
470.
Darba filgħaxija, filwaqt li
miċ-ċella tiegħi ħarist ‘il fuq
lejn is-sema u rajt il-firxa
tas-sema mifruxa bil-kwiekeb
sbieħ u l-qamar, nar ta’ mħabba
li ma nistax infissru
għall-Ħallieq tiegħi mlieli ruħi
u ma flaħtx ix-xenqa għalih li
telgħet ġewwa ruħi, jiena nżilt
wiċċi fl-art u umiljajt ruħi
fit-trab. Jiena gglorifikajtu
għall-opri kollha Tiegħu, u meta
qalbi ma felħitx iżjed dak li
kien qed jiġri ġo fija, bdejt
nibki ngħajjat. Imbagħad l-Anġlu
Kustodju tiegħi messni u qalli
dan il-kliem: “Il-Mulej qed
jikkmadani ngħdilek tqum
mill-art.” Jien hekk għamilt
minnufih, imma ma ħassejt l-ebda
konsolazzjoni ġewwa ruħi.
Ix-xenqa għal Alla kibret iżjed
u iżjed ġewwa fija.
471.
Jum minnhom, meta kont qiegħda
nagħmel l-adorazzjoni, u
l-ispirtu tiegħi donnu kien
qiegħed imut għalih, u ma stajtx
iktar inżomm id-dmugħ tiegħi
milli jinżel, rajt spirtu ta’
sbuħija kbira li qalli dan
il-kliem: “Tibkix – qed jgħidlek
il-Mulej.” Mument wara, jiena
staqsejt, “Int min Int?” Huwa
weġibni, “Jiena wieħed mis-seba’
spirti li qedgħin quddiem
it-tron ta’ Alla lejl u nhar u
jagħtuh tifħir bla waqfien.”
Imma xorta waħda dan l-ispirtu
ma qatax ix-xenqa tiegħi, imma
qanqal fija xewqa ikbar għal
Alla. Dan l-ispirtu hu sabiħ
ħafna, u s-sbuħija tiegħu ġejja
minn għaqda mill-qrib ma’ Alla.
Dn l-ispirtu ma jitlaqnix għal
mument wieħed biss, imma
jakkumpanjani kullimkien.
L-għada waqt il-Quddiesa, qabel
l-Elevazzjoni dan l-ispirtu beda
jkanta dan il-kliem, “Qaddis,
Qaddis, Qaddis.” Il-vuċi tiegħu
kienet bħal elf vuċijiet
flimkien; ma jistax ikun li
npoġġiha fi kliem. F’daqqa waħda
l-ispirtu tiegħi ngħaqad ma’
Alla, u f’dak il-waqt rajt
il-kobor u l-qdusija ta’ Alla li
ħadd ma jista’ jifhimha u,
fl-istess ħin, intbaħt bix-xejn
tiegħi.
472.
Għaraft, iktar ċar minn qatt
qabel, it-Tliet Persuni Divini:
il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu
s-Santu. Imma l-esseri tagħhom,
l-ugwaljanza u l-majesta’
tagħhom huma ħaġa waħda. Ruħi
tinsab f’għaqda ma’ dawn
it-Tlieta; imma jiena ma nafx
kif din il-ħaġa nista’ nfissirha
bil-kliem; ruħi tista’ tifhima
sewwa. Min ikun maqgħud ma’
Wieħed mit-Tliet Persuni huwa
b’dan il-mod maqgħud
mas-Santissima Trinita’ kollha,
għax l-Għaqda tagħhom ma tistax
tinqasam. Din id-dehra, jew
aħjar, dan l-għarfien imlieli
ruħi b’ferħ li ma tistax
timmaġinah, għax Alla hu hekk
kbir. Dak li jiena qiegħda
niddeskrivi ma kontx qedgħa
narah b’għajnejja bħalma ġara
f’okkażjonijiet qabel, imma
b’mod kollu kemm hu interjuri,
b’mod kollu kemm hu spirtwali,
indipendentement mis-sensi. Dan
baqa’ sejjer sat-tmiem
tal-Quddiesa.
Din il-ħaġa issa qiegħda tiġrili
ta’ spiss, u mhux biss
fil-kappella, imma wkoll waqt
ix-xogħol u f’ħinijiet meta nkun
nistennieha l-inqas.
473.
Meta l-konfessur tagħna (Dun
Sopocko) ma kienx hemm, mort
inqerr għand l-Arċisqof (Romuald
Jalbrzykowski) (nota99).
Mela rrivelajtlu ruħi, irċevejt
din it-tweġiba. “Binti, arma
lilek innifsek b’paċenzja kbira;
jekk dawn l-affarijiet ġejjin
minn Alla, huma jseħħu xi darba
jew oħra. Mela kun fil-paċi
kompletament. Jiena qiegħed
nifhmek sewwa ħafna f’din
il-ħaġa, binti. U issa, dwar
il-ħsieb li inti titlaq minn din
l-Kongregazzjoni u taħseb f’xi
waħda oħra, neħħi dawn
il-ħsibijiet minn moħħok, għax
din tkun tentazzjoni serja.”
Wara din il-qrara, jiena għidt
lill-Mulej Ġesu’, “Għalfejn
qiegħed tikkmandani nagħmel dawn
l-affarijiet u fl-istess waqt ma
tagħmilhilix possibli li jiena
nwettaqhom?” Imbagħad rajt
lill-Mulej Ġesu’ wara t-Tqarbin
fl-istess kappella ċkejkna fejn
kont mort inqerr, bl-istess mod
kif Hu rappreżentat fix-xbieha.
Il-Mulej qalli, Tkunx qalbek
sewda. Jiena ser infehmu
l-affarijiet li Jiena qiegħed
nitlob mingħandek. Meta
konna telqin l-Arċisqof kellu
x’jagħmel ħafna, imma qalilna
nerġgħu lura u nistennew ftit.
Meta rġajna dħalna fil-kappella,
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Għidlu x’rajt f’din
il-kappella. F’dak l-istess
waqt l-Arċisqof daħal u staqsa
jekk kellniex xi ħaġa
x’ngħidulu. Imma għalkemm jiena
kelli ordni ngħidlu, ma stajtx
nagħmlu dan għax kont
fil-kumpanija ta’ waħda
mis-sorijiet.
Kelma waħda oħra mill-qrara: “Li
wieħed jitlob ħniena għad-dinja
hija ideja kbira u sabiħa. Itlob
ħafna, Sor, itlob ħniena fuq
il-midinbin, imma dan agħmlu
fil-kunvent tiegħek stess.”
L-għada, il-Ġimgħa, 13 ta’
Settembru 1935.
474.
Filgħaxija, x’ħin kont fiċ-ċella
tiegħi, rajt Anġlu, iwettaq
il-korla divina. Kien liebes
libsa tgħammex, wiċċu jiddi
bil-glorja. Sħaba taħt saqajh.
Mis-sħaba, tfaqqih ta’ ragħad u
leħħ ta’ beraq tiela’ għal ġo
idejh; u kienu ħerġin minn idu,
u mbagħad huma biss kienu
qedgħin jolqtu fl-art. Meta rajt
dan is-sinjal tal-korla divina
li kien ser jolqot l-art, u
b’mod speċjali ċertu post, li
jiena ma nistax insemmih għal
ċertu raġunijiet, bdejt nitlob
lill-Anġlu li jieqaf għal ftit
waqtiet, u d-dinja kienet sejra
tagħmel penitenza. Imma t-talba
tiegħi ma kienet tgħodd xejn
quddiem il-korla divina. Propju
dak il-ħin jiena rajt
is-Santissima Trinita’. Il-kobor
tal-Majesta’ Tagħha nifditni
fil-fond, u ma kellix ħila
ntenni t-talb tiegħi. F’dak
l-istess waqt ħassejt ġewwa ruħi
l-qawwa tal-grazzja ta’ Ġesu’,
li jgħammar ġewwa ruħi. Meta
ntbaħt b’din il-grazzja,
minnufih inħtaft għal quddiem
it-Tron ta’ Alla. Kemm Hu kbir
il-Mulej u Alla tagħna u kemm ma
nistgħux nifhmuha l-qdusija
Tiegħu! Minix sejra nipprova
niddeskrivi dan il-kobor, għax
ma ndumux ma narawh ilkoll kemm
aħna kif inhu. Sibt ruħi nitlob
lil Alla għad-dinja bi kliem li
kont qiegħda nisma’ ġewwa fija.
Filwaqt li kont qiegħda nitlob
b’dan il-mod, rajt li l-Anġlu ma
seta’ jagħmel xejn: ma setax
iwettaq il-kastig ġust li kien
dovut bi dritt għad-dnubiet.
Qatt qabel ma kont tlabt b’qawwa
hekk interjuri bħalma għamilt
f’dak il-ħin.
475.
Il-kliem li bih tlabt lil Alla
kienu dawn: Missier Etern,
jiena noffrilek il-Ġisem u
d-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita’ ta’
Ibnek il-għażiż, Sidna Ġesu’
Kristu bit-tpattija għad-dnubiet
tagħna u għal dawk tad-dinja
kollha; f’ġieħ il-Passjoni ħarxa
Tiegħu, ħenn għalina.
476.
L-għada filgħodu, x’ħin dħalt
fil-kappella, smajt dan il-kliem
ġewwa fija: Kull darba li
inti tidħol fil-kappella, għid
mill-ewwel it-talba li Jiena
għallimtek il-bieraħ. X’ħin
għidt it-talba, ġewwa ruħi smajt
dan il-kliem: Din it-talba
sservi biex ittaffi l-korla
Tiegħi. Int għandek tgħidha għal
disat ijiem, bil-kuruna
tar-Rużarju, b’dan il-mod:
L-ewwel għandek tgħid Missierna
waħda, Sliema waħda u l-Kredu.
Imbagħad fuq iż-żibeġ
tal-Missierna, inti għandek
tgħid dan il-kliem:
“Missier Etern jiena noffrilek
il-Ġisem, u d-Demm, ir-Ruħ u
d-Divinita’ ta’ Ibnek l-għażiż
Sidna Ġesu’ Kristu, bi tpattija
għad-dnubiet tagħna u għal dawk
tad-dinja kollha.” Fuq iż-żibeġ
tas-Sliema, inti għandek tgħid
dan il-kliem: “F’ġieħ
il-Passjoni ħarxa Tiegħu, ħenn
għalina u għad-dinja kollha.”
Fl-aħħarnett
(wara l-ħames posta) għid
għal tliet darbiet dan il-kliem:
“Qaddis Alla, Qaddis Qawwi,
Qaddis Immortali, ħenn għalina u
għad-dinja kollha.” (nota100)
477.
Is-skiet huwa xabla fit-taqbida
spirtwali. Ruħ li tħobb tpaċpaċ
qatt ma jirnexxilha tikseb
il-qdusija. Ix-xabla tas-skiet
taqta’ dak kollu li jkun irid
jibqa’ mqabbad mar-ruħ. Aħna
sensittivi għall-kliem u malajr
inkunu rridu nwieġbu, mingħajr
ma nagħtu kas jekk hix ir-rieda
ta’ Alla li aħna nitkellmu. Ruħ
siekta hi qawwija; l-ebda
kuntrarju ma jagħmlilha l-ħsara
jekk hija taħt l-ispirazzjoni
tal-Ispirtu s-Santu. Alla jaħdem
f’ruħ siekta bla ebda xkiel.
478.
O Ġesu’ tiegħi, Inti taf, Int
biss taf li qalbi ma taf l-ebda
mħabba oħra ħliefek! L-imħabba
verġinali tiegħi kollha tinsab
mgħarrqa eternament fik, O
Ġesu’! Inħoss b’mod ħaj kif
id-Demm divin Tiegħek qiegħed
jiċċirkola ġewwa qalbi;
m’għandix l-iċken dubju li
l-imħabba l-iżjed safja tiegħek
daħlet ġewwa qalbi flimkien
mad-Demm l-iżjed qaddis Tiegħek.
Jiena nagħraf li Inti tgħammar
ġewwa fija, flimkien mal-Missier
u ma’ l-Ispirtu s-Santu, jew
aħjar naf li qiegħda ngħix
ġewwa fik, O Alla li ħadd ma
jista’ jifhmu! Naf li qiegħda
ninħall ġewwa fija bħal qatra
f’oċejan. Naf li Inti tinsab
ġewwa fija u madwari, li Inti
tinsab fl-affarijiet kollha li
hemm madwari, f’kull ma jiġrili.
O Alla tiegħi, jiena sirt nafek
ġewwa qalbi, u ħabbejtek fuq dak
kollu li jeżisti fl-art jew
fis-sema. Qlubna jifhmu lil
xulxin, u ħadd mill-bnedmin m’hu
ser jifhem din il-ħaġa.
479.
It-tieni qrara tiegħi għand
l-Arċisqof (Jalbrzykowski).
“Kun af, binti, li jekk din hi
r-rieda ta’ Alla, xi darba jew
oħra hija sseħħ għax jeħtieġ li
titwettaq ir-rieda ta’ Alla.
Ħobb lil Alla ġewwa qalbek,
għandu jkollok. . .” (Dan
il-ħsieb jieqaf hawn).
480.
29 ta’ Settembru. Il-Festa ta’
San Mikiel Arkanġlu. Ngħaqadt
ġewwa fija ma’ Alla. Il-preżenza
Tiegħu tinfidini sa ġewwanett u
timlieni bil-paċi, ferħ u
stagħġib. Wara waqtiet bħal dawn
ta’ talb, nimtela bis-saħħa u
b’kuraġġ mhux tas-soltu biex
inkun nista’ nbati u nitqabad.
Xejn ma jbeżżgħani, imqar jekk
id-dinja kollha ddur kontrija.
Il-kuntrarju u t-taħbit kollu
jmissu biss il-wiċċ, imma ma
jistgħux jidħlu fil-fond, għax
Alla, li jsaħħaħni, li jimlieni,
hemm jgħammar. In-nases kollha
tal-għadu jisfaw fix-xejn
quddiem saqajh.Waqt dawn
il-mumenti ta’ għaqda, Alla
jweżżini bil-qawwa Tiegħu.
Il-qawwa Tiegħu tgħaddi għal
għandi u tagħmilni kapaċi
nħobbu. Ruħ qatt ma tilħaq dan
l-istat bl-isforzi tagħha biss.
Fil-bidu ta’ din il-grazzja
interjuri, jiena mtlejt
bil-biża’, u bdejt inċedilha;
imma malajr ħafna, il-Mulej
ħallieni nkun naf kemm din
il-ħaġa ma kenitx qiegħda
togħġbu. Imma jkun Huwa stess
ukoll, li jneħħili l-biża’
tiegħi kollu.
481.
Kważi kull festa tal-Knisja
tagħtini għarfien iktar fil-fond
ta’ Alla u grazzja speċjali.
Għal din ir-raġuni nħejji ruħi
għal kull festa u ningħaqad
mill-qrib mal-Ispirtu
tal-Knisja. X’hena li tkun bint
fidila tal-Knisja! Kemm inħobb
il-Knisja Mqaddsa u lil dawk
kollha li jgħixu fiha! Inħares
lejhom bħala membri ħajjin ta’
Kristu, li Hu r-Ras tagħhom.
Naqbad bl-imħabba flimkien ma’
dawk li jħobbu; inbati flimkien
ma’ dawk li jbatu. Id-diqa
tikkunsmani meta nara lil dawk
li huma berdin u m’għandhom
l-ebda sens ta’ gratitudni; u
mbagħad nipprova jkolli mħabba
hekk kbira għal Alla li tpattilu
għal dawk li ma jħobbuhx, dawk
li lis-Salvatur tagħhom juruh
ingratitudni mill-agħar.
482.
O Alla tiegħi, jiena nagħraf
il-missjoni tiegħi fil-Knisja
Mqaddsa. Nagħmel sforz kontinwu
sabiex titlob ħniena għad-dinja.
Ningħaqad ma’ Ġesu’ mill-qrib u
noqgħod quddiemu bħala
sagrifiċċju ta’ tpattija
għad-dinja. Alla ma jgħidli le
għal xejn meta nitolbu bil-vuċi
ta’ Ibnu. Is-sagrifiċċju tiegħi
m’hu xejn fih innifsu, imma meta
jiena ngħaqqdu mas-sagrifiċċju
ta’ Ġesu’ Kristu, isir qawwi
għall-aħħar u għandu l-qawwa li
jtaffi l-korla divina, Alla
jħobbna f’Ibnu; il-Passjoni
ħarxa tal-Iben ta’ Alla l-ħin
kollu twarrab il-korla ta’ Alla.
483.
O Alla tiegħi, kemm nixtieq li
l-erwieħ isiru jafuk u jintebħu
li Int ħlaqthom mill-imħabba
Tiegħek bla tarf. O Ħallieq u
Mulej tiegħi, qiegħda nħoss li
sejra nneħħi l-velu tas-sema
sabiex l-art ma tiddubitax
mit-tjubija Tiegħek.
Agħmel minni, Ġesu’, offerta
safja u li tingħoġob quddiem
Wiċċ Missierek, Ġesu’, ibdilni –
imsejkna u midinba kif jiena –
fik stess (għax Int tista’
tagħmel kollox), u agħtini
lill-Missier Etern Tiegħek.
Irrid insir ostja sagrifikata
quddiemek, imma ostja ordinarja
quddiem in-nies. Irrid li
l-fwieħa tas-sagrifiċċju tiegħi
tkun taf biha Inti biss. O Alla
Etern, nar li ma jintefiex ta’
supplika għall-ħniena Tiegħek,
qed jaqbad ġewwa fija. Naf u
qiegħda nifhem li dan huwa
xogħli, hawnhekk u fl-eternita’.
Inti stess għidtli nitkelem dwar
din il-ħniena kbira u dwar
it-tjubija Tiegħek.
484.
Darba waħda fhimt kemm
jiddispjaċih Alla meta Hu jara
att li jkun jidher li m’għandux
intenzjoni tajba, ikun hemm ikun
ta’ min ifaħħru. Atti bħal dawn
iktar iħajjru lil Alla
jikkastiga milli jippremja.
Jalla atti bħal dawn ikunu ftit
f’ħajjitna, ftit kemm hu
possibli; fil-fatti, fil-ħajja
reliġjuża, lanqas biss
m’għandhom jeżistu.
485.
Naċċetta l-ferħ jew it-tbatija,
it-tifħir jew l-umiljazzjoni
bl-istess dispożizzjoni.
Niftakar li kemm il-waħda u kemm
l-oħra, it-tnejn li huma
jgħaddu. X’jimpurtani x’jgħidu
n-nies fuqi? Jiena ili li
ċaħħadt lili nnifsi minn dak
kollu li għandu x’jaqsam ma’
persunti. Ismi huwa ostja – jew
sagrifiċċju, mhux bil-kliem imma
bil-fatti – filli jiena niżvojta
lili nnifsi u nsir bħalek fuq
is-Salib, O Ġesu’ twajjeb,
Mgħallem tiegħi!
486.
Ġesu’, meta Inti tiġi għandi
fit-Tqarbin Imqaddes, Inti li
flimkien mal-Missier u
mal-Ispirtu s-Santu ndenjajt
ruħek li tiġi tgħammar fil-ġenna
żgħira ta’ qalbi, nipprova
nżommlok kumpanja matul
il-ġurnata, ma nħallikx waħdek
lanqas għal waqt wieħed.
Għalkemm inkun fil-kumpanija ta’
nies oħrajn jew flimkien
mat-tfajliet tagħna, li nieħdu
ħsiebhom, qalbi dejjem tibqa’
maqgħuda flimkien Miegħu. Meta
nkun rieqda, noffrilu kull
taħbita ta’ qalbi; meta nqum,
nintilef fih mingħajr ma ngħid
kelma waħda. Meta nqum, nadura
s-Santissma Trinita’ għal ftit u
nrodd ħajr lil Alla li reġa’
tani jum ieħor, sabiex
il-misteru tal-inkarnazzjoni ta’
Ibnu jkun jista’ jerġa’ jtenni
ruħu fija, u sabiex għal
darb’oħra l-Passjoni ħarxa
Tiegħu tkun tista’ terġa’ sseħħ
quddiem għajnejja. Jiena mbagħad
nipprova nagħmilhielu iktar
faċli lil Ġesu’ li jgħaddi
permezz tiegħi għand erwieħ
oħra. Immur kullimkien ma’
Ġesu’; il-Preżenza Tiegħu
takkumpanjani kullimkien.
487.
Fit-tbatijiet tar-ruħ jew
tal-ġisem, jiena nipprova nżomm
is-skiet, għax imbagħad
l-ispirtu tiegħi jikseb s-saħħa
li toħroġ mill-Passjoni ta’
Ġesu’. Inżomm dejjem quddiem
għajnejja Wiċċu mimli tbatija,
abbużat u sfigurat, il-Qalb
divina Tiegħu minfuda bi
dnubietna u l-aktar
bl-ingratitudni tal-erwieħ
magħżulin.
488.
Darbtejn ġejt imħeġġa nħejji
ruħi għat-tbatijiet li kienu
qedgħin jistennewni f’Varsavja.
L-ewwel twissija ngħatatli b’mod
interjuri minn vuċi li smajt, u
t-tieni waħda seħħet waqt
il-Quddiesa. Qabel
l-elevazzjoni, jiena rajt
lill-Mulej Ġesu’ fuq is-Salib, u
Hu qalli, Ħejji ruħek
għat-tbatijiet.
Irringrazzjajt lill-Mulej
għall-grazzja ta’ din
it-twissija u għidtlu, “Jiena
żgur minix sejra nbati aktar
minnek, Salvatur tiegħi.” Imma
jiena ħadtha bis-serjeta’ u
bqajt insaħħaħ lili nnifsi
permezz tat-talb u t-tbatijiet
żgħar sabiex inkun kapaċi
nissaporti meta jaslu dawk
ikbar.
19 ta’ Ottubru 1935
Vjaġġ minn Vilnius sa Krakovja
għal Irtir ta’ Tmint Ijiem.
489.
Il-Ġimgħa filgħaxija waqt
ir-Rużarju, x’ħin kont qiegħda
naħseb dwar il-vjaġġ tal-għada u
dwar l-importanza tal-affari li
jiena kelli nippreżenta quddiem
Patri Andrasz, (nota101)
qabadni l-biża’ x’ħin rajt
l-miżerja u n-nuqqas ta’
kapaċita’ tiegħi, u l-kobor
tal-biċċa xogħol ta’ Alla.
Mgħaffġa b’din it-tbatija,
issottomettejt ruħi għar-rieda
ta’ Alla. F’dak il-waqt, rajt
lil Ġesu’, liebes libsa kulur
jgħajjat, maġenb il-ġinokkjatur
tiegħi. Huwa qalli, Għaliex
qiegħda tibża’ tagħmel ir-rieda
Tiegħi? Mela Jiena minix ser
ngħinnek bħalma għamilt s’issa?
Tenni kull waħda mit-talbiet
Tiegħi lil dawk li
jirrapreżentawni fl-art, imma
agħmel biss dak li huma
jgħidulek tagħmel. Ma’ dan
il-kliem, daħlet ċerta saħħa
ġewwa ruħi.
490.
L-għada filgħodu, jiena rajt
lill-Anġlu Kustodju tiegħi, li
akkumpanjani matul il-vjaġġ sa
Varsavja. Huwa għeb meta aħna
dħalna l-kunvent. Filwaqt li
konna għaddejjin ħdejn
il-kappella ċkejkna biex immorru
nsellmu lis-superjuri, ħatfitni
l-preżenza ta’ Alla, u l-Mulej
imlieni bin-nar ta’ mħabbtu.
F’mumenti bħal dawn, jiena
dejjem inkun nista’ nifhem aħjar
l-kobor tal-Majesta’ Tiegħu.
Meta poġġejtna bilqiegħda
fil-postijiet tagħna fuq it-tren
minn Varsavja sa Krakovja, għal
darb’oħra rġajt rajt lill-Anġlu
Kustodju tiegħi maġenbi. Kien
mitluf fit-talb u
fil-kontemplazzjoni ta’ Alla, u
segwejtu bil-ħsibijiet tiegħi.
Meta wasalna fid-daħla
tal-kunvent, hu għeb minn
quddiemi.
491.
Meta dħalt fil-kappella, għal
darb’oħra verament laqtitni
l-majesta’ ta’ Alla. Ħassejtni
mitlufa f’Alla, mgħaddsa fih
b’mod sħiħ u minfuda minnu,
filwaqt li għaraft kemm iħobbna
Missierna tas-Sema. X’hena kbir
jimlieli qalbi meta nagħraf lil
Alla u l-ħajja divina! Hija
x-xewqa tiegħi li naqsam dan
il-ferħ ma’ kullħadd. Ma nistax
inżomm dan il-ferħ maqful ġewwa
qalbi biss, għax il-fjammi
Tiegħu qedgħin jaħarquni u
jġiegħlu lil sidri u l-ġewwieni
tiegħi jixpakka. Nixtieq immur
fid-dinja kollha u nkellem
lill-erwieħ dwar il-ħniena ta’
Alla. Saċerdoti, għinuni f’din
il-ħaġa; użaw l-iktar kliem
qawwija (li intom għandkom
għad-dispożizzjoni tagħkom)
sabiex ixxandru l-ħniena Tiegħu,
għax l-ebda kliem ma jista’
jfisser biżżejjed kemm Huwa
ħanin.
Ġ.M.Ġ Krakovja, 20 ta’ Ottubru
1935.
L-Irtir ta’ Tmint Ijiem
492.
Alla Etern, Inti li int l-istess
Tjubija, li ebda intellet, la
tal-anġli u lanqas tal-bnedmin,
ma jista’ jifhem il-ħniena
Tiegħek, għinni, lili, it-tifla
dgħajfa Tiegħek, sabiex jiena
nagħmel ir-rieda qaddisa
Tiegħek, bil-mod kif Inti
tgħarrafhieli. Jiena ma nixtieq
xejn iżjed ħlief li nwettaq dak
li jixtieq Alla. Mulej, hawn
huma ruħi u ġismi, moħħi u
r-rieda tiegħi, qalbi u mħabbti
kollha. Mexxini skont il-pjani
eterni Tiegħek.
493.
Wara t-Tqarbin Imqaddes, ruħi
reġgħet ġiet mgħarrqa bl-imħabba
ta’ Alla. Fraħt bil-kobor
Tiegħu. Hawnhekk qiegħda nara
b’mod ċar ir-rieda Tiegħu, li
jiena għandi nwettaq, u
fl-istess ħin id-dgħjufija u
l-miżerja tiegħi stess; jiena
qiegħda nara kif jiena ma nista’
nagħmel xejn mingħajr
il-għajnuna Tiegħu.
It-Tieni Jum ta’ l-Irtir
494.
X’ħin kont sejra l-parlatorju
sabiex nara lil Patri Andrasz,
ħassejtni mbeżża’ għax
is-sigriet jorbot biss
fil-konfessinarju. Dan kien
biża’ bla bżonn. Kelma waħda
mill-Madre Superjura serrħitli
moħħi dwar din il-ħaġa.
Sadattant, x’ħin dħalt
fil-kappella, smajt dan il-kliem
ġewwa ruħi: Jiena rridek tkun
miftuħa u sempliċi bħal tifla
żgħira mar-rappreżentant Tiegħi
preċiż bħlma ġġib ruħek Miegħi;
inkella Jiena nitilqek u ma
nikkomunikax miegħek.
Verament, Alla tani l-grazzja
kbira ta’ fiduċja sħiħa, u wara
l-konverżazzjoni, Alla
kkonċedieli l-grazzja ta’ paċi
profonda u dawl dwar dawn
l-affarijiet.
495.
Ġesu’, Dawl Etern, dawwalli
moħħi, saħħaħli r-rieda tiegħi,
ħeġġiġli qalbi u kun miegħi
bħalma Int wegħedtni, għax
mingħajrek jiena ma jiena xejn.
Ġesu’, kemm jiena debboli. Jiena
m’għandix bżonn ngħidhielek din
il-ħaġa, għax Inti stess taf
tajjeb ferm kemm jiena msejkna.
Is-saħħa tiegħi kollha tinsab
fik.
496.
Jum il-Qrar
Sa minn kmieni filgħodu,
it-taqbida ġewwa ruħi kienet
iktar qawwija minn kull
esperjenza li qatt kelli qabel.
Abbandun totali min-naħa ta’
Alla; jiena għaraft id-dgħjufija
tiegħi totali. Il-ħsibijiet
għafsu fuqi: għaliex għandi
nħalli dan il-kunvent fejn jiena
maħbuba mis-sorijiet u
mis-superjuri, fejn il-ħajja hi
hekk trankwilla; (fejn jiena)
marbuta bil-voti perpetwi u
qiegħda nwettaq id-doveri tiegħi
bla ebda diffikulta’? Għaliex
għandi nisma’ l-vuċi
tal-kuxjenza tiegħi? Għaliex
għandi nsegwi ispirazzjoni li
ġejja min jaf minn fejn? Ma
tkunx ideja aħjar li kieku kelli
nibqa’ għaddejja bħas-sorijiet
l-oħrajn kollha? Forsi, nista’
noħnoq kliem il-Mulej, ma
nagħtix kashom? Forsi Alla ma
jitlobx rendikont dwarhom f’jum
il-ġudizzju? Fejn ser teħodni
din il-vuċi nterjuri fija? Jekk
jiena nimxi warajha, kemm hemm
lesti għalija diffikultajiet
tremendi, tribulazzjonijiet u
kuntrarju. Nibża’ mill-futur, u
fil-preżent qiegħda f’inċertezza
kbira.
Din it-tbatija kompliet
bl-istess intensita’ matul
il-jum kollu. Meta, filgħaxija,
wasal il-ħin tal-qrara tiegħi,
ma stajtx nagħmel qrara sħiħa,
għalkemm kont ili nħejji ruħi
għal żmien twil. Irċevejt
l-assoluzzjoni u tlaqt, bla ma
kont naf inbidlet f’nar li nifed
il-fakultajiet kollha ta’ ruħi
bħall-beraq, li nifidni
sal-mudullun, u sa l-rkejjen
l-iktar sigrieti ta’ qalbi.
F’nofs din it-tbatija ma kont
kapaċi nagħmel xejn. “Tkun
magħmula r-rieda Tiegħek,
Mulej.” Xi drabi lanqas stajt
naħseb dan il-kliem. Verament,
kienet ħakmitni biża’ tal-mewt,
u l-fjammi tal-infern kienu
qedgħin imissu miegħi. Malli
qorob l-għada filgħodu, daħal
is-skiet, u t-tribulazzjonijiet
tiegħi għebu f’ħakka ta’ għajn,
imma ħassejtni hekk eżawrita li
ma stajtx lanqas niċċaqlaq. Waqt
il-konverżazzjoni tiegħi
mal-Madre Superjura, saħħti
reġgħet ġiet lura bil-mod
il-mod, imma Alla biss jaf kif
ħassejtni matul dak il-jum
kollu.
497.
O Verita’ Eterna, Verb Inkarnat,
li bl-akbar fedelta’ wettaqt
ir-rieda ta’ Missierek, illum
jiena qiegħda nsir martri
tal-ispirazzjonijiet Tiegħek,
minħabba li jiena ma nistax
inwettaqhom għax m’għandi l-ebda
rieda tiegħi nnifsi, għalkemm
internament nista’ nara r-rieda
Tiegħek b’mod ċar. Inbaxxi rasi
f’kollox għar-rieda
tas-superjuri u tal-konfessur
tiegħi. Insegwi r-rieda Tiegħek
sakemm Inti tippermettili
nagħmel hekk permezz
tar-rappreżentant Tiegħek. O
Ġesu’ tiegħi, ma jistax ikun,
imma jiena nagħti l-ewwel post
lill-vuċi tal-Knisja fuq il-vuċi
li biha Inti tkellimni.
Wara t-Tqarbin Imqaddes.
498.
Rajt lil Ġesu’ bil-mod
tas-soltu. Qalli dan il-kliem:
Poġġi rasek fuq spallti,
strieħ u erġa’ ħu saħħtek. Jiena
qiegħed dejjem miegħek. Għid
lill-ħabib ta’ Qalbi li Jiena
nuża ħlejjaq dgħajfin bħal dawn
biex inwettaq il-ħidma Tiegħi.
Wara ftit l-ispirtu tiegħi
ssaħħaħ b’qawwa kbira. Għidlu
li Jiena ħallejtlu jara
d-dgħjufija tiegħek waqt
il-qrara tiegħek sabiex Jiena
nurih int x’int fik innifsek.
499.
Kull taqbida li jiena niġġieled
bil-kuraġġ iġġibli l-ferħ,
il-paċi, id-dawl, l-esperjenza u
l-kuraġġ għall-ġejjieni; ġieħ u
glorja lil Alla; u fl-aħħar
għalija, il-premju.
Illum hija l-Festa ta’ Kristu
Re.
(27 ta’ Ottubru 1935)
500.
Waqt il-Quddiesa tlabt bil-ħeġġa
li Ġesu’ jkun jista’ jsir Re
tal-qlub kollha u li l-grazzja
divina tkun tista’ tiddi f’kull
ruħ. Imbagħad rajt lil Ġesu’
bħalma jidher fix-xbieha, u Huwa
qalli, Binti, inti tagħtini
l-ikbar glorja meta twettaq
bil-fedelta’ x-xewqat tiegħi.
501.
Kemm Inti sabiħ, Ġesu’ Għarus
tiegħi! Fjura Ħajja li tiġbor
fik in-nida li tagħti l-ħajja
lil ruħ bil-għatx! Ruħi tegħreq
fik. Inti biss l-oġġett
tax-xewqat u tal-isforzi tiegħi.
Għaqqadni mill-qrib kemm jista’
jkun miegħek, mal-Missier u
mal-Ispirtu s-Santu. Ħallini
ngħix u mmut fik.
502.
L-imħabba biss għandha tifsira;
hija tgħolli l-iċken azzjonijiet
tagħna sal-infinita’.
503.
Ġesu’ tiegħi, verament ma nafx
kif kont ngħix mingħajrek –
l-Ispirtu tiegħi ssaldjat ma’
Tiegħek. Ħadd ma jista’ jifimha
din; l-ewwel, wieħed irid jgħix
fik sabiex jagħrfek fl-oħrajn.
Krakovja, 25 ta’ Ottubru 1935.
Riżoluzzjonijiet tal-Irtir
504.
Li ma nagħmel xejn mingħajr
il-permess tal-konfessur tiegħi
u l-kunsens tas-superjuri tiegħi
f’kollox, l-aktar dwar dawn
l-ispirazzjonijiet u talbiet
tal-Mulej.
Il-ħin ħieles tiegħi kollu jiena
ser ngħaddih flimkien
mal-Mistieden Divin li jinsab
ġewwa ruħi; ser inħares is-skiet
interjuri u estern tiegħi sabiex
Ġesu’ jkun jista’ jistrieħ ġewwa
qalbi.
Il-mistrieħ l-iktar ħelu tiegħi
jkun jinsab filli nsesrvi u
naqdi s-sorijiet, ninsa lili
nnifsi u naħseb kif nista’
nogħoġob lis-sorijiet.
Ma noffrix spjegazzjonijiet biex
niskuża lili nnifsi, lanqas
nipprova niddefendi lili nnifsi
meta jikkritikawni; inħalli lil
kulħadd jiġġudikani kif irid.
Jiena għandi biss Ħabib wieħed
li fih jiena nafda kollox, u dak
hu Ġesu’ – l-Ewkaristija, u
r-rappreżentant Tiegħu –
il-konfessur tiegħi.
F’nofs it-tbatijiet kollha, kemm
tal-ġisem u kemm spirtwali, kif
ukoll fid-dlam u
fid-deżolazzjoni, nibqa’ siekta,
bħal ħamiema, u ma nilmentax.
Jien niżvotja lili nnifsi l-ħin
kollu f’riġlejh sabiex nikseb
il-ħniena għall-ewrieħ
imsejknin.
505.
Ix-xejn tiegħi kollu jinsab
mgħarraq fil-baħar tal-ħniena
Tiegħek. Bil-fiduċja ta’ tifla
jiena nintelaq f’dirgħajk, O
Missier il-Ħniena, sabiex
inpatti għan-nuqqas ta’ fidi ta’
tant erwieħ li jibżgħu jafdaw
fik. Kemm verament huma ftit
l-erwieħ li tassew jafuk! Kemm
nixtieq bil-ħerqa li l-erwieħ
isiru jafu bil-Festa tal-Ħniena!
Il-ħniena hi l-kuruna
tal-ħidmiet Tiegħek; Int
tipprovdi għal kulħadd
bl-imħabba ta’ omm l-iżjed
ħanina.
+ Ġ.M.Ġ Krakovja, 27 ta’
Ottubru1935.
Patri Andrasz – Parir Spiritwali
506.
“Tagħmel xejn mingħajr
il-kunsens tas-superjuri. Wieħed
irid jaħseb sewwa fuq din
il-ħaġa u jitlob ħafna. Wieħed
irid joqgħod attent ħafna dwar
dawn l-affarijiet għax,
fis-satwazzjoni tiegħek
fil-preżent, Sor, ir-rieda ta’
Alla hi ċerta u ċara, għax inti
fil-fatt marbuta ma’ din
il-Kongregazzjoni permezz
tal-voti, u terġa’ u tgħid dawn
huma voti perpetwi; mela
m’għandu jkun hemm l-ebda dubju.
L-esperjenza interjuri li inti
għaddejja minnha, Sor, hija biss
ftit lemħiet ta’ dawl fuq
proġett. Alla jista’ jagħmel xi
tibdil, imma affarijiet bħal
dawn huma rari ħafna. Tgħaġġilx,
Sor, sakemm tkun irċevejt
għarfien iktar preċiż.
Il-ħidmiet ta’ Alla jimxu
bil-mod, imma jekk ikunu ġejjin
minnu, żgur li inti tagħrafhom
b’mod ċar. Jekk ma jkunux,
jgħibu; u inti, jekk inti tobdi,
ma toħroġx mit-triq it-tajba.
Tkellem mal-konfessur tiegħek
fuq kollox fil-miftuħ u obdih
b’għajnejk magħluqa.”
“ Fil-preżent, Sor, m’għandek
tagħmel xejn iżjed ħlief li
taċċetta t-tbatija sakemm jasal
iż-żmien meta kollox jiċċara,
jiġifieri, kollox jiġi deċiż.
Int għandek dispożizzjoni tajba
f’dawn l-affarijiet, u għalhekk
kompli f’din is-sempliċita’ u
spirtu ta’ ubbidjenza; dan huwa
sinjal tajjeb. Jekk inti tkompli
għaddejja b’din l-attitudni,
Alla ma jħallikx taqa’
fl-iżball. Xorta waħda sakemm
huwa possibli, żomm ruħek ‘il
bogħod minn dawn l-affarijiet,
imma jekk minkejja kollox xorta
tibqa’ tiltaqa’ magħhom,
irċevihom bil-kalma u tibża’
minn xejn. Inti tinsab fl-idejn
tajbin ta’ Alla li Hu fuq kull
tjubija. F’dak kollu li inti
għidtli, jiena ma nara l-ebda
illużjoni jew xejn li jmur
kontra l-fidi. Dawn huma
affarijiet li huma tajbin fihom
infushom, u tkun ħaġa tassew
tajba li kieku kellu jkun hemm
grupp ta’ erwieħ jitolbu lil
Alla għad-dinja, għax ilkoll
kemm aħna għandna bżonn it-talb.
Int għandek direttur tajjeb;
ibqa’ miegħu u kun fil-paċi. Kun
fidila lejn ir-rieda ta’ Alla u
wettaqha. Għal dak li għandu
x’jaqsam mad-doveri tiegħek,
dejjem agħmel dak li jgħidulek
tagħmel u kif jgħidulek tagħmel,
ikun kemm ikun umiljanti jew
tqil. Dejjem agħżel l-aħħar
post, u mbagħad huma stess
jgħidulek, ‘Itla’, ‘l fuq
iktar’. Fl-ispirtu u fl-imġieba
tiegħek, ikkunsidra lilek
innifsek l-iċken waħda fid-dar
kollha u fil-Kongregazzjoni
kollha. F’kollox u dejjem, kun
fidila bl-aħjar mod lejn Alla.”
507.
Jien nixtieq, O Ġesu’ tiegħi, li
nbati u naqbad fil-fjamma ta’
mħabbtek fiċ-ċirkostanzi kollha
ta’ ħajti. Jiena Tiegħek, kollni
kemm jiena Tiegħek, u nixtieq
ngħib fik, O Ġesu’, nixtieq
nintilef, fis-sbuħija divina
Tiegħek. Inti tiġri warajja
b’imħabbtek, O Mulej; Inti
tinfidli ruħi bħal raġġ tax-xemx
u tbiddel id-dlam tagħha
fid-dawl Tiegħek. Jiena nħoss
b’qawwa kbira li jiena qiegħda
ngħix ġewwa fik bħal xrara
żgħira li jiblagħha n-nar li
ħadd ma jista’jifhmu li bih Inti
taqbad, O Trinita’ li ħadd ma
jasal biex jifhimha! M’hemm
l-ebda ferħ ikbar minn dak li
tħobb lil Alla. Diġa’ hawnhekk
fl-art aħna nistgħu nduqu l-hena
ta’ dawk li jinsabu fil-ġenna
permezz ta’ għaqda intima’ ma’
Alla, għaqda li hi straordinarja
u li ħafna drabi ma
jirnexxilniex nifhmuha. Wieħed
jista’ jakkwista din l-istess
grazzja sempliċiment permezz
tal-fedelta’ tar-ruħ.
508.
Meta jibdew jaħkmuni
l-istmerrija u l-monotonija
f’dak li għandu x’jaqsam
mad-doveri tiegħi, jiena nfakkar
lili nnifsi li ninsab fid-dar
tal-Mulej, fejn xejn m’hu bla
tifsira u fejn il-Glorja
tal-Knisja u l-progress ta’
erwieħ jiddependu minn din
l-azzjoni żgħira tiegħi,
imwettqa b’mod divinizzat. Mela
m’hemm xejn bla tifsira
f’kongregazzjoni reliġjuża.
509.
Fil-kuntrarju li jiena ngħaddi
minnu, infakkar lili nnifsi li
għadu ma ntemmx iż-żmien
tat-taqbida. Narma lili nnifsi
bil-paċenzja, u b’dan il-mod
negħleb lil dak li jkun qiegħed
jattakkani.
510.
Bl-ebda mod ma nfittex
il-perfezzjoni biex nissodisfa
l-kurżita’, imma ngħarbel
fl-ispirtu ta’ Ġesu’ u nżomm
għajnejja fuq l-għemejjel Tiegħu
bħalma huma miġburin fil-qosor
fl-Evanġelju. Saħansitra kieku
kelli ngħix elf sena, qatt ma
nispiċċa nieħu minn dak li hemm
miġbur hemm ġew.
511.
Meta l-intenzjonijiet tiegħi ma
jiġux rikonoxxuti, imma jiġu
aktarx ikkundannati, ma tantx
tkun sorpiża għalija, għax jiena
naf li Alla biss jgħarbel lil
qalbi. Il-verita’ ma tmutx;
il-qalb midruba terġa’ tikseb
il-paċi biż-żmien, u l-ispirtu
tiegħi jissaħħaħ permezz
tal-kuntrarju. Jiena mhux dejjem
nisma’ minn dak li tgħidli
qalbi, imma nibqa’ nitlob lil
Alla għad-dawl; u meta nħossni
li rġajt ksibt il-bilanċċ,
imbagħad nkun nista’ nesprimi
ruħi.
512.
Il-jum tat-tiġdid tal-voti.
Il-preżenza ta’ Alla mlietli
ruħi. Waqt il-Quddiesa, rajt lil
Ġesu’, u Huwa qalli, Inti
l-hena kbir Tiegħi; l-imħabba u
l-umilta’ tiegħek, iġegħluni
nħalli t-tron Tiegħi fis-sema u
ningħaqad miegħek. L-imħabba
timla l-abbiss li jeżisti bejn
il-kobor Tiegħi u x-xejn
tiegħek.’
513.
L-imħabba qiegħda timlieli ruħi;
jiena niġi mgħaddsa f’oċejan ta’
mħabba. Inħossni qiegħda
nintilef u nintilef għal kollox
fih.
514.
Ġesu’, agħmel li qalbi tkun
tixbah lil Tiegħek, jew aħjar
ibdilha f’qalbek stess sabiex
jiena nkun nista’ nħoss
il-bżonnijiet ta’ qlub oħrajn,
l-aktar dawk li huma qalbhom
sewda u li qedgħin ibatu. Jalla
r-raġġi tal-ħniena jistrieħu
ġewwa qalbi.
515.
Filgħaxija, x’ħin kont miexja
fil-ġnien qiegħda ngħid
ir-Rużarju u kont wasalt
fiċ-ċimiterju, (nota102)
ftaħt daqsxejn ix-xatba u qgħadt
nitlob għal ftit ħin, u
internament staqsejthom, “Intom
tinsabu kuntenti ħafna, mhux
veru?” Imbagħad smajt il-kliem,
“Aħna ninsabu kuntenti daqskemm
aħna wettaqna r-rieda ta’ Alla.”
– u mbagħad waqa’ s-skiet bħal
qabel. Dħalt ġo fija nnifsi u
domt naħseb għal żmien twil fuq
il-mod kif jiena qiegħda nwettaq
ir-rieda ta’ Alla u kemm ruħi
qed takkwista miż-żmien li Alla
qiegħed jagħtini.
516.
Dak inhar stess filgħaxija,
x’ħin kont diġa’ dħalt
fis-sodda, ġiet għandi ċerta
ruħ, qajjmitni billi bdiet
ittaptap fuq il-komodina u
talbitni nitlob għaliha. Jiena
ridt nistaqsi min kienet, imma
mmortifikajt il-kurżita’ tiegħi
u għaqqadt din
il-mortifikazzjoni żgħira
mat-talba tiegħi u offrejthom
għaliha.
517.
Darba, meta kont qiegħda nżur
soru marida (nota103) li
kellha erbgħa u tmenin sena u
kienet magħrufa għal ħafna
virtujiet, jiena staqsejtha,
“Sor, żgur li inti lesta biex
tidher quddiem il-Mulej, mhux
veru?” Hija wieġbet, “Jiena ili
għomri kollu nħejji ruħi għal
din l-aħħar siegħa.” U mbagħad
hija żiedet tgħidli, “Ix-xjuħija
ma tagħti l-ebda dispensa
mit-taqtigħa.”
518.
Qabel Jum il-Mejtin (2 ta’
Novembru), jiena mort
iċ-ċimiterju malli beda jbexbex
filgħaxija. Għalkemm kien
imsakkar irnexxieli niftaħ
daqsxejn ix-xatba u għidt, “Jekk
għandkom bżonn xi ħaġa għeżież
erwieħ ċkejknin, jiena lesta li
ngħinkom sakemm tippermettili
r-regola.” Imbagħad jiena smajt
dan il-kliem, “Agħmel ir-rieda
ta’ Alla, aħna nkunu kuntenti
daqskemm aħna nkunu wettaqna
r-rieda ta’ Alla.”
519.
Filgħaxija, ġew dawn l-erwieħ u
talbuni għalihom, u verament
tlabt ħafna għalihom.
Filgħaxija, x’ħin il-purċissjoni
kienet ġejja lura miċ-ċimiterju,
jiena rajt qtajja’ kbar ta’
erwieħ mexjin magħna għal
ġol-kappella u jitolbu flimkien
magħna. Jiena tlabt ħafna,
għaliex kelli l-permess
tas-superjuri tiegħi
(nota104) sabiex nagħmel din
il-ħaġa.
520.
Matul il-lejl żaritni ruħ li
diġa’ kont rajt qabel. Iżda ma
talbitnix nitlob, imma
ċanfritni, u qaltli li jiena
darba kont supperva ħafna u
vanituża . . . “u issa inti
qiegħda tinterċedi għall-oħrajn
filwaqt li inti stess għandek
ċerti vizzji.” Jiena weġibt li
jiena veru kont vanituża u
supperva, imma jiena dan kont
qerrejtu u għamilt il-penitenza
biex inpatti għall-injoranza
tiegħi, u li jien afdajt
fit-tjubija ta’ Alla tiegħi, u
jekk jiena kien għadni naqa’
minn żmien għal żmien, dan ma
kontx nagħmlu apposta u qatt bi
pjan minn qabel, ukoll fl-iċken
affarijiet. Xorta waħda, ir-ruħ
baqgħet iċċanfarni u qaltli,
“Għaliex ma tridx tirrikonoxxi
l-kobor tiegħi? Għaliex inti
biss ma tagħtinix glorja
għall-għemejjel kbar tiegħi
bħalma jagħmlu l-oħrajn kollha?”
Imbagħad rajt li dan kien Satana
jistaħba taparsi din ir-ruħ, u
jiena għidt, “Il-glorja hija
għal Alla biss; itlaq, Satana!”
U f’daqqa waħda din ir-ruħ
waqgħet f’abbiss, tant hu
orribli li ma tistax
tiddeskrivih. U jiena għidt lil
din ir-ruħ imsejkna li jiena
kont sejra ngħid lill-Knisja
kollha dwar din il-ħaġa.
521.
Is-Sibt tlaqna minn Krakovja u
morna lura Vilnius. Waqafna biex
inżuru Czestochowa. Waqt li kont
qiegħda nitlob quddiem ix-xbieha
mirakoluża, ħassejt li . . .
huma jintgħoġbu. . . (il-ħsieb
mhux komplut)
(Jispiċċa l-ewwel pitazz)
IL-ĦNIENA TAL-MULEJ GĦAL DEJJEM
JIENA NKANTA
(Il-Ħniena Divina ġewwa ruħi)
It-Tieni Pitazz
+ Ġ.M.Ġ
522.
+ Il-ħniena tal-Mulej għal
dejjem jiena nkanta,
Quddiem kulħadd inkantaha
Għax hija l-ikbar attribut ta’
Alla
U għalina miraklu li qatt ma
jara tmiem.
Int toħroġ tgelgel mit-Trinita’
Divina,
Imma minn ġuf waħdieni mimli
mħabba.
Il-ħniena tal-Mulej tiġi
rrivelata fir-ruħ
Fil-milja kollha tagħha, meta
jaqa’ l-velu.
Mill-għajn tal-ħniena Tiegħek, O
Mulej,
Joħroġ l-hena kollu u l-ħajja,
U hekk, il-ħlejjaq kollha u
l-ħolqien kollu
Ikantaw f’estasi għanja ta’
ħniena.
Is-sentimenti tal-ħniena ta’
Alla nfetħu għalina,
Permezz tal-ħajja ta’ Ġesu’
minxur fuq is-Salib.
O midneb, m’għandekx tiddubita
jew tiddispra,
Imma għandek tafda fil-ħniena,
għax inti wkoll tista’ ssir
qaddis.
Żewġ xmajjar f’forma ta’ raġġi
Ħarġu jgelglu mill-Qalb ta’
Ġesu’,
Mhux għall-Anġli, lanqas
għall-Kerubini jew is-Serafini,
Imma għas-salvazzjoni
tal-bniedem midneb.
+ Ġ.M.Ġ
O rieda ta’ Alla, kun l-imħabba
tiegħi.
523.
Ġesu’ tiegħi, Int taf li waħdi
jiena ma kontx nikteb ittra
waħda, u jekk jiena qiegħda
nikteb, dan qiedgħa nagħmlu biss
minħabba kmand ċar ta’
ubbidjenza qaddisa.
Alla u l-erwieħ
S. M. Fawstina tas-Sagrament
Imqaddes (nota105)
524.
+ O Ġesu’, Alla moħbi,
Qalbi qiegħda tarak
Għalkemm jaħbuk il-velijiet;
Int taf li jiena nħobbok.
+ Ġ.M.Ġ Vilnius, 24 ta’
Novembru 1935
+ It-tieni pitazz
Ikun imbierek Alla!
525.
O Trinita’ Qaddisa, li fiha
tinsab il-ħajja interjuri ta’
Alla, il-Missier, l-Iben u
l-Ispirtu s-Santu, ferħ etern,
profondita’ ta’ mħabba li ħadd
ma jista’ jimmaġinaha, li ġiet
imferrgħa fuq il-ħlejjaq kollha
u li fiha jinsab il-hena
tagħhom, qima u glorja lill-Isem
qaddis Tiegħek għal dejjem ta’
dejjem. Ammen.
Meta jiena nikkunsidra l-kobor u
s-sbuħija Tiegħek, O Alla
tiegħi, jiena nifraħ bil-bosta
li l-Mulej li jiena naqdi hu
daqshekk kbir. Bl-imħabba u
bil-ferħ jiena nagħmel ir-rieda
Tiegħu, u iktar ma nsir nafu,
iktar nixtieq inħobbu. Jiena
nħossni naqbad bix-xewqa li nsir
nħobbu dejjem iżjed u iżjed.
526.
L-erbatax tax-xahar. Dan
il-Ħamis, filwaqt li kellna
adorazzjoni billejl, għall-ewwel
darba ma stajtx nitlob; nixfa
ta’ ċertu tip ħakmitni. Ma
stajtx nimmedita fuq il-Passjoni
doloruża ta’ Ġesu’. Jiena
għalhekk inftajt minn tuli
fl-art u offrejt il-pasjoni
l-iktar doloruża tal-Mulej Ġesu’
lill-Missier tas-sema bħala
riparazzjoni għad-dnubiet
tad-dinja kollha. Meta rġajt
qomt bilwieqfa wara din it-talba
u mxejt lejn il-ġinokkjatur
tiegħi, f’daqqa waħda rajt lil
Ġesu’ maġenbu. Il-Mulej Ġesu’
deher bħalma kien waqt
il-flaġellazzjoni. F’idejh kien
qiegħed iżomm liebsa bajda li
Huwa libbishieli u ħabel li
dawwarhuli ma’ qaddi, u
għattieni b’mantar aħmar bħal
dak li kienu libbsuh matul
il-Passjoni Tiegħu u velu
tal-istess kulur, u qalli,
Qiegħda tara kif ser tkunu
lebsin inti u l-kumpanji
tiegħek. Il-ħajja Tiegħi
mit-twelid sal-mewt fuq is-Salib
tkun ir-regola tagħkom. Ħares
fiss lejja u għix skont dak li
inti tara. Jiena nixtieq li inti
tidħol ‘il ġewwa fl-ispirtu
Tiegħi b’mod iktar profond u
tifhem li Jiena ta’ Qalb ħelwa u
umli.
527.
Darba, ħassejtni mbuttata li
nibda naħdem u nwettaq dak li
Alla kien qiegħed jistenna
mingħandi, kien x’kien. Għal
waqt wieħed dħalt fil-kappella u
smajt vuċi ġewwa ruħi qiegħda
tgħidli, Għax qiegħda tibża’?
Taħseb li Jiena mhux ser ikolli
omnipotenza biżżejjed biex
inwieżnek? Dak il-ħin, ruħi
ħasset saħħa straordinarja, u
l-kuntrarju kollu li seta’
jiġrili sakemm jiena nwettaq
ir-rieda ta’ Alla deher qiesu
mhu xejn f’għajnejja.
528.
Il-ġimgħa waqt il-Quddiesa x’ħin
ruħi kienet mimlija bil-ferħ ta’
Alla, smajt din il-kliem ġewwa
ruħi: Il-ħniena Tiegħi
għaddiet għal ġo l-erwieħ
permezz tal-Qalb ta’ Ġesu’ li hi
l-istess ħin divina u umana
bħalma raġġ tax-xemx jgħaddi
minn ġol-kristall. Jiena
ħassejt ġewwa qalbi u fhimt lil
kull min jersaq lejn Alla
jagħmel dan permezz ta’ Ġesu’,
fih u bih.
529.
Fl-aħħar jum (15 ta’ Novembru)
tan-novena f’Ostra Brama,
filgħaxija, wara l-kant
tal-litanija, wieħed
mis-saċerdoti espona s-Sagrament
Imqaddes fl-ostensorju. Meta
poġġieh fuq l-altar, minnufih
jiena rajt il-Bambin Ġesu’,
joħroġ l-idejn żgħar Tiegħu,
l-ewwelnett lejn Ommu, li f’dak
il-waqt dehret qisha ħajja.
Filwaqt li Omm Alla kienet
qiegħda titkellem miegħi, Ġesu’
fetaħ l-idejn ċkejknin Tiegħu
lejn il-kongregazzjoni.
Il-Verġni Mbierka kienet qiegħda
tgħidli naċċetta kulma kien qed
jitlob Alla mingħandi bħal tifla
żgħira, mingħajr ma nistaqsi
domandi; jekk ma nagħmilx hekk,
ma nkunx qiegħda nogħġob lil
Alla. F’dak il-waqt, il-Bambin
Ġesu’ għeb, u Omm Alla ma
baqgħetx tidher ħajja, u
l-istampa tagħha reġgħet dehret
bħalma kienet qabel. Imma ruħi
kienet mimlija b’hena u ferħ
kbir, u jiena għidt lill-Mulej:
“Agħmel bija dak li trid; jiena
lesta għal kollox, imma Inti, O
Mulej, tabbandunanix lanqas għal
waqt wieħed biss.”
+ Ġ.M.Ġ
530.
Għall-glorja tat-Trinita’
l-Aktar Qaddisa.
Jiena tlabt lil Madre Superjura
(Borgia) tagħtini permess
nagħmel sawma ta’ erbgħin jum, u
nieħu darba kuljum biċċa ħobż u
tazza ilma. Imma, fuq il-parir
tal-konfessur tiegħi (Dun
Sopocko), il-Madre Superjura ma
qablitx li nagħmel erbgħin jum
imma sebgħa. “Ma nistax neżentak
għal kollox mid-dmirijiet
tiegħek Sor, minħabba s-sorijiet
l-oħrajn li jistgħu jindunaw
b’xi ħaġa. Jiena nagħtik
il-permess tiegħi li tingħata
għat-talb u li tieħu nota ta’ xi
ftit minn dawn l-affarijiet,
imma jkun diffiċli ħafna għalija
li nżommok taħt għajnejja għal
dak li għandu x’jaqsam mas-sawm.
Fil-verita’, ma nista’ naħseb
fl-ebda soluzzjoni għal din
il-ħaġa,” u qaltli, “Issa mur,
Sor u forsi jkolli xi dawl.”
Il-Ħadd filgħodu, jiena fhimt li
meta l-Madre Superjura tatni
x-xogħol mal-bieb waqt il-ħin
tal-ikel, dan għamiltu bil-ħsieb
li tkun qiegħda tagħtini ċ-ċans
li nsum. Filgħodu, ma mortx
għall-ewwel kolazzjon imma, ftit
wara, jiena mort għand il-Madre
Superjura u staqsejtha jekk hi
kenitx tatni ix-xogħol mal-bieb
sabiex ikun possibli għalija li
nsum mingħajr ma jinduna ħadd.
Il-Madre wieġbet, “Meta tajtek
dan ix-xogħol, (nota106)
Sor, dak li kelli f’moħħi.”
Jiena mbagħad rajt dak li kien
l-istess ħsieb li kien għadda
minn moħħi.”
531.
24 ta’ Novembru 1935. Il-Ħadd,
l-ewwel jum. Mort minnufih
quddiem is-Sagrament Imqaddes u
offrejt lili nnifsi flimkien ma’
Ġesu’, preżenti fis-Sagrament
Imqaddes, lill-Missier Etern.
Imbagħad jiena smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi, L-iskop
tiegħek u tal-kumpanji tiegħek
hu li intom tingħaqdu Miegħi
mill-qrib kemm jista’ jkun;
permezz tal-imħabba inti għad
terġa’ tħabbeb l-art mas-sema,
inti ttaffi l-korla ġusta ta’
Alla, u titlob ħniena
għad-dinja. Jiena qed inpoġġi
f’idejk żewġ perli li huma
prezzjużi ħafna għall-Qalb
Tiegħi: dawn huma l-erwieħ
tas-saċerdoti u tar-reliġjużi.
Inti trid titlob għalihom b’mod
speċjali; is-saħħa tagħhom għad
trid tiġi minn kemm int ċċekken
lilek innifsek. Inti tgħaqqad
it-talb, sawm,
mortifikazzjonijiet, ħidmiet u
t-tbatijiet kollha mat-talb,
sawm, mortifikazzjoni, ħidmiet u
tbatijiet Tiegħi u mbagħad huma
jkollhom qawwa quddiem Missieri.
532.
Wara t-Tqarbin, jiena rajt
lill-Mulej Ġesu’, li qalli dan
il-kliem: Illum, idħol ‘il
ġewwa fl-ispirtu tal-faqar
Tiegħi u irranġa kollox b’tali
mod li wkoll l-ifqar nies ma
jkollhom l-ebda raġuni li jgħiru
għalik. Jiena nieħu gost, mhux
bil-bini kbir u strutturi
tal-għaġeb, imma b’qalb safja u
umli.
533.
X’ħin sibt ruħi waħdi, bdejt
naħseb fuq l-ispirtu tal-faqar.
Rajt ċar li Ġesu’, għalkemm Hu
s-Sid ta’ kollox, ma kellu xejn
Tiegħu. Minn maxtura li ssellef,
Huwa għex ħajtu kollha jagħmel
il-ġid lil kulħadd, filwaqt li
Hu ma kellux post fejn ipoġġi
rasu. U fuq is-Salib, jiena nara
l-quċċata tal-faqar tiegħu, għax
lanqas ħwejjeġ m’għandu fuqu. O
Ġesu’ permezz ta’ vot solenni
ta’ faqar jiena nixtieq insir
bħalek; il-faqar ikun ommi.
Bħalma minn barra m’għandu
jkollna xejn li nistgħu
niddisponu minnu, hekk ukoll
minn ġewwa m’għandna nixtiequ
xejn. U fis-Sagrament Imqaddes,
kemm hu kbir il-faqar Tiegħek!
Qatt kien hemm ruħ abbandunata
bħalma kont Inti fuq is-Salib,
Ġesu’?
534.
Il-Kastita’. M’hemmx għalfejn
nispjegaw li dan il-vot
jipprojbixxi dawk l-affarijiet
kollha li jmorru kontra s-sitt
u d-disa’ kmandament:
azzjonijiet, ħsibijiet, kliem,
sentimenti. . . jiena nifhem li
vot solenni huwa differenti minn
vot sempliċi; dan jiena nifhmu
b’dak kollu li jimplika. Filwaqt
li kont qiegħda naħseb fuq dan,
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Int l-għarusa Tiegħi għal
dejjem; il-kastita’ tiegħek
għandha tkun ikbar minn dik
tal-Anġli, għax Jiena ma nsejjaħ
lil ebda anġlu għal tant
intimita’ bħalma Jiena qed
insejjaħ lilek. L-iċken att
tal-għarusa Tiegħi hu ta’ valur
bla tarf. Ruħ safja għandha
setgħa li ma tistax timmaġinaha
quddiem Alla.
535.
L-Ubbidjenza. Jiena ġejt
sabiex nagħmel ir-rieda ta’
Missieri. Jiena obdejt
il-ġenituri Tiegħi; Jiena obdejt
lil dawk li ttorturawni u issa
Jiena qed nobdi lis-saċerdoti.
Jiena qiegħda nifhem, O
Ġesu’, l-ispirtu tal-ubbidjenza
u f’hiex tikkonsisti. Tinkludi
mhux biss it-twettiq estern,
imma wkoll ir-raġuni; ir-rieda u
l-ġudizzju. Meta aħna nobdu
s-superjuri tagħna, inkunu
qedgħin nobdu lil Alla. M’hemm
l-ebda differenza jekk ikunx
anġlu jew bniedem li jkun qed
jaġixxi minflok Alla, li jkun
qed jagħtini l-ordnijiet: jiena
għandi dejjem nobdi. Jiena minix
sejra nikteb ħafna dwar il-voti;
dawn huma ċari u speċifiċi.
Jiena nippreferi nikteb xi ftit
ħsibijiet ġenerali dwar din
il-kongregazzjoni.
+ Ġabra fil-qosor inġenerali
536.
Qatt m’hu ser ikun hemm xi djar
sbieħ, imma biss knisja żgħira
b’komunita’ żgħira magħmula minn
ftit erwieħ, mhux iktar minn
għaxra, minbarra żewġ esterni
biex ilaħħqu mal-affarijiet
esterni tal-komunita’ u
tal-knisja. Dawn iż-żewġ
sorijiet ma jilbsux l-abitu,
imma jilbsu sekulari; huma
jieħdu l-voti sempliċi, u jkunu
jiddependu strettament
mis-superjura, li tkun soru
tal-klawsura. Huma jkollhom
sehem mill-benefiċċji spirtwali
kollha tal-kongregazzjoni. Qatt
m’għandu jkun hemm iktar minn
tnejn, u, jekk jista’ jkun,
waħda biss. Kull dar tkun
indipendenti mill-oħrajn,
għalkemm ikunu maqgħudin
mill-qrib bir-regola, bil-voti u
bl-ispirtu. F’każi eċċezzjonali,
iżda, soru minn komunita’ waħda
tista’ tiġi trasferita f’oħra u
wkoll, jekk ikun hemm ċans li
tinbena dar ġdida, xi sorijiet
jistgħu jiġu trasferiti, jekk
ikun hemm bżonn, minn dar oħra.
Kull dar tkun tiddependi
mill-Ordinarju tal-post.
537.
Kull soru jkollha ċella għaliha,
imma l-ħajja tkun komunitarja
għal dak li għandu x’jaqsam
mat-talb, l-ikel, u
r-rikreazzjoni. Kull soru, wara
l-professjoni tagħha qatt ma
tara d-dinja iżjed, lanqas minn
ġol-grada, għax din tiġi
mgħottija b’biċċa drapp skura, u
l-konverżazzjonijiet ukoll ikunu
limitati ħafna. Hija tkun
bħallikieku mejta, id-dinja ma
tifhimhiex u hi ma tifhimx
lid-dinja. Hija toqgħod f’postha
bejn is-sema u l-art, titlob lil
Alla l-ħin kollu biex ikollu
ħniena mid-dinja u sabiex
is-saċerdoti jkollhom is-saħħa
li kliemhom ma jkunx vojt u
sabiex huma, fid-dinjita’
straordinarja tagħhom u kif
inhuma hekk esposti għar-riskju,
ikunu jistgħu jżommu ruħhom bla
ebda tiċpisa ta’ dnub. Għalkemm
dawn l-erwieħ ma jkunux ħafna
huma jkunu erwieħ erojċi. Ma
jkunx hemm post għal erwieħ
beżżiegħa jew effeminati.
538.
Ma jkun hemm l-ebda distinzjoni
bejn is-sorijiet, l-ebda Madre,
(nota107) Reverenda,
Venerabbli, imma kulħadd ikun
indaqs, għalkemm jista’ jkun
hemm differenzi kbar fin-nisel
tal-familja li jkunu ġew minnha.
Aħna nafu min kien Ġesu’, u kif
madankollu Huwa umilja ruħu u
ma’ min kien jassoċja ruħu.
L-abitu tagħhom ikun bħal dak li
kien liebes Ġesu’ waqt
il-Passjoni Tiegħu, u huma mhux
biss jilbsu l-libsa (li libes
Hu); huma jridu jiġu mmarkati
wkoll bil-marki Tiegħu;
it-tbatija u d-disprezz. Kull
waħda tistinka għall-ikbar ċaħda
u tkun tħobb l-umilta’, u dik li
tispikka l-iktar f’din il-virtu’
tal-aħħar tkun dik li tkun
kapaċi tmexxi lill-oħrajn.
539.
Bħalma Alla ħalliena naqsmu
miegħu fil-ħniena Tiegħu u, anzi
iżjed minn hekk, inxerrduha
flimkien miegħu, aħna mela
għandu jkollna mħabba kbira għal
kull ruħ, nibdew mill-magħżulin
u nispiċċaw b’dik ir-ruħ li
għadha ma tafx lil Alla. Permezz
tat-talb u tal-mortifikazzjoni;
aħna nkunu nistgħu mmorru
fil-pajjiżi l-inqas ċivilizzati
u nħejju t-triq
għall-missjunarji. Għandna
nżommu f’moħħna li suldat li qed
jiġġieled quddiem nett ma jistax
jibqa’ wieqaf fit-tul mingħajr
ma jkollu l-għajnuna
mill-qawwiet li jkunu qedgħin
fuq wara li, filfatt, ma jkunux
qedgħin jiġġieldu imma jipprovdu
għall-bżonnnijiet tiegħu kollha;
dan hu r-rwol tat-talb, u
għalhekk kull wieħed u kull
waħda minna għandu jkollha
spirtu apostoliku li
jiddistingwiha.
540.
Filgħaxija x’ħin kont qiegħda
nikteb, smajt vuċi fiċ-ċella
tiegħi tgħid, “Titlaqx minn din
il-Kongregazzjoni, ikollok
ħniena minnek innifsek, hemm
tbatijiet kbar ħafna
jistennewk.” X’ħin ħarsit
fid-direzzjoni tal-vuċi, ma rajt
xejn, u komplejt nikteb. F’daqqa
waħda smajt ħoss u l-kliem:
“Meta inti titlaq, aħna
neqirduk. Toqgħodx
tittorturana.” Ħarist madwari u
rajt ħafna mostri koroh. Jiena
mbagħad għamilt is-sinjal
tas-Salib f’moħħi u huma għebu
fil-pront. Kemm hu terribli u
ikrah Satana! Imsejkna erwieħ
mitlufin li jkollhom iżommulu
kumpanija! Tarah biss hu iżjed
diżgustanti mit-turmenti kollha
tal-infern.
541.
Ftit ħin wara, smajt din il-vuċi
ġewwa ruħi: Tibża’ minn xejn;
xejn m’hu ser jiġrilek kontra
r-rieda Tiegħi. Wara dan
il-kliem tal-Mulej, qawwa mhix
tas-soltu mlietli ruħi. Jiena
fraħt ħafna li Alla hu daqshekk
tajjeb.
542.
Iż-żmien ta’ tħejjija bħala
Postulanta. (nota108)
L-eta’ biex wieħed jidħol: ikun
min ikun, bejn l-eta’ ta’
ħmistax u tletin. L-ewwelnett,
l-ispirtu li jkollha l-kandidata
u l-karattru tagħha għandna
nikkunsidrawhom, hekk hi
għandhiex rieda sħiħa u l-kuraġġ
li timxi wara Ġesu’ bil-ferħ,
għax Alla jħobb lil min jagħti
bil-qalb. Hi trid tobgħod
lid-dinja u lilha nnfisha. Jekk
hi ma jkollhiex dota, dan qatt
m’hu se jkun ostaklu biex hi
tidħol fil-kunvent.
Il-formalitajiet kollha dwar
il-kandidata għandhom ikunu
ċari; l-ebda każ komplikat
m’għandu jitħalla jidħol.
Persuni li jbatu
bil-melankonija, dawk li huma
inklinati għas-swied ta’ qalb,
dawk li jsofru minn mard li
jittieħed, dawk li m’għandhomx
karattru stabbli u dawk li huma
inklinati li jkunu suspettużi
mhumiex adattati għall-ħajja
reliġjuża u m’għandhomx
jitħallew jidħlu. Il-membri
għandhom jiġu magħżulin bl-ikbar
attenzjoni, għax membru waħda li
mhix tajba hi biżżejjed biex
titfa’ kunvent sħiħ
f’konfużjoni.
543.
Kemm idum iż-żmien ta’ tħejjija
bħala postulanta. Dan idum sena.
Matul dan iż-żmien, il-kandidata
għandha teżamina jekk hi
għandhiex ġibda għal dan it-tip
ta’ ħajja u jekk tgħoddx
għaliha. Id-direttriċi għandha
tiżen bir-reqqa jekk din
il-persuna hix adattata jew le
għal dan it-tip ta’ ħajja. Wara
sena, jekk il-postulanta turi li
għandha rieda soda u xewqa
mħeġġa li taqdi lil Alla,
għandhom idaħħluha
għan-novizzjat.
544.
In-novizzjat (nota109)
għandu jdum sena sħiħa mingħajr
waqfien. F’dan iż-żmien
in-novizza għandha tiġi mgħallma
dwar il-virtujiet li għandhom
x’jaqsmu mal-voti u dwar
l-importanza tal-voti.
Id-direttriċi għandha tagħmel
mill-aħjar sabiex tipprovdi
formazzjoni soda. Hi għandha
trawwem in-novizzi fil-prattika
tal-umilta’, għaliex qalb umli
biss tosserva l-voti mingħajr
inkwiet u jkollha esperjenza
tal-ferħ kbir li Alla jferra’
fuq ir-ruħ li tkun fidila.
In-novizzi m’għandhomx jiġu
mtaqqlin bi dmirijiet li jġibu
magħhom responsabbiltajiet,
sabiex huma jkunu liberi jagħtu
l-attenzjoni tagħhom
lill-perfezzjoni tagħhom stess.
Huma obbligati josservaw
ir-regoli u l-istatuti b’mod
strett, bħalma huma wkoll
il-postulanti.
545.
Wara sena novizzjat, jekk
in-novizza turi li hi fidila,
tista’ titħalla tagħmel
l-professjoni tagħha għal sena.
Din il-ħaġa għandha tiġi
ripetuta għal tliet snin.
Imbagħad tista’ tiġi mgħotija
dmirijiet li jġibu magħhom
responsabbilta’. Imma hi tkun
għadha tagħmel man-novizzjat, u
darba fil-ġimgħa għandha
tattendi konferenzi flimien
man-novizzi, u l-aħħar sitt xhur
tgħaddihom kollha kemm huma
fin-novizzjat sabiex tħejji
ruħha għall-professjoni solenni
tagħha. (nota110)
546.
Ikel. Ma nieklux laħam. L-ikel
tagħna jkun tali li lanqas
il-foqra ma jkollhom għalfejn
jgħiru għalina. Ġranet
tal-festa, iżda, jistgħu jkunu
daqsxejn differenti mill-ġranet
tas-soltu. Is-sorijiet jieklu
tliet darbiet kuljum. Is-sawm,
speċjalment it-tnejn il-kbar,
jiġi osservat b’mod strett,
skont l-ispirtu oriġinali.
L-ikel għandu jkun xorta
għas-sorijiet kollha bla ebda
eċċezzjoni sabiex il-ħajja
tal-komunita’ tkun tista’
tinżamm safja. Dan japplika mhux
biss għall-ikel imma wkoll
għall-ilbies u l-għamara
taċ-ċelel. Imma, jekk soru
timrad, għandha tingħata
l-attenzjoni kollha.
547.
Talb. Siegħa meditazzjoni.
Quddiesa u Tqarbina, talb, żewġ
eżamijiet tal-kuxjenza,
l-Uffiċċju, (nota111)
Rużarju, qari spirtwali, siegħa
talb billejl. Dwar orarju, aħjar
infassluh wara li nkunu bdejna
ngħixu din it-tip ta’ ħajja.
548.
F’daqqa waħda smajt dan il-kliem
ġewwa ruħi: Binti, jiena
nassigurak li jkollok dħul
permanenti ta’ flus li tkun
tista’ tgħix bih. Id-dmir
tiegħek ikun li tafda bis-sħiħ
fit-tjubija Tiegħi, u d-dmir
Tiegħi jkun li Jiena nagħtik
kulma inti teħtieġ. Jiena qed
niddependi mill-fiduċja tiegħek;
jekk il-fiduċja tiegħek tkun
kbira, il-ġenerożita’ Tiegħi
mbagħad tkun bla tarf.
549.
Xogħol. Bħala persuni foqra,
is-sorijiet stess jagħmlu
x-xogħol kollu fil-kunvent. Kull
waħda għandha tifraħ meta hi
tingħata xi xogħol li jkun
umiljanti jew li jmur kontra
n-natura tagħha, għax dan jgħin
ħafna l-formazzjoni interjuri
tagħha. Is-Superjura tbiddel
id-dmirjiet tas-sorijiet spiss,
u b’dan il-mod tgħinhom
jinqatgħu kompletament
mid-dettalji żgħar li n-nisa
għandhom ħabta jintrabtu magħhom
sewwa. Verament, jiena spiss
naraha ħaġa tad-daħk li nara
b’għajnejja stess erwieħ li
kienu kapaċi jinfatmu minn
affarijiet verament kbar u
mbagħad jispiċċaw jibqgħu
marbutin ma’ affarijiet
ċkejknin; jiġifieri, affarijiet
bla ebda siwi. Kull soru,
is-superjura inkluża, taħdem
fil-kċina għal xahar. Kull waħda
għandha twettaq, meta jmiss
lilha, kull biċċa xogħol li jkun
hemm fil-kunvent.
550.
U dejjem u f’kollox,
l-intenzjoni tagħhom għandha
tkun safja, għax kull xorta ta’
intenzjoni mħallta ma togħġbux
lil Alla. Huma għandhom jakkużaw
lilhom infushom b’kull żball
estern li jagħmlu, u jitolbu
s-superjura tagħtihom penitenza.
Dan għandhom jagħmluh fi spirtu
ta’ umilta’.
Huma għandhom iħobbu lil xulxin
bi mħabba sublimi, bi mħabba
safja, u jaraw ix-xbieha ta’
Alla f’kull soru. L-imħabba
għandha tkun il-karatteristika
speċjali ta’ din il-komunita’
żgħira għalhekk huma m’għandhomx
jalqgħu qalbhom, imma jgħannqu
d-dinja kollha, juru ħniena ma’
kull ruħ permezz tat-talb, skont
is-sejħa tagħhom. Jekk aħna
ngħixu f’dan l-ispirtu ta’
ħniena, aħna wkoll għad nirċievu
l-ħniena.
551.
Kemm għandha tkun kbira
l-imħabba ta’ kull waħda
għall-Knisja! Bħalma tifel
tajjeb jitlob għall-omm li
jħobb, hekk ukoll kull ruħ
nisranija għandha titlob
għall-Knisja, li hi ommha.
X’għandna xi ngħidu mela għalina
r-reliġjużi li tajna l-kelma
b’mod speċjali li nitlobu
għall-Knisja? Kemm hu kbir mela
l-appostolat tagħna, moħbi kemm
hu moħbi. Ix-xejn kollu tagħna
ta’ kuljum jitpoġġa f’riġlejn
il-Mulej Ġesu’ bħala offerta li
tpatti għad-dinja; imma sabiex
l-offerta tagħna tkun togħġob
lil Alla, għandha tkun safja. U
sabiex tkun safja, il-qalb trid
tinħeles minn dak kollu li hi
marbuta miegħu b’mod naturali; u
l-ġibdiet kollha tagħha għandhom
jiġu ndirizzati lejn il-Ħallieq,
u hi tħobb il-ħlejjaq kollha fih
u skont ir-rieda Tiegħu; u meta
ġġib ruħha b’dan il-mod, kull
waħda ġġib il-ferħ fil-Knisja
bl-ispirtu mħeġġeġ tagħha.
552.
Minbarra l-voti, jiena nara li
hemm regola waħda li hi l-aktar
importanti. Għalkemm ir-regoli
kollha huma mportanti, jiena
npoġġi din fl-ewwel post, u din
hi s-skiet. Verament, li kieku
din ir-regola kellha tiġi mħarsa
strettament, ma kontx ninkwieta
fuq l-oħrajn. In-nisa jħobbu
jpaċpċu ħafna, imma l-ispirtu
s-Santu ma jitkellimx ma’ ruħ
distratta u tħobb tpaċpaċ. Huwa
jitkellem, permezz
tal-ispirazzjonijiet kwieti
Tiegħu, ma’ruħ li tkun miġbura,
ma’ ruħ li taf iżżomm is-skiet.
Li kieku s-skiet kellu jiġi
mħares strettament, ma kienx
ikun hemm tgergir, imrar,
kalunji, jew seksik, u ma
nonqsux mill-karita’. F’kelma
waħda, ma jsirux ħafna ħsarat.
Xofftejn siekta huma deheb safi
li jagħtu xhieda tal-qdusija
ġewwa r-ruħ.
553.
Imma rrid nitkellem minnufih
dwar it-tieni regola; li hi,
id-diskors. Li wieħed jibqa’
sieket meta għandu jitkellem
hija imperfezzjoni u xi drabi
dnub ukoll. U għalhekk,
is-sorijiet kollha għandhom
jieħdu sehem fir-rikreazzjoni, u
s-superjura m’għandhiex
tiddispensahom minn dan ħlief
għal xi raġuni ta’ mportanza
kbira. Ir-rikreazzjoni hi
opportunita’ biex isiru jafu lil
xulxin. Kull soru għandha tgħid
dak li tkun qiegħda tħoss
bis-sempliċita’
għall-edifikazzjoni tal-oħrajn u
mhux bi spirtu ta’ superjorita’
jew, Alla ħares, bil-ġlied, għax
ħaġa bħal din ma tkunx taqbel
mal-perfezzjoni u l-ispirtu
tal-vokazzjoni tagħna, li għandu
jkollha l-karatteristika
speċjali tal-imħabba. Darbtejn
kuljum, ikun hemm rikreazzjoni
ta’ nofs siegħa. Imma jekk soru
tikser is-skiet barra dak il-ħin
hija għandha takkuża lilha
nnfisha quddiem is-Superjura
fil-pront u titlobha penitenza,
u s-Superjura għandha tikkastiga
dawn in-nuqqasijiet b’penitenza
fil-pubbliku, għax jekk ma
tagħmilx dan ikollha tagħti
rendikont quddiem il-Mulej.
554.
Il-Klawsura (nota112)
Ħadd ma jista’ jidħol
fil-Klawsura mingħajr il-permess
speċjali tal-Ordinarju u
f’ċirkustanzi speċjali ħafna,
bħalma huma l-amministarazzjoni
tas-Sagramenti lill-morda sabiex
jiġu mħejjijin għall-mewt, u
għar-riti tad-difna. Jista’ jkun
hemm bżonn ukoll li jdaħħlu xi
ħaddiem biex jagħmel xi
xogħolijiet ta’ tiswija, imma
għal ħaġa bħal din hemm bżonn
permess speċifiku. Il-bieb li
jagħti għall-klawsura jibqa’
dejjem imsakkar u s-Superjura
biss ikollha ċ-ċavetta.
555.
L-użu tal-parlatorju. Ħadd
mis-sorijiet ma jagħmel użu
mill-parlatorju mingħajr
il-permess speċjali
tas-superjura, u s-superjura
m’għandhiex tippermetti żjajjar
ta’ spiss. Dawk li mietu
għad-dinja m’għandhomx imorru
lura fiha, lanqas permezz ta’
konverżazzjonijiet. Imma jekk
is-superjura jidhrilha li hi
ħaġa sewwa li tippermetti li xi
soru tmur fil-parlatorju, hi
għandha tosserva dawn ir-regoli.
Hi stess għandha takkumpanja
lis-soru, u jekk ma tkunx tista’
tagħmel din il-ħaġa, għandha
tagħmel mod li tieħu postha soru
oħra li tkun marbuta bis-sigriet
u li m’għandhiex tirrepeti dak
li tkun semgħet, imma għandha
tinforma s-superjura b’kollox.
Il-konverżazzjonijiet għandhom
ikunu qosra, għallinqas jekk ma
jkunx hemm permess għal ħin
żejjed minħabba l-persuna li
tkun ġiet tagħmel iż-żjara. Imma
l-purtiera m’għandhiex tinfetaħ,
ħlief għal każijiet speċjali
ħafna, bħalma huma, per eżempju,
meta xi omm jew missier jitlob
b’urġenza sabiex isir dan.
556.
Ittri. Kull soru tista’ tikteb
ittri ssiġillati lill-Ordinarju
lid-dar tkun soġġetta għalih.
Għal ittri oħra, ikunu xi jkunu,
hemm bżonn permess, u s-soru
għandha tgħaddi l-ittra mhix
ssiġillata lis-superjura.
Is-superjura għandu jmexxiha
l-ispirtu tal-imħabba u
tal-prudenza, u għandha d-dritt
tibgħat l-ittra jew iżżommha,
fid-dawl ta’ dak li hu
għall-ikbar glorja ta’ Alla.
Jiena nippreferi, iżda, li
komunikazzjonijiet bħal dawn
ikunu rari kemm jista’ jkun.
Ejjew ngħinu lin-nies permezz
tat-talb u l-mortifikazzjoni, u
mhux permezz tal-korrispondenza.
557.
Il-qrar. Kemm il-konfessuri
regolari kif ukoll dawk
starordinarji għall-komunita’
jiġu magħżulin mill-(Isqof)
Ordinarju. (nota113).
Ikun hemm konfessur wieħed
regolari u hu jqarar
lis-sorijiet darba f’ġimgħa.
Il-konfessur starordinarju jiġi
kull tliet xhur, u kull soru
tkun obbligata li tmur tarah,
ukoll jekk ma tqerrx. Iż-żewġ
konfessuri jżommu posthom
fil-kunvent għal tliet snin.
Imbagħad ikun hemm vot sigriet,
u s-superjura tissottometti
r-riżultati lill-Ordinarju.
Il-konfessur jista’ jerġa’ jiġi
magħżul għal tliet snin oħra u
wkoll għat-tliet snin
għat-tielet darba. Is-sorijiet
iqerru minn ġo grada maqfula.
Il-konferenzi lill-komunita’
wkoll jiġu mgħotija minn ġo
grada, mgħottija b’purtiera
skura. Is-sorijiet m’għandhom
qatt jitkellmu dwar il-qrar jew
il-konfessuri; għandhom,
pjuttost, jitolbu għalihom
sabiex Alla jagħtihom id-dawl li
jkunu jistgħu jmexxu r-ruħhom
tagħhom.
558.
It-Tqarbin. Is-sorijiet
m’għandhom qatt jitkellmu fuq
min jitqarben iżjed jew inqas
ta’ spiss. Għandhom jibqgħu lura
milli jgħaddu ġudizzju fuq dan
is-suġġett li mhux affari
tagħhom. Il-ġudizzji kollha
f’din il-ħaġa huma f’idejn
il-konfessur biss. Is-superjura
tista’ tkellem lil xi soru, mhux
biex tistaqsiha għax mhix
qiegħda titqarben, imma
sempliċiment biex tgħidilha li
tista’ tqerr. Is-superjuri qatt
m’għandhom jażżardaw jidħlu
fl-għalqa tal-kuxjenzi
tas-sorijiet. Is-superjura
tista’ xi drabi tirranġa li
l-komunita’ toffri Tqarbina għal
xi ntenzzjoni partikolari. Kull
soru għandha tagħmel ħilitha
kollha li jkollha l-ikbar safa
fir-ruħ, sabiex tkun tista’
tirċievi l-Viżitatur Divin
kuljum.
559.
Darba, meta dħalt fil-kappella
rajt il-ħitan ta’ bini fi stat
ħażin ħafna (bini mwaqqa’).
(nota114) It-twieqi ma
kellhomx ħġieġ, u l-bibien
kellhom biss it-tilari mingħajr
il-panewijiet. Jiena mbagħad
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi.
Hawn hu l-post fejn ser ikun
hemm il-kunvent. Kont
daqsxejn diżappuntata li dawn
ir-rovini kellhom ikunu
l-kunvent.
560.
Il-Ħamis. Ħassejtni mqanqla li
nibda malajr kemm jista’ jkun,
il-ħidma li l-Mulej kien qed
jitlob mingħandi. Filwaqt li
kont qiegħda nqerr, kont qiegħda
nżomm l-opinjoni tiegħi iktar
milli nagħti kas ta’ dik
tal-konfessur. Għall-ewwel, ma
rrealizzajt din il-ħaġa, imma
meta kont qiegħda nagħmel
is-Siegħa Adorazzjoni jiena rajt
il-Mulej Ġesu’ bħalma jidher
fix-xbieha, u qalli li għandi
nirrepeti lill-konfessur u
lis-superjuri tiegħi dan kollu
li Hu jgħidli jew jitlob
mingħandi. . . u agħmel biss
dak li tirċievi permess li
tagħmel. U hu tani x’nifhem
kemm jiddispjaċih meta jara
persuni li huma ta’ rashom, u
jiena ndunajt li jiena waħda
minnhom. Jiena rajt dan id-dell
ta’ stinazzjoni ġewwa fija, u
ntfajt fit-trab (nota115)
f’riġlejn il-Majesta’ Tiegħu, u
b’qalb maqsuma tlabtu jaħfrili.
Imma Ġesu’ ma ħallinix nibqa’
f’dan l-istat għal żmien twil.
Il-ħarsa divina tiegħu mlietli
qalbi b’ferħ li m’għandix kliem
biex infissru. U Ġesu’ tani
x’nifhem li għandi nistaqsih
iktar mistoqsijiet u nfittex
il-parir Tiegħu. Verament, kemm
hi ħelwa l-ħarsa tal-Mulej
tiegħi; għajnejh jinfduli ruħi
sal-profondita’ l-iktar sigrieta
tagħha. L-ispirtu tiegħi
jikkomunika ma’ Alla mingħajr ma
nlissnu ebda kelma. Jiena naf li
Hu qed jgħix ġewwa fija u jiena
qiegħda ngħix ġewwa fih.
561.
F’daqqa waħda, rajt ix-xbieha
f’xi kappella żgħira u f’dak
il-waqt jiena rajt il-kappella
ssir tempju enormi u sabih. U
f’dan it-tempju rajt lil Ommi
Alla bil-Bambin f’dirgħajha. U
mument wara, il-Bambin Ġesu’
għeb minn dirgħajn Ommu, u jiena
rajt ix-xbieha ħajja ta’ Ġesu’
Msallab. Omm Alla qaltli
nagħmel dak li kienet għamlet
Hi, li, ukoll meta nkun ferħana
dejjem inżomm għajnejja msammrin
fuq is-salib, u qaltli li
l-grazzji li Alla kien qed
jagħtini ma kenux għalija biss,
imma għal erwieħ oħrajn ukoll.
562.
Meta jiena nara l-Bambin Ġesu’
waqt il-quddiesa, mhux dejjem
ikun l-istess; xi kultant ikun
ferħan ħafna, u xi kultant
lanqas biss ikun qed iħares lejn
il-kappella. Bħalissa. Huwa
spiss ikun ferħan ħafna meta
l-konfessur tagħna ( Dun Spocko)
ikun qed iqaddes. Kienet
sorpriża kbira għalija li
l-Bambin Ġesu’ jħobbu daqshekk.
Xi kultant narah liebes fardal
ikkulurit. (nota116)
563.
Qabel ma ġejt Vilnius u ltqajt
ma’ dan il-konfessur, jiena
darba rajt knisja pjuttost
żgħira u maġenbha, din
il-kongregazzjoni. (nota117)
Il-Kunvent kellu tnax –il ċella;
kull soru kellha tgħix għal
rasha. Jiena rajt is-saċerdot
(Dun Sopocko) li kien qed
jgħinni nħejji l-kunvent u li
jiena kelli niltaqa’ miegħu xi
snin wara, u li kont diġa’ nafu
mid-dehra li kelli. Jiena rajt
kif hu kien qed jirranġa kollox
fil-kunvent b’attenzjoni kbira,
megħjun minn saċerdot ieħor (
x’aktarx Patri Wantuchkowski)
(nota118) li għadni ma
ltqajtx miegħu. Rajt il-grada
tal-ħadid, mgħottija b’purtiera
skura, u s-sorijiet ma kenux
joħorġu biex imorru l-knisja.
564.
Fil-jum tal-festa
tal-Kunċizzjoni Immakula ta’ Omm
Alla, waqt il-quddiesa, jiena
smajt it-tħaxwix tal-ħwejjeġ u
rajt lill-Imqaddsa Omm Alla
f’dija mill-isbaħ. Il-libsa
bajda tagħha kienet miġbura
fil-qadd b’faxxa blu. Hija
Inti tagħtini ferħ kbir meta
tadura s-Santissma Trinita’
għall-grazzji u l-privileġġi li
ġew mogħtija lili. U għebet
fil-pront.
Penitenzi u Mortifikazzjoni
565.
Mortifikazzjonijiet interni jiġu
l-ewwel, imma minbarra dan,
għandna nipprattikaw
mortifikazzjonijie esterni, li
jkunu fissi b’mod strett, sabiex
kulħadd ikun jista’
jipprattikahom. Dawn huma: tlett
ijiem fil-ġimgħa, l-Erbgħa,
il-Ġimgħa u s-Sibt, ikun hemm
sawma stretta; kull nhar ta’
Ġimgħa, is-sorijiet kollha –
kull waħda fiċ-ċella tagħha –
għandhom jagħmlu
l-mortifikazzjoni tal-ġisem
(nota119) sakemm iddum
ir-reċita ta’ Salm 50, u kollha
jagħmlu din il-ħaġa fl-istess
ħin; jiġifieri, fit-tlieta ta’
wara nofs inhar; u dan joffruh
għall-midinbin li jkunu jinsabu
fil-punt tal-mewt. Waqt iż-żewġ
sawmiet kbar, (nota120)
fil-kwattrutempi (nota121),
u fil-viġili, (nota122)
l-ikel ikun jikkonsisti f’biċċa
ħobż u ftit ilma darba kuljum.
Kull soru għandha tipprova
tħares dawn
il-mortifikazzjonijiet li huma
peskritti għal kulħadd. Imma
jekk xi soru tkun tixtieq
tagħmel xi ħaġa iżjed, hi
għandha titlob permess mingħand
is-superjura. Mortifikazzjoni
ġenerali oħra: l-ebda soru
m’għandha permess tidħol
fiċ-ċella ta’ soru oħra mingħajr
permess speċjali mingħand
is-superjura, imma s-superjura
għandha xi kultant tidħol
fiċ-ċelel tas-sorijiet mingħajr
ma tavżahom minn qabel, mhux
biex tispija, imma fl-ispirtu
ta’ mħabba u responsabbilta’ li
hi għandha quddiem Alla. Ħadd
mis-sorijiet ma jżomm xejn
imsakkar; ir-regola għandha tkun
iċ-ċavetta ġenerali għal
kulħadd.
566.
Darba, wara t-tqarbin, f’daqqa
waħda jiena rajt il-Bambin Ġesu’
bilwieqfa maġenb il-ġinokjattur
tiegħi filwaqt li jdejh it-tnejn
ċkejknin kien qed iżomm miegħu.
Għalkemm kien biss Tifel
ċkejken, ruħi mtliet bil-qima u
bil-biża’, għax jiena nara fih
l-Imħallef tiegħi, is-Sid u
l-Ħallieq tiegħi, li quddiem
il-qdusija Tiegħu l-Anġli
jitriegħdu. Fl-istess ħin, ruħi
kienet qiegħda tfur bi mħabba li
ma tistax tispjegaha bil-kliem
li ħsibt li ser immut biha.
Jiena issa qiegħda nara li Ġesu’
l-ewwel isaħħaħli ruħi u
jagħmilha kapaċi li tgħammar
flimkien miegħu, għax inkella ma
nkunx kapaċi nissaporti
l-esperjenza li jkolli f’waqt
bħal dak.
Ir-Relazzjoni bejn is-Sorjiet u
s-Superjura
567.
Is-sorijiet kollha għandhom
jirrispettaw is-superjura bħalma
huma jirrispettaw lill-Mulej
Ġesu’ nnifsu, bħalma jiena
semmejt meta kont qiegħda
nitkellem dwar il-vot
tal-ubbidjenza. Għandhom iġibu
ruħhom magħha b’fiduċja bħal dik
tat-tfal, u qatt m’għandhom
igergru jew joqgħodu jsibu
x’jikkritikaw fl-ordnijiet
tagħha, għax din il-ħaġa lil
Alla ma togħġbux tassew. Kull
soru għandha tkun immexxija minn
spirtu ta’ fidi fir-relazzjoni
tagħha mas-superjuri; għandha
titlob bis-sempliċita’ kollha
għal dak kollu li tkun teħtieġ.
Alla ħares qatt jiġri jew jerġa’
jissemma’ li xi waħda
mis-sorijiet tkun il-kawża li
tnikket jew tbikki
lis-superjura. Kull waħda
għandha tkun taf li bħalma
r-raba’ kmandament jorbot
lit-tifel li jweġġah
lill-ġenituri tiegħu, hekk ukoll
ir-Reliġjuża hi marbuta li
tirrispetta lis-superjura
tagħha. Reliġjuża ħażina biss
tasal li tiġġudika lis-superjura
tagħha bil-liberta’ kollha.
Is-sorijiet għandhom ikunu
sinċieri mas-superjura u
jgħidulha b’kollox u
bil-ħtiġijiet tagħhom kollha
bis-sempliċita’ tat-tfal.
Is-sorijiet għandhom jindirizzaw
lis-superjura hekk: “Bil-permess
tiegħek, Sor Superjura.” Huma
qatt m’għandhom ibusulha jdejha,
imma kull meta jiltaqgħu magħha
fil-kuridur jew jidħlu fiċ-ċella
tagħha, għandhom jgħidu, “Ikun
mfaħħar Ġesu’ Kristu,” u jbaxxu
ftit rashom.
Huma għandhom jindirizzaw lil
xulxin “Sor” u jżidu l-isem.
Ir-relazzjoni tagħhom
mas-superjura għandu jkollha
l-karatteristika ta’ spirtu
ta’fidi u mhux sentimentalita’
jew imposturaġni, għax dawn mhux
denji tar-reliġjuża u jbaxxuha
ħafna. Reliġjuża għandha tħossha
libera daqslikieku kienet
reġina, u hi tħossha hekk biss
meta tgħix fi spirtu ta’ fidi.
Aħna għandna nobdu u
nirrispettaw lis-superjura, mhux
għax hi tajba, qaddisa jew
għaqlija, imma biss għax
tirrapreżenta lil Alla, u meta
nobdu lilha aħna nkunu qedgħin
nobdu lil Alla nnifsu.
Relazzjoni tas-Superjura
mas-Sorijiet.
568.
Is-superjura għandu jkollha
l-karatteristika tal-umilta’ u
l-imħabba lejn kull soru bla
ebda eċċezzjoni. Hi m’għandhiex
tħalli lilha nnfisha tiġi
nfluwenzata minn dak li
jogħġobha u dak li ma
jogħġobhiex, imma mill-Ispirtu
ta’ Kristu biss. Hi għandha tkun
konxja mill-fatt li Alla għad
jitlob mingħandha rendikont għal
kull soru. M’għandhiex toqgħod
timmoralizza mas-sorijiet, imma
pjuttost tagħtihom eżempju ta’
umilta’ profonda u ta’ ċaħda
tagħha nnfisha; din tkun l-aqwa
lezzjoni li hi tista’ tagħti lil
dawk ta’ taħtha. Hi għandha tkun
soda, imma qalbha iebsa qatt. Hi
għandha tibqa’ tieħu paċenzja
meta jdejquha bl-istess
mistoqsijiet. Ukoll jekk ikollha
tagħti l-istess tweġiba għal
mitt darba, għandha tibqa’
tagħmel dan bil-kalma kollha. Hi
għandha tipprova tantiċipa
l-bżonnijiet tas-sorijiet u ma
toqgħodx tistenniehom jitolbuha
din il-ħaġa jew dik, għax mhux
kulħadd għandu l-istess
dispożizzjoni.
Jekk is-superjura tinnota li
soru għandha qalbha sewda jew
qiedgħa tbati, għandha tipprova
mill-aħjar li tista’ sabiex
tgħinha u tfarraġha. Hi għandha
titlob għad-dawl sabiex tkun taf
kif għandha timxi ma’ kull soru,
għax kull ruħ hi dinja fiha
nnfisha. Alla għandu diversi
mezzi kif jikkomunika
mal-erwieħ, mezzi li aħna spiss
ma nifhmuhomx u ma nintebħux
bihom. Is-superjura għalhekk
għandha toqgħod attenta li ma
ttellifx il-ħidma ta’ Alla
fir-ruħ. Qatt m’għandha ċċanfar
soru meta tkun innervjata.
Iċ-ċanfir, mill-banda l-oħra,
għandu dejjem ikun imżewwaq bi
kliem ta’ nkorraġġiment.
Il-persuna għandha tiġi megħjuna
tagħraf u tammetti l-iżball
tagħha, imma m’għandhiex tiġi
mgħaffġa.
Is-superjura għandu jkollha
mħabba speċjali għal ħutha
s-sorijiet, li tkun tidher
fl-azzjonijiet tagħha. Għandha
tieħu fuqha nnfisha t-toqol
kollu sabiex ittaffi t-toqol
tas-sorijiet. M’għandhiex
tippretendi l-ebda servizz
mingħandhom, imma għandha
tirrispettahom bħala l-għarajjes
ta’ Ġesu’ u tkun dejjem lesta li
sservihom, lejl u nhar. Għandha
titlob iktar milli tikkmanda.
Qalbha għandha tkun miftuħa
għat-tbatijiet tas-sorijiet, u
hi stess għandha tħares
mill-qrib lejn il-ktieb
il-miftuħ; jiġifieri, Ġesu’
Msallab, u titgħallem minnu.
Għandha titlob bil-ħeġġa
għad-dawl, speċjalment meta
jkollha xi kuntatt importanti
ma’ xi soru. Għandha toqgħod
attenta li ma tindaħalx
fil-kuxjenzi tas-sorijiet, għax
saċerdot biss għandu din
il-grazzja. Imma jista’ jiġri li
xi soru tħoss il-bżonn li
titkellem bil-kunfidenza
mas-superjura, u f’dan il-kas
is-superjura tista’ tisma’ dak
li jkollha xi tgħid, imma tkun
marbuta bis-sigriet; għax xejn
ma jweġġa’ persuna aktar milli
xi ħaġa tiġi mxandra mal-oħrajn.
In-nisa ġeneralment ma tantx
huma ta’ min jorbot fuqhom f’dan
ir-rigward; rari ssib mara li
għandha moħħ ta’ raġel.
Is-superjura għandha tipprova
jkollha għaqda profonda ma’
Alla, u Alla jmexxi permezz
tagħha. L-Omm l-iżjed Qaddisa
tkun Hi s-superjura (nota123)
tal-kunvent, u aħna nkunu
l-ulied fidili tagħha.
569.
15 ta’ Diċembru 1935. Minn
kmieni filgħodu, illum, qawwa
stramba ilha timbuttani biex
nagħmel xi ħaġa, ma tatnix
mument paċi. Ħeġġa stramba
nxtegħlet f’qalbi, tħeġġiġni
biex nagħmel xi ħaġa, u ma
nistax inwaqqafha. Dan hu
martirju sigriet li Alla biss
jaf bih, imma ħa jagħmel bija
bħalma jogħġbu; qalbi lesta għal
kollox. O Ġesu’ Mgħallem l-iktar
għażiż tiegħi, tħallinix lanqas
għal waqt wieħed biss. Ġesu’,
Int taf tajjeb kemm jiena
dgħajfa waħdi; għalhekk jiena
naf li d-dgħjufija tiegħi
qiedgħa ġġiegħlek tkun miegħi
l-ħin kollu.
570.
Darba, rajt lil Ġesu’ liebes
libsa tiddi; dan seħħ fis-serra.
(Huwa qalli,) Ikteb dak li
Jiena qiegħed ngħidlek. L-hena
Tiegħi jinsab f’li nkun maqgħud
magħkom. Għandi xewqa kbira
filwaqt li nistenna u nixxennaq
għaż-żmien meta Jiena nkun
nista’ niġi noqgħod
sagarmentalment fil-kunvent
tagħkom. L-ispirtu Tiegħi
jistrieħ f’dak il-kunvent u
Jiena nbierek l-inħawi tiegħu
b’mod speċjali. Għax inħobbkom
kollha kemm intom, Jiena ma
nippermettix xi kastigi li
l-ġustizzja ta’ Missier
bid-dritt kollu ser tqassam.
Binti, Jiena nħajjar lil Qalbi
tagħti widen għat-talb tiegħek.
Ix-xogħol u d-dmir tiegħek hawn
fl-art hu li inti titlob ħniena
għad-dinja kollha. L-ebda ruħ ma
tista’ tkun iġġustifikata sakemm
hija ma ddurx bil-fiduċja lejn
il-ħniena Tiegħi, u din
ir-raġuni għaliex l-Ewwel Ħadd
fuq l-Għid għandu jkun il-Festa
tal-Ħniena. F’dak il-jum
tas-saċerdoti għandhom jgħidu
lil kulħadd bil-ħniena kbira
Tiegħi, li ħadd ma jista’
jqisha. Qed nagħmlek
l-amministratura tal-ħniena
Tiegħi. Għid lill-konfessur li
x-xbieha għandha tkun esposta
fil-knisja u mhux fid-dawra ta’
dak il-kunvent. Permezz ta’ din
ix-xbieha, Jiena ser nagħti
ħafna grazzji lill-erwieħ; mela,
araw lil kull ruħ ikollha aċċess
għaliha.
571.
O Ġesu’ tiegħi, Verita’ Eterna,
jiena ma nibża’ minn xejn, la
tbatijiet lanqas s-sofferenzi;
nibża’ biss minn ħaġa waħda, u
din hi li noffendik. Ġesu’
tiegħi, nippreferi ma neżistix
milli nsewwidlek Qalbek. Ġesu’,
Int taf li mħabbti ma taf lil
ħadd ħliefek. Ruħi mitlufa fik.
572.
O, kemm għandha tkun kbira
l-ħeġġa ta’ kull ruħ li għad
tgħix f’dak il-kunvent, ladarba
Alla jixtieq jiġi u jgħix
magħna! Kulħadd għandu jiftakar
li, jekk aħna reliġjużi ma
nagħmlux talb ta’ interċessjoni
quddiem Alla, min ser jagħmlu
dan? Kull waħda minna għandha
taqbad bħal sagrifiċċju safi
quddiem Alla, imma biex hija
togħġob lil Alla, kull waħda
għandha tingħaqad mill-qrib ma’
Ġesu’. Huwa biss flimkien
miegħu, fih u permezz tiegħu li
aħna nistgħu nogħġbu lil Alla.
573.
21 ta’ Diċembru 1935. Darba
l-konfessur tiegħi (Dun Sopocko)
qalli mmur u nara ċerta dar
sabiex nara jekk kenitx l-istess
dar li jiena kont rajt fid-dehra
li kelli. Meta mort
mal-konfessur tiegħi sabiex nara
dik id-dar, jew aħjar dawk
ir-rovini, mill-ewwel indunajt
li kienu l-istess li kont rajt
fid-dehra li kelli. Malli
missejt l-injam li kien imsammar
flimkien minlok il-bibien, ċerta
saħħa mlietli ruħi f’daqqa
waħda, u tatni ċertezza sħiħa.
Jiena tlaqt minn dak il-post
malajr, qalbi mimlija bil-ferħ,
għax deherli li kien hemm ċerta
qawwa qiegħda żommni marbuta ma’
dak il-post.
Inħossni verament ferħana meta
nara li kollox jaqbel
perfettament ma’ dak li jiena
kont rajt fid-dehra. Meta
l-konfessur kellimni dwar
l-arranġament taċ-ċelel u
affarijiet oħrajn, jiena ndunajt
li kollox kien l-istess bħalma
kien qalli Ġesu’. Jiena qiegħda
nifraħ li Alla qiegħed jaħdem
b’dan il-mod permezz
tal-konfessur tiegħi, imma mhix
sorpriża għalija li Alla qiegħed
jagħtih daqashekk dawl; għax
Alla, li Hu stess Dawl, jgħix
f’qalb li hi safja u umli, u
t-tbatijiet u l-kuntrarju kollha
jservu biss biex juru l-qdusija
tar-ruħ. Meta rġajt lura d-dar,
mort l-ewwel fil-kappella tagħna
sabiex nistrieħ għal ftit.
Imbagħad f’daqqa waħda smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Tibża’
minn xejn. Jiena qiegħed
miegħek. Dawn l-affarijiet
qegħdin f’idejja u Jiena ser
inwassalhom għat-twettiq tagħhom
skont il-ħniena Tiegħi, għax
xejn ma jista’ jmur kontra
r-rieda Tiegħi.
Lejliet il-Milied, 1935
574.
Minn kmieni filgħodu, l-ispirtu
tiegħi mitluf f’Alla.
Il-preżenza Tiegħu mlietli
l-esseri kollu tiegħi.
Filgħaxija, qabel l-ikel, jiena
mort fil-kappella għal waqt
wieħed sabiex naqsam il-wejfer,
f’riġlejn Ġesu’, ma’ dawk li
jinsabu mbegħdin u li Ġesu’
jħobbhom ħafna u li magħhom
jiena tant midjuna. Malli kont
qiegħda naqsam spirtwalment
il-wejfer (nota122a)
flimkien ma’ persuna
(probabilment Dun Sopocko),
jiena smajt dan il-kliem ġewwa
fija; Il-qalb tiegħu hija
Għalija ġenna fl-art. X’ħin
ġejt biex noħroġ mill-kappella,
f’daqqa waħda, is-setgħa bla
tarf ta’ Alla, daret madwari.
Jiena fhimt kemm hi kbira
l-imħabba ta’ Alla għalina. O,
li kieku n-nies kienu jistgħu,
għallinqas għal ftit, jifhmu din
il-ħaġa!
Jum il-Milied
575.
Il-Quddiesa ta’ Nofs il-lejl.
Waqt il-Quddiesa, jiena rġajt
rajt liċ-ċkejken Bambin Ġesu’,
sabiħ għall-aħħar, ferħan joħroġ
l-idejn ċkejknin Tiegħu lejja.
Wara t-Tqarbin, jiena smajt
il-kliem: Jiena ninsab dejjem
ġewwa qalbek; mhux biss meta
inti tirċevini fit-Tqarbin
Mqaddes, imma dejjem. Jiena
għaddejt dawn il-ġranet qaddisa
mimlija ferħ kbir.
576.
O Santissma Trinita’, Alla
etern, l-ispirtu tiegħi jintilef
fis-sbuħija Tiegħek.
Iż-żminijiet kollha m’huma xejn
f’għajnejk. Inti dejjem
l-istess. O, kemm hi kbira
l-majesta’ Tiegħek Ġesu’.
Għaliex Inti taħbi l-majesta’
Tiegħek, għaliex ħallejt it-tron
Tiegħek fis-sema u ġejt tgħammar
fostna? Il-Mulej weġibni:
Binti, l-imħabba ġabitni hawn, u
l-imħabba qiegħda żżommni hawn.
Binti li kieku kont taf x’mertu
u premju kbir jintrebaħ permezz
ta’ att wieħed ta’ mħabba safja
għalija, inti kont tmut
bil-ferħ. Dan qiegħed ngħidu
sabiex inti l-ħin kollu
tingħaqad Miegħi permezz
tal-imħabba, għax dan hu l-iskop
tal-ħajja tar-ruħ tiegħek. Dan
l-att hu att tar-rieda. Kun af
li ruħ safja hi umli. Meta inti
titbaxxa u tiżvojta ruħek
quddiem il-majesta’ Tiegħi,
Jiena mbagħad niġri warajk
bil-grazzji Tiegħi u nuża
s-setgħa bla tarf Tiegħi sabiex
ngħollik.
577.
Darba, meta l-konfessur tiegħi
qalli ngħid, “Glorja
lill-Missier” bħala penitenza
tiegħi, ħaditli żmien twil
ħafna; u kelli nibdiha ħafna
drabi, imma ma spiċċajthiex,
għax l-ispirtu tiegħi kien
jingħaqad ma’ Alla, u ma stajtx
inkompli t-talba. Jiġrili, ta’
spiss mhux ħażin, li, mingħajr
ma nkun naf kif, iddur madwari
s-setgħa bla tarf ta’ Alla u
jiena nogħdos ġo fiha b’qalbi
kollha permezz tal-imħabba, u
mbagħad ma nkunx naf x’qed jiġri
madwari.
Meta għidt lill-konfessur tiegħi
li din t-talba qasira spiss
teħodli ħafna mill-ħin tiegħi u
li xi drabi lanqas inkun nista’
nispiċċaha, huwa qalli ngħidha
dak il-ħin stess, hemmhekk,
fil-konfessinarju. L-ispirtu
tiegħi, iżda ntilef f’Alla, u
minkejja l-isforzi tiegħi, ma
stajtx naħseb bħalma xtaqt. U
allura l-konfessur qalli, “Jekk
jogħġbok, irrepeti warajja.”
Jiena rrepetejt kull kelma, imma
filwaqt li kont qiegħda ngħid
kull kelma, l-ispirtu tiegħi
kien jintilef fil-Persuna li
kont qiegħda nsemmi.
578.
Darba, Ġesu’ qalli, dwar ċertu
saċerdot (probabilment Dun
Sopocko), li dawn is-snin ta’
issa ser ikunu l-isbaħ tiżjin
tal-ħajja saċerdotali tiegħu.
Il-jiem tat-tbatija dejjem
jidhru itwal, imma huma wkoll
jgħaddu, għalkemm jgħaddu hekk
bil-mod li donnhom ikunu mexjin
lura minflok ‘il quddiem. Iżda
t-tmiem tagħhom jinsab fil-qrib,
u mbagħad jiġi ferħ bla tmiem li
ma nistgħux nimmaġinawh.
Eternita! Min jista’ jifhem din
il-kelma waħda li tiġi minnek, O
Alla li ħadd ma jifhmek, din
il-kelma waħda: eternita!
579.
Jiena naf li l-grazzji li Alla
jagħtini jkunu spiss indirizzati
b’mod esklussiv għal ċerti
erwieħ. Meta jiena nagħraf dan
nimtela b’ferħ kbir, jiena
dejjem nifraħ bil-ġid ta’ erwieħ
oħrajn bħallikieku kien tiegħi.
580.
F’okkażjoni partikolari,
il-Mulej qalli, Iktar iferuni
fil-fond l-imperfezzjonijiet
żgħar tal-erwieħ magħżulin milli
d-dnubiet ta’ dawk li jgħixu
fid-dinja. Jiena ħassejtni
qalbi sewda ħafna li l-erwieħ
magħżulin iġiegħlu lil Ġesu’
jbati, u Ġesu’ qalli, Dawn
l-imperfezzjonijiet żgħar
mhumiex kollox. Nirrivelalek
sigriet ta’ Qalbi: dak li
jġegħluni nbati l-erwieħ
magħżulin. L-ingratitudni bħala
tpattija għal tant grazzji hi
l-ikel ta’ kuljum għal Qalbi,
mingħand ruħ magħżula (bħal
din). L-imħabba tagħhom hija
fjakka, u Qalbi din il-ħaġa ma
tiflaħiex: dawn l-erwieħ
jġegħluni ndawwar wiċċi minnhom.
Oħrajn ma jafdawx fit-tjubija
Tiegħi u m’għandhom l-ebda xewqa
li jkollhom l-esperjenza ta’ dik
l-intimita’ ħelwa ġewwa l-qalb
tagħhom stess, imma jitilqu
jfittxuni, fil-bogħod, u ma
jsibunix. Dan in-nuqqas ta’
fiduċja Fija lili jweġġgħani
ħafna. Jekk il-mewt Tiegħi ma
pperswaditkomx bi mħabbti, x’ser
jipperswadikom? Ta’ spiss ikun
hemm xi ruħ li tferini
għall-mewt, u mbagħad ħadd ma
jkun jista’ jfarraġni. Huma
jużaw il-grazzji Tiegħi sabiex
joffenduni. Hemm erwieħ li ma
jaħmlux il-grazzji Tiegħi kif
ukoll il-provi kollha ta’
mħabbti. Ma jixtiequx jisimgħu
s-sejħa Tiegħi, imma jkomplu
sejrin għal ġol-abbiss
tal-infern. It-telfien ta’ dawn
l-erwieħ iwaddabni f’dieqa
tal-mewt. Għalkemm Jiena Alla,
ma nistax ngħin lil ruħ bħal din
għax hi ma tridx taf bija; hi li
għandha rieda ħielsa, hi tista’
ddawwar wiċċha minni jew
tħobbni. Inti, li xxerred
il-ħniena Tiegħi, għid lid-dinja
kollha bit-tjubija Tiegħi, u
b’dan il-mod inti tfarraġ lil
Qalbi.
581.
Jiena nkellmek l-iktar meta inti
titkellem Miegħi fil-profondita’
ta’ qalbek. Hawnhekk, ħadd ma
jista’ jfixkel l-azzjonijiet
Tiegħi. Hawnhekk, Jiena nistrieħ
bħal fi ġnien magħluq.
582.
L-intern ta’ ruħi hu bħal dinja
kbira u tal-għaġeb fejn ngħixu
Alla u jiena. Minbarra Alla,
ħadd ma jista’ jidħol hemmhekk.
Fil-bidu ta’ din il-ħajja
flimkien ma’ Alla, il-biża’ u
l-istagħġib għammxuni u
għelbuni. Id-dija Tiegħu
għamietni, u jiena ħsibt li Hu
ma kienx jinsab ġewwa qalbi; u
madankollu dawn kienu l-waqtiet
meta Alla kien qiegħed jaħdem
ġewwa ruħi. L-imħabba kienet
qiegħda tissaffa u tikber dejjem
iżjed, u l-Mulej ġab ir-rieda
tiegħi f’għaqda l-iżjed intima
mar-rieda qaddisa Tiegħu. Ħadd
ma jista’ jifhem l-esperjenza
tiegħi f’dak il-palazz
tal-għaġeb ta’ ruħi fejn jiena
ngħix il-ħin kollu flimkien
mal-Maħbub tiegħi. L-ebda ħaġa
esterna ma tfixkel l-għaqda
tiegħi ma’ Alla. Ukoll jekk
jiena nuża l-iktar kliem qawwi,
ma jesprimix lanqas dell tal-mod
li bih ruħi tixxala f’hena u fi
mħabba li ma nistax nfissirha,
li hi kbira u safja bħall-għajn
li minnha toħroġ, li hi Alla
nnifsu. L-ispirtu tiegħi jkun
tant mimli b’Alla li nkun nista’
nħossu b’mod fiżiku, u l-ġisem
ikollu sehem minn dan il-ferħ.
Għalkemm jiġri li l-mod kif Alla
jmiss ivarja fl-istess ruħ, dan
ikun ġej iżda mill-istess għajn.
583.
Darba, jiena rajt lil Ġesu’
jħossu ħażin bil-għatx, u qalli,
Għandi l-għatx. X’ħin
tajtu l-ilma ħadu, imma ma
xorobx u għeb fil-pront. Kien
liebes l-istess bħalma kien
fil-Passjoni Tiegħu.
584.
Meta inti tieqaf taħseb fil-fond
ta’ qalbek dwar dak li Jiena
ngħidlek, inti tapprofitta iżjed
milli kieku tkun qrajt ħafna
kotba. O, li kieku l-erwieħ
kienu jixtiequ biss joqgħodu
jismgħu leħni meta Jiena
nkellimhom fil-fond tal-qalb
tagħhom, huma kienu jilħqu
l-quċċata tal-qdusija fi żmien
qasir.
585.
8 ta’ Jannar 1936. Meta mort
nara lill-Arċisqof
(Jalbrzykowski), jiena għidtlu
li Ġesu’ kien qed jitlobni biex
nitlob għall-ħniena ta’ Alla fuq
id-dinja u li jkun hemm
kongregazzjoni reliġjuża li
tittallab il-ħniena ta’ Alla
għad-dinja. Jiena tlabt
il-permess tiegħu għal dak kollu
li l-Mulej Ġesu’ kien qiegħed
jitlob mingħandi. L-Arċisqof
weġibni b’dan il-kliem: “Dwar
it-talb, jiena nagħti l-permess
tiegħi u ninkuraġġik ukoll, Sor,
li titlob kemm tiflaħ għad-dinja
u tittallab il-ħniena ta’ Alla,
għax il-ħniena hi kulma għandna
bżonn; u jiena qiegħed nassumi
li l-konfessur tiegħek ċertament
ma jżommokx li titlob għal din
l-intenzjoni. Imma dwar din
il-kongregazzjoni, stenna ftit
ieħor, Sor, sabiex kollox ikun
jista’ jirranġa ruħu sewwa. Din
il-ħaġa fiha nnfisha hi ħaġa
tajba, imma m’hemmx bżonn ta’
għaġla. Jekk hi r-rieda ta’
Alla, isseħħ, kemm jekk ikun
daqsxejn qabel jew daqsxejn
wara. Għaliex le? Tant hemm tipi
differenti ta’
kongregazzjonijiet; din ukoll
għad titwieled jekk hi r-rieda
ta’ Alla. Kun fil-paċi b’mod
sħiħ. Il-Mulej Ġesu’ jista’
jagħmel kollox. Irsisti għal
għaqda mill-qrib ma’ Alla u
taqtax qalbek.” Dan il-kliem
imlieni b’ferħ kbir.
586.
X’ħin tlaqt mid-dar
tal-Arċisqof, smajt dan il-kliem
ġewwa ruħi: Sabiex Jiena
nikkonferma l-ispirtu tiegħek,
Jiena nitkellem permezz
tar-rappreżentanti Tiegħi skont
ma Jiena nitlob mingħandek, imma
kun af li mhux dejjem ser ikun
hekk. Huma joħduha kontra
tiegħek f’ħafna affarijiet, u
permezz ta’ dan, il-grazzja
Tiegħi tkun tista’ tidher fik, u
jkun ċar li din il-ħaġa hi opra
Tiegħi. Imma inti, tibża’ minn
xejn; Jiena dejjem miegħek. U
kun af dan ukoll, binti:
il-ħlejjaq kollha, jafu u ma
jafux, u jridu jew ma jridux,
dejjem iwettqu r-rieda Tiegħi.
587.
Darba, f’daqqa waħda rajt lil
Ġesu’ f’majesta’ kbira, u Huwa
qalli dan il-kliem, Binti,
jekk inti tixtieq, Jiena issa
stess noħloq dinja oħra, isbaħ
minn din, u inti tgħix hemmhekk
għall-bqija ta’ ħajtek.
Jiena weġibt, “Jiena ma rridx
dinjiet oħrajn. Jiena rrid
lilek, Ġesu’. Jiena rrid
inħobbok, Ġesu’, bl-istess
imħabba li Inti għandek għalija.
Jiena nitolbok biss ħaġa waħda:
li Inti tagħmel lil qalbi kapaċi
li tħobbok. Jiena nistagħġeb
ħafna bl-offerta Tiegħek, Ġesu’
tiegħi; dawk id-dinjiet x’inhuma
għalija? Ukoll li kieku Inti
kellek tagħtini elf minnhom, xi
jkunu għalija? Int taf tajjeb
ħafna, Ġesu’, li qalbi qiegħda
tmut bix-xewqa tagħha għalik.
Dak kollu li mhux Int ma jfisser
xejn għalija.” F’dak il-waqt, ma
stajt nara xejn iżjed, imma
forza stramba ħadet pussess ta’
ruħi, nar stramb xegħel ġewwa
qalbi, u jiena dħalt f’tip ta’
agunija għalih. Imbagħad smajt
dan il-kliem: Mal-ebda ruħ
oħra Jiena ma ningħaqad daqshekk
mill-qrib u b’dan il-mod bħalma
nagħmel miegħek, u dan nagħmlu
minħabba l-umilta’ profonda u
l-imħabba mħeġġa li inti għandek
Għalija.
588.
Darba, jiena smajt dan il-kliem
ġewwa fija: Jiena naf kull
ċaqliqa tal-qalb tiegħek. Kun
af, binti, li ħarsa waħda minn
għandek lejn xi ħadd ieħor
tferini iktar minn ħafna dnubiet
li xi ħaddieħor jagħmel.
589.
L-imħabba tkeċċi l-biża’. Minn
mindu rnexxieli nħobb lil Alla
kollni kemm jiena u bis-saħħa
kollha ta’ qalbi, il-biża
ħallieni. Ukoll li kieku kelli
nisma’ l-affarijiet l-iktar
tal-biża’ dwar il-ġustizzja ta’
Alla, ma nibża’ xejn minnu, għax
sirt nafu sewwa. Alla hu mħabba,
u l-ispirtu Tiegħu hu paċi.
Jiena nista’ nara li l-għemejjel
tiegħi li ħarġu mill-imħabba
huma iżjed perfetti minn dawk li
jiena wettaqt għax nibża’. Jiena
poġġejt il-fiduċja tiegħi f’Alla
u ma nibża’ minn xejn. Ngħatajt
lir-rieda qaddisa Tiegħu; Hu
jista’ jagħmel bija dak li jrid,
u jiena nħobbu xorta waħda.
590.
Meta nitqarben, jiena nitlob u
nitlob lis-Salvatur li jfejjaqli
lsieni, sabiex ma nonqos qatt
fl-imħabba tal-proxxmu.
591.
Ġesu’, Int taf b’liema ħeġġa
nixtieq ninħeba sabiex ħadd ma
jsir jaf bija ħlief il-Qalb
l-iżjed ħelwa Tiegħek. Jiena
rrid inkun vjola ċkejkna,
moħbija fil-ħaxix, li ħadd ma
jaf biha fil-ġnien magħluq
meraviljuż fejn jikbru ġilji u
ward sbieħ. Il-warda sabiħa u
l-ġilju sabiħ tista’ tarahom
mill-bogħod, imma biex tara
vjola ċkejkna, trid titbaxxa
sewwa; tinduna biha biss meta
xxommha. O, kemm jiena kuntenta
li nista’ ninħeba b’dan il-mod!
O Għarus divin tiegħi, il-fjur
ta’ qalbi u l-fwieħa tal-imħabba
safja tiegħi huma għalik. Ruħi
tinsab mgħaddsa fik, Alla Etern.
Minn dak il-waqt meta Inti stess
ġbidtni lejk, O Ġesu’ tiegħi,
iktar ma sirt nafek, xtaqtek
b’ħeġġa akbar.
592.
Jiena tgħallimt fil-Qalb ta’
Ġesu’ li fil-ġenna wkoll hemm
ġenna li fiha jistgħu jidħlu
biss l-erwieħ magħżulin. Ma
nistgħux nifhmu l-hena li fih
ir-ruħ tinsab mgħaddsa. O Alla
tiegħi, kemm nixtieq nista’
niddeskrivi din il-ħaġa, ukoll
bl-iċken mod. Id-divinita’
Tiegħu tgħaddi minn ġol-erwieħ u
huma jgħaddu minn dija għal
dija, dawl li ma jinbidel qatt,
imma li qatt ma jkun monotonu,
dejjem ġdid għalkemm qatt ma
jinbidel. O Trinita’ Qaddisa,
għarraf lilek innifsek
lill-erwieħ!
593.
O Ġesu’ tiegħi, m’hemm xejn
aħjar mill-umiljazzjonijiet
għar-ruħ. Fid-disprezz jinsab
is-sigriet tal-hena, meta r-ruħ
tintebaħ li, waħedha, hi biss
miżerja u xejn, u li hi –
għandha x’għandha tajjeb – dan
kollu hu don ta’Alla. Meta r-ruħ
tara li kollox ġie mogħti lilha
b’xejn u li l-unika ħaġa li hi
għandha li hi tagħha hi biss
il-miżerja tagħha stess, dan hu
li jżommha f’att kontinwu ta’
qima umli quddiem il-majesta’
ta’ Alla. U Alla, meta jara
r-ruħ b’din id-dispożizzjoni,
jibqa’ jiġri warajha bil-grazzji
Tiegħu. Filwaqt li r-ruħ tkompli
togħdos iktar fil-fond fl-abbis
tax-xejn u tal-bżonn tagħha,
Alla juża s-setgħa bla tarf
Tiegħu sabiex jgħolliha. Jekk
teżisti ruħ verament ferħana
f’din id-dinja, din tista’ tkun
biss ruħ li hi tassew umli.
Għall-ewwel, l-egoiżmu tar-ruħ
ibati ħafna minħabba din
il-ħaġa, imma wara lir-ruħ tkun
issieltet bil-kuraġġ, Alla
jagħtiha ħafna dawl li, permezz
tiegħu, hi tara kif kollox
miżerja u mimli qerq. Fil-qalb
tagħha hemm Alla biss. Ruħ umli
ma tafdax fiha nnfisha, imma
tpoġġi l-fiduċja kollha tagħha
f’Alla. Alla jiddefendi r-ruħ
umli u jidħol fis-sigrieti
tagħha, u r-ruħ tgħammar f’hena
li ħadd ma jista’ jgħaddih u
ħadd ma jista’ jifhmu.
594.
Darba filgħaxija, waħda
mis-sorijiet li kienu mietu, u
li kienet ġiet iżżurni xi drabi,
dehritli. L-ewwel darba li kont
rajtha, kienet qiegħda ssofri
ħafna, u mbagħad bil-mod il-mod
dawn it-tbatijiet bdew jonqsu;
din id-darba kienet qiegħda
tirradja bil-ferħ, u qaltli li
kienet diġa’ fil-ġenna. Hija
qaltli li Alla kien ipprova
d-dar tagħna bit-tribulazzjoni
għax il-Madre Ġenerali (Michael)
kienet ċediet għad-dubji, u ma
kenitx emmnet dak li jiena kont
għidt dwar din ir-ruħ. U iktar
minn dan, bħala sinjal li issa
hi biss kienet fil-ġenna, Alla
kien ser ibierek id-dar tagħna.
Imbagħad resqet eqreb lejja,
għannqitni bis-sinċerita’ u
qaltli, “Issa jeħtieġli mmur.”
Jiena fhimt kemm huma maqgħudin
mill-qrib flimkien it-tlett
stadji tal-ħajja tar-ruħ;
jiġifieri, il-ħajja fl-art,
fil-purgatorju u fil-ġenna
(ix-Xirka tal-Qaddisin).
595.
Ħafna drabi ntbaħt li Alla
jipprova ċerti nies minħabba
dawk l-affarijiet li kien
kellimni dwarhom, għax in-nuqqas
ta’ fiduċja ma togħġbux lil
Ġesu’. Darba, meta rajt li Alla
kien ipprova ċertu Arċisqof
(Jalbrzykowski), għax hu ma
kienx jaqbel mal-kawża u ma
kellux fiduċja fiha, jiena
ħassejt għalih u tlabt lil Alla
għalih, u Alla taffielu
t-tbatija tiegħu. Lil Alla ma
jogħġbux in-nuqqas ta’ fiduċja
fih, u din hi r-raġuni għax xi
erwieħ jitilfu ħafna grazzji.
In-nuqqas ta’ fiduċja tweġġa’
l-Qalb l-iżjed ħelwa Tiegħu, li
hi mimlija tjubija u mħabba
għalina li ħadd ma jista’
jifhimha. Saċerdot għandu xi
drabi juri nuqqas ta’ fiduċja
sabiex ikun aktar ċert li d-doni
li xi ruħ magħżula tkun rċeviet
ikunu ġenwini; u meta hu jagħmel
dan sabiex imexxi lir-ruħ għal
għaqda profonda ma’ Alla, hu
għad jirċievi premju tassew kbir
u li ħadd ma jista’ jifhmu. Imma
hemm differenza kbira bejn din
il-ħaġa u nuqqas ta’ rispett u
ta’ fiduċja fil-grazzji divini
fir-ruħ sempliċiment għax wieħed
ma jistax jifhem u jidħol ġo
dawn l-affarijiet b’moħħu, u din
tal-aħħar ma togħġbux
lill-Mulej. Jiena tassew
nitħassar lil dawk l-erwieħ li
jitaqgħu ma’ saċerdoti li
m’għandhomx esperjenza.
596.
Darba, ċertu saċerdot (Dun
Sopocko) (nota124)
talabni nitlob għalih. Jiena
wegħedtu li nitlob, u tlabtu
jagħtini mortifikazzjoni. Meta
rċevejt il-permess li nagħmel
ċerta mortifikazzjoni, ħassejt
xewqa kbira li niċċaħħad
mill-grazzji kollha li t-tjubija
ta’ Alla kellha f’moħħha li
tagħtini dak inhar sabiex Hu
jiffavorixxi lil dak
is-saċerdot, u jiena tlabt
lill-Mulej Ġesu’ li jagħti lili
t-tbatijiet u s-swat kollu, kemm
minn barra kemm spiritwali li
s-saċerdor kieku kien ikollu
jbati dak inhar. Alla wieġeb
it-talba tiegħi b’mod parzjali
u, f’daqqa waħda, kull tip ta’
diffikulta’ u kuntrarju bdew
jinqalgħu minn ma nafx fejn,
tant li waħda mis-sorijiet
għadiet rimarka b’vuċi tinstema’
li l-Mulej Ġesu’ kellu x’jaqsam
f’din il-ħaġa għax kulħadd kien
qed jipprova lil Swor Fawstina.
L-akkużi li saru tant kienu bla
ebda bażi li dak li qalu xi
sorijiet, oħrajn ċaħduh, filwaqt
li jiena offrejt dan kollu
fis-skiet għas-saċerdot.
Imma dan ma kienx kollox; jiena
bdejt ngħaddi mill-esperjenza
ta’ tbatijiet interni. L-ewwel,
qabditni dipressjoni u mibgħeda
kontra s-sorijiet, imbagħad tip
ta’ inċertezza bdiet tinkwetani.
Ma stajtx ninġabar waqt it-talb,
u moħħi bdew jhewden fuq diveri
affarijiet. Meta, għajjiena
mejta, dħalt fil-kappella, uġigħ
stramb qabad lil ruħi u bdjet
nibki bil-mod. Imbagħad jiena
smajt vuċi ġewwa ruħi, tgħidli,
Binti, għaliex qiegħda tibki?
Fuq kollox, int stess offrejt li
tieħu fuqek dawn it-tbatijiet.
Kun af li dak li inti ħadt fuqek
għal dik ir-ruħ hija biss
porzjon żgħir. Huwa qed isofri
ħafna aktar. U jiena
staqsejt lill-Mulej, “Għaliex
qed titrattah b’dan il-mod?”
Il-Mulej weġibni li kien
minħabba l-kuruna bi tlieta li
kien hemm lesta għalih: dik
tal-verġnita’, tas-saċerdozju u
tal-martirju. F’dak il-waqt,
ferħ kbir imlieli ruħi meta rajt
il-glorja kbira li kien ser
ikollu fil-ġenna. Dak il-ħin
stess għidt it-Te Deum
(nota125) għal din
il-grazzja speċjali mingħand
Alla. Jiġifieri, il-grazzja li
jiena tgħallimt kif Alla
jitratta lil dawk li Hu jkollu
f’moħħu li jżommhom qrib Tiegħu.
Għalhekk, it-tbatijiet kollha
m’huma xejn ħdejn dak li hemm
jistenniena fil-ġenna.
597.
Darba, waqt il-Quddiesa, f’daqqa
waħda rajt il- konfessur tiegħi
(Dun Sopocko) iqaddes fil-Knisja
ta’ San Mikiel, quddiem
il-pittura ta’ Omm Alla. Kien
fil-ħin ta’ l-Offertorju, u rajt
lill-Bambin Ġesu’ imqabbad
miegħu qiesu qed jaħrab minn xi
ħaġa u jfittex kenn għandu. Imma
meta wasal il-ħin għat-Tqarbin,
bħas-soltu għeb. F’daqqa waħda,
rajt il-Verġni Mbierka,
tipproteġih bil-mantell tagħha u
tgħidlu, Kuraġġ, Ibni,
kuraġġ. Hija qalet xi ħaġa
oħra li ma stajtx nismagħha.
598.
O, b’liema ħeġġa nixtieq li kull
ruħ tfaħħar il-ħniena Tiegħek.
Imbierka r-ruħ li ssejjaħ
il-ħniena tal-Mulej. Hija għad
tara kif il-Mulej jiddefendiha
bħall-glorja Tiegħu, bħalma Huwa
qal. U min jażżarda jiġġieled
kontra Alla? Intom erwieħ
kollha, faħħru l-ħniena
tal-Mulej billi tafdaw
fil-ħniena Tiegħu tul ħajjitkom
kollha u speċjalment fis-siegħa
tal-mewt tagħkom. U tibża’ minn
xejn, għażiża ruħ, int min int;
iktar ma jkun kbir il-midneb,
iktar ikollu d-dritt fuq
il-ħniena Tiegħek, O Mulej. O
tjubija li ħadd ma jista’
jifhimha! Alla hu l-ewwel wieħed
li jitbaxxa lejn il-midneb. O
Ġesu’, jiena nixtieq
nigglorifika l-ħniena Tiegħek
f’isem eluf ta’ erwieħ. Jiena
naf tajjeb, O Ġesu’ tiegħi, li
jiena għandi nkompli ngħid
lill-erwieħ bit-tjieba Tiegħek,
bil-ħniena Tiegħek li ħadd ma
jista’ jifhimha.
599.
Darba, wara li persuna talbitni
nitlob, meta jiena ltaqajt
mal-Mulej għidtlu, “Ġesu’, jiena
nħobb b’mod speċjali lil dawk
l-erwieħ li Inti tħobbhom.” U
Ġesu’ wieġeb, U ngħid għalija
Jiena nagħti grazzji speċjali
lil dawk l-erwieħ li inti
tinterċiedi għalihom.
600.
B’liema mod tal-għaġeb Ġesu’
jiddefendini; din hija verament
grazzja kbira ta’ Alla li issa
jiena ili jkolli esperjenza
tagħha għal żmien twil.
601.
Darba, meta waħda mis-sorijiet
tagħna (nota126) mardet u
waslet fil-punt tal-mewt u
l-komunita’ kollha (nota127)
kienet miġbura flimkien, kien
hemm ukoll saċerdot (nota128)
li ta l-assoluzzjoni lis-soru.
F’daqqa waħda, jiena rajt ħafna
spirti ħżiena. Jiena mbagħad
insejt li kont mas-sorijiet,
qbadt l-asperġes u bexxejt
l-ispirti, u huma sparixxew
fil-pront. Iżda, meta s-sorijiet
marru fir-refettorju, il-Madre
Superjura (Borgia) irrimarkat li
jiena ma kienx messni bexxjet
lis-soru marida fil-preżenza
tas-saċerdot, għax dan kien
id-dmir tiegħu. Jiena aċċettajt
l-ammonizzjoni fi spirtu ta’
penitenza, imma l-ilma mbierek
hu verament għajnuna kbira
għall-moribondi.
602.
Ġesu’ tiegħi, Inti qiegħed tara
kemm jiena dgħajfa u waħdi ma
niswa xejn. Mela, kun Int li
tmexxi l-affarijiet għalija. U
kun af, Ġesu’, li mingħajrek
jiena minix sejra niċċaqlaq
għall-ebda kawża, imma flimkien
miegħek jiena nidħol
għall-affarijiet l-iktar
diffiċli.
603.
29 ta’ Jannar 1936. Filgħaxija,
x’ħin kont fiċ-ċella tiegħi,
f’daqqa waħda rajt dawl kbir u
salib ta’ kulur griż skur
qiegħed fil-għoli ġod-dawl.
F’daqqa waħda sibt ruħi maqbuda
qrib is-salib. Bqajt inħares
ċass lejh, imma ma stajt nifhem
xejn, allura bdejt nitlob u
nistaqsi x’setgħet tfisser din
il-ħaġa. F’dak il-waqt rajt
lill-Mulej Ġesu’, u s-salib
għeb. Il-Mulej Ġesu’ kien
bilqiegħda f’dawl kbir, u
saqajh, sa rkobbtejh, kienu
mgħarrqa f’dawl kbir, b’mod li
ma stajtx narahom. Ġesu’ miel
lejja u ħares lejja bit-tjubija
u kellimni dwar ir-rieda
tal-Missier tas-Sema. Huwa qalli
li r-ruħ l-iktar perfetta u
qaddisa hija dik li tagħmel
ir-rieda tal-Missier, imma ma
tantx hemm minn dawn, u li Hu
jħares bi mħabba speċjali lejn
ir-ruħ li tgħix ir-rieda Tiegħu.
U Ġesu’qalli li jiena kont
qiegħda nagħmel ir-rieda ta’
Alla b’mod perfett. . .u
għalhekk Jiena qiegħed ningħaqad
miegħek u nikkomunika miegħek
b’mod speċjali u intimu.
Alla jgħannaq bl-imħabba Tiegħu
– li ħadd ma jista’ jifhimha –
lir-ruħ li tgħix bir-rieda
Tiegħu. Jiena fhimt kemm iħobbna
Alla, kemm Huwa sempliċi,
għalkemm ħadd ma jista’ jifhmu,
u kemm hu faċli li tikkomunika
miegħu, minkejja l-majesta’
kbira Tiegħu. Ma’ ħaddieħor ma
nħossnix daqshekk fil-liberta’ u
komda bħalma nħossni miegħu.
Ukoll omm u binha li verament
iħobbha ma jifhmux lil xulxin
hekk tajjeb daqskemm niftehmu
jiena u Alla. Filwaqt li kont
f’dak l-istat ta’ għaqda ma’
Alla, rajt żewġ persuni
partikolari, u l-kundizzjoni
interna tagħhom ta’ min
jitħassarha ġiet irrivelata
lili. Kienu jinsabu fi stat li
jġiblek siwed ta’ qalb, imma
jiena għandi fiduċja li huma
wkoll għad jigglorifikaw
il-ħniena ta’ Alla.
604.
Fl-istess ħin, jiena rajt ċerta
persuna (Dun Sopocko) u, sa
ċertu punt, il-kundizzjoni ta’
ruħu u l-provi li Alla kien qed
jibgħatlu. It-tbatijiet tiegħu
kienu mentali u kellhom forma
hekk akuta li bdejt nitħassru u
għidt lill-Mulej, “Għaliex qed
tittrattah b’dan il-mod?” U
l-Mulej wieġeb, Minħabba
l-kuruna tiegħu ta’ bi tlieta.
U l-Mulej tani x’nifhem xi
glorja li ħadd ma jista’
jimmaġinaha hemm tistenna lil
dik il-persuna li tkun tixbaħ
lil Ġesu’ fit-tbatija Tiegħu
hawn fl-art.Dik il-persuna għad
tixbaħ lil Ġesu’ fil-glorja
Tiegħu. Il-Missier tas-sema għad
jagħraf u jigglorifika r-ruħ
tagħna skont kemm Huwa jara fina
xebħ ma’ Ibnu. Jiena fhimt li
din l-assimilazzjoni f’Ġesu’
hija mogħtija lilna sakemm aħna
nkunu hawn fl-art. Qiegħda nara
erwieħ safja u innoċenti li
fuqhom Alla ħaddem il-ġustizzja
Tiegħu; dawn l-erwieħ huma
l-vittmi li qedgħin iżommu
d-dinja u li qedgħin itemmu dak
li jonqos fil-Passjoni ta’
Ġesu’. In-numru tagħhom mhux
kbir. Jiena ninsab ferħana ħafna
li Alla ppermettieli nsir naf
erwieħ bħal dawn.
605.
O Santissma Trinita’, Alla
Etern, jiena nroddlok ħajr li
ppermettejtli nsir naf il-kobor
u l-gradi differenti ta’ glorja
li l-erwieħ jirnexxielhom
jilħqu. O, x’differenza kbira
hemm bejn grad u ieħor
fil-profondita’ tal-għarfien ta’
Alla! O, li kieku n-nies setgħu
jsiru jafuh dan!
O Alla tiegħi, li kieku stajt
b’dan il-mod nakkwista grad
wieħed iktar, kont inbati
bil-qalb it-turmenti kollha
tal-martri kollha flimkien.
Verament, dawk it-turmenti
kollha jidhru qieshom m’huma
xejn f’għajnejja meta mqabblin
mal-glorja li hemm tistenniena
għall-eternita’ kollha. O Mulej,
daħħal lil ruħi fl-oċejan
tad-divinita’ Tiegħek u agħtini
l-grazzja li nsir nafek; għax
iktar ma nsir nafek aħjar, iktar
nixtieqek, u iktar tikber
imħabbti għalik. Jiena nħoss
ġewwa ruħi abbiss li ma
jitkejjilx lil Alla biss jista’
jimlieh. Jiena nintilef fih
bħalma qatra tintilef fl-oċejan.
Il-Mulej niżel ħdejn il-miżerja
tiegħi bħalma jinżel raġġ
tax-xemx fuq deżert għeri mimli
blat. U madankollu, taħt
l-influwenza tar-raġġi Tiegħu,
ruħi saret miksija bil-ħaxix,
bil-fjuri u l-frott, u saret
ġnien sabiħ għas-serħan Tiegħu.
606.
Ġesu’ Tiegħi, minkejja l-grazzji
Tiegħek, jiena nista’ nara u
nħoss il-miżerja kollha tiegħi.
Nibda l-jum tiegħi nissielet u
nispiċċaha bl-istess mod. Malli
jirnexxili nirbaħ ostaklu
wieħed, jitfaċċaw għaxra oħra,
minfloku. Imma jiena ma
ninkwetax, għax naf li dan hu
ż-żmien tat-taqbida, mhux
tal-paċi. Meta il-piż
tat-taqbida jsir tqil wisq
għalija, jiena nintefa bħal
tarbija f’dirgħajn il-Missier
tas-Sema u nittama li ma
ninqeridx. O Ġesu’ tiegħi, kemm
għandi tendenza għall-ħażin, u
din il-ħaġa ġġegħelni nishar
il-ħin kollu. Imma jiena ma
naqtax qalbi. Jiena nafda
fil-grazzja ta’ Alla, li ssir
abbundanti fl-agħar miżerja.
607.
F’nofs l-agħar diffikultajiet u
kuntrarju, jiena ma nitlifx
il-paċi ġewwa fija jew il-bilanċ
minn barra, u din il-ħaġa
taqtagħlhom qalbhom
lill-għedewwa tiegħi.
Il-paċenzja fil-kuntrarju tagħti
l-qawwa lir-ruħ.
608.
2 ta’ Frar, (1936). Filgħodu,
x’ħin qajmitni l-qanpiena, tant
għelibni n-ngħas u ma stajtx
neħles minnu li qbiżt ġol-ilma
kiesaħ, u wara żewġ minuti
n-ngħas ħallieni. Meta wasalt
għall-ħin tal-meditazzjoni
armata ta’ ħsibijiet taċ-ċajt
imlewli rasi, tant li kelli
nagħmel ħilti kollha matul
il-meditazzjoni kollha. L-istess
ħaġa ġrat waqt il-ħin tat-talb,
imma meta bdiet il-Quddiesa,
skiet stramb u ferħ imlewli
qalbi. Propju dak il-ħin, rajt
lill-Madonna mal-Bambin Ġesu’ u
r-Raġel Xiħ Qaddis (San Ġużepp)
kien qiegħed bilwieqfa warajhom.
L-Omm l-Iżjed Qaddisa qaltli,
Hu f’idejk l-egħżeż Teżor
tiegħi,u tatni f’idejja
lill-Bambin Ġesu’. X’ħin ħadtu
f’dirgħajja lill-Bambin Ġesu’,
Omm Alla u San Ġużepp ma dehrux
iżjed. Ħallewni waħdi flimkien
mal-Bambin Ġesu’.
609.
Jiena għidtlu, “Jiena naf li
Inti l-Mulej u l-Ħallieq tiegħi
għalkemm Inti daqshekk ċkejken.”
Ġesu’ medd id-dirgħajn żgħar
Tiegħu lejja u ħares lejja bi
tbissima. L-ispirtu tiegħi mtela
b’ferħ li m’hawnx bħalu.
Imbagħad f’daqqa waħda Ġesu’
għeb, u kien wasal il-ħin
tat-Tqarbin Imqaddes. Jiena mort
flimkien mas-sorijiet l-oħrajn
lejn il-Mejda Mqaddsa u ruħi
kienet emozzjonata ħafna. Wara
t-Tqarbin, jiena smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Jiena
ninsab ġewwa qalbek, Jiena li
inti kont qiegħda żżommni
f’dirgħajk. Jiena mbagħad
bdejt nitlob bil-ħerqa lil Ġesu’
għal ċerta ruħ (Dun Sopocko), u
tlabt lill-Mulej jagħtih
il-grazzja li jiġġieled, u li
jkun kapaċi jieħu din il-prova
mingħandu. Hekk ikun bħalma
inti qiegħda titlob, imma
l-mertu tiegħu mhux ser
jitnaqqas. Il-ferħ saltan
ġewwa ruħi li Alla Hu hekk
twajjeb u ħanin; Alla jagħtina
dak kollu li aħna nitolbuh
b’fiduċja.
610.
Wara kull konverżazzjoni
mal-Mulej, ruħi tirċievi saħħa
staordinarja, u jkun fiha
trankwillita’ profonda li
tagħtini tant kuraġġ li ma
nibża’ minn xejn fid-dinja, imma
nibża’ biss li ma rridx
insewwidlu qalbu lil Ġesu’.
611.
O Ġesu’ tiegħi, qiegħda
nitolbok, bit-tjubija tal-Qalb
l-iżjed ħelwa Tiegħek, agħmel li
l-korla Tiegħek tonqos u wrina
l-ħniena Tiegħek. Jalla l-ġrieħi
Tiegħek inkunu t-tarka tagħna
kontra l-ġustizzja ta’
Missierek. Jiena sirt nafek, O
Alla, bħala l-għajn tal-ħniena
li tagħti l-ħajja lil kull ruħ u
tmantniha. O, kemm hi kbira
l-ħniena tal-Mulej; hija ikbar
mill-kwalitajiet l-oħrajn kollha
Tiegħu. Il-ħniena hija l-ikbar
attribut ta’ Alla; kulma hawn
madwari ikellimni dwar din
il-ħaġa. Il-ħniena hi l-ħajja
tal-erwieħ; il-mogħdrija Tiegħu
m’għandiex tarf. O Mulej, ħares
lejna u imxi magħna skont
il-ħniena Tiegħek bla tarf,
skont il-ħniena kbira Tiegħek.
612.
Darba, kelli dubju jekk dak li
kien ġrali kienx offenda
serjament lill-Mulej Ġesu’ jew
le. Peress li ma stajtx insib
tarf ta’ dan id-dubju,
iddeċidejt li ma nitqarbinx
qabel ma immur inqerr l-ewwel,
għax jiena mdorrija nitlob
maħfra għall-inqas ħtija. F’dawk
il-ġranet meta ma tqarbintx ma
ħassejtx il-preżenza ta’ Alla.
Dan ġabli wġigħ li ma jitfissirx
bil-kliem, imma jiena ħadtu
bħala kastig għad-dnub. Iżda
meta mort inqerr ġejt imċanfra
li ma tqarbintx, għax dak li
kien ġrali ma kienx ostaklu
għat-Tqarbin. Wara li kont
qerrejt, tqarbint u rajt
lill-Mulej Ġesu’ li qalli,
Kun af, binti, li kkawżajtli
iktar niket meta ma ngħaqdtx
Miegħi fit-tqarbin Imqaddes
milli għamilt b’dik il-ħtija
żgħira.
613.
Darba, rajt il-kappella żgħira
fejn sitt sorijiet kienu qedgħin
jitqarbnu mingħand il-konfessur
tagħna (Dun Sopocko), li kien
liebes spellizza u stola.
(nota129) Ma kienx hemm
ornamenti jew ġinokkjaturi
fil-kappella. Wara t-Tqarbin,
rajt lill-Mulej Ġesu’ kif jidher
fix-xbieha. Ġesu’ kien tielaq, u
jiena sejjaħtlu, “Kif tista’
tibqa’ għaddej, tarani u ma
tgħidli xejn, Mulej? Mingħajrek,
jiena ma jien ser nagħmel xejn;
jeħtieġli Inti toqgħod u
tberikni, u tbierek ukoll din
il-komunita’ u dan il-pajjiż.”
Ġesu’ għamel is-sinjal tas-Salib
u qal, Tibża’ xejn, Jiena
dejjem miegħek.
614.
Fl-aħħar jumejn qabel ma beda
r-Randan kellna siegħa
adorazzjoni bħala riparazzjoni
mat-tfajliet. (nota130)
Matul dawn is-sagħtejn jiena
rajt il-Mulej Ġesu’ bħalma kien
wara l-flaġellazzjoni. Ruħi
ħasset uġigħ tant kbir li
ħassejtni bħallikieku kelli
l-esperjenza ta’ dawk
it-turmenti kollha f’ġismi u
f’ruħi stess.
615.
1 ta’ Marzu 1936. Illum waqt
il-Quddiesa ħassejt qawwa
stramba u ħerqa sabiex jiena
nibda nwettaq ix-xewqat ta’
Alla. Tant fhimt ċar
l-affarijiet li l-Mulej kien
qiegħed jitlob mingħandi li
verament li kieku kelli ngħid li
ma nistax nifhem Alla x’qed
jitlob mingħandi, kont inkun
qiegħda nigdeb, għax il-Mulej
qed jgħarrafni r-rieda Tiegħu
tant ċar li m’għandi l-ebda dell
ta’ dubju dwarhom. Jiena
rrealizzajt li kienet tkun
l-ikbar ingratitudni jekk
inkompli nipposponi iktar din
il-ħaġa li l-Mulej jixtieq jara
mwettqa għall-glorja Tiegħu u
għall-ġid ta’ għadd kbir ta’
erwieħ. U Hu qiegħed jużani
bħala għodda dgħajfa li permezz
tagħha Huwa jwettaq il-pjanijiet
eterni Tiegħu ta’ ħniena.
Verament, kemm inkun ingrata
ruħi jekk hija tibqa’ tirreżisti
iktar lil Alla. Xejn m’hu ser
iżżomni iżjed, la persekuzzjoni,
tbatjiet, disprezzi, ħars ikrah,
theddid, talb ħerqan, ġuħ,
kesħa, imposturaġni, ħbiberiji,
kuntrarju, ħbieb jew għedewwa;
kemm jekk ikunu affarijiet li
jiena għaddejja minnhom issa jew
affarijiet li ser iseħħu
fil-futur jew ukoll il-mibgħeda
li nħoss għall-infern – xejn
m’hu ser iżomni milli nagħmel
ir-rieda ta’ Alla.
Jiena ma nibbażax fuq il-qawwa
tiegħi stess, imma fuq is-setgħa
bla tarf Tiegħu għax, bħalma Hu
tani l-grazzja li nkun naf
ir-rieda qaddisa Tiegħu, Hu
jagħtini wkoll il-grazzja li
nwettaqha. Ma rridx nonqos milli
ngħid kemm in-natura baxxa
tiegħi stess hi kapaċi
tirreżisti din il-ħaġa u tkun
trid turi x-xewqat tagħha stess
u mbagħad iseħħ ġewwa ruħi
taqbida kbira, bħalma kellu
Ġesu’ fil-Ġnien taż-Żebbuġ. U
allura jiena wkoll ngħajjat lil
Alla, il-Missier Etern, “Jekk hu
possibli, ħu din it-tazza
mingħandi, imma xorta waħda, ħa
sseħħ mhux ir-rieda tiegħi, imma
Tiegħek, O Mulej; tkun magħmula
r-rieda Tiegħek.” Dak li ser
ngħaddi minnu mhux moħbi minni,
imma b’għarfien sħiħ jiena
naċċetta dak kollu li Inti
tibgħatli, O Mulej. Jiena nafda
fik, O Alla ħanin, u nixtieq
inkun l-ewwel waħda li nuri dik
il-fiduċja fik li Inti trid
mingħand l-erwieħ. O Verita’
Eterna, għinni u dawwalni
fit-toroq tal-ħajja, u agħmel
ir-rieda Tiegħek isseħħ ġewwa
fija.
Alla tiegħi, jiena ma nixtieq
xejn ħlief li t-twettiq
tar-rieda Tiegħek. Ma jimpurtax
jekk tkunx faċli jew diffiċli.
Jiena nħoss qawwa straordinarja
timbuttani sabiex nagħmel li
għandi nagħmel. Ħaġa waħda biss
iżżommni lura, u dik hi
l-ubbidjenza qaddisa. O Ġesu’
tiegħi, Inti timbuttani minn
naħa waħda u min naħa l-oħra
żżommni lura. F’din il-ħaġa,
ukoll, O Ġesu’ tiegħi, tkun
magħmula r-rieda qaddisa
Tiegħek.
Komplejt f’dan l-istat, bla ebda
waqfien, għal ħafna żmien.
Is-saħħa fiżika tiegħi naqset, u
għalkemm jiena ma tkellimt ma’
ħadd dwar dan, xorta waħda
l-Madre Superjura (Borgia)
indunat bl-uġigħ tiegħi u
rrimarkat li d-dehra tiegħi
kienet inbidlet u ma tantx kelli
kulur f’wiċċi. Hija qaltli mmur
norqod qabel u ndum aktar
rieqda, u qaltlilhom iġibuli
kikkra ħalib sħun filgħaxija.
Kellha qalb ta’ omm, kienet
kollha premura u ppruvat
tgħinni. Imma fil-każ ta’
tbatijiet spirtwali, affarijiet
esterni ma jagħmlu l-ebda
differenza u ma jġibux wisq
serħan. Jiena kont nieħu saħħti
mill-konfessinarju u
mill-konsolazzjoni li kont naf
li dalwaqt kont ser inkun nista’
nibda naġixxi.
616.
Il-Ħamis, x’ħin mort fiċ-ċella
tiegħi, rajt fuqi l-Ostja
Qaddisa tleqq u tiddi. Imbagħad
smajt vuċi li deherli li kienet
ġejja minn fuq l-Ostja:
Il-qawwa tiegħek tinsab fl-Ostja
Mqaddsa; hija tħarsek. Wara
li nstema’ dan il-kliem,
id-dehra għebet, imma qawwa
stramba daħlet ġewwa ruħi, u
dawl stramb illuminani dwar
f’hiex tikkonsisti l-imħabba
tagħna għal Alla: jiġifieri,
f’li nagħmlu r-rieda Tiegħu.
617.
O Santissma Trinita’, Alla
Etern, jiena rrid niddi
fil-kuruna tal-ħniena Tiegħek
bħal ħaġra prezzjuża ċkejkna li
tiddependi għas-sbuħija tagħha
fuq ir-raġġ tad-dawl Tiegħek u
tal-ħniena Tiegħek li ħadd ma
jista’ jifhimha. Dak kollu li hu
sabiħ ġewwa ruħi huwa Tiegħek, O
Alla; waħdi jiena ngħodd dejjem
bħala xejn.
618.
Fil-bidu tar-Randan, tlabt
lill-konfessur tiegħi xi
mortifikazzjoni għal dan
iż-żmien ta’ sawm. Huwa qalli ma
nnaqqasx mill-ikel tiegħi, imma,
filwaqt li nkun qiegħda
niekol,kelli nimmedita kif
il-Mulej Ġesu’, fuq is-Salib,
aċċetta l-ħall u l-imrar. Din
kellha tkun il-mortifikazzjoni
tiegħi. Jiena ma kontx naf li
din il-ħaġa kellha tkun ta’ tant
ġid għal ruħi. Il-ġid hu li
jiena nkun qiegħda nimmedita
l-ħin kollu fuq il-Passjoni
doloruża Tiegħu u għalhekk,
filwaqt li kont inkun qiegħda
niekol, kont inkun qiegħda
naħseb mhux fuq dak li kont
qiegħda niekol, imma kont inkun
qiegħda nirrifletti fuq il-mewt
tal-Mulej tiegħi.
619.
Fil-bidu tar-Randan, tlabt ukoll
li jkun mibdul is-suġġett
tal-eżami partikulari tiegħi u
qaluli nagħmel kollox
bl-intenzjoni safja ta’
riparazzjoni għall-imsejkna
midinbin. Din il-ħaġa żżommni
f’għaqda kontinwa ma’ Alla, u
din l-intenzjoni tipperfezzjona
l-azzjonijiet tiegħi, għax kulma
nagħmel nagħmlu għall-erwieħ
immortali. It-tbatijiet u
l-għeja kollha qishom m’huma
xejn meta jiena naħseb li huma
jservu biex erwieħ midinbin
jirrikonċiljaw ruħhom ma’ Alla.
620.
Marija hija l-Għalliema tiegħi,
li l-ħin kollu tgħallimni kif
jiena għandi ngħix għal Alla.
L-Ispirtu tiegħi jieħu r-ruħ
fil-ġentilezza u fl-umilta’
tiegħek, O Marija.
621.
Darba, meta dħalt fil-kappella
għal ftit ħin, għal adorazzjoni
ta’ ħames minuti u kont qiegħda
nitlob għal ċerta ruħ, jiena
fhimt li Alla mhux dejjem
jaċċetta t-talb tagħna għal dawk
l-erwieħ li jkollna f’moħħna,
imma juża dan it-talb għal
erwieħ oħrajn. B’konsegwenza ta’
dan, għalkemm aħna ma
jirnexxilniex neħilsu
mit-tbatija tagħhom fil-
Purgatorju, xorta waħda tagħna
ma jintilifx.
622.
Għaqda intima ta’ ruħ flimkien
ma’ Alla. Alla jersaq lejn ruħ
b’mod speċjali li jkunu bih biss
Hu r-ruħ. Ħadd ma jara din
l-għaqda misterjuża. Hija
l-imħabba li tippersiedi f’din
l-għaqda, u hija l-imħabba biss
li jirnexxilha takkwista kollox.
Ġesu’ jagħti lilu nnifsu lir-ruħ
b’mod ġentili u ħelu, u
fil-profondita’ Tiegħu tinsab
il-paċi. Huwa jagħti ħafna
grazzji lir-ruħ u jagħmilha
kapaċi li hija taqsam miegħu
l-ħsibijiet eterni Tiegħu. U
spiss, Huwa juriha l-pjanijiet
Divini Tiegħu.
623.
Patri Andrasz qalli li tkun ħaġa
tajba li jkun hemm fil-knisja
ta’ Alla grupp ta’ erwieħ li
jitolbu għall-ħniena Tiegħu,
għax fil-fatt aħna lkoll għandna
bżonn ta’ dik il-ħniena. Wara
dan il-kliem, dawl straordinarju
mlieli ruħi. O, kemm Hu twajjeb
il-Mulej!
624.
18 ta’ Marzu 1936. Darba, jiena
tlabt lill-Mulej Ġesu’ jagħmel
l-ewwel pass li jippermetti xi
tibdil jew xi ġrajja esterna,
jew iħallihom ikeċċuni, għax
kont qiegħda nsibha impossibli
nitlaq mill-Kongregazzjoni minn
rajja. U domt nagonizza fuq din
il-ħaġa għal iktar minn tlett
sigħat. Ma stajtx nitlob, imma
bqajt nissottometti r-rieda
tiegħi għar-rieda ta’ Alla.
L-għada filgħodu, il-Madre
Superjura (Borgia) qaltli li
l-Madre Ġenerali (Michael)
kienet ser tittrasferini għal
Varsavja. Jiena weġibt
lill-Madre li forsi minflok ma
mmur, kien ikun aħjar li nħalli
(il-Kongregazzjoni) direttament
minn hawnhekk. Din il-ħaġa jiena
rajtha bħala sinjal estern li
kont qiegħda nitlob lil Alla
għaliha. Il-Madre Superjura ma
tatni l-ebda tweġiba, imma wara
ftit hi reġgħet sejħitli u
qaltli, “Sor, taf x’naħseb: mur
xorta waħda u toqgħodx tinkwieta
li qiegħda taħli l-ħin f’dan
il-vjaġġ, ukoll jekk ikollok
tiġi lura mill-ewwel.” Jiena
weġibt, “Tajjeb, sejra,”
għalkemm qalbi kienet miġugħa
għax kont naf li dan il-vjaġġ
kien ser itawwal iż-żmien għal
deċiżjoni dwar din il-ħaġa.
Jiena, iżda, dejjem nipprova
nobdi, minkejja kollox.
625.
Filgħaxija, filwaqt li kont
qiegħda nitlob, Omm Alla qaltli,
Il-ħajja tagħkom għandha tkun
bħal tiegħi: kwieta u moħbija,
f’għaqda l-ħin kollu ma’ Alla,
titolbu bil-ħerqa għall-umanita’
u tħejju d-dinja għat-tieni
miġja ta’ Alla.
626.
Filgħaxija, waqt il-Barka, ruħi
kienet għal xi żmien f’għaqda
ma’ Alla l-Missier. Jiena
ħassejtni li kont ninsab f’idejh
bħal tarbija ċkejkna, u smajt
dan il-kliem ġewwa ruħi:
Tibża’ minn xejn, binti;
l-għedewwa kollha jitfarrku taħt
saqajja. Ma’ dan il-kliem,
paċi profonda u kalma interna
kbira daħlu ġewwa ruħi.
627.
Meta jiena lmentajt mal-Mulej li
Hu kien qed jeħodli l-għajnuna u
li jiena kont sejra nsib ruħi
waħdi għal darb’oħra u ma kontx
naf x’naqbad nagħmel, jiena
smajt dan il-kliem: Tibżax;
Jiena dejjem miegħek.Wara
dan il-kliem, paċi profonda
reġgħet daħlet ġewwa ruħi.
Il-Preżenza Tiegħu nifditni
totalment b’mod li stajt inħossu
bis-sensi tiegħi. L-ispirtu
tiegħi mtela kollu dawl, u ġismi
seta’ jieħu sehem f’din il-ħaġa
wkoll.
628.
Fl-aħħar jum qabel it-tluq
tiegħi minn Vilnius filgħaxija,
soru anzjana (nota131)
rrivelatli l-istat ta’ ruħha.
Hija qalet li kienet diġa’ ilha
tbati ġewwa fiha għal xi snin, u
dehrilha li l-qrar kollu tagħha
kien ħażin, u kellha dubji dwar
jekk il-Mulej Ġesu’ kienx
ħafrilha jew le. Jiena
staqsejtha jekk hi qattx kienet
qaltlu lil konfessur tagħha din
il-ħaġa. Hija wieġbet li ħafna
drabi hija kienet tkellmet
ml-konfessuri tagħha dwar din
il-ħaġa u . . . “il-konfessuri
dejjem jgħiduli biex inkun
fil-paċi, imma jiena xorta waħda
nbati ħafna u xejn ma jserraħni
u l-ħin kollu jidhirli li Alla
ma ħafirlix.” Jiena weġibt, “Int
għandek tobdi l-konfessur
tiegħek, Sor, u tkun fil-paċi
għal kollox, għax din hi
tabilħaqq tentazzjoni.”
Imma hi talbitni bid-dmugħ
f’għajnejha nistaqsi lil Ġesu’
jekk kienx ħafrilha u jekk
il-qrar tagħha kienx tajjeb jew
le. Jiena weġibt bil-qawwa,
“Staqsieh inti stess, Sor jekk
inti ma temminx lil konfessuri
tiegħek!” Imma hija qabditli idi
u ma ridtx tħallini nitlaq
sakemm jiena nkun tajtha
tweġiba, u baqgħet tgħidli biex
nitlob għaliha u ngħidla x’ikun
qalli Ġesu’ dwarha. Tibki
b’qalbha maqsuma, ma riditx
titlaqni u qaltli, “Jiena naf li
l-Mulej Ġesu’ jkellmek, Sor.”
Peress li hi kienet imqabbda ma’
idi u ma stajtx ninqala’ minn
magħha, jiena wegħedtha li kont
sejra nitlob għaliha.
Filgħaxija, waqt il-Barka, jiena
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Għidilha li l-fatt li hi ma
tistax temmen iferili Qalbi
iktar mid-dnubiet li għamlet.
X’ħin għidtilha dan, hi
bdiet tibki bħal tarbija, u ferħ
kbir daħal f’ruħha. Jiena fhimt
li Alla ried ifarraġ lil din
ir-ruħ permezz tiegħi. Għalkemm
swieli ħafna, jiena qtajt
ix-xewqa ta’ Alla.
629.
X’ħin dħalt fil-kappella għal
waqt wieħed dak inhar stess
filgħaxija, sabiex inrodd ħajr
lil Alla għall-grazzji kollha li
Hu kien tani f’din id-dar,
f’daqqa waħda l-preżenza ta’
Alla daret miegħi. Ħassejtni
bħal tarbija f’idejn l-aħjar
missier, u smajt dan il-kliem:
Tibża’ minn xejn. Jiena
dejjem miegħek. Imħabbtu
nifdet l-esseri kollu tiegħi.
Ħassejtni dieħla f’tant
intimita’ mill-qrib miegħu li ma
nistax nsib il-kliem biex
nesprimi din l-esperjenza.
630.
Imbagħad rajt wieħed mis-seba’
spirti maġenbi, jiddi bħal drabi
oħra, taħt forma ta’dawl. Rajtu
maġenbi l-ħin kollu x’ħin kont
qiegħda fuq it-tren. Rajt anġlu
bilwieqfa fuq kull knisja li
għaddejna fit-triq, imma mdawwar
b’dawl iktar pallidu minn dak
tal-ispirtu li kien qed iseħibni
fil-vjaġġ, u kull wieħed minn
dawn l-ispirti li kienu qedgħin
jgħassu lill-knejjes baxa rasu
quddiem l-ispirtu li kien hemm
maġenbi.
X’ħin dħalt fil-kunvent ta’
Varsavja, l-ispirtu għeb.
Raddejt ħajr lil Alla
għat-tjubija Tiegħu, li Hu
jagħtina l-anġli biex isebħuna.
O, kemm ftit jirriflettu n-nies
dwar il-fatt li huma għandhom
dejjem maġenbhom mistieden bħal
dan, u fl-istess ħin xhud ta’
kollox! Ftakru, midinbin, li
intom ukoll għandkom xhud ta’
kulma tagħmlu.
631.
O Ġesu’ tiegħi, it-Tjubija
Tiegħek hija iktar milli aħna
lkoll nistgħu nifhmu, u ħadd
m’hu ser jasal sat-tarf
tal-ħniena Tiegħek. It-telfien
hu għal dik ir-ruħ li trid
tintilef; imma għal dik li
tixtieq is-salvazzjoni, hemm
l-oċejan li ma jispiċċa qatt
tal-ħniena tal-Mulej li hi
tista’ tiġbed minnha. Kif jista’
reċipjent ċkejken iżomm ġo fih
l-oċejan li ħadd ma’ jista’
jkejjel il-fond tiegħu?
632.
Kif kont qiegħda nsellem
lis-sorijiet u filwaqt tat-tluq,
waħda minnhom (nota132)
damet tiskuża ruħha miegħi għax
kienet għenitni daqshekk ftit
fid-dmirijiet tiegħi, u mhux
biss għax kienet ittraskurat li
tgħinni, imma wkoll għax kienet
ippruvat tagħmilli l-affarijiet
iktar diffiċli. Iżda, f’qalbi,
jiena kont inħares lejha bħala
benefattriċi kbira, għax kienet
ġegħlitni nħaddem ġewwa fija
l-paċenzja tant li waħda
mis-sorijiet anzjani darba
kienet qalet. “Swor Fawstina
żgur li hi jew belha jew
qaddisa, għax ngħid id-dritt,
persuna ordinarja ma kenitx
tissaporti li jkollha lil xi
ħadd il-ħin kollu jagħmel dawn
l-affarijiet biex jinkiha.”
Iżda, jiena kont dejjem ersaqt
lejha b’intenzjonijiet tajbin.
Dik is-soru partikolari kienet
ippruvat tagħmilli x-xogħol
tiegħi iktar diffiċli sal-punt
li, minkejja l-isforzi tiegħi,
xi drabi kien irnexxielha teqred
xi ħaġa li kienet magħmula
sewwa, bħalma hi stess
ammettietli meta jiena kont
tielqa u talbitni skuża għal din
il-ħaġa. Jiena ma kontx ridt
ngħarbel l-intenzjonijiet
tagħha, imma kont ħadtha bħala
prova minn idejn Alla. . .
633.
Għalija hija sorpriża kbira kif
xi ħadd jista’ jkun għajjur
daqshekk. Meta jiena nara
t-tajjeb f’xi ħaddieħor, jiena
nifraħ bih daqslikieku kien
tiegħi. Il-ferħ tal-oħrajn hu
l-ferħ tiegħi, u t-tbatija
tal-oħrajn hi t-tbatija tiegħi,
għax jekk ma jkunx hekk, ma
kontx nażżarda nikkomunika
mal-Mulej Ġesu’. L-ispirtu ta’
Ġesu’ huwa dejjem sempliċi,
manswet, sinċier; il-malizzja
kollha, l-għira u kattiverja
moħbijin taħt tbissima ta’
intenzjonijiet tajba huma xjaten
ċkejknin li jafu x’inhuma
jagħmlu. Kelma ħarxa ħierġa minn
imħabba sinċiera ma tweġġax
lill-qalb.
634.
22 ta’ Marzu (1936). X’ħin
wasalt Varsavja, dħalt
fil-kappella ż-żgħira għal waqt
wieħed biexnirringrazzja
lill-Mulej li kien tani vjaġġ
tajjeb, u tlabt lill-Mulej
jagħtini l-għajnuna u l-grazzja
li kelli bżonn għal dak kollu li
kien hemm jistennieni hawnhekk.
F’kollox issottomettejt ruħi
għar-rieda mqaddsa Tiegħu. Smajt
dan il-kliem: Tibża’ minn
xejn; id-diffikultajiet kollha
jservu sabiex titwettaq ir-rieda
Tiegħi.
635.
25 ta’ Marzu. Filgħodu waqt
il-meditazzjoni l-preżenza ta’
Alla daret miegħi b’mod
speċjali, għax rajt il-kobor, li
ma tistax tkejlu, ta’ Alla, u
fl-istess ħin, kif Hu jindenja
jitbaxxa lejn il-ħlejjaq Tiegħu.
Imbagħad rajt lil Omm Alla, li
qaltli: O, kemm togħġob lil
Alla dik ir-ruħ li timxi
bil-fedelta’ fuq
l-ispirazzjonijiet tal-grazzja
Tiegħu! Jiena tajt il-Feddej
lid-dinja; inti għandek tkellem
lid-dinja dwar il-ħniena kbira
Tiegħu u tħejjija għat-Tieni
Miġja ta’ Dak li għad irid jiġi,
mhux bħala Salvatur ħanin, imma
bħala Mħallef ġust. O, kemm tkun
terribli dik il-ġurnata! Il-jum
tal-ġustizzja, il-jum tal-korla
divina huwa fiss. L-anġli
jirtogħdu quddiemu. Kellem
lill-erwieħ dwar din il-ħniena
kbira sakemm għad hemm żmien li
(tingħata) il-ħniena.
Jekk inti ma titkellimx issa,
inti jkollok twieġeb għal għadd
kbir ta’ erwieħ f’dak il-jum
terribli. Tibża’ minn xejn.
Ibqa’ fidila sal-aħħar. Jiena
nisspimatizza miegħek.
636.
Meta wasalt Walendow, waħda
mis-sorijiet (nota133)
tatni din il-merħba: “Sor, issa
li inti ġejt għandna hawnhekk,
kollox ser imur sewwa.” Jiena
għidtilha, “Għaliex qed
titkellem hekk, Sor?” Hija
wieġbet li kienet qed tħoss din
il-ħaġa ġewwa ruħha. Din
il-persuna partikolari hi
mimlija sempliċita’ u togħġob
ħafna lill-Qalb ta’ Ġesu’.
Id-dar kellha diffikultajiet
verament kbar (fil-finanzi). . .
Minix ser insemmihom kollha
hawnhekk.
637.
Qrar. Filwaqt li kont qiegħda
nħejji ruħi għall-qrar, jiena
għidt lil Ġesu’, moħbi
fis-Sagrament Imqaddes, “Ġesu’,
jiena qiegħda nitolbok tkellimni
bil-fomm ta’ dan is-saċerdot. U
dan ikun sinjal għalija għax hu
ma jaf b’xejn li Inti tridni
nwaqqaf dik il-Kongreagazzjoni
tal-Ħniena. Għidlu jgħidli xi
ħaġa dwar din il-ħniena.”
X’ħin ersaqt lejn
il-konfessinarju u bdejt
il-qrara tiegħi, is-saċerdot
waqqafni u beda jkellimni dwar
il-ħniena kbira ta’ Alla, u hu
tkellem b’iktar qawwa dwarha
milli qatt kont smajt lil xi
ħadd jitkellem dwarha qabel. U
hu staqsieni, “Taf li l-ħniena
tal-Mulej hi ikbar mill-opri
Tiegħu kollha, li hi l-quċċata u
l-kuruna tal-opri Tiegħu?” U
qgħadt nisma’ b’attenzjoni dan
il-kliem li l-Mulej kien qed
jgħid permezz ta’ fomm
is-saċerdot. Għalkemm jiena
nemmen li jkun Alla dejjem li
jitkellem b’fomm is-saċerdot
fil-konfessinarju, jiena kelli
esperjenza ta’ din il-ħaġa b’mod
speċjali f’dik l-okkażjoni.
Għalkemm ma rrivelajt xejn dwar
il-ħajja divina li kelli ġewwa
ruħi u jiena akkużajt ruħi biss
min-nuqqasijiet tiegħi,
is-saċerdot stess kellimni ħafna
dwar dak li kien għaddej ġewwa
ruħi u obbligani nkun fidila
mal-ispirazzjonijiet ta’ Alla.
Huwa qalli, “Int miexja
fil-ħajja flimkien ma’ Omm Alla,
li wieġbet bil-fedelta’ għal
kull ispirazzjoni divina.” O
Ġesu’ tiegħi, min qatt jista’
jifhem it-tjubija Tiegħek?
638.
Ġesu’, keċċi minni l-ħsibijiet
li ma jaqblux mar-rieda Tiegħek.
Jiena naf li issa xejn ma
jorbotni ma’ din l-art ħlief din
l-opra tal-ħniena.
639.
Il-Ħamis. Waqt l-adorazzjoni ta’
filgħaxija, rajt lil Ġesu’
fflaġellat u ttorturat. Huwa
qalli, Binti, Jiena nixtieq
li wkoll l-iċken affarijiet,
inti tiddependi mill-konfessur
tiegħek. L-ikbar sagrifiċċji
tiegħek ma jogħġbunix jekk inti
twettaqhom mingħajr il-permess
konfessur, mill-banda l-oħra,
l-iċken sagrifiċċju hu ta’ valur
kbir f’għajnejja, jekk ikun
magħmul bil-permess tiegħu.
L-ikbar opri m’huma tal-ebda
valur f’għajnejja jekk jitwettqu
biex jissodisfaw ir-rieda
tiegħek, u spiss dawn ma jkunux
jaqblu mar-rieda Tiegħi, u
jistħoqqilhom kastig iktar minn
premju. U mill-banda l-oħra,
anke l-iċken waħda
mill-azzjonijiet tiegħek, jekk
tkun magħmula bil-permess
tal-konfessur, tkun mogħġuba
f’għajnejja u għażiża ħafna
għalija. Dejjem żomm din il-ħaġa
f’moħħok. Kun dejjem għassa,
għax ħafna erwieħ għad jerġgħu
lura mill-bibien tal-infern u
jqimu l-ħniena Tiegħi. Imma
tibża’ minn xejn, għax Jiena
miegħek. Kun af li waħdek inti
ma tista’ tagħmel xejn.
640.
Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar, qabel
it-Tqarbin, jiena rajt pissidi
kbir mimli ostji qaddisa. Id
żammet il-pissidi quddiemi, u
jiena ħadtu f’idejja. Kien hemm
elf ostja ħajjin ġewwa fih.
Imbagħad smajt vuċi, Dawn
huma ostji li rċevewhom l-erwieħ
li inti akkwistajt għalihom
il-grazzja ta’ konverżjoni vera
matul dan ir-Randan. Dan
ġara ġimgħa qabel il-Ġimgħa
l-Kbira. Jiena għaddejt dan
il-jum f’ġabra kbira interna,
niżvojta lili nnifsi minħabba
l-erwieħ.
641.
O, x’ferħ kbir hu għalija li
niżvojta lili nnifsi minħabba
l-erwieħ immortali! Jiena naf li
l-qamħa trid tinqered u tiġi
mitħuna bejn il-ħaġriet
tal-mitħna sabiex issir ikel.
Bl-istess mod, jiena għandi niġi
meqruda sabiex ikun ta’ użu
għall- Knisja u għall-erwieħ,
ukoll jekk minn barra ħadd m’hu
ser jinnota s-sagrifiċċji
tiegħi. O Ġesu’, minn barra
jiena rrid nibqa’ moħbija,
preċiż bħal din l-ostja ċkejkna
fejn l-għajn ma tista’ tara xejn
u xorta waħda jiena ostja
kkonsagrata lilek.
642.
Ħadd il-Palm. Dan il-Ħadd, jiena
kelli esperjenza b’mod speċjali
tas-sentimenti tal-Qalb l-iżjed
ħelwa ta’ Ġesu’. L-ispirtu
tiegħi kien hemm fejn hemm
Ġesu’. Jiena rajt lil Ġesu’
riekeb fuq felu ta’ ħmara, u
d-dixxipli u folla kbira
bil-friegħi f’idejhom kienu
qedgħin jakkumpanjaw lill-Mulej
Ġesu’ bil-ferħ. Xi wħud
ferxxuhom taħt saqajh fejn kien
għaddej riekeb, filwaqt li
oħrajn għollew il-friegħi
tagħhom ‘il fuq fl-arja, jaqbżu
quddiem il-Mulej mingħajr ma
jafu x’jaqbdu jagħmlu bil-ferħ
li kellhom. U rajt folla oħra li
ħarġet sabiex tiltaqa’ ma’
Ġesu’, huma wkoll b’uċuħ ferħana
u bi friegħi f’idejhom, u kienu
qedgħin jgħajjtu l-ħin kollu
bil-ferħ. Kien hemm ukoll tfal
ċkejknin. Imma Ġesu’ kien serju
ħafna, u l-Mulej tani x’nifhem
kemm kien qiegħed ibati f’dak
il-ħin. U f’dak il-waqt, jiena
ma rajt xejn ħlief lil Ġesu’, li
l-Qalb Tiegħu kient fgata
bl-ingratitudni.
643.
Qrar ta’ kull tliet xhur. Dun
Bukowski. Meta xi qawwa ġewwa
fija mbuttatni għal darb’oħra
biex ma nkomplix inħalli din
il-ħaġa għal iktar tard, ma
stajtx nsib paċi. Jiena għidt
lill-konfessur, Dun Bukowski, li
ma stajtx nistenna aktar.
Is-saċerdot weġibni, “Sor din
illużjoni. Ma jistax ikun li
l-Mulej Ġesu’ qiegħed jitlob din
il-ħaġa. Inti għamilt il-voti
perpetwi. Din hija kollha
illużjoni. Inti qiegħda tivvinta
tip ta’ ereżija!” U kien qed
jgħajjat miegħi, kważi kemm kien
jiflaħ jgħajjat. Jiena staqsejtu
jekk dan kollu kienx illużjoni,
u huwa qalli, “Kollox”. “Mela
jekk jogħġbok għidli x’għandi
nagħmel.” “Mela, Sor, m’għandekx
timxi fuq l-ebda ispirazzjoni.
Int trid tinsa dan kollu.
M’għandek tagħti l-ebda
attenzjoni lil dak li inti
tisma’ ġewwa ruħek u pprova
wettaq id-dmirijiet esterni
tiegħek sewwa. Taħsibx iżjed
f’dawn l-affarijiet u neħħihom
minn moħħok għal kollox! Jiena
weġibt. “Tajjeb, s’issa, jien
kont qiegħda nimxi fuq dak li
tgħidli l-kuxjenza tiegħi, imma
issa li inti qiegħed tmexxini u
tgħidli ma nagħtix kas għal dak
li jiġri ġewwa fija, jiena ma
nibqax nagħmel dan.” Imbagħad hu
qalli, “Jekk il-Mulej Ġesu’
jerġa’ jgħidlek xi ħaġa, jekk
jogħġbok għarrafni, imma ma
rridek tagħmel xejn.” Jiena
weġibt, “Tajjeb ħafna; nipprova
nobdi.” Ma nafx għaliex
is-saċerdot kien daqshekk iebes
miegħi.
644.
X’ħin ħriġt mill-konfessinarju,
geġwiġija ħsibijiet bdew jagħfsu
fuq ruħi. Għalfejn inkun
sinċiera? Dak li jiena għidt
mhux dnub, mela m’għandi l-ebda
dmir ngħidu lill-konfessur. U
mbagħad, nista’ ngħid
‘għall-ewrieħ’ li m’għandix
nagħti kas iżjed ta’ dak li
jiġri ġewwa fija sakemm kollox
ikun sew minn barra. M’għandi
nagħti l-ebda attenzjoni jew
nimxi fuq il-vuċijiet interni li
spiss swewli tant umiljazzjoni.
Minn issa ‘l quddiem, inħossni
ħielsa. U għal darb’oħra ħassejt
uġigħ stramb ġewwa ruħi: mela
għalhekk, jiena ma nistax
nikkomunika ma’ Dak li jiena
tant imxennqa għalih? Dak li Hu
s-saħħa sħiħa ta’ ruħi? Bdejt
ngħajjat, “Għand min ser immur,
O Ġesu’?” Imma minn dak il-waqt
tal-projbizzjoni tal-konfessur,
waqgħet dalma kbira fuq ruħi.
Kont imbeżżgħa li ma mmurx
nisma’ xi vuċi ġewwa fija, li
kienet iġġegħelni nisker
il-projbizzjoni tal-konfessur
tiegħi. U mbagħad, terġa’ u
tgħid, inħossni qiegħda mmut
nixxennaq għal Alla. L-intern
tiegħi jiġi mċarrat minn ġewwa,
għax m’għandi l-ebda rieda
tiegħi nnifsi, għax din ġiet
mogħtija kollha kemm hi lil
Alla.
Dan ġara l-Erbgħa tal-Ġimgħa
Mqaddsa. It-tbatija saret ikbar
Ħamis ix-Xirka. Meta wasalt
sabiex nagħmel il-meditazzjoni
tiegħi, dħalt f’qisha agunija.
Ma ħassejtx il-preżenza ta’
Alla, imma l-ġustizzja kollha
ta’ Alla għafset sewwa fuqi.
Rajt lili nnifsi bħallikieku
ġejt imwaqqgħa fl-art minħabba
d-dnubiet tad-dinja. Satana beda
jidħak bija, “Ara, issa m’intix
ser tiġġieled iżjed biex tirbaħ
l-erwieħ; ara kif ħallsuk! Ħadd
m’hu ser jemmnek li Ġesu’
qiegħed jitlob dan mingħandek.
Ara kemm qiegħda tbati bħalissa
u kemm għad baqagħlek tbati! Fuq
kollox, issa l-konfessur ħelsek
minn dawn l-affarijiet kollha.”
Issa jiena nista’ ngħix kif
jogħġobni, sakemm kollox jidher
sewwa minn barra. Dawn
il-ħsibijiet koroh ittorturawni
matul is-siegħa kollha.
Meta kien kważi wasal il-ħin
għall-Quddiesa, qalbi ngħafset
bl-uġigħ; mela jiena ser ikolli
nitlaq minn din
il-Kongregazzjoni? U la
s-saċerdot qalli li din hija tip
ta’ ereżija, ser ikolli nitlaq
mill-Knisja? Jiena għajjatt
lill-Mulej b’għajta mdejqa ġewwa
fija, “Ġesu’, salvani!” Xorta,
waħda, l-ebda raġġ ta’ dawl ma
daħal f’ruħi, u ħassejt saħħti
tonqosni, bħallikieku l-ġisem
kien qiegħed jinfired mir-ruħ.
Jiena ssottomettejt ruħi
għar-rieda ta’ Alla u tennejt,
“O Alla ħalli dak li Inti
ddeċidejt jiġrili. Xejjen ġewwa
fija l-għadu tiegħi.” Imbagħad,
f’daqqa waħda, il-preżenza ta’
Alla daret madwari u nifditni sa
ġewwanett. Dan ġara preċiż
filwaqt li jiena kont qiegħda
nitqarben. Waqt wieħed wara
t-tqarbin, ma bqajtx konxja ta’
xejn madwari u fejn kont.
645.
Imagħad rajt lill-Mulej Ġesu’,
bħalma jidher fix-xbieha, u
qalli, Għid lill-konfessur li
din l-opra hija Tiegħi u Jiena
qiegħed nużak bħala strument
umli. U jiena għidt, “Ġesu’,
jiena ma nistax iżjed nagħmel
dak li Inti tikkmandani nagħmel,
għax il-konfessur tiegħi qalli
li din hi kollha kemm hi
illużjoni, u li jiena m’għandi
nobdi l-ebda waħda
mill-ordnijiet Tiegħek. Jiena ma
sejra nagħmel xejn li Inti ser
tgħidli nagħmel issa.
Jiddispjaċini, Mulejja, imma
m’għandix permess nagħmel xejn,
u rrid nobdi lill-konfessur
tiegħi. Ġesu’ bl-akbar
sinċerita’ nitlob il-maħfra
Tiegħek. Inti taf kemm qiegħda
nbati minħabba din il-ħaġa, imma
m’hemmx x’tagħmel,
Ġesu’.Il-konfessur ma
ppermettilix li nsegwi
l-ordnijiet Tiegħek.” Ġesu’
qagħad jisma’ l-argumenti u
l-ilmenti tiegħi bi tjubija u
sens ta’ sodisfazzjon. Jien kont
ħsibt li l-Mulej Ġesu’ kien ser
iħossu offiż serjament imma,
għall-kuntrarju, deher sodisfatt
u qalli bil-ħlewwa, Dejjem
għid lill-konfessur tiegħek dak
kollu li Jiena ngħidlek u li
Jiena nordanlek tagħmel, u
agħmel biss dak li jkollok
permess tagħmel. Tinkwetax, u
tibża’ minn xejn; Jiena qiegħed
miegħek. Ruħi mtliet
bil-ferħ, u dawk il-ħsibijiet
kollha li kienu għafsu fuqi
għebu. Iċ-ċertezza u l-kuraġġ
daħlu ġewwa ruħi.
646.
Imma ftit wara, jiena dħalt
fit-tbatijiet li Ġesu’ għadda
minnhom fil-Ġnien taż-Żebbuġ.
Dan dam sal-Ġimgħa filgħodu.
Il-Ġimgħa, kelli esperjenza
tal-Passjoni ta’ Ġesu’ imma, din
id-darba, b’mod differenti. Dak
inhar, Dun Bukowski ġie minn
Derdy. Forza stramba mbuttatni
immur inqerr u ngħidlu dwar dak
kollu li kien ġrali u dwar dak
li kien qalli Ġesu’. X’ħin
kellimt is-saċerdot, hu deher
x’aktarx differenti minn qabel u
qalli: “Sor, tibża’ minn xejn;
m’hi ser tiġrilek l-ebda ħsara,
għax il-Mulej Ġesu’ dan ma
jippermettihx. Jekk inti tobdi u
tippersevera f’din
id-dispożizzjoni, m’għandekx
għalfejn tinkwieta għal xejn.
Alla jsib mezz biex iġib ‘l
quddiem l-opra Tiegħu. Int
għandu jkollok dejjem din
is-sempliċita’ u sinċerita’ u
tgħid kollox lill-Madre
Ġenerali. Dak li jiena għidtlek
għidtulek bi twissija, għax
l-illużjonijiet jistgħu jolqtu
wkoll lill-persuni qaddisin, u
s-suġġerimenti ta’ Satana
jistgħu jidħlu f’din il-ħaġa, u
xi drabi din il-ħaġa tkun ġejja
minna nfusna, għalhekk wieħed
irid joqgħod attent. U għalhekk
kompli bħalma għamilt s’issa.
Tista’ tara, Sor, li l-Mulej
mhux inkurlat b’din il-ħaġa. U
Sor, inti tista’ tirrepeti dawn
l-affarijiet li ġrawlek bħalissa
lill-konfessur regolari tiegħek
(Dun Sopocko).”
647.
Minn din l-esperjenza, bdejt
nifhem ħaġa waħda: li jiena
għandi nitlob ħafna għal kull
wieħed mill-konfessuri tiegħi,
sabiex hu jakkwista d-dawl
tal-Ispirtu s-Santu, għax meta
nersaq lejn il-konfessinarju
mingħajr ma nkun tlabt bil-ħerqa
qabel, il-konfessur ma jifhimnix
sewwa. Is-saċerdot għamilli
l-qalb biex nitlob bil-ħerqa
għal dawn l-intenzjonijiet,
sabiex Alla jagħtini għarfien
aħjar biex inkun nista’ nifhem
l-affarijiet li Hu qiegħed
jitlob mingħandi: “Agħmel novena
waħda fuq oħra, Sor, u Alla ma
jiċħadx il-grazzji.”
648.
Il-Ġimgħa l-Kbira. Fit-tlieta,
rajt lill-Mulej Ġesu’, mislub,
li ħares lejja u qalli,
Għandi l-għatx. Imbagħad
rajt żewġ raġġi ħerġin minn
ġenbu, preċiż bħalma jidhru
fix-xbieha. Imbagħad ħassejt
ġewwa ruħi x-xewqa li nsalva
l-erwieħ u li niżvojta lili
nnifsi, flimkien ma’ Ġesu’ li
kien qiegħed imut, lill-Missier
Etern, għas-salvazzjoni
tad-dinja kollha. Ma’ Ġesu’,
permezz ta’ Ġesu’ u f’Ġesu’
tinsab l-għaqda tiegħi miegħek,
Missier Etern. Fil-Ġimgħa
l-Kbira, Ġesu’ bata f’ruħu b’mod
li kien differenti mit-(tbatija
Tiegħu) f’Ħamis ix-Xirka.
649.
Il-Quddiesa tal-Qawmien (12 ta’
April 1936). X’ħin dħalt
fil-kappella, l-ispirtu tiegħi
ntilef f’Alla, l-uniku teżor
tiegħi. Il-preżenza Tiegħu
mlietni.
650.
O Ġesu’ tiegħi, Mgħallem u
Direttur tiegħi, saħħaħni u
dawwalni f’dawn il-mumenti
diffiċli ta’ ħajti. Jiena minix
qiegħda nistenna l-ebda għajnuna
mill-bnedmin; it-tama tiegħi
kollha qiegħda fik, Jiena
nħossni waħdi quddiem it-talbiet
Tiegħek, O Mulej. Minkejja
l-biżgħat tan-natura tiegħi,
jiena qiegħda nwettaq ir-rieda
qaddisa Tiegħek u nixtieq
inwettaqha kemm jista’ jkun
fedelment matul ħajti kollha u
f’mewti. Ġesu’, flimkien miegħek
jiena nista’ nagħmel kollox.
Agħmel bija dak li trid; agħtini
biss il-Qalb ħanina Tiegħek u
dik biżżejjed għalija.
O Ġesu’ Mulejja, għinni. Ħalli
dak li Int ppjanajt qabel
iż-żminijiet kollha jseħħ
f’ħajti. Jiena ninsab lesta għal
kull seħja tar-rieda qaddisa
Tiegħek. Dawwalli moħħi sabiex
jiena nsir naf ir-rieda Tiegħek.
O Alla, Inti li timlieli ruħi,
Inti taf li jiena ma nixtieq
xejn iżjed ħlief il-glorja
Tiegħek.
O Rieda Divina, Inti l-għaxqa
ta’ qalbi, l-ikel ta’ ruħi,
id-dawl tal-intellett tiegħi,
is-saħħa ta’ setgħa bla tarf
tar-rieda tiegħi; għax meta
jiena ningħaqad mar-rieda
Tiegħek, O Mulej, il-qawwa
Tiegħek taħdem permezz tiegħi; u
tieħu post ir-rieda dgħajfa
tiegħi. Kuljum, jiena nfittex li
nwettaq ix-xewqat ta’ Alla.
651.
O Alla li ħadd ma jista’ jifhmu,
kemm hi kbira l-ħniena Tiegħek!
Hija ikbar mill-fehma
tal-bnedmin u l-anġli kollha
flimkien. L-anġli kollha u
l-bnedmin kollha ħarġu
mill-profondita’ tal-ħniena
tenera Tiegħek. Il-ħniena hi
l-fjur tal-imħabba. Alla hu
mħabba, u l-ħniena hi l-opra
Tiegħu. Titnissel fl-imħabba;
tiġi rivelata fil-ħniena.
Inħares lejn x’hix inħares
ikellimni dwar il-ħniena ta’
Alla. L-istess ġustizzja ta’
Alla wkoll tkellimni dwar
il-ħniena Tiegħu bla tarf, għax
il-ġustizzja toħroġ
mill-imħabba.
652.
Hemm kelma waħda li jiena nagħti
kasha u naħseb fuqha l-ħin
kollu; waħedha hi kollox
għalija; jiena ngħix biha u mmut
biha, u din hi r-rieda qaddisa
ta’ Alla. Hija l-ikel tiegħi ta’
kuljum. Ruħi kollha kemm hi
toqgħod tisma’ bir-reqqa
x-xewqat ta’ Alla. Jiena dejjem
nagħmel dak li Alla jitlob
mingħandi, għalkemm in-natura
tiegħi ta’ spiss tirtogħod u
jiena nħoss li l-kobor ta’ dawn
l-affarijiet hu iktar milli
niflaħ. Jiena naf tajjeb jiena
x’jien minni nnifsi, imma naf
wkoll x’inhi l-grazzja ta’ Alla,
li tweżinni.
653.
25 ta’ April 1936. Walendow. Dak
inhar, it-tbatija li kont
qiegħda nħoss f’ruħi kienet
iktar ħarxa minn qatt qabel.
Minn kmieni filgħodu, jiena
ħassejtni qisu ruħi u ġismi ġew
mifrudin. Ħassejtni bħallikieku
l-preżenza ta’ Alla nifditli
l-esseri tiegħi kollu; ħassejt
il-ġustizzj kollha ta’ Alla
ġewwa fija; ħassejtni wieqfa
waħdi quddiem Alla. Għaddieli
ħsieb minn moħħi; kelma waħda
mid-Direttur Spiritwali tiegħi
kienet tagħtini paċi sħiħa; imma
x’nista’ nagħmel? Mhux qiegħed
hawn. Madankollu, iddeċidejt li
nfittex id-dawl fil-qrar. X’ħin
jiena kxift ruħi quddiem
is-saċerdot, (nota134) hu
beża’ jkompli jisma’ l-qrara
tiegħi, u dan ġabli tbatija
ikbar. X’ħin nara li saċerdot
qed jibża’, ma jkollix ebda paċi
ġewwa fija. Jiena għalhekk
iddeċidejt li nikxef ruħi
lid-direttur spiritwali tiegħi
biss dwar kollox, mill-ikbar
sal-iċken ħaġa, u li nimxi
strettament fuq il-pariri
tiegħu.
654.
Jiena issa qiegħda nifhem li
l-qrar huwa biss tqerr
id-dnubiet tiegħek, u
d-direzzjoni spiritwali hija
ħaġ’oħra għal kollox. Imma jiena
mhux fuq din il-ħaġa rrid
nitkellem. Irrid nitkellem dwar
ħaġa stramba li ġratli
għall-ewwel darba. X’ħin
il-konfessur beda jkellimni, ma
fhimt l-ebda kelma. Imbagħad
rajt lil Ġesu’ Msallab u Huwa
qalli, Inti għandek tfittex
id-dawl u s-saħħa fil-Passjoni
Tiegħi. Wara l-qrar, jiena
mmeditajt fuq il-Passjoni
terribbli ta’ Ġesu’, u fhimt li
dak li kont qiegħda nbati ma
kien xejn meta nqabbluh
mal-Passjoni tas-Salvatur, u li
l-iċken imperfezzjoni wkoll
kienet il-kawża ta’ din
it-tbatija terribbli. Imbagħad
ruħi mtliet b’indiema kbira
ħafna u kien f’dak il-waqt biss
li jiena ħassejtni fil-baħar
tal-ħniena bla tarf ta’ Alla. O,
kemm huma ftit il-kliem li jiena
għandi sabiex nesprimi dak li
jiena għaddejja minnu! Inħossni
bħal qatra nida mitlufa fil-fond
ta’ oċejan bla qiegħ tal-ħniena
divina.
655.
+ 11 ta’ Mejju 1936. Ġejt
Krakovja. Kont ninsab ferħana li
sa fl-aħħar kont sejra nkun
kapaċi nwettaq dak kollu li
Ġesu’ kien qed jitlob.
Darba, meta kont qiegħda
nitkellem ma’ Patri A. . .
(Andrasz) u kont għidtlu kollox,
jiena rċevejt din it-tweġiba:
“Sor, itlob sal-jum tal-Festa
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ u
żid xi mortifikazzjoni mat-talb,
u fil-Festa tal-Qalb Imqaddsa
ta’ Ġesu’ jiena nagħtik
tweġiba.” Imma jum minnhom,
jiena smajt dan il-leħen ġewwa
ruħi: Tibża’ minn xejn; Jiena
qiegħed miegħek. Wara dan
il-kliem, ħassejt tant urġenza
ġewwa fija li, mingħajr ma
qgħadt nistenna l-Festa tal-Qalb
Imqaddsa ta’ Ġesu’, jien għidt
fil-qrar li kont ser nitlaq
l-Kongregazzjoni fil-pront.
Is-saċerdot wieġeb: “Sor, la
inti ħadt din id-deċiżjoni
waħdek, mela ħu
ir-responsabbilta’ fuqek
innifsek. Mur.” Kont ferħana li
kont tielqa.
L-għada filgħodu, il-preżenza
ta’ Alla f’daqqa waħda
ħallietni. Dalma kbira waqgħet
fuq ruħi. Ma stajtx nitlob.
Minħabba din it-telfa
tal-preżenza ta’ Alla li ġiet
fuqi ħabta u sabta, iddeċidejt
li nipposponi l-ħaġa għal ftit
żmien, sakemm inkun tkellimt
mas-saċerdot.
Patri A. (Andrasz) wieġeb li
bidliet ta’ ħsieb bħal dawn
fl-erwieħ kienu jiġru ta’ spiss,
u qalli li dan ma kienx ostaklu
għall-azzjoni li kelli nieħu.
656.
X’ħin jiena tkellimt mal-Madre
Ġenerali (Michael) fuq dak kollu
li kien ġrali, hija qalet, “Sor,
jiena ser naqflek fit-tabernaklu
flimkien mal-Mulej Ġesu’; tmur
fejn tmur minn hemm ġew, dik
tkun ir-rieda ta’ Alla.”
657.
19 ta’ Ġunju. X’ħin morna għand
il-Ġiżwiti għall-purċissjoni
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’,
waqt il-Vespri rajt l-istess
raġġi ħerġin mill-Ostja Mqaddsa,
preċiż bħalma huma mpenġija
fix-xbieha. Ruħi mtliet b’xenqa
kbira għal Alla.
Ġunju 1936. Diskursata ma’ Patri
A. (Andrasz)
658.
“Kun af li dawn huma affarijiet
tqal u diffiċli. Id-direttur
spiritwali prinċipali tiegħek hu
l-Ispirtu s-Santu. Aħna nistgħu
biss nagħtu direzzjoni lil dawn
l-ispirazzjonijiet, imma
d-Direttur veru tiegħek hu
l-Ispirtu s-Santu. Jekk inti
stess iddeċidejt li titlaq, Sor,
jiena la nżommok u lanqas
nordnalek tagħmel dan. Inti
tieħu din ir-responsabbilta’
għalik innifsek. Jiena qed
ngħidlek dan, Sor: int tista’
tibda tagħmel xi ħaġa. Inti
kapaċi tagħmlu dan, u għalhekk
inti tista’ tagħmlu dan. Dawn
l-affarijiet huma tassew
probabbli; dak kollu li inti
għidtli s’issa (qabel il-voti
perpetwi fi Krakovja fl-1933)
huwa favur li inti tieħu
azzjoni. Iżda xorta waħda trid
toqgħod attenta ħafna f’dan
kollu. Itlob ħafna u itlob li
jiena jkolli d-dawl.”
659.
Waqt il-Quddiesa, iċċelebrata
minn Patri Andrasz, rajt
lit-Tfajjel ċkejken Ġesu’, li
qalli li kelli niddependi minnu
għal kollox; L-ebda azzjoni
li inti tagħmel waħdek, ukoll
jekk tagħmel ħafna sforz biex
tagħmilha sewwa, ma togħġobni.
Jiena fhimt dan (il-bżonn
li) niddependi minnu.
660.
O Ġesu’ tiegħi, fil-jum
tal-aħħar ġudizzju, Inti ser
titlob mingħandi rapport dwar
din l-opra tal-ħniena. O Mħallef
ġust, imma l-Għarus tiegħi
wkoll, għinni nagħmel ir-rieda
divina Tiegħek, O ħniena, O
virtu’ divina!
O Qalb l-iżjed ħanina ta’ Ġesu’,
Għarus tiegħi, agħmel li qalbi
tkun tixbaħ lil Tiegħek.
661.
16 ta’ Lulju. Għaddejt dan
il-lejl kollu fit-talb.
Immeditajt fuq il-Passjoni
tal-Mulej, u ruħi ġiet mgħaffġa
bit-toqol tal-ġustizzja ta’
Alla. Id il-Mulej messitni.
662.
17 ta’ Lulju. O Ġesu’ tiegħi,
Inti taf ma’ kemm kuntrarju
jiena qiegħda niltaqa’ f’din
il-ħaġa, kemm ċanfir irrid
nissaporti, kemm tbissim ironiku
rrid inħabbat wiċċi miegħu
bil-kalma. Waħdi ma nkunx kapaċi
nibqa’ ħajja imma flimkien
miegħek, Mgħallem tiegħi, jiena
nista’ nagħmel kollox. O, kemm
iġġibli wġigħ il-ferita’ ta’
tbissima ironika, l-aktar meta
dak li jkun (jidher li) jkun qed
jitkellem b’sinċerita’ kbira.
663.
22 ta’ Lulju. O Ġesu’ tiegħi,
jiena naf li l-kobor ta’ persuna
tintwera permezz tal-għemil
tagħha u mhux b’dak li tagħmel
jew li tħoss. Huma l-opri li
jiġu minna li jitkellmu fuqna.
Ġesu’ tiegħi, tħallinix ninħela
fil-ħolm, imma agħtini l-kuraġġ
u s-saħħa sabiex inwettaq
ir-rieda mqaddsa Tiegħek. Ġesu’,
jekk Inti tixtieq tħallini
fl-inċertezza, sal-aħħar ta’
ħajti wkoll, ikun imbierek
l-Isem Imqaddes Tiegħek.
Ġunju
664.
+ O Ġesu’ tiegħi, kemm qiegħda
nifraħ bi kbir li Inti
aċċertajtni li l-Kongregazzjoni
għad titwieled. Jiena m’għadx
baqagħli l-iċken dell ta’ dubju
dwar din il-ħaġa, u jiena
qiegħda nara kemm hi kbira
l-glorja li hija ser tagħti lil
Alla. Hija għad tkun ir-rifless
tal-akbar attribut ta’ Alla:
jiġifieri, il-ħniena divina
Tiegħu. Bla ma jaqtgħu, huma
għad jinterċedu għall-ħniena
divina għalihom stess u
għad-dinja kollha. U kull att
ta’ ħniena joħroġ mill-imħabba
ta’ Alla, dik l-imħabba li biha
huma għad ikunu mimljin sa ma
jfuru. Huma għad jippruvaw
jagħmluh tagħhom dan l-attribut
kbir ta’ Alla, u jgħixu bih u
jwasslu lill-oħrajn sabiex isiru
jafuh u jafdaw fit-tjubija
tal-Mulej. Din il-Kongregazzjoni
tal-Ħniena Divina għad tkun
fil-Knisja ta’ Alla bħal ġarra
tan-naħal fi ġnien mill-isbaħ,
moħbija u umli. Is-sorijiet
jaħdmu bħan-naħal biex imantnu
l-erwieħ tal-proxxmu tagħhom
bil-għasel, filwaqt li x-xama’
tan-naħal għad isir jaqbad
għall-glorja ta’ Alla.
+ 29 ta’ Ġunju 1936.
665.
Patri Andrasz qalli nagħmel
novena bl-intenzjoni li nsir naf
aħjar x’inhi r-rieda ta’ Alla.
Jiena tlabt bil-ħerqa u żidt
ċerta mortifikazzjoni fil-ġisem.
Lejn it-tmiem tan-novena,
irċevejt dawl intern u
ċ-ċertezza li l-Kongregazzjoni
ser titwieled u tkun togħġob lil
Alla. Minkejja d-diffikultajiet
u l-kuntrarju, paċi sħiħa u
saħħa daħlu ġewwa ruħi mibgħutin
minn fuq. Jiena fhimt li xejn ma
jista’ jżomm jew ixejjen
ir-rieda ta’ Alla. Jiena fhimt
li kelli nwettaq din ir-rieda
ta’ Alla minkejja l-ostakli,
persekuzzjoni u t-tbatijiet ta’
kull tip, u minkejja
l-istmerrija naturali u l-biża’.
666.
Jiena fhimt li kull tiftix
għall-perfezzjoni u kull qdusija
jikkonsistu f’li wieħed jagħmel
ir-rieda ta’ Alla. It-twettiq
perfett tar-rieda ta’ Alla hu
maturita’ fil-qdusija; m’hemm
l-ebda lok għal dubju hawnhekk.
Li wieħed jirċievi d-dawl ta’
Alla u jagħraf Alla xi jrid
mingħandna u jibqa’ ma
jagħmilihiex hija offiża kbira
kontra l-majesta’ ta’ Alla. Ruħ
bħal din ħaqqha tiġi minsija
għal kollox minn Alla. Tkun
tixbaħ lil Luċifru, li kellu
dawl kbir, imma m’għamilx
ir-rieda ta’ Alla. Paċi mhux
tas-soltu daħlet ġewwa ruħi
x’ħin qgħadt naħseb fuq il-fatt
li, minkejja diffikultajiet
kbar, jiena kont dejjem għamilt
ir-rieda ta’ Alla kif kont
nafha. O Ġesu’, agħtini
l-grazzja li nwettaq ir-rieda
Tiegħek kif insir nafha, O Alla.
667.
14 ta’ Lulju. Irċevejt ittra
fit-tlieta ta’ wara nofs inhar
(mingħand Dun Sopocko).
(nota135) O Ġesu’, Inti biss
taf x’jiena qiegħda nbati, imma
ser inżomm is-skiet u ma jiena
sejra ngħid xejn dwar din
il-ħaġa lil ħadd, għax naf li
ħadd m’hu ser ifarraġni. Inti
kollox għalija, O Alla, u
r-rieda qaddisa Tiegħek hija
l-ikel li jmantnini. Jiena
qiegħda ngħix bħalissa b’dak li
għad ngħix bih għall-eternita’.
Għandi qima kbira kbira għal San
Mikiel l-Arkanġlu; hu ma kellu
l-ebda eżempju biex jimxi fuqu
sabiex jagħmel ir-rieda ta’
Alla, u xorta waħda wettaq
ir-rieda ta’ Alla bil-fedelta’.
668.
+ 15 ta’ Lulju. Waqt
il-Quddiesa, offrejt lili nnifsi
kompletament lill-Missier
tas-Sema permezz tal-Qalb
l-iżjed ħlewa ta’ Ġesu’;
jagħmel bija dak li jogħġbu.
Minni nnifsi ma jiena xejn, u
fil-miżerja tiegħi m’għandi xejn
ta’ siwi; jiena għalhekk
nintelaq fl-oċejan tal-ħniena
Tiegħek O Mulej.
669.
16 ta’ Lulju. Jiena qiegħda
nitgħallem kif inkun tajba
mingħand Ġesu’, mingħand Dak li
Hu l-istess tjubija, sabiex
jiena nkun nista’ nissejjaħ bint
il-Missier tas-Sema. Dalgħodu,
meta xi ħadd weġġagħli
s-sentimenti tiegħi, jiena
ppruvajt, f’dik it-tbatija,
ngħaqqad ir-rieda tiegħi
mar-rieda ta’ Alla, u faħħart
lil Alla permezz tas-skiet
tiegħi. Wara nofs inhar, mort
nagħmel adorazzjoni għal ħames
minuti, meta f’daqqa waħda rajt
il-Kurċifiss li għandi fuq sidri
jieħu l-ħajja. Ġesu’ qalli,
Binti, it-tbatija tkun għalik
sinjal li Jiena qiegħed miegħek.
Ruħi kienet emozzjonata
ħafna meta smajt dan il-kliem.
670.
O
Ġesu’, Mgħallem u Direttur
tiegħi, jiena miegħek biss
nista’ nitkellem. Ma ħadd iżjed
m’hu daqshekk faċli li nitkellem
bħalma nitkellem miegħek, O
Alla.
671.
Fil-ħajja spirtwali tiegħi,
jiena dejjem inżomm l-id
tas-saċerdot. Dwar il-ħajja
tar-ruħ tiegħi u l-bżonnijiet
tagħha, jiena nitkellem biss
mal-konfessur tiegħi.
672.
4 ta’ Awissu 1936. Turmenti
ġewwa fija għal iktar minn
sagħtejn. Agunija. . . F’daqqa
waħda, il-preżenza ta’ Alla
timlieni u nħossni bħallikieku
dieħla taħt is-setgħa ta’ Alla
l-ġust. Il-ġustizzja Tiegħu
timlieni sa ġewwanett; minn
barra nitlef is-saħħa u nintilef
minn sensija. Permezz ta’ dan,
insir naf il-qdusija kbira ta’
Alla u l-miżerja kbira tiegħi
stess. Turmenti kbar inikktuli
ruħi; ir-ruħ tintebaħ li
l-azzjonijiet tagħha mhumiex bla
tebgħa. Imbagħad il-qawwa
tal-fiduċja titqajjem ġewwa
r-ruħ, li tixxennaq għal Alla
b’saħħitha kollha. Iżda hi tara
kemm hi miżerabbli u kemm dak
kollu li hemm madwarha hu
vanita’ u xejn iżjed. U wiċċ
imb’wiċċ ma’ qdusija bħal din, O
ruħ imsejkna. . .
13 ta’ Awissu
673.
Tentazzjonijiet terribbli
tturmentawni matul il-jum kollu;
dagħa feġġ fuq xofftejja
bilforza, u ħassejt li dak kollu
li hu qaddis u bħal Alla kien
qed jimbuttani. Iżda bqajt
nissielet matul il-jum kollu.
Filgħaxija, moħħi beda jħossu
mgħobbi: għalfejn ngħid din
il-ħaġa lill-konfessur?
Hu jgħaddi ż-żmien bija.
Sentiment ta’ mibgħeda u qtigħ
il-qalb imlieli ruħi, u deherli
li ma stajt bl-ebda mod
nitqarben f’dik il-kundizzjoni.
Għall-ħsieb li ma kontx ser
nitqarben, uġigħ verament
terribbli ħatafli ruħi li kważi
bdejt nibki ngħajjat
fil-kappella. Imma f’daqqa waħda
rrealizzajt li kien hemm
is-sorijiet u ddeċidejt li mmur
fil-ġnien u ninħeba hemm sabiex
inkun nista’ almenu nibki
ngħajjat. Imbagħad f’daqqa
waħda, Ġesu’ kien qiegħed ħdejja
u qalli, Fejn bi ħsiebek
tmur?
674.
Ma weġibtu xejn lil Ġesu’, imma
ħriġt minn ġo fija n-niket
tiegħi kollu quddiemu, u
l-isforzi ta’ Satana biex
iwaqqgħani waqfu. Imbagħad Ġesu’
qalli, Il-paċi li għandek
ġewwa fik hija grazzja, u
f’daqqa waħda għeb. Ħassejtni
kuntenta u fil-paċi mingħajr ma
nista’ nfisser kif. Tassew, biex
terġa’ tiġi tant paċi ġewwa fik
f’waqt wieħed – dik ħaġa li
Ġesu’ biss jista’ jagħmilha, Hu,
il-Mulej l-aktar għoli.
7 ta’ Awissu 1936.
675.
X’ħin irċevejt l-artiklu
(nota136) dwar il-Ħniena
Divina bix-xbieha (fuq
il-qoxra), il-preżenza ta’ Alla
mlietni b’mod starordinarju.
X’ħin għaddast lili nnifsi
f’talba ta’ radd il-ħajr,
f’daqqa waħda rajt lill-Mulej
Ġesu’ f’dija kbira, preċiż kif
Hu mpitter, u f’riġlejh rajt lil
Patri Andrasz u Dun Sopocko.
It-tnejn li huma kellhom pinen
f’idejhom, u leħħiet ta’ dawl u
nar kienu ħerġin bħal beraq minn
truf il-pinen tagħhom u kienu
jolqtu folla kbira ta’ nies li
kienu sejrin jgħaġġlu x’imkien
ma nafx fejn. Dawk kollha li
ntlaqtu mir-raġġ tad-dawl
fil-pront taw daharhom
lill-folla u newwlu jdejhom lejn
Ġesu’. Xi wħud ġew lura b’ferħ
kbir, oħrajn b’uġigħ u dispjaċir
kbir. Ġesu’ kien qed iħares lejn
iż-żewġ saċerdoti bi ħlewwa
kbira. Wara ftit, ħallewni waħdi
ma’ Ġesu’, u jiena għidtlu,
“Ġesu’, ħudni issa, għax
ir-rieda Tiegħek diġa’
twettqet.” U Ġesu’ wieġeb,
Ir-rieda Tiegħi għadha ma
twettqitx bis-sħiħ fik, inti
għad fadallek tbati ħafna, imma
Jiena qiegħed miegħek; tibżax.
676.
Jiena ili nitkellem mal-Mulej
dwar Patri Andrasz u wkoll dwar
Dun Sopocko. Jiena naf li dak
kollu li nitlob mingħand
il-Mulej Hu ma jiċħadhulix, u Hu
jagħtihom dak li jiena nitlob.
Jiena ħassejt u naf kemm
iħobbhom Ġesu’. Minix qiegħda
nikteb dwar din il-ħaġa
bid-dettal, imma jiena dan nafu,
u dan qed jagħmilni kuntenta
ħafna.
15 ta’ Awissu 1936
677.
Waqt quddiesa ċċelebrata minn
Patri Andrasz, mument qabel
l-Elevazzjoni, il-preżenza ta’
Alla mlietli ruħi, li nġibdet
lejn l-altar, Imbagħad rajt lil
Omm Alla flimkien mal-Bambin
Ġesu’. Il-Bambin Ġesu’ kien qed
iżomm id il-Madonna. Mument
wara, il-Bambin Ġesu’ ġera
bil-ferħ lejn iċ-ċentru
tal-altar, u Omm Alla qaltli,
Ara b’liema ċertezza jiena nafda
lil Ġesu’ f’idejh. Bl-istess
mod, inti għandek tafda ruħek u
tkun bħal tarbija f’idejh.
- Wara dan il-kliem, ruħi mtliet
b’fiduċja mhix tas-soltu. Omm
Alla kienet libsa libsa bajda,
abjad mhux tas-soltu,
trasparenti; fuq spallejha
kellha velu blu trasparenti;
jiġifieri, mantell qisu ikħal;
b’rasha mikxufa u xagħarha
maħlul, kellha dehra issaħħrek u
tant sabiħa li ma tistax
timmaġinaha. Kienet qiegħda
tħares lejn is-Saċerdot
b’tenerezza kbira, imma mument
wara, Huwa qasam dan it-Tifel
sabiħ, u ħareġ demm ħaj.
Is-saċerdot miel ‘il quddiem u
rċieva ġewwa fih lil Ġesu’ veru
u ħaj. Kien kielu? Ma nafx kif
seħħet din il-ħaġa. Ġesu’,
Ġesu’, ma nistax nlaħħaq
miegħek, għax f’waqt wieħed,
Inti ssir dak li ma nistax
nifhem.
678.
L-essenza tal-virtujiet hi
r-rieda ta’ Alla. Min iwettaq
bil-fedelta’ r-rieda ta’ Alla
jippratika l-virtujiet kollha.
Fil-ġrajjiet u ċ-ċikustanzi
kollha ta’ ħajti, jiena nadura u
mbierek ir-rieda qaddisa ta’
Alla. Ir-rieda qaddisa ta’ Alla
hi l-oġġett ta’ mħabbti.
Fil-profondita’ l-iktar sigrieta
ta’ ruħi, jiena ngħix skont
ir-rieda Tiegħu. Minn barra
jiena nġib ruħi skont ma jiena
nagħraf ġewwa fija x’inhi
r-rieda ta’ Alla. Iktar ħelwin
għalija huma t-turmenti,
tbatijiet, persekuzzjonijiet u
kull xorta ta’ kuntrarju skont
ir-rieda divina
mill-popolarita’, tifħir u stima
skont ir-rieda tiegħi stess.
679.
Il-lejl it-tajjeb, Ġesu’ tiegħi,
l-qanpiena qiegħda ssejjaħli
għall-irqad. Ġesu’ tiegħi, Inti
qed tara li jiena qiegħda mmut
bix-xewqa li nsalva l-erwieħ.
Il-lejl it-tajjeb, Maħbub
tiegħi; jiena nifraħ li ninsab
eqreb l-eternita’ b’ġurnata. U
jekk Inti tħallini nqum għada
filgħodu, Ġesu’, jiena nibda
innu ġdid sabiex infaħħrek.
680.
+ 13 ta’ Lulju. Waqt
il-meditazzjoni llum, jiena
fhimt li qatt m’għandi nitkellem
dwar l-esperjenzi interni tiegħi
stess, (imma) li m’għandi naħbi
xejn mid-Direttur Spiritwali
tiegħi; u nitlob lil Alla b’mod
speċjali biex idawwal
lid-Direttur Spiritwali tiegħi.
Jiena nagħti importanza ikbar
lill-kliem tal-konfessur tiegħi
milli lid-dwal kollha flimkien
li jiena nirċievi ġewwa fija.
681.
+
Fost l-ikbar turmenti, jiena
niffissa l-ħarsa ta’ ruħi fuq
Ġesu’ Msallab; ma nistenniex
għajnuna mingħand n-nies, imma
npoġġi l-fiduċja tiegħi f’Alla.
Fil-ħniena bla tarf Tiegħu
tinsab it-tama kollha tiegħi.
682.
+ Iktar ma nħoss lil Alla
jibdilni, iktar nixtieq nintilef
fis-skiet. L-imħabba ta’ Alla
qiegħda taħdem fil-profondita’
ta’ ruħi. Jiena qiegħda nara li
l-missjoni li l-Mulej afdali
f’idejja qiegħda tibda.
683.
+ Darba, meta kont qiegħda
nitlob bil-qalb lill-Qaddisin
Ġiżwiti, f’daqqa waħda rajt
lill-Anġlu Kustodju tiegħi, li
ħadni quddiem it-tron ta’ Alla.
Għaddejt minn ġo folol kbar
ta’qaddisin, u għaraft ħafna
minnhom, għax kont nafhom
mis-santi tagħhom. Rajt ħafna
Ġiżwiti, li staqsewni minn liema
kongregazzjoni kont. X’ħin
weġibthom, staqsewni, “Min hu
d-direttur spiritwali tiegħek?”
Jiena weġibt li kien Patri A. .
. Meta riedu jgħidlu xi ħaġa
oħra, l-Anġlu Kustodji tiegħi
għamilli sinjal biex niskot, u
jiena wasalt quddiem it-tron ta’
Alla. Rajt dawl kbir li ħadd ma
jista’ jilħqu u rajt post
iddestinat għalija, qrib ta’
Alla. Iżda l-Anġlu Kustodju
tiegħi qalli, “Hawn hu t-tron
tiegħek, għall-fedelta’ tiegħek
sabiex inti twettaq ir-rieda ta’
Alla.
684.
+ Siegħa Adorazzjoni. –
Il-Ħamis. Waqt din is-siegħa ta’
talb, Ġesu’ ppermettieli nidħol
fiċ-Ċenaklu, u jiena kont xhud
ta’ dak li ġara hemmhekk. Iżda,
kont kommossa għall-aħħar meta,
qabel il-Konsagrazzjoni, Ġesu’
għolla għajnejh lejn is-sema u
daħal f’konverżazzjoni
misterjuża ma’ Missieru.
Fl-eternita’ biss aħna għad
nifhmu verament dak il-waqt.
Għajnejh kienu bħal żewġ fjammi;
wiċċu kien jiddi, abjad
bħas-silġ; ġismu kollu mimli
majesta’, ruħu mxennqa
għall-aħħar. Filwaqt
tal-Kongregazzjoni, l-imħabba
baqgħet mistrieħa u mimlija sa
xfar – is-sagrifiċċju kkunsmat
bis-sħiħ. Issa ser titwettaq
biss iċ-ċerimonja esterna
tal-mewt – qerda esterna;
l-essenza (tagħha) tinsab
fiċ-Ċenaklu. Qatt f’ħajti
kollha ma kont fhimt dan
il-misteru daqshekk
profondament daqs f’dik
is-siegħa ta’ adorazzjoni. O,
b’liema ħerqa nixtieq li d-dinja
kollha ssir taf dan il-misteru
bla tarf!
685.
Wara s-siegħa Adroazzjoni, meta
mort fiċ-ċella tiegħi, f’daqqa
waħda tgħallimt kemm Alla kien
offiż b’ċerta persuna, li kienet
qrib ta’ qalbi. X’ħin rajt dan,
qalbi ġiet minfuda bl-uġigħ, u
ntfajt fit-trab quddiem
il-Mulej, nittallab il-ħniena
Tiegħu. Għal sagħtejn,
bid-dmugħ, talb u
flaġellazzjoni, jiena ma
ħallejtx isir id-dnub, u sirt
naf li l-ħniena ta’ Alla kienet
għannqet dik ir-ruħ imsejkna. O,
il-prezz ta’ dnub wieħed biss!
686.
+ Settembru. L-ewwel Ġimgħa
tax-xahar. Filgħaxija rajt lil
Omm Alla b’sidirha mikxuf u
minfud b’sejf. Kienet qiegħda
tibki dmugħ mimli mrar u
tħarisna mill-kastig terribbli
ta’ Alla. Alla jrid jibgħat
kastig terribbli fuqna, imma ma
jistax għax Omm Alla qiegħda
tħarisna. Biża’ terribbli mlieli
ruħi. Bqajt nitlob bla waqfien
għall-Polonja, għall-Polonja
għażiża tiegħi, li hi tant
ingrata lejn Omm Alla. Li kieku
ma kienx għal Omm Alla,
l-isforzi tagħna kollha ftit
kienu jiswew. Jiena żidt it-talb
u s-sagrifiċċji tiegħi għal
pajjiżna l-għażiż, imma nista’
nara li jiena qatra quddiem
mewġa ta’ ħażen. Kif tista’
qatra twaqqaf mewġa? Iva! Qatra
waħedha m’hi xejn, imma flimkien
miegħek, Ġesu’, jiena nibqa’
wieqfa bil-kuraġġ kollu kontra
l-mewġa kollha tal-ħażen u wkoll
kontra l-infern kollu. Is-setgħa
Tiegħek bla tarf tista’ kollox.
687.
Darba, filwaqt li kont miexja
fil-kuridur sejra fil-kċina,
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Għid bla waqfien il-kurunella
li Jiena għallimtek. Kull min
jitlobha jirċievi ħniena kbira
fis-siegħa ta’ mewtu.
Is-saċerdoti jirrakkomandawha
lill-midinbin bħala l-aħħar tama
tagħhom ta’ salvazzjoni. Ukoll
jekk ikun hemm midneb bl-iktar
qalb iebsa, li kieku kellu
jitlob din il-kurunella darba
waħda biss, huwa jirċievi
grazzja mill-ħniena infinita
Tiegħi. Jiena nixtieq li d-dinja
kollha ssir taf bil-ħniena
nfinita’ Tiegħi. Jiena nixtieq
nagħti grazzji li ħadd ma jista’
jimmaġinahom lil dawk l-erwieħ
li jafdaw fil-ħniena Tiegħi.
688.
Ġesu’, Ħajja u Verita’, Mgħallem
tiegħi, mexxi kull pass ta’
ħajti, sabiex nkun nista’ nġib
ruħi skont ir-rieda mqaddsa
Tiegħek.
689.
+ Darba, rajt it-tron tal-Ħaruf
ta’ Alla u quddiem it-tron tlett
Qaddisin: Stanislaw Kostka,
Indri Bobola u l-Prinċep
Każmiru, li kienu qedgħin
jinterċedu għall-Polonja.
F’daqqa waħda rajt ktieb kbir li
qiegħed quddiem it-tron u ġie
mogħti lili sabiex naqrah.
Il-ktieb kien miktub bid-demm.
Xorta waħda, jiena ma stajt
naqra xejn ħlief l-isem, Ġesu’.
Imbagħad smajt vuċi li qaltli,
Is-siegħa tiegħek għadha ma
waslitx. Imbagħad il-ktieb
itteħdili, u smajt dan il-kliem:
Inti għad tixhed għall-ħniena
nfinita’ Tiegħi. F’dan il-ktieb
hemm miktubin l-ismijiet ta’
dawk l-erwieħ li gglorifkaw
il-ħniena Tiegħi. Kont
qedgħa nfur bil-ferħ x’ħin rajt
it-tjieba hekk kbira ta’ Alla.
690.
+ Darba sirt naf bil-kundizzjoni
ta’ żewġ sorijiet reliġjużi li
kienu qedgħin igergru ġewwa
fihom minħabba kmand li
s-superjura kienet tathom, u
minħabba f’hekk Alla kien żamm
milli jagħtihom ħafna grazzji
speċjali. Qalbi kienet miġugħa
x’ħin rat din il-ħaġa. Kemm hi
ħaġa ta’ swied ta’ il-qalb, O,
Ġesu’, meta aħna stess inkunu
l-kawża li nintilfu l-grazzji.
Kull min jifhem din il-ħaġa jkun
dejjem fidil.
691.
+
Il-Ħamis. Għalkemm illum kont
għajjiena ħafna, xorta waħda
ddeċidejt li nagħmel siegħa
Adorazzjoni. Ma stajtx nitlob,
lanqas stajt nibqa’
għarkobbtejja, imma bqajt fi
spirtu ta’ talb għal siegħa
sħiħa u ngħaqadt fl-ispirtu ma’
dawk l-erwieħ li diġa’ kienu
qedgħin iqimu lil Alla b’mod
perfett. Imma lejn it-tmiem
tas-siegħa, f’daqqa waħda rajt
lil Ġesu’ jħares lejja b’mod li
jinfdek u qalli bi ħlewwa liema
bħala, It-talba tiegħek
togħġobni ħafna. Wara dan
il-kliem, qawwa mhix tas-soltu u
ferħ spiritwali daħlu ġewwa
ruħi. Il-preżenza ta’ Alla
kompliet timlieli ruħi. O, dak
li jiġri lil ruħ li tiltaqa’
mal-Mulej wiċċ imb’wiċċ, l-ebda
pinna qatt ma setgħet tpoġġih
fil-kliem u qatt mhu ser
jirnexxilha tagħmlu dan!
692.
O Ġesu’, jiena naf li l-ħniena
Tiegħek tisboq kull ħsieb.
Nitolbok, għalhekk li twessagħli
qalbi b’mod li tiġbor fiha
l-ħtiġijiet tal-bnedmin kollha
li qed jgħixu f’din id-dinja.
O Ġesu’, imħabbti toħroġ ‘il
barra mit-trufijiet tal-art biex
tilħaq l-erwieħ li qedgħin ibatu
fil-Purgatorju; u rrid inħaddem
il-ħniena magħhom permezz
tat-talb indulġenzjat.
Il-ħniena ta’ Alla ħadd ma
jista’ jfissirha u qatt ma
tispiċċa, bħalma Alla nnifsu
jisboq kull fehma. Kieku kelli
nuża l-aqwa kliem biex infisser
din il-ħniena ta’ Alla, ma kien
ikollu x’jaqsam xejn ma’ dak li
hi tassew.
O Ġesu’, agħmel li qalbi tħoss
għat-tbatijiet kollha ta’
għajri, sew tal-ġisem kemm
tar-ruħ. O Ġesu’ tiegħi, jiena
naf li Inti ġġib ruħek magħna
bħalma aħna nġibu ruħna ma’
għajrna.
Ġesu’ tiegħi agħmel lil qalbi
tixbah lil Qalbek ħanina. Ġesu’,
għinni biex ngħaddi ħajti
nagħmel il-ġid lil kulħadd.
693.
14 ta’ Settembru, (1936).
L-Arċisqof (Jalbrzykowski) ta’
Vilnius ġie jżurna. Għalkemm
qagħad għandna għal żmien qasir
ħafna, jiena xorta waħda kelli
ċans nitkellem ma’ dan
is-saċerdot twajjeb fuq l-opra
tal-ħniena. Hu wera li kien
dispost ħafna għal din kawża
tal-ħniena: “Sor, kun fil-paċi
għal kollox; jekk dan hu
fil-pjanijiet tal-providenza
divina, għad iseħħ. Sadattant,
Sor, itlob għal sinjal estern li
jkun ċar. Ħalli l-Mulej Ġesu’
jagħtik għarfien iktar ċar dwar
din il-ħaġa. Nitolbok tistenna
daqsxejn ieħor. Il-Mulej Ġesu
jirranġa ċ-ċirkostanzi b’tali
mod li kollox għad jirnexxi
sewwa.”
694.
19 ta’ Settembru 1936. X’ħin
ħriġna mill-(uffiċċju) tat-tabib
(nota137) u dħalna għal
mument fil-kappella
tas-sanitorju, smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Binti,
ippermettili ftit qatriet oħra
fil-kalċi tiegħek; ma tantx
baqa’ żmien issa. Il-hena
mlietli ruħi; din kienet l-ewwel
sejħa mill-Għarus maħbub u
l-Imgħallem tiegħi. Qalbi
nħallet, u għal waqt wieħed ruħi
ntilfet fil-baħar kbir
tal-ħniena ta’ Alla. Ħassejt li
l-missjoni tiegħi kienet qiegħda
tibda fil-milja kollha tagħha.
Il-mewt ma teqred xejn minn dak
li hu tajjeb. Jiena nitlob
l-iktar għall-erwieħ li
għaddejjin minn tbatijiet
interni.
695.
Darba, irċevejt dawl dwar żewġ
sorijiet. Jiena fhimt li mhux
possibli għal persuna li taġixxi
bl-istess mod ma’ kulħadd. Hemm
xi wħud li għandhom mod stramb
kif jagħmlu ħbieb ma’ oħrajn. U
mbagħad, bħala ħbieb u bl-iskuża
ta’ dik il-ħbiberija,
jirnexxilhom iġiegħlu
lill-persuna titkellem, u tgħid
kollox. Imbagħad, meta jasal
il-waqt, huma jużaw dak l-istess
kliem biex iweġġgħu lil dik
il-persuna nnfisha. Ġesu,
tiegħi, kemm hi stramba
l-fraġilita’ umana! L-imħabba
tiegħek, Ġesu’, tagħti lir-ruħ
din il-prudenza kbira fil-mod
kif hi ġġib ruħha mal-oħrajn.
696.
+ 24 ta’ Settembru 1936
Il-Madre Superjura (Irene)
ordnatli ngħid posta waħda
tar-Rużarju minflok l-eżerċizzi
l-oħrajn kollha, u mmur norqod
mill-ewwel. Malli mteddejt,
irqadt għax kont għajjiena
ħafna. Imma ftit wara, qajjmitni
t-tbatija. Tant kienet tbatija
kbira li ma ħallitnix nagħmel
l-iċken ċaqliqa; lanqas biss
stajt nibla’ r-riq tiegħi. Dan
kollu dam għaddej xi tlett
sigħat. Bdejt naħseb jekk
nqajjimx lis-soru novizza
(nota138) li kienet miegħi
fil-kamra, imma mbagħad ħsibt
bejni u bejn ruħi, “Hi ma tista’
tagħtini l-ebda għajnuna, mela
ħalliha tibqa’ rieqda. Tkun
ħasra li nqajjimha.” Intlaqt
għal kollox fir-rieda ta’ Alla u
bdjet naħseb li kien wasal
il-jum tal-mewt tiegħi, li tant
kont nixtiequ. Kienet okkażjoni
għalija li ningħaqad ma’ Ġesu’,
fit-tbatija Tiegħu fuq is-salib.
Iktar minn hekk, ma stajtx
nitlob. Meta waqfet it-tbatija,
jiena bdejt negħreq. Imma xorta
waħda ma stajtx niċċaqlaq, għax
l-uġigħ kien jerġa’ jibda ma’
kull sforz li bdejt nagħmel.
Filgħodu, ħassejtni għajjiena
ħafna, għalkemm ma ħassejtx
uġigħ iżjed f’ġismi. Iżda, xorta
waħda, ma stajtx inqum biex
immur għall-Quddiesa. Jiena
ħsibt bejni u bejn ruħi, jekk
wara tbatija bħal din, ma tiġix
il-mewt, mela kemm huma kbar
it-tbatijiet tal-mewt!
697.
Ġesu’, Inti taf li jiena nħobb
it-tbatija u rrid nixrob
mit-tazza tat-Tbatija sal-inqas
qatra; imma xorta waħda,
in-natura tiegħi ħasset dak
it-tferfira u l-biża’ iżda,
f’daqqa waħda, il-fiduċja tiegħi
fil-ħniena nfinita’ ta’ Alla,
reġgħet qamet ġewwa fija
bil-qawwa kollha tagħha, u
kollox kellu jċedi quddiemha,
bħal dell li jitlaq quddiem
ir-raġġi tax-xemx. O Ġesu’ kemm
hi kbira t-tjubija Tiegħek!
It-tjubija nfinita Tiegħek, li
jiena nafha hekk tajjeb
tagħmilni kapaċi li bil-kuraġġ
kollu niffaċċja wkoll lill-mewt.
Jiena naf li xejn m jista’
jiġrili mingħajr il-permess ta’
Alla. Jiena nixtieq nigglorifika
l-ħniena infinita’ Tiegħek matul
ħajti, fis-siegħa tal-mewt
tiegħi, fil-qawmien tiegħi u
matul l-eternita’.
+ Ġesu’ tiegħi. Saħħa tiegħi,
paċi tiegħi, mistrieħ tiegħi;
ruħi tgħum kuljum fir-raġġi
tal-ħniena Tiegħek. M’hemm
l-ebda waqt f’ħajti meta jiena
ma nħossx il-ħniena Tiegħek, O
Alla. Ma niddependi minn xejn
f’ħajti kollha imma biss
mill-ħniena nfinita’ Tiegħek.
Hija l-ħajta li tmexxili lil
ħajti kollha. O Mulej. Ruħi
mimlija bil-ħniena ta’ Alla.
698.
+ O, kemm tweġġgħu bi kbir lil
Ġesu’ l-ingratitudni ta’ ruħ
magħżula! X’martirju hi
għall-imħabba Tiegħu li ma
tistax tpoġġiha fi kliem! Alla
jħobbna bl-Esseri nfinit li Huwa
Hu, kollu kemm HU; u immaġina,
farka miżerabbli ta’ trab
tistmerr dik l-imħabba! Qalbi
tinqasam bl-uġigħ meta nara din
l-ingratitudni.
699.
Darba, smajt dan il-kliem:
Binti, għid lid-dinja kollha
bil-ħniena Tiegħi li ħadd ma
jista’ jimmaġinaha. Jiena
nixtieq li l-Festa tal-Ħniena
(nota139) tkun kenn u
rifuġju għall-erwieħ kollha, u
l-aktar għall-imsejkna midinbin.
F’dan il-jum tinfetaħ
il-profondita’ sħiħa tal-ħniena
tenera Tiegħi. Jiena nferra’
oċejan sħiħ ta’ grazzji fuq dawk
l-erwieħ li jersqu lejn l-għajn
tal-ħniena Tiegħi. Ir-ruħ li
tqerr u titqarben takkwista
maħfra sħiħa tad-dnubiet u
tal-kastig. F’dan il-jum
jinfetħu l-bibien kollha divini
li minnhom tgħaddi l-grazzja.
L-ebda ruħ m’għandha tibża’
tersaq Lejja, ukoll jekk għandha
d-dnubiet ħomor bħall-iskarlatt.
Il-ħniena Tiegħi tant hija kbira
li l-moħħ tal-ebda bniedem u
tal-ebda anġlu ma jkun jista’
jkejjilha għall-eternita’
kollha. Kull ma jeżisti ħareġ
mill-fond tal-ħniena l-iktar
tenera Tiegħi. Kull ruħ
fir-relazzjoni tagħha miegħi
għad tikkontempla l-imħabba u
l-ħniena Tiegħi għall-eternita’
kollha. Il-Festa tal-Ħniena
ħarġet mit-tenerezza l-iżjed
profonda Tiegħi. Hija x-xewqa
Tiegħi li tiġi ċċelebrata b’mod
solenni fl-Ewwel Ħadd fuq
l-Għid. L-umanita’ ma ssibx paċi
sakemm hija ma ddurx lejn
l-Għajn tal-ħniena Tiegħi.
700.
Darba, meta ħassejtni għajjiena
ħafna u kont muġugħa ħafna,
għidt lill-Madre Superjura
(Irene) x’kont qiegħda nħoss u
hi weġbitni li kelli nidra
t-tbatija. Qgħadt nisma’ kull
ma’ qaltli l-Madre, u mbagħad
tlaqt. Il-Madre Superjura tagħna
għandha mħabba kbira
għall-proxxmu u l-aktar imħabba
kbira għas-sorijiet li jkunu
morda, bħalma jaf kulħadd. Iżda,
fil-każ tiegħi, hija ħaġa mhux
tas-soltu li l-Mulej Ġesu’
ppermetta li hi ma tifhimnix u
li tippruvani ħafna f’din
il-ħaġa.
701.
F’dan il-jum partikolari, meta
kont qiegħda nħossni hekk batuta
u xorta waħda mort nagħmel
xogħli, kull tant ħin bdejt
inħossni marida. Tant kienet
sħana li, ukoll li kieku wieħed
kellu ma jagħmel xejn, kien
iħossu ħażin, aħseb u ara
x’wieħed iħoss meta jkollu
jaħdem filwaqt li jkun qed
ibati. Allura qabel nofs inhar,
waqaft minn xogħli, ħarist lejn
is-sema b’fiduċja kbira u għidt
lill-Mulej, “Ġesu’, iksi x-xemx,
għax ma nistax nissaporti din
is-sħana iktar.” U, ħaġa
tal-għaġeb, f’dak l-istess waqt
sħaba bajda ksiet ix-xemx u,
minn dak il-ħin, is-sħana
naqqset mill-qawwa tagħha. Meta
ftit wara jiena bdejt inċanfar
lili nnifsi li ma stajtx
nissaporti s-sħana, imma kont
tlabt għas-serħan, Ġesu’ stess
ikkalmani.
702.
13 ta’ Awissu 1936. Illejla
l-preżenza ta’ Alla qiegħda
timlieni, u f’waqt wieħed insir
naf il-qdusija kbira ta’ Alla.
O, kif jimpressjonani l-kobor
ta’ Alla! Jiena mbagħad insir
naf il-fond kollu tax-xejn
tiegħi. Dan huwa turment kbir,
għax wara dan l-għarfien tiġi
l-imħabba. Ir-ruħ titlaq tiġri
‘l quddiem b’saħħitha kollha
lejn Alla, u ż-żewġ imħabbiet
jiġu wiċċ imb’wiċċ: Il-Ħallieq u
l-ħlejqa; qatra waħda żgħira
tipprova titkejjel mal-oċejan.
Għall-ewwel; il-qatra ż-żgħira
tkun trid tagħlaq ġewwa fiha
l-oċejan nfinit; imma fl-istess
waqt hija taf li hi biss qatra
waħda żgħira, u għalhekk
tingħeleb, u tgħaddi
kompletament għal ġewwa Alla
bħal qatra ġewwa l-oċejan.
Għall-ewwel, dan il-waqt hu
turment, imma tant hu ħelu li,
meta tgħaddi minnu, ir-ruħ
tħossha kuntenta.
703.
Bħalissa, is-suġġett tal-eżami
partikolari tiegħi hu l-għaqda
tiegħi ma’ Kristu Ħanin. Din
il-prattika tagħtini saħħa mhix
tas-soltu; qalbi tinsab dejjem
maqgħuda ma’ Dak li tixxennaq
għalih, u l-azzjonijiet tagħha
huma rregolati mill-ħniena, li
toħroġ mill-imħabba.
704.
Jiena ngħaddi kull mument liberu
f’riġlejn Alla moħbi. Huwa
l-Imgħallem tiegħi; nistaqsih
dwar kollox; inkellmu dwar
kollox. Hawnhekk jiena nirċievi
saħħa u dawl; hawnhekk jiena
nitgħallem kollox; hawnhekk
jingħatali d-dawl dwar kif
għandi nġib ruħi mal-proxxmu
tiegħi. Minn meta jiena spiċċajt
in-novizzjat, jiena ngħalaqt
fit-tabernaklu flimkien ma’Ġesu’
l-Imgħallem tiegħi. Huwa stess
ġibidni għal ġon-nar tal-imħabba
ħajja li fuqha kollox idur.
705.
25 ta’ Settembru. Jiena qiegħda
nsofri wġigħ kbir f’idejja,
f’saqajja u f’ġenbi, dawk
il-postijiet fejn il-ġisem ta’
Ġesu’ ġie minfud. Inħoss dan
l-uġigħ b’mod speċjali meta
niltaqa’ ma’ ruħ li mhix
fl-istat tal-grazzja. Imbagħad
jiena nitlob bil-ħerqa li
l-ħniena ta’ Alla tgħannaq lil
dik ir-ruħ.
706.
29 (ta’ Settembru). Fil-festa
ta’ San Mikiel Arkanġlu, rajt
maġenbi lil dak il-Mexxej kbir,
li qalli dan il-kliem: “Il-Mulej
ordnali nieħu ħsiebek b’mod
speċjali. Kun af li l-ħażin
jobgħodok; imma tibżax – ‘Min hu
bħal Alla!’ U għeb. Imma jiena
nħoss il-preżenza u l-għajnuna
tiegħu.
707.
2 ta’ Ottubru 1936. L-ewwel
Ġimgħa tax-xahar. Wara t-Tqarbin
Imqaddes, f’daqqa waħda rajt
lill-Mulej Ġesu’, li qalli dan
il-kliem: Jiena issa naf li
int ma tħobbnix minħabba
l-grazzji jew ir-rigali Tiegħi;
imma għax ir-rieda Tiegħi hi
egħżeż għalik mill-ħajja.
Għalhekk Jiena qed ningħaqad
miegħek b’mod hekk intimu kif
m’għamilt mal-ebda ħlejqa oħra.
708.
F’dak il-ħin Ġesu’ għeb. Ruħi
mtliet bil-preżenza ta’ Alla.
Jiena naf li l-ħarsa
tas-Setgħani qiegħda tistrieħ
fuqi. Intfajt b’ruħi u b’ġismi
bil-ferħ li joħroġ minn Alla.
Komplejt bla waqfien il-jum
kollu, mgħaddsa f’Alla b’dan
il-mod. Filgħaxija, ħassejtni
qisni qed iħossni ħażin u qisni
f’agunija. Imħabbti trid tkun
daqs l-imħabba tas-Setgħani.
Tant hi miġbuda lejh bil-qawwa
li hi ħaġa mpossibli, mingħajr
xi grazzja speċjali mingħand
Alla, li tissaporti l-kobor ta’
grazzja bħal din f’din il-ħajja.
Imma jiena nista’ nara ċar li
Ġesu’ stess qiegħed iżommni u
jsaħħaħni u jagħmilni kapaċi li
nikkomunika miegħu. F’dan kollu
, ir-ruħ hi attiva b’mod
partikolari.
709.
3 ta’ Ottubru 1936. Waqt
ir-Rużarju llum, f’daqqa waħda
rajt il-pissidi bis-Sagrament
Imqaddes. Il-pissidi kien mikxuf
u tista’ tgħid mimli bl-ostji.
Mill-pissidi ħarġet vuċi:
Dawn l-ostji rċevewhom l-erwieħ
li kkonvertew permezz tat-talb u
t-tbatija tiegħek. F’dan
il-punt, ħassejt il-preżenza ta’
Alla bħalma tħossha tifla;
kienet ħaġa stramba kif
ħassejtni qisni tifla żgħira.
710.
Meta jum minnhom ħassejtni li ma
kontx ser inkun kapaċi nibqa’
sejra sad-disgħa u tlabt lil
S.N. (nota140) xi ħaġa
x’niekol, għax kont ser nirtira
fis-sodda iktar kmieni peress li
ma kontx qiegħda nħossni
f’sikti, S.N. weġbitni, “Imma
inti m’intix marida, Sor; rieduk
biss tieħu ftit mistrieħ,
għalhekk ivvintaw xi marda.” O
Ġesu’ tiegħi, il-marda tiegħi
tant hi avvanzata (nota141)
lit-tabib firdini mis-sorijiet
biex ma jiġux infettati, u xorta
waħda niġi ġġudikata b’dan
il-mod. Imma din hi ħaġa tajba;
dan kollu għalik, Ġesu’ tiegħi.
Ma nixtieqx nikteb ħafna dwar
affarijiet esterni, għax din
mhix ir-raġuni għax qiegħda
nikteb; nixtieq b’mod
partikolari ninnota l-grazzji li
tani l-Mulej, għax dawn m’humiex
għalija biss, imma għal ħafna
erwieħ oħrajn ukoll.
711.
5 ta’ Ottubru, (1936) Illum
irċevejt ittra mingħand Dun
Sopocko. Qalli li għandu
intenzjoni li jippublika santa
ta’ Kristu tal-Ħniena. Huwa
talabni nibgħatlu ċerta talba
(nota142) li jrid ipoġġi fuq
wara tat-talba, jekk ikollu
l-approvazzjoni tal-Arċisqof. O,
x’hena kbir jimlieli qalbi li
Alla ħallieni nara din l-opra
tal-ħniena Tiegħu! Kemm hi kbira
din l-opra ta’ Alla l-iżjed
Għoli! Jiena l-istrument Tiegħu
biss. O, b’liema ħerqa nixtieq
li nara din il-Festa tal-Ħniena
Divina li Alla qed jitlob
permezz tiegħi. Imma jekk hi
r-rieda ta’ Alla li tiġi
ċċelebrata b’mod solenni biss
wara mewti, xorta waħda nifraħ
biha minn issa, u niċċelebraha
ġewwa fija bil-permess
tal-konfessur tiegħi.
712.
+ Illum jiena rajt lil Patri
Andrasz, għarkobbtejh u mehdi
fit-talb, u f’daqqa waħda kien
hemm Ġesu’ bilwieqfa maġenbu u,
b’idejh it-tnejn fuq rasu, Huwa
qalli: Huwa jgħinnek; tibżax.
713.
11 ta’ Ottubru 1936. Illejla,
hekk kif kont qiegħda nikteb fuq
din l-ħniena kbira ta’ Alla u
l-vantaġġ kbir tagħha
għall-erwieħ, Satana daħal jiġri
fil-kamra tiegħi mimli furja u
korla kbira. Qabad il-paraventu
u beda jkissru u jfarrku.
Għall-ewwel ħassejtni daqsxejn
imbeżżgħa, imma mill-ewwel
raddejt is-salib bil-kurċifiss
żgħir tiegħi, u l-bhima waqgħet
fis-skiet u dlonk għebet. Illum,
jiena ma rajtx din il-figura
hekk kerha imma biss il-korla
tiegħu. Il-korla ta’ Satana hi
xi ħaġa terribbli, iżda
l-paraventu ma nkisirx u ma
tfarrakx, u jiena komplejt
nikteb bi kwieti. Jiena naf
tajjeb li dak il-brikkun ma
kienx ser imissini jekk Alla ma
jippermettix, imma x’bi ħsiebu
jagħmel? Qed jibda jattakkani
fil-miftuħ u b’furja u
b’mibgħeda hekk kbira, imma ma
jtellifnix il-paċi għal waqt
wieħed biss, u din il-kalma
tiegħi tirrabjah.
714.
Illum il-Mulej qalli: Mur
għand is-Superjura u għidilha li
rrid lis-sorjiet u t-tfajliet
kollha jgħidu l-Kurunella li
għallimtek. Għandhom jgħiduha
għal disat ijiem fil-kappella
sabiex itaffu l-korla ta’
Missieri u jitolbu l-ħniena ta’
Alla għall-Polonja. Weġibt
lill-Mulej li kont ser
ngħidilha, imma li l-ewwel kelli
nkellem lil Patri Andrasz dwar
din il-ħaġa, u ddeċidejt li
malli jiġi s-saaċerdot inkellmu
mill-ewwel dwar din il-ħaġa.
Meta ġie s-saċerdot
iċ-ċirkostanzi ġraw b’tali mod
li ma ħallewnix narah, imma kien
ikun aħjar li kieku ma tajtx kas
taċ-ċirkostanzi u mort u ħadt
ħsieb tal-ħaġa. Ħsibt bejni u
bejn ruħi, “Mela, hekk nagħmel
meta jerġa’ jiġi.”
715.
O, kemm ma għoġbitux din il-ħaġa
lil Alla! Għal waqt wieħed,
il-preżenza ta’ Alla ħallietni,
dik il-preżenza ta’ Alla li
tinsab ġewwa fija l-ħin kollu
b’mod li nista’ nħossu ċar
ħafna. Iżda, f’dak il-waqt,
ħallietni għal kollox. Id-dlam
ħakem lil ruħi tant li ma kontx
naf jekk kontx fi stat ta’
grazzja jew le. Għalhekk ma
tqarbintx għal erbat ijiem, u
mbagħad rajt lil Patri Andrasz u
għidtlu kollox. Huwa farraġni u
qalli, “Inti ma tliftx
il-grazzja ta’ Alla, imma xorta
waħda, kun fidila lejh.” Filwaqt
li ħriġt mill-konfessinarju,
il-preżenza ta’ Alla reġgħet
daret madwari bħal qabel. Jiena
fhimt li l-grazzja ta’ Alla,
rridu nirċevuha bil-mod li jrid
Hu, u għandna nirċevuha f’dik
il-forma li Alla jiddeċiedi
jibgħatha.
716.
O Ġesu’ tiegħi, issa stess
qiegħda nagħmel riżoluzzjoni
soda u għal dejjem, bil-għajnuna
tal-grazzja u l-ħniena Tiegħek,
li nkun fidila mal-iċken grazzja
Tiegħek.
717.
Matul il-lejl kollu, kont
qiegħda nħejji ruħi biex
nitqarben, peress li ma stajtx
norqod minħabba tbatija fiżika.
Ruħi kienet mfawwra bl-imħabba u
bl-indiema.
718.
Wara t-Tqarbin, smajt dan
il-kliem: Qiegħda tara x’int
fik innifsek, imma tibżax
minħabba f’hekk. Li kieku kelli
nirrivelalek il-miżerja sħiħa li
int, kont tmut bit-terrur. Iżda,
kun konxja ta’ dak li int. U
għaliex inti miżerja hekk kbira,
jiena rrivelajtlek l-oċejan sħiħ
tal-ħniena Tiegħi. Jiena nfittex
u nixtieq erwieħ bħalek, imma
dawn huma ftit. Il-fiduċja kbira
tiegħek fija ġġegħelni nagħti
dawn il-grazzji kontinawment.
Fuq il-Qalb Tiegħi, Inti għandek
drittijiet kbar li ma tantx
tista’ tifhimhom, għax inti bint
b’fiduċja sħiħa. Inti ma kontx
tkun kapaċi tiflaħ il-kobor
tal-imħabba li Jiena għandi
għalik li kieku Jiena
rrivelajthielek b’mod sħiħ hawn
fl-art. Jiena spiss nagħtik
lemħa tagħha imma kun af li din
hija grazzja eċċezzjonali
mingħandi. L-imħabba u l-ħniena
Tiegħi huma bla tarf.
719.
Illum, jiena smajt dan il-kliem:
Kun af, binti, li minħabba
fik Jiena nagħti barkiet lil
dawn l-inħawi kollha. Imma int
għandek tirringrazzjani
f’isimhom, għax huma m’humiex
jirringrazzjawni għall-atti ta’
tjubija li Jiena qed
innewwlilhom. Minħabba
l-gratitudni tiegħek, Jiena
nkompli nberikom.
720.
O Ġesu’ tiegħi, Int taf kemm
hija diffiċli l-ħajja
fil-komunita’, kemm –il darba ma
nifhmux lil xulxin, minkejja li
xi drabi jkun hemm fiż-żewġ
naħat l-iktar rieda tajba u
sinċiera. Imma dak huwa
l-misteru Tiegħek, O Mulej. Aħna
nsiru nafuh fl-eternita’;
il-ġudizzji tagħna, iżda,
għandhom dejjem inkunu moderati.
721.
Hija grazzja kbira, kbira bla
qies, mingħand Alla li wieħed
ikollu direttur spiritwali.
Jiena issa qiegħda nħoss li,
mingħajru, ma kontx inkun kapaċi
nimxi ‘l quddiem waħdi fil-ħajja
spiritwali tiegħi. Kbira hi
l-qawwa ta’ saċerdot. Jiena ma
nehda qatt inrodd ħajr lil Alla
li tani direttur spirtwali.
722.
+ Jiena llum smajt dan il-kliem:
Qiegħda tara kemm inti
dgħajfa, mela meta ser inkun
nista’ nserraħ fuqek? Jiena
weġibt, “Ġesu’, kun Inti dejjem
miegħi, għax jiena bintek
iċ-ċkejkna. Ġesu’, Int taf
x’kapaċi jagħmlu t-tfal
iż-żgħar.”
723.
+ Illum jiena smajt dan
il-kliem: Il-grazzji li Jiena
qed nagħtik m’humiex għalik
biss, imma għal numru kbir ta’
erwieħ oħrajn ukoll . . . U
qalbek hija l-post fejn Jiena
ngħammar il-ħin kollu minkejja
l-miżerja li int. Jiena
ningħaqad miegħek, neħodlok
il-miżerja tiegħek u nagħtik
il-ħniena Tiegħi. Jiena nwettaq
opri tal-ħniena f’kull ruħ.
Iktar ma jkun kbir il-midneb,
iktar ikollu dritt għall-ħniena
Tiegħi. Il-ħniena Tiegħi tiġi
kkonfermata f’kull opra ta’
jdejja. Min jafda fil-ħniena
Tiegħi ma jintilfix, għax
l-affarijiet tiegħu kollha jkunu
Tiegħi, u l-għedewwa tiegħu għad
jitfarrku fuq il-banketta fejn
Jiena nserraħ riġlejja.
724.
Lejlet l-irtir, bdejt nitlob li
l-Mulej Ġesu’ jagħtini daqsxejn
saħħa biex inkun nista’ nieħu
sehem fl-irtir, għax tant kont
qiegħda nħossni marida li ħsibt
li forsi dan kellu jkun l-aħħar
wieħed għalija. Iżda malli bdejt
nitlob ħassejt nuqqas ta’
sodisfazzjon stramb.
Interrompejt it-talb ta’
supplikazzjoni u bdejt inrodd
ħajr lil Mulej għal kulma
jibgħatli u ssottomettejt ruħi
għal kollox għar-rieda qaddisa
Tiegħu. Imbagħad ħassejt paċi
profonda f’ruħi.
+ Sottomissjoni fidila lejn
ir-rieda ta’ Alla, dejjem u
kullimkien, f’kull ġrajja u
ċirkostanza tal-ħajja, tagħti
glorja kbira lil Alla.
Sottomissjoni bħal din lejn
ir-rieda ta’ Alla għandha iktar
valur f’għajnejh milli sawm
fit-tul, mortifikazzjonijiet u
penitenzi l-iktar ħorox. O kemm
hu kbir il-premju għal att
wieħed ta’ sottomissjoni mimlija
mħabba lejn ir-rieda ta’ Alla!
Filwaqt li jiena qiegħda nikteb,
ruħi tintilef f’estasi
għall-ħsieb ta’ kemm iħobbna
Alla u tal-paċi li r-ruħ diġa’
qiegħda tgawdi, hawn fl-art.
+ Ġ.M.Ġ Krakovja, 1936
O Rieda Divina, kun l-imħabba
tiegħi!
725.
+ Irtir ta’ tmint ijiem, 20 ta’
Ottubru 1936.
Ġesu’ tiegħi, illum jiena sejra
fid-deżert sabiex nitkellem biss
miegħek, l-Imgħallem u l-Mulej
tiegħi. Ħalli l-art tiskot, u
Inti biss tkellimni, Ġesu’, Inti
taf li jiena ma nifhem l-ebda
vuċi oħra ħlief Tiegħek, O
Ragħaj Tajjeb. Fl-għamara ta’
qalbi hemm dak id-deżert fejn
l-ebda ħlejqa oħra ma tista’
tidħol. Hemmhekk Inti biss
issaltan.
726.
+ X’ħin dħalt fil-kappella għal
ħames minuti adorazzjoni, tlabt
lill-Mulej Ġesu’ jgħidli kif
għandi inġib ruħi waqt dan
l-irtir. Imbagħad smajt din
il-vuċi ġewwa ruħi: Jiena
nixtieq li inti tinbidel għal
kollox fi mħabba u li Inti
taqbad bin-nar bħala vittma
safja ta’ mħabba. . .
727.
Verita’ Eterna, agħtini raġġ
tad-dawl Tiegħek sabiex jiena
nsir nafek, O Mulej, u
nigglorifika denjament il-ħniena
nfinita’ Tiegħek. U fl-istess
ħin, agħtini li nkun naf lili
nnifsi, l-abbiss sħiħ ta’
miżerja li jiena.
728.
+ Jiena għażilt lil San Claude
de la Colombiere u lil Santa
Ġertrude bħala l-qaddisin
patruni tiegħi għal dan l-irtir,
sabiex huma jinterċedu għalija
quddiem Omm Alla u s-Salvatur
ħanin.
729.
Waqt il-meditazzjoni fuq
l-ħolqien . . . f’ċerta punt,
ruħi ngħaqdet mill-qrib
mal-Mulej u l-Ħallieq tagħha.
F’din il-għaqda, jiena għaraft
l-iskop u d-destin ta’ ħajti.
L-iskop tiegħi hu li ningħaqad
mill-qrib ma’ Alla permezz
tal-imħabba, u d-destin tiegħi
hu li nfaħħar u nigglorifika
l-ħniena ta’ Alla.
Il-Mulej ippermettieli li nsir
naf dan u jkolli esperjenza
tiegħu b’mod ċar u fiżiku wkoll.
Jiena nintilef fl-ammirazzjoni
meta nagħraf u jkolli esperjenza
ta’ din l-imħabba ta’ Alla li
ħadd ma jista’ jifhimha u li
biha Alla jħobbni. Min hu Alla –
u jiena x’jien? Ma nistax
nimmedita iktar fuq dan.
L-imħabba biss tista’ tifhem din
il-laqgħa bejn żewġ spirti,
jiġifieri, Alla – li Hu – Spirtu
u r-ruħ – li hi – kreatura.
Iktar ma nsir nafu, iktar
negħreq fih kompletament
b’saħħti kollha.
730.
F’dan l-irtir, Jiena ser
inżommok il-ħin kollu qrib
tal-Qalb Tiegħi, sabiex inti
ssir taf aħjar il-ħniena Tiegħi,
dik il-ħniena li Jiena għandi
għall-bnedmin u l-aktar
għall-imsejkna midinbin.
731.
Fl-ewwel
jum tal-irtir, ġiet iżżurni
waħda mis-sorijiet (nota143)
li kienet ġiet tagħmel il-voti
perpetwi tagħha. Hija afdat
miegħi li ma kellha l-ebda
fiduċja f’Alla u kienet taqta’
qalbha minn kull ħaġa żgħira li
tiltaqa’ magħha. Jiena weġibtha,
“Tajjeb li għidtli din il-ħaġa,
Sor; ser nitlob għalik.” U
għidtilha fi ftit kliem kemm
in-nuqqas ta’ fiduċja tweġġgħu
lill-Mulej Ġesu’, l-aktar,
nuqqas ta’ fiduċja min-naħa ta’
ruħ magħżula. Hija qaltli li
kienet ser tibda minn meta
tagħmel il-voti perpetwi
tipprattika l-fiduċja. Jiena
issa naf li hemm xi erwieħ wkoll
li huma magħżulin u li mxew
ħafna fil-ħajja reliġjuża jew
spiritwali imma m’għandhomx
il-kuraġġ jintelqu għal kollox
f’idejn Alla. U dan jiġri għax
ftit huma l-erwieħ li jafu
bil-ħniena bla tarf ta’ Alla u
t-tjubija kbira Tiegħu.
732.
+ Il-majesta’ kbira ta’Alla li
mlietni llum u li għadha qiegħda
timlieni qajjmet fija biża’
kbir, imma biża’ mimli rispett,
u mhux biża’ ta’ lsir, li hu
x’aktarx differenti mill-biża’
tar-rispett. Dan il-biża’ li ġej
mir-rispett tqajjem ġewwa qalbi
llum minħabba l-imħabba u
l-għarfien li għandhom x’jaqsmu
mal-kobor ta’ Alla, u dan huwa
ferħ kbir għar-ruħ. Ir-ruħ
tirtogħod quddiem l-iċken offiża
kontra Alla; imma dan ma
jinkwetax u ma jdallamx il-hena
tagħha. Hemm, fejn hemm
l-imħabba tieħu ħsieb ta’
kollox, hemm kollox ikun sewwa.
733.
Xi drabi jiġri li, waqt li jiena
nkun qiegħda nisma’
l-meditazzjoni, kelma waħda
tpoġġini f’għaqda mill-iżjed
intima mal-Mulej, u ma nibqax
inkun naf x’qed jgħid
is-Saċerdot. (nota144)
Jiena naf li nkun ninsab qrib
il-Qalb l-iżjed ħanina ta’
Ġesu’; l-ispirtu tiegħi kollu
jkun jinsab mitfugħ fih għal
kollox, u f’waqt wieħed jiena
nitgħallem iżjed milli
jirnexxili nitgħallem waqt
sigħat twal ta’ tiftix
intelletwali u meditazzjoni.
Dawn ikunu dwal li jiġu f’daqqa
u li jippermettuli nsir naf
l-affarijiet kif jarahom Alla,
dwar dak li għandu x’jaqsam
mad-dinja interna u dik esterna.
734.
Jiena qiegħda nara li Ġesu’
stess qed jaħdem f’ruħi matul
dan l-irtir. U ngħid għalija,
jiena nipprova biss inkun fidila
mal-grazzja Tiegħu. Jiena
ssottomettejt ruħi kompletament
għall-influwenza ta’ Alla. Dan
is-Sultan Qawwi tas-Sema ħa
pussess sħiħ ta’ ruħi. Inħossni
qiegħda niġi merfugħa ‘l fuq
mis-sema u mill-art għal
ġol-ħajja interna ta’ Alla, fejn
insir naf lill-Missier,
lill-Iben u lill-Ispirtu
s-Santu, imma dejjem fl-unita’
tal-majesta’.
735.
+ Jiena ser ningħalaq fil-kalċi
ta’ Ġesu’ sabiex inkun nista’
nfarrġu l-ħin kollu. Ser nagħmel
kulma hu possibli għalija sabiex
jiena nsalva l-erwieħ, u dan ser
nagħmlu permezz tat-talb u
tat-tbatija.
+ Nipprova dejjem inkun Betanja
għal Ġesu’, sabiex Hu jkun
jista’ jistrieħ hawnhekk wara
x-xogħol Tiegħu kollu. Waqt
it-Tqarbin, l-għaqda tiegħi ma’
Ġesu’ tkun tant intima u li ma
tistax tfissirha li, ukoll li
kieku ridt niddeskriviha
bil-kitba ma kontx inkun kapaċi,
għax ma nsibx il-kliem.
736.
Illejla, rajt lill-Mulej Ġesu’
preċiż bħalma kien waqt
il-Passjoni Tiegħu. Għajnejh
kienu merfugħin ‘il fuq lejn
Missieru, u kien qed jitlob
għalina.
737.
+ Għalkemm kont qiegħda nħossni
marida, iddeċidejt li xorta
waħda kont ser nagħmel Siegħa
Adorazzjoni llum bħas-soltu.
F’dik is-Siegħa, rajt lill-Mulej
Ġesu’ jiġi fflaġellat
mal-kolonna. Waqt li kienet
għaddejja din it-tortura
tal-biża’, Ġesu’ kien qed
jitlob. Wara ftit, qalli,
Ftit huma dawk l-erwieħ li
jikkontemplaw il-Passjoni Tiegħi
b’emozzjoni ġenwina; Jiena
nagħti grazzji kbar lill-erwieħ
li jimmeditaw bid-devozzjoni
l-Passjoni Tiegħi.
738.
+ Mingħajr l-għajnuna speċjali
Tiegħi, lanqas inti kapaċi
taċċetta l-grazzji Tiegħi. Inti
taf min inti.
739.
Illum wara li tqarbint, domt
nitkellem fit-tul mal-Mulej
Ġesu’ dwar xi nies li huma
speċjali għalija. Imbagħad smajt
dan il-kliem: Binti, taħlix
daqshekk enerġija fil-kliem.
Dawk li inti tħobbhom b’mod
speċjali, Jiena wkoll inħobbhom
b’mod speċjali, u minħabba fik,
Jiena nferra’ l-grazzji Tiegħi
fuqhom. Jiena nieħu gost meta
inti tkellimni fuqhom, imma
m’hemmx għalfejn tagħmel sforz
hekk kbir biex tagħmel dan.
740.
+ O Feddej tad-dinja, jiena
ningħaqad mal-ħniena Tiegħek.
Ġesu’ tiegħi, jiena ngħaqqad
it-tbatijiet kollha tiegħi ma’
Tiegħek u npoġġihom fit-teżor
tal-Knisja għall-ġid tal-erwieħ.
741.
Illum, Anġlu ħadni fl-abbissi
tal-infern. Huwa post ta’
torturi kbar; kemm hu kbir u
mifrux li jaqtagħlek nifsek
tarah! It-tipi ta’ torturi li
jiena rajt: l-ewwel tortura li
hi l-infern hi s-sens li wieħed
tilef lil Alla; it-tieni hi
rimors fil-kuxjenza għal dejjem;
it-tielet hi li dan l-istat qatt
m’hu ser jinbidel; ir-raba’ hi
n-nar li jinfed lir-ruħ mingħajr
ma jeqridha – tbatija terribbli,
għax dan hu nar kollu kemm hu
spiritwali – imkebbes bil-korla
ta’ Alla; il-ħames tortura hi
d-dlam il-ħin kollu u riħa
terribbli li tifgak, u, minkejja
d-dlam, ix-xjaten u l-erwieħ
tal-mitlufin jaraw lil xulxin u
l-ħażen kollu tagħhom u
tal-oħrajn; is-sitt tortura hi
l-kumpanija l-ħin kollu ta’
Satana; is-seba’ tortura hi
d-disperazzjoni tal-biża’,
il-mibgħeda ta’ Alla, kliem
oxxen, dagħa u saħtiet. Dawn
huma t-torturi li jbatu
l-mitlufin kollha flimkien, imma
dan mhux kollox. Hemm torturi
speċjali li huma d-destin ta’
erwieħ partikolari. Dawn huma
t-turmenti tas-sensi. Kull ruħ
tgħaddi minn tbatijieti
terribbli li ma tistax
tiddeskrivihom, li għandhom
x’jaqsmu mal-mod li bih tkun
dinbet. Hemm għerien ta’ fosos
ta’ torturi fejn forma waħda ta’
agunija tkun differenti
mill-oħra. Kont immut biss nara
dan it-torturi li kieku ma
weżintnix is-setgħa bla tarf ta’
Alla. Il-midneb għandu jkun jaf
li għad ibati torturi
għall-eternita’ kollha f’dawk
is-sensi li jkun għamel użu
minnhom biex jidneb. Jiena
qiegħda nikteb dan għax Alla
kkmandani, sabiex l-ebda ruħ ma
jkollha skuża tgħid li m’hemmx
infern jew li ħadd qatt ma kien
hemmhekk, u allura ħadd ma
jista’ jgħid kif inhu.
Jiena, Swor Fawstina, b’ordni
ta’ Alla, mort inżur l-abbissi
tal-infern sabiex inkun nista’
nkellem lill-erwieħ dwaru u
nixhed li jeżisti. Bħalissa ma
nistax nitkellem dwaru; imma
rċevejt ordni mingħand Alla li
nħalli dan il-miktub. Ix-xjaten
kienu mimlijin mibgħeda għalija,
imma kellhom jobduni għall-kmand
ta’ Alla. Dak li jiena ktibt hu
biss dell fqir tal-affarijiet li
jiena rajt. Imma nnotajt ħaġa
waħda: li l-parti l-kbira
tal-erwieħ li jinsabu hemm huma
dawk li ma kienux jemmnu li hemm
infern. X’ħin erġajt ġejt
f’tiegħi, bilkemm stajt nirkupra
mill-qatgħa li ħadt. Kemm ibatu
bl-ikrah l-erwieħ hemmhekk!
B’riżultat ta’ dan, nitlob iktar
bil-ħeġġa għall-konverżjoni
tal-midinbin. Nitlob bla waqfien
il-ħniena ta’ Alla għalihom. O
Ġesu’ tiegħi nippreferi nkun
fl-agunija sal-aħħar tad-dinja,
fost l-ikbar tbatijiet, milli
noffendik bl-iċken dnub.
+
Ġ.M.Ġ.
742.
Binti, jekk Jiena qed nitlob
permezz tiegħek li l-bnedmin
iqimu l-ħniena Tiegħi, int trid
tkun l-ewwel waħda li tingħaraf
permezz ta’ din il-fiduċja
fil-ħniena Tiegħi. Jiena qed
nitlob mingħandek għemejjel ta’
ħniena, li għandhom jiġu
mill-imħabba li inti għandek
Għalija. Inti għandek turi
ħniena lejn il-proxxmu tiegħek
dejjem u kullimkien. Int
m’għandekx tibqa’ lura minn dawn
jew tipprova tiskuża jew
tassolvi lilek innifsek minn
dan.
Jiena qed nagħtik tliet modi kif
tista’ turi ħniena mal-proxxmu
tiegħek: l-ewwel – bl-għemil;
it-tieni – bil-kliem; it-tielet
– bit-talb . F’dawn it-tliet
gradi hemm il-milja tal-ħniena,
u hija prova li ħadd ma jista
jmeriha li wieħed ikun iħobbni.
B’dan il-mezz ruħ tagħti glorja
u qima lill-ħniena Tiegħi. Iva,
l-Ewwel Ħadd tal-Għid hija
l-Festa tal-Ħniena, imma jrid
ikun hemm ukoll opri tal-ħniena,
u Jiena rrid li tintwera qima
lill-ħniena Tiegħi permezz
taċ-ċelebrazzjoni solenni ta’
din il-Festa u permezz tal-qima
tax-xbieha mpittra. Permezz ta’
din ix-xbieha, Jiena nagħti
ħafna grazzji lill-erwieħ.
Għandha tkun tifkira ta’ dak li
titlob minn għandhom il-ħniena
Tiegħi, għax ukoll fidi
mill-aktar qawwija ma tiswa xejn
mingħajr opri.
O Ġesu’ tiegħi, Inti stess trid
tgħinni f’kollox, għax Inti qed
tara kemm jiena ċkejkna, u
għalhekk jiena niddependi biss
mit-Tjubija Tiegħek, O Alla.
+ Eżami Partikolari
Għaqda ma’ Kristu ħanin.
Bil-qalb tiegħi ndur mad-dinja
kollha, l-aktar dawk il-pajjiżi
li mhumiex ċivilizzati jew fejn
hemm il-persekuzzjoni. Jiena qed
nitlob ħniena fuqhom.
743.
Żewġ riżoluzzjonijiet ġenerali:
L-ewwel: Li nipprova nżomm skiet
intern u nosserva r-regola
tas-skiet strettament.
It-tieni: Fedelta’
mal-ispirazzjonijiet interni;
inpoġġihom fil-prattika f’ħajti
u fl-opri tiegħi skont il-parir
tad-direttur spiritwali tiegħi.
F’din il-marda li għandi,
nixtieq nigglorifika r-rieda ta’
Alla. Ser nipprova, sakemm inkun
nista’ nieħu sehem fl-eżerċizzi
kollha tal-komunita’. Nagħti
ħajti bil-qalb lill-Mulej Ġesu’
għal kull dwejjaq u tbatija.
744.
+ Spiss inħoss li, barra minn
Ġesu’, jiena ma nsib l-ebda
għajnuna mingħand ħadd, għalkemm
xi kultant ikolli ħafna bżonn
ta’ xi ħadd li jiċċarali
l-affarijiet dwar dak li jkun
qed jitlob mingħandi l-Mulej.
Illejla, f’daqqa waħda rċevejt
dawl mingħand Alla dwar ċerta
ħaġa. Għal tnax-il sena kien ili
naħseb fuq ċerta ħaġa u ma
stajtx nifhimha. Illum, Ġesu’
għarrafni kemm kien għoġbu dan.
Il-Festa ta’ Kristu Re. (25 ta’
Ottubru 1936)
745.
Waqt il-quddiesa, tant ħassejtni
mdawra bin-nar kbir intern
tal-imħabba ta’ Alla u x-xewqa
li nsalva l-erwieħ li ma nafx
kif inpoġġiha fil-kliem. Qiegħda
naqbad kollni kemm jiena. Ser
niġġieled kontra l-ħażen kollu
bl-arma tal-ħniena. Qed
tikkunsmani x-xewqa li nsalva
l-erwieħ. Jiena naqsam it-tul u
l-wisa’ kollha tal-art u
nażżarda nibqa’ sejra sal-ibgħad
trufijiet u l-artijiet l-iktar
selvaġġi biex insalva l-erwieħ.
Dan nagħmlu permezz tat-talb u
s-sagrifiċċju. Irrid li kull ruħ
tigglorifika l-ħniena ta’Alla,
li kull waħda tħoss l-esperjenza
tal-effetti ta’ dik il-ħniena
fuqha. Il-Qaddisin fil-ġenna
jqimu l-ħniena tal-Mulej. Jiena
rrid inqimha issa wkoll, hawn
fl-art, u nxerred id-devozzjoni
lejha bil-mod li Alla jitlob
mingħandi.
746.
Jiena fhimt li f’ċerti mumenti
li jkunu mill-iktar diffiċli
jiena ser inkun waħdi,
abbandunata minn kulħadd, u
jkolli nħabbat wiċċi
mal-maltempati kollha u
nissielet bis-saħħa kollha ta’
ruħi, ukoll ma’ dawk li stennejt
l-għajnuna mingħandhom.
Imma minix waħdi, għax Ġesu’ hu
miegħi, u miegħu jiena ma nibża’
minn xejn. Jiena konxja fuq li
konxja ta’ kollox, u naf Alla
x’qed jitlob mingħandi. Tbatija,
disprezz, żufjett, pereskuzzjoni
u umiljazzjoni ser ikunu x-xorti
tiegħi l-ħin kollu. Ma naf
l-ebda triq oħra. Għal imħabba
sinċiera – ingratitudni; din
hija triqti, immarkata bil-passi
ta’ Ġesu’.
Ġesu’ tiegħi, saħħa tiegħi u
l-unika tama tiegħi, fik biss
tinsab it-tama tiegħi kollha.
Il-fiduċja tiegħi mhix ser
tibqa’ b’xejn.
747.
Il-jum tat-tiġdid tal-voti.
(Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru,
1936). Il-preżenza ta’ Alla
qiegħda timlieli ruħi, mhux biss
b’mod spiritwali, imma nħossha
wkoll b’mod fiżiku.
748.
2 ta’ Novembru, (1936).
Filgħaxija wara l-Vespri, mort
iċ-ċimiterju (fil-ġnien
tas-sorijiet). Kien ili ftit
nitlob meta rajt waħda
mis-sorijiet tagħna, li qaltli,
“Aħna qedgħin fil-kappella.”
Fhimt li kelli mmur fil-kappella
u noqgħod hemmhekk nitlob u
nakkwista l-indulġenzi. L-għada,
waqt il-Quddiesa, rajt tliet
ħamimiet bojod jittajru minn fuq
l-altar lejn il-ġenna. Fhimt li
mhux biss it-tlett erwieħ li
kont rajt kienu marru l-ġenna,
imma wkoll ħafna oħrajn li kienu
mietu barra mill-konfini
tal-istitut tagħna. O, kemm hu
twajjeb u ħanin il-Mulej!
749.
Konverżazzjoni ma’ Patri
Andrasz, fi tmiem l-irtir. Bqajt
mistagħġba ħafna b’ħaġa li
nnotajt waqt kull konverżazzjoni
li matulha jiena kont tlabt
parir u gwida mingħand Patri
Andrasz u din hi: innutajt li
Patri Andrasz wieġeb
il-mistoqsijiet kollha dwar
l-affarijiet li l-Mulej kien
talab mingħandi b’mod hekk ċar u
b’tant ċertezza li bħallikieku
kien għaddej minn dan kollu hu
stess. O Ġesu’ tiegħi, li kieku
kien hemm iktar diretturi
spiritwali ta’ dan it-tip,
l-erwieħ li jkollhom gwida bħal
din malajr jilħqu l-quċċata
tal-qdusija u ma jaħlux grazzji
hekk kbar! Nagħti ħajr il-ħin
kollu lil Alla għal grazzja hekk
kbira; jiġifieri, li fit-tjubija
kbira Tiegħu għoġbu jpoġġi dawn
il-kolonni ta’ dawl fil-mogħdija
tal-ħajja spiritwali tiegħi.
Huma jdawluli t-triq biex jiena
ma nitfixkilx jew inżomm lura fi
triqti lejn l-għaqda intima
mal-Mulej. Għandi mħabba kbira
għall-Knisja, li teduka l-erwieħ
u tmexxihom lejn Alla.
750.
31 ta’ Ottubru 1936.
Konverżazzjoni mal-Madre
Ġenerali (Michael)
Meta tkellimt mal-Madre Ġenerali
fuq il-kwistjoni li nitlaq
mill-Ordni, irċevejt din
it-tweġiba: “Jekk Ġesu’ qed
jitlob mingħandek li inti tħalli
din il-Kongregazzjoni, għandu
jagħti xi sinjal li din hi
r-rieda Tiegħu. Sor, itlob għal
sinjal bħal dan, għax qiegħda
ninkwieta li inti vittma ta’ xi
illużjoni. Mill-banda l-oħra, ma
nixtieqx infixkel jew neħodha
kontra r-rieda ta’ Alla, għax
jiena wkoll irrid nagħmel
ir-rieda ta’ Alla.” U b’hekk
ftehemna li jiena kelli nibqa’
kif kont, sakemm il-Mulej kellu
jgħarraf lill-Madre Ġenerali li
Hu riedni nitlaq minn din
il-Kongregazzjoni. U b’dan
il-mod ħallejna din il-ħaġa
tistenna ftit ieħor.
751.
U hekk qed tara, Ġesu’, li issa
kollox jiddependi minnek. Jiena
ninsab f’paċi perfetta, minkejja
dawn l-insistenzi li nħoss ġo
fija. Min-naħa tiegħi għamilt
kulma kelli nagħmel, u issa
jmiss lilek, Ġesu’ tiegħi, u
b’dan il-mod tkun tista’ tidher
il-kawża Tiegħek. Jiena naqbel
perfettament mar-rieda Tiegħek;
agħmel bija dak li jogħġbok, O
Mulej, imma agħtini biss
il-grazzja li nħobbok dejjem
iżjed u iżjed bil-ħeġġa. Din hi
l-ħaġa l-iżjed prezzjuża
għalija. Ma nixtieq xejn
ħliefek, O Mħabba Eterna! Ma
jimpurtax mil-liema toroq ser
tgħaddini, toroq ta’ wġigħ jew
toroq ta’ ferħ. Irrid inħobbok
f’kull waqt ta’ ħajti. Jekk Inti
tgħidli niltaq, O Ġesu’, sabiex
jiena nwettaq ir-rieda Tiegħek,
nitlaq. Jekk Inti tgħidli nibqa’
nibqa’. Ma jimpurtax x’ikolli
nbati, sewwa f’każ wieħed sewwa
fl-ieħor. O Ġesu’ tiegħi, jekk
jiena nitlaq, naf x’ser ikolli
nbati u nissaporti. Jiena għidt
iva għal dan b’mod mill-iżjed
konxju, u diġa’ aċċettajtu
permezz ta’ att tar-rieda
tiegħi. Ma jimpurtax x’fih
il-kalċi għalija. Għalija
biżżejjed inkun naf li ġie
mogħti lili mill-id ta’ Alla
mimlija mħabba. Jekk Inti
tgħidli nerġa’ lura u nibqa’
hawn, nibqa’ minkejja dak kollu
li nħoss ġewwa fija jimbuttani.
Jekk Int tibqa’ żżommli dawn
is-sentimenti f’ruħi u tħallini
f’din l-agunija nterna wkoll
sal-aħħar ta’ ħajti, jiena
naċċetta din il-ħaġa bir-rieda
konxja u sħiħa tiegħi u
f’sottomissjoni mimlija mħabba
lejk, O Alla tiegħi. Jekk jiena
nibqa’ ser ninħeba fil-ħniena
Tiegħek, Alla tiegħi; tant
fil-fond li l-ebda għajn ta’
bniedem ma tarani. Matul ħajti
kollha, rrid inkun ċensier mimli
b’nar moħbi, u jalla d-duħħan li
jitla’ sa għandek, O Ostja
Ħajja, ikun jogħġbok. Inħoss
ġewwa qalbi stess li kull
sagrifiċċju żgħir ikebbes n-nar
tal-imħabba għalik, imma b’mod
hekk sieket u sigriet li ħadd ma
jkun jista’ jinduna bih.
752.
Meta jiena għidt lill-Madre
Ġenerali li l-Mulej ried li
l-Kongregazzjoni tgħid
il-Kurunella sabiex ittaffi
l-korla ta’ Alla, il-Madre
qaltli li bħalissa ma setgħetx
iddaħħal talb ġdid li kien għadu
ma ġiex approvat. . . “Imma
agħtini l-Kurunella, Sor, (hija
qalet) forsi tista’ tingħad waqt
xi adorazzjoni. Issa naraw. Tkun
ħaġa tajba li kieku Dun Sopocko
kellu jippubblika fuljett
bil-kurunella; imbagħad tkun
ħaġa eħfef u aħjar biex
nitlobuha fil-Kongregazzjoni,
għax għalissa hi daqsxejn ħaġa
diffiċli li nagħmluha.”
753.
Il-ħniena tal-Mulej tiġi mfaħħra
mill-erwieħ qaddisin fil-ġenna
li huma stess kellhom esperjenza
ta’ dik il-ħniena nfinita’. Dak
li dawn l-erwieħ qedgħin jagħmlu
fil-ġenna, jiena ser nibda
nagħmlu diġa’ hawn fl-art. Jiena
sejra nfaħħar lil Alla
għat-tjubija nfinita’ Tiegħu, u
nipprova nwassal erwieħ oħrajn
sabiex huma jsiru jafu u
jigglorifikaw il-ħniena ta’ Alla
li ma tistax tiddeskriviha
bil-kliem u li ma tistax
tifhimha.
754.
+ Il-wegħda tal-Mulej: Dawk
l-erwieħ li jgħidu din
il-Kurunella jkunu mgħannqin
mill-ħniena Tiegħi matul
ħajjithom u l-aktar fis-siegħa
tal-mewt tagħhom.
755.
O Ġesu’ tiegħi, għallimni niftaħ
is-sider tal-ħniena u
tal-imħabba għal kulmin iridha.
Ġesu’, Kmandant tiegħi,
għallimni sabiex it-talb u
l-egħmejjel tiegħi kollha
jkollhom is-siġill tal-ħniena
Tiegħek.
756.
18 ta’ Novembru 1936. Illum,
ippruvajt nagħmel l-eżerċizzi
kollha tiegħi qabel il-Barka,
għax kont qiegħda nħossni iktar
ma niflaħx mis-soltu. Għalhekk
mort nistrieħ fil-pront wara
l-Barka. Imma malli dħalt
fil-kamra tas-sodda, f’daqqa
waħda kont naf ġewwa fija li
għandi mmur fiċ-ċella ta’ S.N.
(nota145) għax kellha
bżonn l-għajnuna. Dħalt
fiċ-ċella tagħha mill-ewwel, u
S.N. qaltli. “O kemm hi ħaġa
tajba li Alla ġabek hawn, Sor!”
U l-vuċi tagħha tant kienet
baxxa li bilkemm stajt
nismagħha. Qaltli, “Sor, jekk
jogħġbok ġibli ftit te’
bil-lumi, għax għandi għatx
kbir, u ma nistax niċċaqlaq għax
tant jiena muġugħa.” U tassew
kienet batuta ħafna u kellha
ħafna deni. Poġġejtha iktar
komda, u setgħet ittaffi l-għatx
li kellha bit-te’ li jiena
ħadtilha. X’ħin dħalt fiċ-ċella
tiegħi, ruħi nħakmet minn
imħabba kbira għal Alla, u fhimt
li għandna nagħtu ħafna kas
tal-ispirazzjonijiet nterni
tagħna u nimxu fuqhom
bil-fedelta’ u fedelta’ lejn
grazzja waħda tiġbed fuqna
grazzji oħrajn.
757.
19 ta’ Novembru, (1936). Waqt
il-Quddiesa llum, rajt
lill-Mulej Ġesu’, li qalli,
Kun fil-paċi, binti; Jiena
qiegħed nara l-isforzi tiegħek,
li jogħġbuni ħafna. U
l-Mulej għeb, u wasal il-ħin
għat-Tqarbin Imqaddes. Wara li
tqarbint, f’daqqa waħda rajt
iċ-Ċenaklu u lil Ġesu’ u
l-Appostli fih. Rajt it-twaqqif
tas-Sagrament Imqaddes. Ġesu’
ppermettieli nibqa’ dieħla
fil-ġewwieni Tiegħu, u sirt naf
il-kobor tal-majesta’ Tiegħu u,
fl-istess ħin, x’kien hemm ġewwa
ruħi stess.
758.
Ġesu’ ħallieli nsir naf
il-profondita’ tal-manswetudni u
tal-umilta’ Tiegħu, u ħallieni
nifhem li Hu kien qed jitlob
b’mod ċar l-istess ħaġa
mingħandi. Ħassejt il-ħarsa ta’
Alla ġewwa ruħi. Din il-ħaġa
mlietni bi mħabba li ma tistax
tpoġġieha fi kliem, imma fhimt
li l-Mulej kien tefa’ ħarsa ta’
mħabba fuq il-virtujiet u
l-isforzi erojċi tiegħi, u sirt
naf li din il-ħaġa kienet
qiegħda tiġbed lil Alla għal ġo
qalbi. Minn hekk li sirt naf li
mhux biżżejjed għalija nirsisti
biss għall-virtujiet ordinarji,
imma li għandi nipprova nħaddem
il-virtujiet erojċi. Għalkemm
minn barra ħaġa tista’ tkun
x’aktarx ordinarja, huwa l-mod
differenti (li bih titħaddem) li
għajnejn Alla jistgħu jarawh. O
Ġesu’ tiegħi, dak li jiena ktibt
hu biss dell fjakk ta’ dak li
jiena qiegħda nifhem ġewwa ruħi;
dawn huma affarijiet purament
spirtwali, imma sabiex nikteb xi
ħaġa minn dak li l-Mulej
jippermettili nsir naf, irrid
bilfors nuża kliem li ma jiena
sodisfatta xejn bih, għax ma
jesprimix ir-realta’.
759.
Meta għaddejt mill-esperjenza
ta’ dawn it-tbatijiet
għall-ewwel darba, ġara hekk:
wara l-voti ta’ kull sena,
(nota146) f’ċerta ġurnata,
waqt it-talb, rajt dija kbira, u
ħerġin mid-dija, raġġi li daru
dawra sħiħa miegħi. Imbagħad,
f’daqqa waħda, ħassejt uġigħ
terribbli f’idejja, saqajja u
ġenbi u x-xewk tal-kuruna
tax-xewk. Ħassejt dawn
it-tbatijiet waqt il-Quddiesa
tal-Ġimgħa, imma dan dam għal
mument qasir biss. Din il-ħaġa
rrepetiet ruħha fil-jum
tal-Ġimgħa għal diversi drabi, u
wara dan ma ħassejt l-ebda
tbatijiet sa issa; jiġifieri,
sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din
is-sena. Waqt din il-marda li
għandi bħalissa, darba waqt
il-Quddiesa tal-Ġimgħa ħassejtni
minfuda mill-istess tbatijiet, u
din il-ħaġa rrepetiet ruħha kull
nhar ta’ Ġimgħa u xi kultant
meta niltaqa’ ma’ ruħ li ma
tkunx fi stat ta’ grazzja.
Għalkemm dan ma jiġrix ta’ spiss
u t-tbatija ddum żmien qasir
ħafna, xorta waħda hi terribbli,
u ma nkunx nista’ niflaħ għaliha
mingħajr grazzja speċjali
mingħand Alla. Minn barra ma
tkun tidher l-ebda indikazzjoni
ta’ dawn it-tbatijiet. X’għad
jiġri iktar ‘il quddiem, ma
nafx. Dan kollu, għall-erwieħ. .
.
760.
21 ta’ Novembru, (1936). Ġesu’
Inti qed tara li għalkemm minix
marida serjament imma lanqas ma
nista’ ngħid li jiena f’saħħti.
Int timlieli ruħi bl-entużjażmu
għall-ħidma, u m’għandix saħħa.
In-nar ta’ mħabbtek qed taqbad
ġewwa fija, u għal dak li ma
nistax nagħmel għax m’għandix
saħħa fiżika, tpatti l-imħabba.
761.
Ġesu’, l-Ispirtu tiegħi
jixxennaq għalik, u nixtieq
ħafna ningħaqad miegħek, imma
x-xogħolijiet Tiegħek iżommuni
lura. L-għadd tal-erwieħ li
jiena suppost inġiblek għadu
mhux komplut. Jiena nixtieq
il-ħidma u t-tbatija; ħalli
kulma Inti ppjanajt qabel
iż-żminijiet, jitwettaq fija, O
Ħallieq u Mulej tiegħi! Jiena
nifhem biss il-kelma Tiegħek;
hija biss tagħtini s-saħħa.
L-Ispirtu Tiegħek, O Mulej, hu
l-Ispirtu tal-Paċi; u xejn ma
jista’ jinkwieta dak li hemm
fil-fond tiegħi għax Inti
tgħammar hemm, O Mulej.
Naf li ninsab taħt il-ħarsa
speċjali Tiegħek, O Mulej. Ma
neżaminax bil-biża’ l-pjanijiet
Tiegħek għalija; ix-xogħol
tiegħi hu li naċċetta kollox
minn idejk. Ma nibża’ minn xejn,
għalkemm il-maltempata
għaddejja, u sajjetti tal-biża’
jfaqqgħu madwari minn kull naħa,
u mbagħad inħossni daqsxejn
waħdi. Imma, qalbi tħossok, u
l-fiduċja tiegħi qiegħda tikber,
u nista’ nara s-setgħa bla tarf
kollha Tiegħek li qiegħda
żżommni. Flimkien miegħek,
Ġesu’, nibqa’ miexja fil-ħajja,
fost maltemp u qawsalli,
b’għajta ta’ ferħ, filwaqt li
nkanta l-għanja tal-ħniena
Tiegħek. Minix sejra nieqaf
mill-għanja tiegħi ta’ mħabba
sakemm il-kor tal-Anġli jibda
jkanta miegħi. L-ebda qawwa ma
tista’ żżommni fit-titjira
tiegħi lejn Alla. Nista’ nara
lis-superjuri wkoll mhux dejjem
jifhmu t-triq li Alla qed
imexxini fiha, u jiena ma
nistagħġibx b’din il-ħaġa.
762.
Darba, rajt lil Dun Sopocko
jitlob filwaqt li kien qed
jaħseb fuq dawn l-affarijiet.
Imbagħad rajt kif ċirku dawl
deher f’daqqa ‘l fuq minn rasu.
Għalkemm hemm id-distanza
tifridna, jiena narah ta’ spiss,
speċjalment filwaqt li jkun qed
jaħdem fuq l-iskrivanija tiegħu,
minkejja li jkun għajjien.
763.
22 ta’ Novembru, (1936). Illum
waqt il-qrar, il-Mulej Ġesu’
kellimni permezz tax-xofftejn
ta’ ċertu saċerdot. Dan
is-saċerdot ma kienx jafha lil
ruħi, u jiena akkużajt lili
nnifsi biss bi dnubieti; imma hu
qalli dan il-kliem: “Wettaq
bil-fedelta’ dak kollu li Ġesu’
qed jitlob mingħandek, minkejja
d-diffikulatjiet. Kun af li,
għalkemm in-nies forsi jinkurlaw
għalik, Ġesu’ mhux irrabjat u
qatt m’hu ser jirrabja miegħek.
Tagħtix kas ta’ dak li jaħsbu
n-nies.” Għall-ewwel stagħġibt
b’din l-istruzzjoni; imma fhimt
li l-Mulej kien qed jitkellem
permezz tiegħu mingħajr ma hu
kien qed jinduna. O misteru
qaddis, kemm hemm teżori kbar
ġewwa fik! O fidi qaddisa, inti
l-arblu tad-direzzjoni tiegħi!
764.
24 ta’ Novembru. Illum irċevejt
ittra mingħand Dun Sopocko
(nota147). Sirt naf
mingħandu li Alla nnifsu qed
imexxi din l-affari kollha. U
bħalma l-Mulej bdieha, hekk
ukoll ser ikompli jmexxiha. U
iktar ma nara d-diffikultajiet
jikbru, iktar ninsab fil-paċi.
O, li kieku f’din l-affari
kollha ma kienx hemmm il-glorja
ta’ Alla u l-qligħ għall-erwieħ
b’mod hekk qawwi, Satana ma
kienx jeħodha kontrieha
daqshekk. Imma huwa qed jinduna
x’ser jitlef minħabba fiha. Issa
tgħallimt li Satana jobgħod
il-ħniena iktar minn kwalunkwe
ħaġa oħra. Hija l-akbar turment
tiegħu. Xorta waħda, il-kelma
ta’ Alla ma tgħaddix; il-kelma
ta’ Alla hija ħajja;
id-diffikultajiet mhux ser
iżommu lura l-opri ta’ Alla,
imma juru li huma ta’ Alla. . .
765.
Darba, rajt il-kunvent
tal-kongregazzjoni l-ġdida.
(nota148) Filwaqt li kont
qiegħda ndur, neżamina kollox,
f’daqqa waħda rajt folla tfal li
kienu jidhru mhumiex ikbar minn
ħames sa ħdax-il sena. X’ħin
rawni daru madwari u bdew
jgħajtu, “Ħarisna mill-ħażen,” u
ħaduni fil-kappella li kien hemm
f’dan il-kunvent. X’ħin dħalt
fil-kappella, rajt lill-Mulej
Ġesu’ mdejjaq. Ġesu’ ħares lejja
bil-ħlewwa u qalli li kien
jinsab offiż ħafna mit-tfal:
Inti għandek tħarishom
mill-ħażen. Minn dak il-ħin,
bdejt nitlob għat-tfal, imma
nħoss li t-talb biss mhux
biżżejjed.
766.
O Ġesu’ tiegħi, Inti taf kemm
irridu nisfurzaw biex ngħixu
bis-sinċerita’ u mingħajr wiċċ
b’ieħor ma’ dawk li n-natura
tagħna tixtieq taħrab minnhom,
jew ma’ dawk – jew għax irridu
jew le – iġegħluna nbatu.
Nitkellmu ta’ bnedmin li aħna,
dan impossibli. F’okkażjonijiet
bħal dawn iktar minn oħrajn,
nipprova niskopri lill-Mulej
Ġesu’ f’dik il-persuna u għal
dan l-istess Ġesu’, nagħmel minn
kollox għal nies bħal dawn.
F’atti bħal dawn, l-imħabba hi
safja, u prattika bħal din
tal-imħabba, tagħti
l-perseveranza u l-qawwa
lir-ruħ. Jiena ma nistenna xejn
mill-ħlejjaq, u għalhekk ma
nkunx iddiżappuntata. Naf li
ħlejqa, minnha nnfisha, hi
fqajra, mela x’jista’ wieħed
jistenna mingħandha? Alla hu
kollox għalija; irrid niżen
kollox skont kif jiġġudika Alla.
767.
L-għaqda tiegħi mal-Mulej issa
hi purament spirtwali. Ruħi
tintmess minn Alla u tintilef
għal kollox fih, ukoll sal-punt
li tinsa lilha nnfisha
kompletament. Mimlija b’Alla
sal-punt l-iktar profond tagħha,
hija tegħreq fis-sbuħija Tiegħu;
hija tinħall fih għal kollox –
ma nafx kif infissirha din
il-ħaġa, għax filwaqt li qiegħda
nikteb qiegħda nuża s-sensi;
imma hemmhekk, f’dik il-għaqda,
is-sensi mhumiex attivi; hemm
għaqda fejn Alla u r-ruħ
jintilfu f’xulxin; u l-ħajja ta’
Alla fejn ir-ruħ tista’ tidħol
tant hi kbira li l-ilsien
tal-bniedem ma jistax ipoġġiha
fi kliem.
X’ħin ir-ruħ terġa’ lura
għall-ħajja tagħha tas-soltu,
imbagħad hi tara li din il-ħajja
hi kollha kemm hi dlam u ċpar u
konfużjoni ta’ ħolm, fisqija ta’
tarbija. F’mumenti bħal dawn
ir-ruħ tirċievi biss mingħand
Alla, għax waħedha hi ma tagħmel
xejn; ma tagħmilx lanqas l-iċken
sforz; Alla jaħdem kollox ġo
fiha. Imma meta r-ruħ terġa lura
għall-istat ordinarju tagħha,
hija tara li minnha nnfisha
m’għandhiex is-saħħa tkompli
f’din il-għaqda.
Dawn il-mumenti jgħaddu malajr,
imma l-effetti tagħhom jibqgħu.
Ir-ruħ ma tistax tibqa’ fit-tul
f’dan l-istat; jew inkella tiġi
meħlusa bil-forza mir-rabtiet
tal-ġisem għal dejjem. Ukoll
meta jiġri dan, tiġi miżmuma
b’miraklu ta’ Alla. Alla
jippermetti lir-ruħ issr taf
b’mod ċar kemm iħobbha,
bħallikieku kienet l-uniku
oġġett li bih jitpaxxa. Ir-ruħ
tagħraf dan b’mod ċar u bil-velu
mwarrab, bħalma ngħidu. Hija
tipprova tilħaq lil Alla
b’saħħitha kollha, imma tħossha
qisha tarbija; taf li dan mhux
ser jirnexxilha qatt tagħmlu.
Għalhekk, Alla jinżel sa fejn
ir-ruħ u jgħaqqadha miegħu b’mod
li . . . hawnhekk, ikolli
niskot, għax ma nistax
niddeskrivi l-esperjenza li
tgħaddi minnha r-ruħ.
768.
Hija ħaġa stramba li għalkemm
ir-ruħ li jkollha din
l-esperjenza ta’ għaqda ma’ Alla
ma tistax issib il-kliem u
l-espressjonijiet biex
tiddeskriviha, xorta waħda, meta
tiltaqa’ ma’ ruħ bħalha,
it-tnejn li huma jifhmu lil
xulxin b’mod tajjeb u
straordinarju f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ dawn l-affarijiet,
ukoll jekk jitkellmu ftit li
xejn bejniethom. Ruħ maqgħuda
ma’ Alla b’dan il-mod tagħraf
faċilment ruħ bħalha, ukoll jekk
din tal-aħħar ma tkunx
irrivelatilha l-ħajja nterna
tagħha, imma titkellem biss
b’mod ordinarju. Ikun
bħallikieku jiġu minn xulxin
spirtwalment. Erwieħ maqgħudin
ma’ Alla b’dan il-mod huma ftit,
iktar ftit milli naħsbu aħna.
769.
Innotajt li l-Mulej jagħti din
il-grazzja lill-erwieħ għal żewġ
għanijiet. L-ewwel wieħed hu
meta r-ruħ tkun ser tagħmel xi
opra kbira li, nitkellmu ta’
bnedmin li aħna, tkun
assolutament ikbar milli hija
tiflaħ tagħmel. Fit-tieni każ,
innotajt li l-Mulej jagħtiha
sabiex erwieħ simili jkunu
jistgħu jiġu ggwidati u jibqgħu
fil-paċi, għalkemm il-Mulej
jista’ jagħti din il-grazzja kif
irid Hu u lil min irid Hu. Iżda,
jiena nnotajt din il-grazzja fi
tliet saċerdoti, wieħed minnhom
saċerdot sekulari (probabilment
Dun Sopocko) u t-tnejn l-oħrajn,
saċerdoti reliġjużi
(probabilment Patri Elter u
Patri Andrasz), u wkoll f’żewġ
sorijiet reliġjużi (probabilment
Madre Michael u Swor Mary
Joseph), imma mhux sa l-istess
grad.
770.
Nitkellem għalija, jiena rċevejt
din l-grazzja għall-ewwel darba,
u dan għal ftit ħin biss, meta
kelli tmintax –il sena
(nota149) waqt l-Ottava ta’
Corpus Christi (18-25 ta’ Ġunju
1925), waqt il-Vespri, meta
għamilt il-vot ta’ kastita’
perpetwa lill-Mulej Ġesu’. Kont
għadni ngħix fid-dinja, imma
dħalt soru ftit wara. Il-grazzja
damet għal waqt qasir ħafna,
imma l-qawwa tagħha kienet
kbira. Wara din il-grazzja, kien
hemm intervall twil. Veru li
rċevejt ħafna grazzji mingħand
il-Mulej matul dan l-intervall,
imma kienu ta’ tipi differenti.
Kien żmien ta’ provi u
purifikazzjoni. Il-provi tant
kienu terribbli li ruħi ħassitha
bħallikieku kienet abandunata
għal kollox minn Alla u kienet
mgħaddsa fi dlam profond.
Indunajt u fhimt li ħadd ma kien
ser ikun jista’ joħroġni minn
dawk it-turmenti jew almenu
jifhimni.
Kien hemm żewġ okkażjonijiet
meta ruħi ġiet mitfugħa
fid-disperazzjoni, darba għal
nofs siegħa, u t-tieni darba
għal tlett kwarti. Bħalma ma
nistax niddeskrivi l-kobor
tal-grazzji, hekk ukoll dawn
il-provi kbar li bagħatli
l-Mulej; nuża liema nuża kliem,
huma biss dell fjakk
(tar-realta’). Iżda, bħalma
l-Mulej kien jitfagħni f’dawn
it-turmenti, hekk ukoll ħariġni
minnhom. Din il-ħaġa damet biss
għal ftit snin, u mbagħad jiena
rġajt irċevejt din il-grazzja
starordinarja ta’ għaqda li
kompliet sallum. Xorta waħda,
waqt dan it-tieni perjodu ta’
għaqda, kien hemm ukoll waqfiet
qosra. Imma għal żmien issa, ma
kelli l-ebda waqfa;
għall-kuntrarju, ninsab mgħaddsa
dejjem iżjed u iżjed ‘l isfel
f’Alla. Id-dawl kbir li jdawwali
moħħi jagħtini l-għarfien
tal-kobor ta’ Alla; imma mhux
bħallikieku kont qiegħda nsir
naf l-attributi individwali,
bħal qabel – le, bħalissa hi
ħaġa differenti:f’mument wieħed,
insir naf l-essenza sħiħa ta’
Alla.
771.
F’dak l-istess waqt, ir-ruħ
tegħreq fih kompletament u
jkollha esperjenza ta’ hena kbir
daqs dak tal-magħżulin
fil-ġenna. Għalkemm il-magħżulin
fil-ġenna jaraw lil Alla wiċċ
imb’wiċċ u huma ferħanin b’mod
sħiħ u assolut, iżda l-għarfien
tagħhom ta’ Alla mhux l-istess.
Alla hekk tani x’nifhem. Dan
l-għarfien iktar profond jibda
hawn fl-art, u jiddependi
mill-grazzja (mogħtija), imma
jiddependi wkoll ħafna
mill-fedelta’ tagħna ma’ dik
il-grazzja.
Iżda, ir-ruħ li tirċievi din
il-grazzja li m’hawnx bħalha ta’
għaqda ma’ Alla ma tistax tgħid
li hija tara lil Alla wiċċ
imb’wiċċ, għax hawnhekk ukoll
hemm velu rqiq ħafna ta’ fidi,
imma tant hu rqiq tista’ tgħid
li hija tara lil Alla u
titkellem miegħu. Hija
“divinizzata”. Alla jippermetti
lir-ruħ li tkun taf kemm
iħobbha, u r-ruħ tara li erwieħ
aħjar u aktar qaddisin minnha,
ma rċevewx din il-grazzja.
Għalhekk, hija timtela bi
stagħġib qaddis, li jżommha
f’umilta’ profonda, u hija
timtela bix-xejn tagħha stess u
bi stagħġib qaddis; u iktar ma
hija ċċekken lilha nnfisha,
iktar Alla jingħaqad magħha u
jinżel sa fejnha.
Ir-ruħ, f’dan ilwaqt, hi
bħallikieku moħbija; is-sensi
tagħha mhumiex attivi; f’waqt
wieħed, hija tagħraf lil Alla u
tegħreq fih. Hija ssir taf
il-fond sħiħ ta’ Dak li Hu bla
tarf, u iktar ma jkun fond dan
l-għarfien, iktar ir-ruħ
tixtiequ bil-ħerqa.
772.
Kbir ikun l-iskambju reċiproku
bejn ir-ruħ u Alla. Meta r-ruħ
toħroġ mill-moħba tagħha,
is-sensi jkunu jistgħu jduqu dak
li r-ruħ tkun tpaxxiet bih.
Għalkemm din ukoll hi grazzja
kbira minn Alla, mhix grazzja
għal kollox spiritwali, għax
fl-ewwel waqtiet is-sensi ma
jkollhomx sehem. Kull grazzja
tagħti lir-ruħ qawwa u saħħa
sabiex tkun tista’ taħdem, u
kuraġġ sabiex tkun tista’ tbati.
Ir-ruħ taf tajjeb dak li Alla
qed jitlob mingħandha, u hija
twettaq ir-rieda qaddisa Tiegħu
minkejja t-tfixkil.
773.
Imma, ir-ruħ ma tistax tibqa’
miexja waħedha f’dawn
l-affarijiet. Hi trid timxi fuq
il-parir ta’ konfessur li jkollu
moħħu mdawwal, għax inkella
tista’ taqbad triq ħażina jew ma
takkwista l-ebda qligħ.
774.
+ O Ġesu’ tiegħi, qiegħda nifhem
sewwa li, bħalma marda nkejluha
bit-termometru, u deni għoli
jurina s-serjeta’ tal-marda,
hekk ukoll, fil-ħajja
spiritwali, it-tbatija hi
t-temometru li jkejjel l-imħabba
ta’ Alla fir-ruħ.
775.
+ L-iskop tiegħi hu Alla . . . u
l-hena tiegħi jinsab f’li
nwettaq ir-rieda Tiegħu, u xejn
fid-dinja ma jista jfixkel dan
il-hena għalija: l-ebda qawwa,
l-ebda setgħa, tkun xi tkun.
776.
Il-Mulej illum żar iċ-ċella
tiegħi u qalli, Binti, minix
ser inħallik f’din il-komunita’
għal wisq iżjed. Jiena qed
ngħidlek dan sabiex inti tħabrek
iżjed biex tapprofitta ruħek
mill-grazzji li Jiena qed
nagħtik.
777.
27 ta’ Novembru (1936). Illum
kont fil-ġenna, fl-ispirtu, u
rajt is-sbuħija tagħha li ħadd
ma jista’ jimmaġinaha u l-hena
li hemm jistenniena wara l-mewt.
Jiena rajt kif il-ħlejjaq kollha
jagħtu tifħir u glorja lil Alla
bla waqfien. Rajt kemm hu kbir
il-hena ta’ Alla, li jinfirex
sal-ħlejjaq kollha u jagħmilhom
ferħanin; u mbagħad din
il-glorja u t-tifħir kollu li
joħorġu minn dan il-ferħ jerġgħu
jmorru lura minn fejn kienu ġew;
u jidħlu fil-fond ta’ Alla,
jikkontemplaw il-ħajja interna
ta’ Alla, il-Missier, l-Iben, u
l-Ispirtu s-Santu, li huma qatt
m’huma ser jifhmu jew ikejlu.
L-għajn minn fejn ġej il-hena ma
jitbiddilx fl-essenza tiegħu,
imma dejjem ġdid, u minnu joħroġ
ifur il-hena għall-ħlejjaq
kollha. Issa nista’ nifhem lil
San Pawl, li qal, “Dak li għajn
qatt ma rat u widna qatt ma
semgħet, u dak li qatt ma
tnissel f’qalb il-bniedem, dak
li Alla lesta għal dawk li
jħobbuh.”
778.
U Alla tani x’nifhem li hemm
ħaġa waħda biss li għandha valur
infint f’għajnejh, u din hi
l-imħabba ta’ Alla: imħabba,
imħabba u għal darb’oħra
imħabba, u xejn ma jista’
jħabbatha ma’ att wieħed ta’
mħabba safja ta’ Alla. O,
b’liema favuri li ma tistax
timmaġinhom Alla jagħti rigali
lir-ruħ li tħobbu
bis-sinċerita’! O, kemm hi
xortiha tajba r-ruħ li diġa’
hawn fl-art tgawdi l-favuri
speċjali Tiegħu! U bħal dawn
huma l-erwieħ ċkejknin u umli.
779.
Meta rajt din l-majesta’ kbira
ta’ Alla, li jiena bdejt
nifimiha b’mod iktar profond, u
li hi meqjuma mill-ispirti
tas-sema skont il-grad
tal-grazzja u skont il-ġerarkiji
li fihom huma maqsumin, dan ma
laqatx lil ruħi bit-terrur jew
bil-biża’: le, le xejn minn dan!
Ruħi kienet mimlija paċi u
mħabba; iktar ma nsir naf
il-kobor ta’ Alla, iktar nifraħ
li Hu kif inhu. U jiena nifraħ
bi kbir bil-kobor Tiegħu u
nitpaxxa li jiena daqshekk
ċkejkna għax, la jiena ċkejkna,
Huwa joħodni f’dirgħajh u
jżommni qrib Qalbu.
780.
O Alla tiegħi, kemm inħoss għal
dawk in-nies li ma jemmnux
fil-ħajja eterna; kemm nitlob
għalihom li raġġ tal-ħniena jdur
madwarhom ukoll, u li Alla
jgħannaqhom ma’ sidru bħala
Missier.
781.
O Mħabba, O Reġina! L-imħabba ma
taf bl-ebda biża’. Hija tgħaddi
minn ġol-kori kollha tal-anġli
li jinsabu weqfin quddiem
it-tron Tiegħu. Hija ma tibża’
minn ħadd. Hija tilħaq lil Alla
u tinsab mgħaddsa fih
bħallikieku fl-uniku teżor li
għandha. Il-Kerubin, li qiegħed
għassa mal-ġenna b’sejf jaqbad,
m’għandu l-ebda setgħa fuqha. O
mħabba safja ta’ Alla, kemm inti
kbira, m’hawn ħadd bħalek! O, li
kieku l-erwieħ kienu jafu biss
kemm inti qawwija!
782.
+ Illum inħossni tassew bla
saħħa. Lanqas biss nista’
nagħmel il-meditazzjoni tiegħi
fil-kappella, imma rrid nimtedd
bilfors. O Ġesu’ tiegħi,
inħobbok, u rrid inqimek permezz
tal-istess dgħjufija tiegħi
billi nissottometti ruħi
kompletament għar-rieda qaddisa
Tiegħek.
783.
+
Irrid noqgħod attenta, l-aktar
illum, għax qed insir sensittiva
ħafna għal kollox. Affarijiet li
ma nagħtix kashom meta nkun
b’saħħti llum qedgħin idejquni.
O Ġesu’ tiegħi, tarka u saħħa
tiegħi, agħtini l-grazzja
Tiegħek sabiex noħroġ rebbieħa
minn dan it-taqbid. O Ġesu’
tiegħi, ibdilni fik bis-saħħa
ta’ mħabbtek, sabiex inkun
strument denn li nxandar
il-ħniena Tiegħek.
784.
+ Jiena nrodd ħajr lil Alla għal
din il-marda u għal dan
id-disturb fiżiku, għax għandi
l-ħin biex nitkellem mal-Mulej
Ġesu’. Hu l-hena tiegħi ngħaddi
sigħat twal f’riġlejn Alla
moħbi, u s-sigħat jgħaddu qishom
minuti filwaqt li nitlef kull
amment tal-ħin. Inħoss nar
jaqbad ġewwa fija, u ma nista’
nifhem l-ebda ħajja oħra ħlief
dik ta’ sagrifiċċju, li toħroġ
minn imħabba safja.
785.
29 ta’ Novembru (1936). Omm Alla
għallmitni kif għandi nħejji
ruħi għall-Festa tal-Milied.
Jiena rajtha llum, mingħajr
it-Tarbija Ġesu’. Hija qaltli:
Binti, ipprova żomm is-skiet
u l-umilta’, sabiex Ġesu’ li
jgħammar il-ħin kollu ġewwa
qalbek, ikun jista’ jistrieħ.
Adurah ġewwa qalbek; toħroġx
minn ġol-esseri li hemm
ġewwanett fik stess. Binti,
jiena ser nakkwistalek
il-grazzja ta’ ħajja interna li
tkun tali li, mingħajr qatt ma
tħalli dik il-ħajja interna, li
inti tkun tista’ twettaq
id-dmirijiet kollha tiegħek
esterni bi premura dejjem ikbar.
Għammar miegħu l-ħin kollu ġewwa
qalbek stess. Hu jkun is-saħħa
tiegħek. Ikkomunika mal-ħlejjaq
biss sakemm ikun hemm bżonn u
sakemm jirrikjedu d-dmirijiet
tiegħek. Inti għamara li togħġob
lil Alla l-ħaj; fik Hu jgħammar
il-ħin kollu bi mħabba u
b’għożża. U l-preżenza ħajja ta’
Alla, li inti għandek esperjenza
tagħha b’mod iktar ħaj u ċar,
tikkonfermak, binti,
fl-affarijiet li jiena għidtlek.
Ipprova ġib ruħek b’dan il-mod
sa jum il-Milied, u mbagħad Hu
stess għad jgħarrfek b’liema mod
inti għad tikkomunika u
tingħaqad flimkien miegħu.
786.
30 ta’ Novembru (1936). Waqt
il-Vespri llum, uġigħ mhux
tas-soltu nifidli ruħi. Qiegħda
nara li, f’kull aspett, din
l-opra ma niflaħx għaliha. Jiena
tarbija żgħira quddiem il-kobor
ta’ din l-opra, u huwa biss
il-kmand ċar tal-Mulej li
jġgħelni nibda nara x’ser
nagħmel biex inwettaqha. Min
naħa l-oħra, dawn il-grazzji
kbar ukoll huma toqol għalija u
jiena bilkemm nista’ niflaħ
għalihom. Qiegħda nara
s-superjuri tiegħi ma jemmnux u
juru dubji ta’ kull tip, u
minħabba f’hekk, il-mod kif huma
jġibu ruħhom miegħi hu mimli
biża’. Ġesu’ tiegħi, qiegħda
nara li dawn il-grazzji kbar
ukoll jistgħu jkunu (kawża ta’)
tbatija. Imma, hekk hu; mhux
biss jistgħu jkunu kawża ta’
tbatija, imma għandhom ikunu,
bħala sinjal tal-ħidma ta’ Alla.
Jiena qiegħda nifhem tajjeb li
li kieku Alla nnifsu ma kienx
isaħħaħ lir-ruħ f’dawn
id-diversi provi, ir-ruħ ma
kenitx tkun kapaċi li tirbaħ
f’din is-sitwazzjoni. Hekk Alla
nnifsu hu t-tarka tagħha.
Filwaqt li komplejt il-Vespri,
nimmedita fuq din it-taħlita ta’
tbatija u grazzja, smajt il-vuċi
tal-Madonna: Kun af, binti,
li għalkemm jiena ġejt mgħollija
għad-dinjita’ ta’ Omm Alla,
seba’ sjuf ta’ uġigħ nifduli lil
qalbi. Tagħmel xejn biex tħares
lilek innfisek; issaporti kollox
bl-umilta’; Alla nnifsu jħarsek.
1 ta’ Diċembru (1936). Irtir ta’
ġurnata.
787.
Illum, waqt il-meditazzjoni ta’
filgħodu, il-Mulej ħallieni nara
u nifhem ċar li t-talbiet Tiegħu
ma jinbidlux. Jiena qiegħda nara
ċar li ħadd ma jista’ jeħlisni
mid-dmir li nagħmel ir-rieda
magħrufa ta’ Alla. Nuqqas kbir
ta’ saħħa fiżika mhux raġuni
biżżejjed u ma jeħlisnix minn
dan ix-xogħol li l-Mulej innifsu
qed iwettaq permezz tiegħi.
Jiena għandi nkun biss strument
f’idejh. U għalhekk, O Mulej,
hawn jiena sabiex inwettaq
ir-rieda Tiegħek. Ikkmandani
kont il-pjan etern u x-xewqat
Tiegħek. Agħtini biss il-grazzja
sabiex inkun dejjem iżjed fidila
lejk.
788.
Filwaqt li kont qiegħda
nitkellem ma’Alla moħbi, Huwa
tani li nara u nifhem li
m’għandix noqgħod naħseb
daqstant u nimtela’ bil-biża’
dwar diffikultajiet li forsi
kelli niltaqa’ magħhom. Kun
af li Jiena qiegħed miegħek;
Jiena nġib id-diffikultajiet, u
nirbaħhom; f’waqt wieħed. Jiena
nista’ nbiddel dispożizzjoni
ostili għal waħda li tkun favur
din il-kawża. Il-Mulej
fissirli ħafna affarijiet
fid-djalogu li kellna llum,
għalkemm minix inpoġġi kollox
bil-miktub.
789.
Dejjem u f’kull ċirkostanza,
ħalli l-ewwel post lil
ħaddieħor; l-aktar waqt
ir-rikreazzjoni noqgħod nisma’
fil-kwiet, mingħajr ma
ninterrompi, ukoll jekk xi ħadd
jgħidli l-istess ħaġa għaxar
darbiet. Qatt ma nagħmel
mistoqsijiet dwar xi ħaġa li
tinteressani ħafna.
790.
Riżoluzzjoni: għadha l-istess;
jiġifieri, li ningħaqad ma’
Kristu Ħanin.
Riżoluzzjoni ġenerali: kalma
interna, skiet.
791.
Aħbini, Ġesu’, fil-fond
tal-ħniena Tiegħek, u mbagħad
ħalli l-proxxmu tiegħi
jiġġudikani kif irid.
792.
M’għandi qatt nitkellem dwar
l-esperjenzi tiegħi.
Fit-tbatija, għandi nfittex
serħan fit-talb. Fid-dubji,
ukoll fl-iċken wieħed, għandi
nfittex biss il-parir
tal-konfessur tiegħi. Irrid li
qalbi tkun dejjem miftuħa sabiex
tilqa’ t-tbatijiet tal-oħrajn, u
ngħarraq it-tbatijiet tiegħi
stess fil-Qalb Divina sabiex
ħadd ma jinduna bihom minn
barra, sakemm hu possibli.
Irrid dejjem nipprova nżomm
il-bilanċ u l-kalma, ikunu kemm
ikunu mqallbin iċ-ċirkostanzi.
M’għandi nħalli xejn iqalleb
il-kalma u s-skiet intern
tiegħi. Xejn ma jista’ jħabbatha
mal-paċi fir-ruħ. Meta
jakkużawni b’xi ħaġa li ma nkunx
ħatja tagħha, ma nispjegax lili
nnifsi; jekk is-Superjura tkun
trid issir taf il-verita’, jekk
kellix raġun jew le, inħalliha
ssir taf mingħand l-oħrajn iktar
milli mingħandi. Jiena naħseb
biss biex naċċetta kollox
b’dispożizzjoni interna li tkun
umli.
Dan l-Avvent ngħaddih skont
id-direttivi mogħtija minn Omm
Alla: fil-manswetudni u
fl-umilta’.
793.
Qiegħda nerġa’ ngħix dawn
il-mumenti flimkien mal-Madonna.
Qiegħda nistenna b’xenqa kbira
l-wasla tal-Mulej. Ix-xewqat
tiegħi huma kbar. Jiena nixtieq
li l-umanita’ kollha ssir taf
lill-Mulej. Nixtieq inħejji
n-nazzjonijiet kollha
għall-miġja tal-Verb Inkarnat. O
Ġesu’, agħmel li l-għajn
tal-ħniena Tiegħek tfawwar
b’abbundanza ikbar, għax
l-umanita’ hi marida serjament u
għalhekk għandha iktar bżonn
mis-soltu tal-kumpassjoni
Tiegħek. Inti baħar bla qiegħ
ta’ ħniena għalina l-midinbin; u
iktar ma hi kbira l-miżerja,
iktar għandna jedd fuq il-ħniena
Tiegħek. Inti għajn li tagħmel
il-ħlejjaq kollha kuntenti
permezz tal-ħniena nfinita’
Tiegħek.
794.
Illum (id-9 ta’ Diċembru 1936),
ser nitlaq għal Pradnik, ftit ‘l
barra minn Krakovja, għall-kura.
Għandi noqgħod hemmhekk tliet
xhur. Qiegħda niġi mibgħuta
hemmhekk bil-premura kbira
tas-superjuri tiegħi,
speċjalment il-Madre Ġenerali
għażiża tagħna (Michael), li
tant tieħu ħsieb lis-sorijiet li
jkunu morda.
795.
Jiena aċċettajt il-favur li
għamluli li jagħtuni din
il-kura, imma ninsab rassenjata
bis-sħiħ mar-rieda ta’ Alla.
Inħalli f’idejn Alla li jagħmel
bija dak li jogħġbu. Ma nixtieq
xejn ħlief li nwettaq ir-rieda
qaddisa Tiegħu. Qiegħda
ningħaqad ma’ Omm Alla, tielqa
minn Nażaret u sejra Betlem. Ser
inqatta’ l-Milied hemmhekk fost
nies li ma nafhomx, imma
flimkien ma’ Ġesu’, Marija u
Ġużeppi, għax dik hi r-rieda ta’
Alla. Qiegħda nipprova nagħmel
ir-rieda ta' Alla f’kollox. Ma
nixtieqx li nerġa’ nirpilja
saħħti iktar milli nixtieq
il-mewt. Nafda lili nnifsi
kompletament fil-ħniena nfinita’
Tiegħu u, bħal tifla żgħira,
qiegħda ngħix fl-ikbar paċi.
Qiegħda nipprova biss nagħmel li
mħabbti għalih issir iktar
profonda u safja, li l-ħarsa
divina Tiegħu tkun tista’
titpaxxa bija. . .
796.
Il-Mulej qalli ngħid din
il-kurunella għal disat ijiem
qabel il-Festa tal-Ħniena.
Għandha tibda fil-Ġimgħa
l-Kbira. Permezz ta’ din
in-novena, Jiena nagħti kull
grazzja possibli lill-erwieħ.
797.
Meta għelbitni xi ftit il-biża’
li kelli noqgħod barra
mill-komunita’ waħdi għal tant
żmien, Ġesu’ qalli, Ma tkunx
waħdek, għax Jiena miegħek
dejjem u kullimkien. Fejn Qalbi,
tibża’ minn xejn. Jiena stess
il-kawża tat-tluq tiegħek. Kun
af li għajnejja jsegwu kull
mossa ta’ qalbek b’attenzjoni
kbira. Qiegħed nwarrbek
mill-oħrajn sabiex Jiena stess
inkun nista’ niffurmalek qalbek
skont il-pjanijiet Tiegħi
għall-futur. Minn xiex qiegħda
tibża? Jekk inti qiegħda Miegħi,
min ser jissogra jmissek? Xorta
waħda, Jiena nieħu gost li inti
qiegħda tafdali f’idejja
l-biżgħat tiegħek, binti.
Kellimni fuq kollox b’mod
kompletament sempliċi u uman;
b’dan il-mod inti tagħtini ferħ
kbir. Jiena nifhmek għax Jiena
Alla- Bniedem. Din il-lingwa
sempliċi ta’ qalbek togħġobni
iktar mill-innijiet li ġew
miktuba ad unur Tiegħi. Kun af,
binti, li iktar ma jkun sempliċi
l-kliem tiegħek, iktar inti
tiġbidni lejk. U issa, ibqa’
fil-paċi qrib ta’ Qalbi. Itlaq
il-pinna minn idejk u lesti biex
titlaq.
798.
9 ta’ Diċembru 1936. Dalgħodu
tlaqt għal Pradnik. Swor
Chrysostom saqitni sa hawnhekk.
Għandi kamra privata għalija;
qisni Karmelitana. X’ħin telqet
Swor Chrysostom u sibt ruħi
waħdi, intlift fit-talb u afdajt
lili nnifsi fil-ħarsien speċjali
ta’ Omm Alla. Hi biss dejjem
miegħi. Hi, ta’ Omm twajba li
Hi, tħarisni fil-provi u
fl-isforzi tiegħi kollha.
799.
F’daqqa waħda, rajt lill-Mulej
Ġesu’, li qalli, Kun
fil-paċi, binti. Ara, m’intix
waħdek. Qalbi qiegħda tħarsek.
Ġesu’ mlieni bis-saħħa li
għandi bżonn dwar ċerta persuna.
Inħoss is-saħħa ġewwa ruħi.
Prinċipji morali.
800.
Jekk wieħed ma jkunx jaf x’inhu
l-aħjar, wieħed għandu jieqaf
jaħseb, jikkonsidra l-ħaġa u
jfittex parir, għax wieħed
m’għandux jaġixxi b’kuxjenza
mimlija dubji. Meta ma tkunx
ċerta minnek innifsek, għid
lilek innifsek: “Nagħmel
x’nagħmel ikun sewwa. Għandi
l-intenzjoni li nagħmel
is-sewwa.” Il-Mulej Alla
jaċċetta dak li aħna
nikkonsidrawh li hu tajjeb u
l-Mulej Alla jaċċettah ukoll u
jikkonsidrah li hu tajjeb.
Wieħed m’għandux jinkwieta jekk,
wara xi żmien, jara li dawn
l-affarijiet mhumiex sewwa. Alla
jħares lejn l-intenzjoni li
nibdew biha, u jippremjana skont
din il-ħaġa. Dan huwa prinċipju
li għandna nimxu fuqu.
801.
Illum, xorta waħda rrnexxieli
nagħmel viżta żgħira lill-Mulej
(fl-Ewkaristija) qabel ma dħalt
fis-sodda. L-ispirtu tiegħi kien
mitluf fih bħallikieku fl-uniku
teżor li għandu. Qalbi strieħet
għal ftit qrib il-Qalb
tal-Għarus tiegħi. Irċevejt dawl
kif kelli nġib ruħi ma’ dawk ta’
madwari, u mbagħad erġajt lura
għas-solitudni tiegħi. It-tabib
qiegħed jieħu ħsiebi sewwa; dawk
kollha ta’ madwari qalbhom tajba
ħafna miegħi.
802.
10 ta’ Diċembru (1936). Illum
qomt iktar kmieni u għamilt
il-meditazzjoni tiegħi qabel
il-Quddiesa. Hawnhekk
il-Quddiesa hi fis-sitta. Wara
t-Tqarbin, l-ispirtu tiegħi
ntilef fil-Mulej bħallikieku
fl-uniku oġġett ta’ mħabbtu.
Ħassejtni miġbuda mis-setgħa
Tiegħu bla tarf, u ntlift fiha.
X’ħin mort lura fil-kamra
privata tiegħi, ħassejtni marida
u kelli nimtedd mill-ewwel.
Is-soru (nota150) ġabitli
xi mediċina, imma ħassejtni
marida l-ġurnata kollha.
Filgħaxija, ippruvajt nagħmel
Siegħa Adorazzjoni, imma ma
stajtx; kulma stajt nagħmel kien
li ningħaqad ma’ Ġesu’
fit-tbatija.
803.
Il-kamra tiegħi tinsab maġenb
is-sala tal-irġiel. Ma kontx naf
kemm ipaċpċu l-irġiel! Minn
filgħodu sa tard billejl, ikunu
jitkellmu fuq diversi suġġetti.
Is-sala tan-nisa hi ħafna iktar
kwieta. Dejjem jagħtu t-tort
lin-nisa f’din il-ħaġa, imma
jiena kelli okkażjoni
nikkonvinċi ruħi li l-oppost hi
l-verita’. Hija ħaġa diffiċli
ħafna għalija li nikkonċentra
fuq it-talb tiegħi f’nofs dak
iċ-ċajt u daħk kollu. Ma
jtellfunix meta l-grazzja ta’
Alla taħkimni kompletament, għax
imbagħad ma nkunx naf x’inhu
jiġri madwari.
804.
Ġesu’ tiegħi, kemm jitkellmu
ftit fuqek dawn in-nies.
Jitkellmu fuq kollox ħlief
fuqek, Ġesu’. U jekk jitkellmu
daqshekk ftit (fuqek), wisq
probabbli li ma jaħsbu xejn
fuqek. Id-dinja kollha
tinteressahom; imma fuqek,
il-Ħallieq tagħhom, iżommu
s-skiet. Ġesu’, insewwed qalbi
nara din l-indifferenza hekk
kbira u l-ingratitudni
tal-ħlejjaq. O Ġesu’ tiegħi,
irrid inħobbok għalihom u
npattilek permezz ta’ mħabbti.
Il-Kunċizzjoni Immakulata
tal-Omm ta’ Alla.
805.
Minn kmieni filgħodu, ħassejt li
kienet tinsab fil-qrib il-Verġni
Mbierka. Waqt il-Quddiesa,
rajtha, hekk sabiħa li m’għandix
kliem biex nesprimi wkoll biċċa
żgħira minn din is-sbuħija.
Kienet liebsa kollha kemm Hi
bl-abjad, b’faxxa kaħla
ma’qaddha. Il-mantell tagħha
wkoll kien ikħal, u fuq rasha
kellha kuruna. Dawl meraviljuż
kien ħiereġ minn figuritha
kollha. Jiena s-Sultana
tas-Sema u tal-art, imma b’mod
speċjali jiena l-Omm tal-(Kongregazzjoni)
tiegħek. Għafsitni
ma’qalbha u qalet, Inħoss
kompassjoni għalik il-ħin kollu.
Ħassejt il-qawwa tal-Qalb
Immakulata tagħha li ġiet
ikkomunikata għal ġewwa ruħi.
Issa nista’ nifhem għaliex ili
nħejji ruħi għal din il-festa
għal xahrejn u ili nistennieha
b’xenqa hekk kbira. Mil-lum ‘il
quddiem, ser nipprova jkolli
l-akbar safa f’ruħi, sabiex
ir-raġġi tal-grazzja ta’ Alla
jistgħu jiġu riflessi fid-dija
kollha tagħhom. Kemm nixtieq
inkun kristall biex inkun
ningħoġob f’għajnejh.
806.
+ F’dik l-istess ġurnata, rajt
ċertu saċerdot (probabilment Dun
Sopocko jew Patri Andrasz)
imdawwar bid-dawl li kien ħiereġ
minnha (mill-Madonna); kienet
ħaġa ċara, din ir-ruħ tħobbha
lill-Immakulata.
807.
Xenqa mhux tas-soltu qiegħda
timlieli ruħi. Nibqa’ mistagħġba
li mhix qiegħdha tifridli ruħi
minn ġismi. Jiena nixxennaq għal
Alla; irrid nintilef fih.
Qiegħda nifhem li ninsab
f’eżilju terribbli; ruħi
tixxennaq għal Alla b’saħħitha
kollha. O intom li qedgħin
tgħammru fil-pajjiż tiegħi,
ftakru f’dan l-eżilju! Meta ser
jitneħħew il-velijiet għalija
wkoll? Għalkemm qiegħda nara u
nħoss sa ċertu punt kemm hu rqiq
il-velu li hemm jifridni
mill-Mulej; jiena nixtieq li
narah wiċċ imb’wiċċ; imma jalla
kollox iseħħ skont ir-rieda
Tiegħek.
808.
11 ta’ Diċembru. Ma stajtx inkun
preżenti għall-Quddiesa kollha
llum; kont hemm fl-iktar
partijiet importanti biss, u
wara li tqarbint mort lura
mill-ewwel fis-solitudni tiegħi.
Il-preżenza ta’ Alla f’daqqa
waħda daret madwari, u fl-istess
waqt ħassejt il-Passjoni
tal-Mulej, għal żmien qasir
ħafna. Waqt dak il-mument, ksibt
għarfien aktar profond tal-opra
tal-ħniena.
809.
Matul il-lejl, ġejt imqajma
f’daqqa waħda u kont naf li xi
ruħ kienet qiegħda titlobni
nitlob għaliha, u li kellha
bżonn ħafna talb. Bi ftit kliem,
imma b’ruħi kollha, tlabt
il-Mulej grazzja għaliha.
810.
L-għada wara nofs inhar, x’ħin
dħalt fis-sala, rajt lil xi ħadd
qiegħed imut, u sirt naf li
l-agunija kienet bdiet matul
il-lejl. X’ħin ivverifikajt –
kien l-istess ħin li fih kont
ġejt mitluba nitlob. U preċiż
dak il-ħin, smajt vuċi ġewwa
ruħi: Għid il-kurunella li
għallimtek. Mort niġri nġib
il-kuruna tar-Rużarju, inżilt
għarkobbtejja fejn il-persuna li
kienet qiegħda tmut u, bil-ħerqa
kollha ta’ ruħi, bdejt ngħid
il-kurunella. F’daqqa waħda
l-persuna moribonda fetħet
għajnejha u ħarset lejja; ma
rnexxilix nispiċċa l-kurunella
kollha qabel mietet, f’paċi
staordinarja. Bil-ħerqa kollha
jiena talbt lill-Mulej iwettaq
il-wegħda li Hu kien tani
għat-talba tal-kurunella.
Il-Mulej tani x’nifhem li r-ruħ
kienet qalgħet il-grazzja li Hu
kien wegħedni. Dik kienet
l-ewwel ruħ li rċeviet
il-benefiċċju tal-wegħda
tal-Mulej. Stajt inħoss il-qawwa
tal-ħniena madwar dik ir-ruħ.
811.
X’ħin dħalt fis-solitudni
tiegħi, smajt dan il-kliem:
Fis-siegħa tal-mewt tagħhom,
Jiena nħares bħala l-glorja
Tiegħi stess, lil ruħ li tgħid
din il-kurunella; jew meta nies
oħrajn jgħiduha għal wieħed li
qed imut, l-indulġenza hi
l-istess. Meta tingħad din
il-kurunella fejn is-sodda ta’
persuna qiegħda tmut, il-korla
ta’ Alla tittaffa, ħniena bla
qies iddawwar ir-ruħ, u l-fond
tal-ħniena tenera Tiegħi
jiċċaqlaq minħabba l-Passjoni
ħarxa ta’ Ibni.
O li kieku kulħadd jintebaħ kemm
hi kbira l-ħniena tal-Mulej u
kemm ilkoll kemm aħna għandna
bżonn ta’ dik il-ħniena, l-aktar
f’dik is-siegħa kruċjali!
812.
+ Illum tqabadt mal-ispirti
tad-dlamijiet minħabba ruħ
waħda. Kemm hi terribbli
l-mibgħeda ta’ Satana
għall-ħniena ta’ Alla! Jiena
qiegħda nara kif hu jeħodha
kontra din l-opra kollha kemm
hi.
813.
+ O Ġesu’ ħanin, imdendel
mas-Salib, ftakar fina f’ħin
mewtna. O Qalb l-iżjed ħanina
ta’ Ġesu’, miftuħa b’lanza,
agħtini l-kenn Fik fl-aħħar waqt
ta’ ħajti. O Demm u Ilma li
ħriġtu mill-Qalb ta’ Ġesu’ bħala
għajn ta’ ħniena bla tarf
għalija fis-siegħa ta’ mewti; O
Ġesu’ li qed tmut bħala rahan
ta’ ħniena, warrab minni l-korla
ta’ Alla fis-siegħa ta’ mewti.
814.
+ 12 ta’ Diċembru (1936). Illum,
tqarbint biss u bqajt ftit
waqtiet mill-Quddiesa. Saħħti
kollha tinsab fik, O Ħobż ħaj.
Ikun diffiċli għalija ngħix
il-ġurnata li kieku ma
nitqarbinx. It-tqarbina hi
t-tarka tiegħi; mingħajrek,
Ġesu’, ma nafx kif naqbad ngħix.
815.
Ġesu’, Imħabbti, illum tani
x’nifhem kemm iħobbni, għalkemm
hemm distanza hekk kbira
bejnietna, il-Ħallieq u
l-ħlejqa; u xorta waħda, b’xi
mod, hemm bħallikieku
ugwaljanza: l-imħabba timla
l-vojt. Hu nnifsu jinżel sa
ħdejja u jagħmilni kapaċi
nikkomunika miegħu. Jiena
nintilef fih. Bħallikieku ninsa
lili nnifsi; u madankollu, taħt
il-ħarsa Tiegħu mimlija mħabba,
ruħi takkwista s-saħħa u l-qawwa
u ssir taf li hi tħobb u hi
maħbuba b’mod speċjali. Taf li
l-Omnipotenti jħarisha. Talb
bħal dan, għalkemm qasir,
jagħmel ħafna ġid lir-ruħ, u
sigħat sħaħ ta’ talb komuni ma
jagħtix lir-ruħ dak id-dawl li
jingħatalha b’waqt qasir ta’ din
il-forma ogħla ta’ talb.
816.
+ Illum wara nofs inhar, stajt
nistrieħ għall-ewwel darba
għall-arja ta’ barra (fuq
il-veranda tas-sanatorjum
għax-xemx). Swor Felicia
(nota151) ġiet iżżurni llum
u ġabitli xi ftit affarijiet li
kelli bżonn u xi tuffieħ sabiħ u
tislijiet mingħand il-maħbuba
Madre Superjura tagħna u
s-sorijiet għeżież.
13 ta’ Diċembru (1936), Qrara
quddiem Ġesu’.
817.
X’ħin qgħadt naħseb li ma kontx
qerrejt għal iktar minn tlett
ġimgħat, bdejt nibki x’ħin rajt
l-istat tad-dnub li kienet
tinsab fih ruħi u ċerti
diffikultajiet. Ma kontx mort
inqerr għax iċ-ċirkostanzi
għamluhieli impossibli. Dak
inhar tal-qrar, kelli noqgħod
fis-sodda. Il-ġimgħa ta’ wara,
il-qrar kien wara nofs inhar, u
kont tlaqt għall-isptar dak
inhar filgħodu. Illum wara nofs
inhar, Patri Andrasz daħal
fil-kamra tiegħi u poġġa
bilqiegħda biex jisma’ l-qrara
tiegħi. Qabel (il-qrara), ma
għedna l-ebda kelma. Jiena kont
ferħana ħafna għax kont anzjuża
sabiex inqerr. Bħas-soltu, kxift
ruħi kollha. Is-saċerdot wieġeb
għall-iċken dettall. Ħassejtni
ferħana iktar mis-soltu li stajt
ngħid kollox bħalma għamilt.
Bħala penitenza tani l-Litanija
tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu’.
X’ħin ridt ngħidlu
bid-diffikulta’ li kelli biex
ngħid din il-Litanija, qam u
beda jagħtini l-assoluzzjoni.
F’daqqa waħda, persuntu mtliet
b’dawl kbir, u rajt li ma kienx
Patri A. imma Ġesu’. Ilbiesu
kien abjad bħas-silġ, u għeb
fil-pront. Għall-ewwel,
ħassejtni daqsxejn skomda, imma
wara ftit sensazzjoni ta’ paċi
daħlet f’ruħi; u nnotajt il-fatt
li Ġesu’ kien sema’ l-qrara
bl-istess mod li jagħmlu
l-konfessuri; imma xi ħaġa
tal-għaġeb ġrat ġewwa qalbi waqt
din il-qrara; ma stajtx nifhem
għall-ewwel dan x’kien ifisser.
818.
16 ta’ Diċembru (1936). Offrejt
dan il-jum għar-Russja. Offrejt
it-tbatijiet u t-talb kollu
tiegħi għal dak il-pajjiż
imsejken. Wara t-Tqarbin, Ġesu’
qalli, Ma nistax nissaporti
iżjed dak il-pajjiż. Torbotlix
idejja, binti. Jiena fhimt
li, li kieku ma kienx it-talb
tal-erwieħ li jogħġbu lil Alla,
dak in-nazzjon kollu kien ikun
miġjub għax-xejn. O, kemm inbati
għal dak in-nazzjon li keċċa lil
Alla ‘l barra mill-fruntieri
tiegħu!’
819.
+ O għajn li qatt ma tieqaf ta’
Ħniena Divina, ferra’ lilek
innifsek fuqna! It-Tjubija
Tiegħek hi bla tarf. Ikkonferma,
O Mulej, il-qawwa tal-ħniena
Tiegħek fuq l-abbiss tal-miżerja
tiegħi, għax Inti m’għandek
l-ebda limitu għall-atti
tal-ħniena Tiegħek. Tal-għaġeb u
m’hawnx bħalha l-ħniena Tiegħek,
tgħaġġeb l-imħuħ tal-bnedmin u
tal-anġli.
820.
L-Anġlu Kustodju tiegħi qalli
nitlob għal ċerta ruħ, u
filgħodu sirt naf li dan kien
raġel li l-agunija tiegħu kienet
bdiet dak il-ħin stess. Il-Mulej
Ġesu’ jgħarrafni b’mod speċjali
meta xi ħadd ikun jeħtieġ
it-talb tiegħi. B’mod speċjali
nkun naf meta ruħ moribonda tkun
teħtieġ it-talb tiegħi. Dan qed
jiġri iktar ta’ spiss issa milli
kien jiġri fil-passat.
821.
Il-Mulej Ġesu’ għarrafni kemm
togħġbu tassew dik ir-ruħ li
tgħix skont ir-rieda ta’ Alla.
Meta tagħmel hekk, hija tagħti
glorja kbira ħafna lil Alla . .
.
822.
Illum jiena fhimt li, ukoll li
kieku ma rnexxilix nwettaq xejn
minn dak li l-Mulej qiegħed
jitlob mingħandi, jiena naf li
ser niġi ppremjata bħallikieku
wettaqt kollox, għax Hu jara
l-intenzjoni li nibda biha, u
wkoll li kieku kellu jsejjaħli
għal għandu llum, il-ħidma ma
kien jiġrilha xejn minħabba dan,
għax Hu nnifsu Hu s-Sid
tal-ħidma u tal-ħaddiem. Jiena
li għandi nagħmel hu li nħobbu
bi mħabba tal-ġenn; il-ħidmiet
kollha m’huma xejn iktar minn
qatra ċkejkna quddiemu.
L-imħabba għandha tifsira, qawwa
u mertu. Huwa fetaħ orizzonti
kbar ġewwa ruħi – l-imħabba
tpatti għall-abbissi.
823.
17 ta’ Diċembru (1936). Offrejt
din il-ġurnata għas-saċerdoti.
Batejt iktar illum minn qatt
qabel, kemm internament kemm
esternament. Qatt ma kont naf li
hu possibli tbati daqshekk f’jum
wieħed. Ippruvajt nagħmel Siegħa
Adorazzjoni, li matulha
l-ispirtu tiegħi seta’ jduq
l-imrar tal-Ġnien tal-Ġetsemani.
Qiegħda nissielet waħdi,
inserraħ fuq driegħu, kontra
d-diffikultajiet li nsibhom
ma’wiċċi bħal ħitan b’saħħithom
li ma tistax teħodha kontra
tagħhom. Imma jiena nafda
fil-qawwa tal-isem Tiegħu u ma
nibża’ minn xejn.
824.
Kif ninsab maqtugħa għalija
waħdi, Ġesu’ nnifsu hu
l-Imgħallem tiegħi. Huwa stess
jedukani u jgħallimni. Inħossni
li jiena l-oġġett tal-ħidma
speċjali Tiegħu.
Għall-iskopijiet Tiegħu li Hu
biss jafhom u għad-digrieti
Tiegħu li ħadd ma jista’
jifhimhom, Huwa jgħaqqadni
miegħu b’mod speċjali u jħallini
nidħol ġewwa l-misteri Tiegħu li
ħadd ma jista’ jifhimhom. Hemm
misteru wieħed li jgħaqqadni
mal-Mulej, li bih ħadd – lanqas
l-anġli – ma jista’ jsir jaf. U
wkoll li kieku ridt nitkellem
fuqu, ma kontx inkun naf kif
inpoġġih fil-kliem. U xorta
waħda, ngħix bih u ser nibqa’
ngħix bih għal dejjem. Dan
il-misteru jagħmilni differenti
minn kull ruħ oħra hawn fl-art u
fl-eternita’.
825.
O jum jiddi u jleqq meta l-ħolm
tiegħi kollu għad isir realta’;
O jum li jiena nixtiequ b’tant
ħerqa, l-aħħar jum ta’ ħajti!
Jiena qiegħda nistenna bil-ferħ
l-aħħar daqqa tal-pinzell li
l-Artist Divin baqagħlu jagħti
lil ruħi, li għad jagħtiha
sbuħija unika li tagħżilha
mis-sbuħija tal-erwieħ l-oħrajn.
O jum kbir, meta l-imħabba
divina għad tiġi kkonfermata
ġewwa fija. F’dak il-jum,
għall-ewwel darba, jiena għad
inkanta quddiem is-sema u l-art
l-għanja tal-ħniena bla tarf
tal-Mulej. Dan hu xogħli u
l-missjoni li l-Mulej
iddestinali sa mill-bidu
tad-dinja. Sabiex il-għanja ta’
ruħi tkun togħġob lit-Trinita’
Qaddisa, kun Int, O Spirtu ta’
Alla, li tmexxi u tifformali
ruħi Inti stess. Jiena nsaħħaħ
lili nnifsi bil-paċenzja u
nistenna il-miġja Tiegħek, O
Alla ħanin, u għal dak li għandu
x’jaqsam mal-uġigħ terribbli u
l-biża’ tal-mewt, f’dan il-waqt
iktar milli fil-ħinijiet
l-oħrajn, jiena nafda fl-abbiss
tal-ħniena Tiegħek, u qiegħda
nfakkrek, O Ġesu’ ħanin,
Salvatur ħelu, fil-wegħdiet
kollha li Inti għamiltli.
826.
Dalgħodu kelli avventura.
Waqafli l-arloġġ, u ma kontx
naf hekk kienx sar il-ħin biex
inqum, u għaddieli l-ħsieb xi
sfortuna kellha tkun kieku
nitlef Tqarbina. Kien għadu
d-dlam, għalhekk ma stajtx
ninduna jekk kienx sar il-ħin li
nqum. Ilbist, għamilt
il-meditazzjoni tiegħi u mort
fil-kappella, imma kullimkien
kien għadu msakkar, u s-skiet
kien isaltan kullimkien.
Għaddast lili nnifsi fit-talb,
speċjalment għall-morda, Jiena
issa nista’ nara kemm għandhom
bżonn ta’ talb il-morda. Sa
fl-aħħar, fetħu l-kappella.
Sibtha ħaġa diffiċli li nitlob
għax diġa’ kont qiegħda nħossni
għajjiena ħafna, u wara
t-Tqarbin erġajt lura fil-pront
f’kamarti. Imbagħad rajt
lill-Mulej, li qalli, Kun af,
binti li l-ħeġġa ta’ qalbek
togħġobni. U bħalma inti tixtieq
b’tant ħerqa li tingħaqad Miegħi
fit-Tqarbin Imqaddes, Jiena
wkoll nixtieq ningħata kollni
kemm Jiena lilek; u bħala premju
għaż-żelu tiegħek, strieħ fuq
Qalbi. F’dak il-waqt,
l-ispirtu tiegħi ntilef
fl-Esseri Tiegħu, bħal qatra
f’oċejan bla qiegħ. Għeriqt fih
bħala l-uniku teżor tiegħi.
B’dan il-mod sirt naf li l-Mulej
jippermetti ċerti diffikultajiet
għall-ikbar glorja Tiegħu.
827.
18 ta’ Diċembru(1936). Illum
ħassejtni daqsxejn diżżapuntata
li kienet għaddiet ġimgħa u ħadd
ma kien ġie jżurni. (nota152)
Meta lmentajt mal-Mulej, Hu
weġibni, Mhux biżżejjed
għalik li niġi nżurek Jiena
kuljum? Tlabt skuża
lill-Mulej u l-weġgħa ma
baqgħetx hemm. O Alla, saħħa
tiegħi, Inti biżżejjed għalija.
828.
Illum filgħaxija, sirt naf li
ċerta ruħ kellha bżonn tat-talb
tiegħi. Jiena tlabt bil-ħerqa,
imma ħassejt li dan kien għadu
mhux biżżejjed, għalhekk
komplejt nitlob għal żmien
itwal. L-għada, sirt naf li
l-agunija ta’ ċerta ruħ kienet
bdiet f’dak il-ħin preċiż u
kienet baqgħet sejra sa
filgħodu. Jiena rrealizzajt xi
provi kellha ġġarrab. B’mod
stramb, il-Mulej Ġesu’
jgħarrafni meta xi ruħ moribonda
tkun teħtieġ it-talb tiegħi.
Iħoss b’mod ħaj u b’mod ċar dak
l-ispirtu li jkun qed jitlob
mingħandi t-talb. Ma kontx
irrealizzajt kemm huma magħqudin
mill-qrib l-erwieħ, u spiss ikun
l-Anġlu Kustodju tiegħi li
javżani.
829.
Waqt il-Quddiesa, iċ-ċkejken
Bambin Ġesu’ jferraħ ir-ruħ
tiegħi. Spiss, id-distanza ma
teżistix – nara ċertu saċerdot
li jniżżlu hawn. Qiegħda
nistenna l-Milied b’xenqa kbira;
qiegħda ngħix fi stennija kbira
flimkien mal-Omm l-Iżjed
Qaddisa.
830.
O Dawl Etern, li tiġi f’din
l-art, dawwali moħħi u saħħaħli
r-rieda tiegħi sabiex jiena ma
naqtax qalbi fi żminijiet ta’
tribulazzjoni kbira. Jalla
d-dawl Tiegħek ikeċċi
d-dellijiet kollha tad-dubju.
Jalla s-setgħa Tiegħek bla tarf
taħdem permezz tiegħi. Jiena
nafda fik, O Dawl mhux maħluq!
Inti, O Bambin Ġesu’, mudell
għalija sabiex jiena nwettaq
ir-rieda tal-Missier. Inti, li
għidt, “Ara, Jiena ġej sabiex
nagħmel ir-rieda Tiegħek.”
Agħmel li jiena wkoll nagħmel
ir-rieda ta’ Alla f’kollox
bil-fedelta’ O Bambin Divin,
agħtini din il-grazzja.
831.
O Ġesu’ tiegħi, ruħi kienet
imxennqa għall-jiem ta’ prova
imma tħallinix waħdi fid-dalma
ta’ ruħi. Pjuttost, żommni
fis-sod, qrib Tiegħek. Oqgħod
għassa fuq xofftejja sabiex
il-fwieħa tat-tbatijiet tiegħi
tkun taf biha Inti biss u tkun
togħġob lilek biss.
832.
O Ġesu’ Ħanin, kemm għaġġilt
sal-kamra ta’ Fuq bix-xewqa li
kellek sabiex Inti tikkonsagra
l-Ostja li jiena għandi nirċievi
f’ħajti. Ġesu’, Int xtaqt tiġi
tgħammar ġewwa qalbi. Id-Demm
ħaj Tiegħek jingħaqad ma’
tiegħi. Min jista’ jifhem din
l-għaqda mill-qrib? Qalbi
għandha ġewwa fiha
l-Omnipotenti, l-Infinit. O
Ġesu’, kompli agħtini l-ħajja
divina Tiegħek. Ħalli d-Demm
safi u nobbli Tiegħek iħabbat
b’saħħtu kollha ġewwa qalbi.
Jiena nagħtik lili nnifsi,
kollni kemm jiena. Ibdilni fik u
agħmilni kapaċi nwettaq ir-rieda
mqaddsa Tiegħek f’kollox, kapaċi
li nħobbok lura. O Għarus ħelu
tiegħi, Inti taf li qalbi ma taf
lil ħadd ħliefek. Int ftaħt
ġewwa qalbi profondita’ ta’
mħabba għalik li qatt ma tista’
tixba. Minn dak l-ewwel waqt
meta saret tafek, qalbi ħabbitek
u ntilfet fik bħala l-uniku
oġġett li għandha. Jalla
l-imħabba Tiegħek safja u ta’
setgħa bla tarf, tkun dik
il-qawwa li ssuq l-azzjonijiet
kollha tiegħi. Minn qatt jista’
jimmaġina u jifhem il-fond ta’
dik il-ħniena li ħarġet tgelgel
minn ġo Qalbek?
833.
Kelli esperjenza ta’ kemm hawn
għira, fil-ħajja reliġjuża
wkoll. Nista’ nara li hemm ftit
erwieħ li huma veramen kbar,
lesti li jirfsu fuq dak kollu li
mhux Alla. O ruħ, inti m’inti
sejra ssib l-ebda sbuħija jekk
mhux f’Alla. O, kemm hi fraġli
l-bażi li fuqha jistrieħu dawk
li jgħollu lilhom infushom ‘il
fuq a spejjeż tal-oħrajn!
X’telf!
834.
19 ta’ Diċembru (1936). Illum
filgħaxija ħassejt f’ruħi li
ċerta persuna kellha bżonn
it-talb tiegħi. Bdejt nitlob
fil-pront. F’daqqa waħda
nirrealizza ġewwa fija u nsir
naf ta’ min hu l-ispirtu li qed
jitlob dan mingħandi; nitlob
sakemm inħossni fil-paċi. Hemm
għajnuna kbira għall-moribondi
f’din il-kurunella. Jiena spiss
nitlob għal intenzjoni li sirt
naf biha b’mod interjuri. Jiena
dejjem nitlob sakemm inħoss
ġewwa ruħi li t-talba kellha
l-effett mixtieq.
835.
L-aktar issa, li ninsab f’dan
l-isptar, jiena nħoss ġewwa fija
spirtu ta’ għaqda mal-moribondi
li jitolbuni t-talb meta tibda
l-agunija tagħhom. Alla tani
kuntatt tal-għaġeb
mal-moribondi! Peress li din
il-ħaġa issa ilha tiġri iktar
ta’ spiss, jiena stajt
nivverifikaha wkoll, is-siegħa
preċiża.
Illum ġejt imqajma f’daqqa waħda
fil-ħdax ta’ billejl u ħassejt
ċar il-preżenza maġenbi ta’ xi
spirtu li kien qed jitlob
it-talb mingħandi. Xi qawwa
sempliċiment ġegħelitni nitlob.
Il-viżjoni tiegħi hija waħda
purament spiritwali, permezz ta’
dawl f’daqqa waħda li Alla
jagħtini f’dak il-waqt. Jiena
nibqa’ nitlob sakemm inħoss
il-paċi f’ruħi, u mhux dejjem
għall-istess tul ta’ ħin; għax
xi kultant jiġri li b’ “Ave
Marija” waħda nkun diġa’
fil-paċi, u mbagħad ngħid id-De
Profundis u ma nitlobx
iżjed. U xi kultant jiġri li
nitlob il-kurunella kollha u
mbagħad biss inħossni fil-paċi.
Skoprejt ukoll li jekk inħossni
mġiegħla nitlob għal żmien itwal
– jiġifieri, inħossni mqallba
ġewwa fija, ir-ruħ tkun
għaddejja minn prova ikbar u
minn agunija tal-aħħar li tkun
itwal.
Ħa ngħidlkom kif ivverifikajt
il-ħin preċiż: għandi arloġġ, u
nara l-ħin li jkun. L-għada
x’ħin jgħiduli li mietet dik
il-persuna, nistaqsihom x’ħin
kien, u jkun jaqbel mal-ħin
preċiż tat-tul tal-agunija
tal-aħħar tal-persuna. Jgħiduli,
“It-tali persuna mietet illum,
imma mietet f’daqqa u fil-paċi.”
Xi kultant jiġri li l-moribond
ikun jinsab ‘il bogħod fit-tieni
jew fit-tielet bini, imma
għall-ispirtu, l-ispazju ma
jeżistix. Xi kultant jiġri li
nkun naf b’mewta li tkun qed
tiġri xi mitt kilometru ‘l
bogħod. Dan ġara diversi drabi
rigward il-familji tiegħi u nies
li jiġu minni u wkoll ħuti
s-sorijiet fir-reliġjon, u wkoll
xi erwieħ li ma kontx nafhom tul
ħajjithom.
O Alla ta’ ħniena bla tarf, li
tippermettili nserraħ u ngħin
lill-moribondi permezz tat-talb
fqir tiegħi, tkun imbierek għal
elf darba daqskemm hemm kwiekeb
fis-sema u qatriet ta’ ilma
fl-oċejani kollha! Ħalli
l-ħniena Tiegħek tirbomja
mal-globu kollu ta’ din l-art, u
ħalliha titla’ sa quddiem t-tron
Tiegħek u tfaħħar l-ikbar fost
l-attributi Tiegħek, jiġifieri,
il-ħniena Tiegħek li ħadd ma
jista’ jifhimha. O Alla, din
il-ħniena bla qies terġa’
ssaħħar mill-ġdid lill-erwieħ
kollha qaddisin u lill-ispirti
kollha tas-sema. Dawn l-ispirti
puri jinsabu mgħaddsa fi
stagħġib qaddis filwaqt li
jigglorifikaw din il-ħniena ta’
Alla li ħadd ma jista’
jimmaġinaha, li mbagħad terġa’
tqajjem fihom ammirazzjoni
ikbar, u t-tifħir tagħhom isir
b’mod perfett. O Alla etern,
b’liema ħerqa nixtieq
nigglorifika din l-ikbar waħda
fost l-attributi Tiegħek;
jiġifieri, il-ħniena Tiegħek bla
tarf. Jiena qiegħda nara ċ-ċokon
kollu tiegħi, u ma nistax
inxebbaħ lili nnifsi ma’ dawk
l-esseri li hemm fis-sema li
jfaħħru l-ħniena tal-Mulej
b’ammirazzjoni qaddisa. Imma
jiena wkoll sibt mezz kif nagħti
glorja perfetta lill-ħniena ta’
Alla li ħadd ma jista’ jifhimha.
836.
O Ġesu’ l-aktar ħelu, li
ndenjajt ruħek tippermetti lili,
ħlejqa miżerabbli, li nsir naf
x’inhi l-ħniena Tiegħek bla
tarf; O Ġesu’ l-iktar ħelu, li
ġentilment tlabt mingħandi li
jiena nkellem id-dinja kollha
dwar il-ħniena Tiegħek li ħadd
ma jista’ jifhimha, jiena llum
qiegħda nieħu f’idejja żewġ
raġġi li joħorġu mill-Qalb
tiegħek ħanina; jiġifieri,
id-Demm u l-Ilma; u jiena
nxerridhom fuq id-dinja kollha
sabiex kull ruħ tkun tista’
tirċievi l-ħniena Tiegħek u,
wara li tkun irċevietha, tkun
tista’ tigglorifikaha għal
dejjem ta’ dejjem. O Ġesu’
l-iktar ħelu, li, fit-tjubija
Tiegħek li ħadd ma jista’
jifhem, indenjajt ruħek li
tgħaqqad il-qalb miżerabbli
tiegħi mal-Qalb l-iżjed ħanina
Tiegħek, b’Qalbek stess jiena
nigglorifika lil Alla,
il-Missier tagħna, bħalma qatt
gglorifikatu l-ebda ruħ oħra.
837.
21 ta’ Diċembru (1936). Ir-radju
dejjem għaddej wara nofs inhar,
għalhekk jiena nħoss in-nuqqas
tas-skiet. Filgħodu jkun hemm
tpaċpiċ u storbju l-ħin kollu.
Alla tiegħi, kont qiegħda
nistenna tant li nkun fis-skiet,
kuntenta li nkun qiegħda
nitkellem biss mal-Mulej, u
hawnhekk preċiż l-oppost. Imma,
issa xejn ma jtellifni, la
t-tpaċpiċ lanqas r-radju.
F’kelma waħda - xejn.
Bil-grazzja ta’ Alla; x’ħin
inkun qiegħda nitlob lanqas biss
inkun naf fejn jiena; inkun naf
biss li ruħi tkun tinsab
maqgħuda mal-Mulej. U b’dan
il-mod jiena ngħaddi l-ġranet
tiegħi f’dan l-isptar.
838.
Jiena nistagħġeb kemm
umiljazzjonijiet u tbatijiet dak
is-saċerdot kapaċi jaċċetta
f’din l-affari kollha.
(nota153) Din il-ħaġa naraha
f’xi żminijiet partikolari, u
nwieżnu bit-talb fqir tiegħi.
Alla biss jista’ jagħti
lill-persuna kuraġġ bħal dan; li
kieku ma kienx hekk, kien jaqta’
qalbu. Imma jiena nista’ nifraħ
li dan il-kuntrarju kollu
jwassal għall-ikbar glorja ta’
Alla. Il-Mulej ftit għandu
erwieħ bħal dawn. O eternita’
infinita’, int għad tikxef
l-isforzi tal-erwieħ erojċi,
għax din id-dinja tippremja
l-isforzi tagħhom b’mibgħeda u
ingratitudni. Erwieħ bħal dawn
m’għandhomx ħbieb; huma
maqtugħin għalihom. U f’din
is-solitudni, huma jakkwistaw
is-saħħa; is-saħħa tagħhom
iġġibuha minn Alla biss.
B’umilta’, imma wkoll
bil-kuraġġ, huma jibqgħu weqfin
fis-sod quddiem il-maltempati
kollha li jaħbtu għalihom. Bħal
siġar tal-ballut li jibqgħu
telgħin ‘il fuq, jibqgħu ma
jiċċaqlaqux. U f’din il-ħaġa
hemm sigriet wieħed biss: li din
is-saħħa huma jġibuha minn Alla,
u dak kollu li huma jeħtieġu hu
għalihom u għall-oħrajn. Mhux
it-toqol tagħhom biss huma
jġorru, imma jafu wkoll jieħdu
fuqhom infushom it-toqol
tal-oħrajn. Huma kapaċi jagħmlu
dan. Huma kolonni ta’ dawl
fit-toroq ta’ Alla; huma stess
jgħixu fid-dawl u jifirxu d-dawl
fuq l-oħrajn. Huma stess jgħixu
fuq l-għoljiet, u jafu juru
it-triq lil dawk li huma iżgħar
minnhom u jgħinnuhom jaslu fuq
dawk l-għoljiet.
839.
+ Ġesu’ tiegħi, Inti qed tara li
jiena ma nafx nikteb sewwa u,
biex tagħqad, lanqas biss
m’għandi pinna tajba. Din spiss
tant tobrox li jkolli ngħaqqad
is-sentenzi flimkien, ittra wara
l-oħra. U dan mhux kollox.
Għandi wkoll diffikulta’ li
nżomm l-affarijiet li nikteb
sigrieti mis-sorijiet; għalhekk
ta’ spiss ikolli nagħlaq
il-pitazz kull ftit minuti u
noqgħod bil-paċenzja nisma’
l-istorja ta’ xi ħadd u mbagħad
jilħaq jgħaddili l-ħin li kelli
biex nikteb. U meta nagħlaq
il-pitazz ħabta u sabta,
il-linka tibda ċċallas. Jiena
nikteb bil-permess tas-superjuri
tiegħi u għax ikkmandani
l-konfessur tiegħi. Ħaġa
stramba: xi kultant ix-xogħol
tal-kitba jmur sewwa, imma xi
drabi oħra, bilkemm inkun nista’
naqrah jiena stess.
840.
23 ta’ Diċembru (1936). Qiegħda
nqatta’ dan iż-żmien ma’ Omm
Alla u nħejji ruħi għall-waqt
solenni tal-miġja tal-Mulej
Ġesu’. Omm Alla qiegħda
tgħallimni dwar il-ħajja
interjuri tar-ruħ flimkien ma’
Ġesu’, l-aktar fit-Tqarbin
Imqaddes. Fl-eternita’ biss għad
insiru nafu l-misteru kbir li
jitwettaq fina waqt it-Tqarbin.
O mumenti mill-iżjed prezzjużi
ta’ ħajti!
841.
O Ħallieq tiegħi, jiena
nixxennaq għalik. Inti tifhimni,
O Mulejja! Dak kollu li hu ta’
din id-dinja f’għajnejja jidher
qisu dell fjakk. Huwa għalik li
jiena nixxennaq. Għalkemm Inti
tagħmel daqstant għalija li
jiena ma nafx kif nista’ nfisser
bil-kliem, għax Inti stess tiġi
żżurni b’mod speċjali, imma
xorta waħda dawk iż-żjajjar ma
jtaffux l-uġigħ tal-ferita’
tal-qalb, imma jġegħluni
nixxennaq għalik iżjed u iżjed,
O Mulej. Ħudni miegħek, O Mulej,
jekk din hi r-rieda Tiegħek!
Inti taf li jiena qiegħda mmut,
u qiegħda mmut bix-xewqa li
għandi għalik; imma xorta waħda,
ma nistax immut. Mewt, fejn
inti? Inti tiġbidni fl-abbiss
tad-divinita’ Tiegħek, u
titgħatta bid-dlam. L-esseri
kollu tiegħi jintilef fik, imma
xorta waħda nixtieq narak wiċċ
imb’wiċċ. Meta ser iseħħ dan
għalija?
842.
Swor Chrysostom (nota154)
ġiet iżżurni llum. Ġabet magħha
xi lumi u tuffieħ u siġra
ċkejkna tal-Milied. Fraħt ħafna
bihom. Permezz ta’ Swor
Chrysostom il-Madre Superjura
talbet lit-tabib (Adam Silberg)
jħallini niġi d-dar
għall-Milied, u hu fil-pront qal
iva. Jiena kont ferħana ħafna u
nfqajt nibki bħal tarbija
żgħira. Swor Chrysostom
stagħġbet li kont ninsab hekk
ħażin u li kont inbdilt, u
qaltli: “Int taf, Fawstina
ċkejkna, aktarx ser tmut. Żgur
qiegħda tbati ħafna, Sor.” Jiena
weġibt li dak inhar kont qiegħda
nbati ħafna iktar milli fi
ġranet oħra, imma dan kollu ma
jimporta xejn u li dan ma kienx
ħafna, għas-salvazzjoni
tal-ewrieħ. O Ġesu’ ħanin,
agħtini l-erwieħ tal-midinbin!
843.
24 ta’ Diċembru (1936). Waqt
il-Quddiesa llum, kont maqgħuda
b’mod partikolari ma’ Alla u
l-Omm Immakulata Tiegħu.
L-umilta’ u l-imħabba tal-Verġni
Immakulata nifduli ruħi. Iktar
ma nimita’ lil Omm Alla, iktar
insir naf lil Alla b’mod
profond. O, liema xenqa
infinita’ hemm madwar ruħi!
Ġesu’, kif tista’ tibqa’
tħallini f’dan l-eżilju? Qiegħda
mmut bix-xewqa li għandi għalik.
Kull darba li inti tmissli ruħi,
int tferini immensament.
L-imħabba u t-tbatija jmorru
flimkien; imma xorta waħda ma
nibdilx dan l-uġigħ ikkawżat
minnek mal-ebda teżor, għax dan
hu l-uġigħ ta’ pjaċiri li ħadd
ma jista’ jifhimhom, u id
mimlija mħabba qiegħda
tikkawżali dawn il-feriti
tar-ruħ.
844.
Swor C, (nota155) ġiet
wara nofs inhar u ħaditni d-dar
għall-ġranet tal-festa. Kont
ferħana li rġajt sibt ruħi
mal-komunita’. Filwaqt li konna
għaddejjin mill-belt (Krakovja),
immaġinajt li kienet il-belt ta’
Betlem. Filwaqt li qgħadt
nosserva n-nies għaddejjin
jgħaġġlu, ħsibt bejni u bejn
ruħi: min qiegħed jimmedita
llum, fil-ġabra u fis-skiet, fuq
dan il-misteru li ħadd ma jista’
jifhmu? O Verġni safja, inti
qiegħda tivvjaġġa llum, u jiena
wkoll qiegħda nagħmlu dan. Jiena
nħoss li l-vjaġġ tal-lum għandu
s-simboliżmu tiegħu. O Verġni
tiddi bid-dawl, safja
bħall-kristall, mitlufa kollok
kemm inti f’Alla, jiena
noffrilek il-ħajja spiritwali
tiegħi; irranġa kollox sabiex
ikun jogħġob lil Ibnek. O Omm
tiegħi, kemm nixtieq li inti
tagħtini f’idejja lill-Bambin
Ġesu’ waqt il-Quddiesa ta’ nofs
il-lejl. U ħassejtha qawwija
l-preżenza ħajja ta’ Alla
fil-fond ta’ruħi, li kien biss
bi sforz qawwi tar-rieda tiegħi
li rnexxieli nżomm moħbi ġewwa
fija l-ferħ tiegħi sabiex ma
nurix minn barra x’kien għaddej
ġewwa ruħi.
845.
Qabel l-ikla tal-viġili, dħalt
fil-kappella għal mument sabiex
naqsam il-wejfer (nota155a)
spiritwalment ma’ dawk li huma
għeżież għal qalbi.
Ippreżentajthom kollha kemm
huma, b’isimhom, lil Ġesu’ u
tlabtu bil-ħniena grazzji
għalihom. Imma dan ma kienx
kollox. Afdajt f’idejn il-Mulej
dawk kollha li qedgħin jiġu
ppersegwitati, dawk li qedgħin
ibatu, dawk li għadhom ma jafux
Ismu, u l-aktar l-imsejkna
midinbin. O Ġesu’ ċkejken,
qiegħda nitolbok bil-ħerqa,
agħlaqhom kollha kemm huma
fl-oċejan tal-ħniena Tiegħek li
ħadd ma jista’ jifhimha. O Ġesu’
ħelu u ċkejken, hawn hi qalbi;
ħallieha tkun għamara ċkejkna u
sħuna għalik. O Majesta’
Infinita’, b’liema ħlewwa Inti
rsaqt qrib tagħna. Hawnhekk,
m’hawnx biża’ mis-sajjetti ta’
Jaħwe’ l-kbir; hawnhekk, hawn
iċ-ċkejken Ġesu’ ħelu. Hawnhekk,
l-ebda ruħ ma tibża’, għalkemm
il-majesta’ Tiegħek ma naqsitx,
imma biss inħbiet. Wara l-ikel
ta’ filgħaxija, ħassejtni
għajjiena ħafna u kont muġugħa.
Kelli nimtedd. Imma bqajt
imqajma għassa mal-Omm l-iżjed
Qaddisa, nistenna li tasal
it-Tarbija ċkejkna.
846.
25 ta’ Diċembru (1936).
Il-Quddiesa ta’ nofs il-lejl.
Waqt il-Quddiesa, il-preżenza
ta’ Alla nifditni – kollni kemm
jiena. Mument qabel
l-Elevazzjoni rajt lil Omm Alla
u l-Bambin Ġesu’ u x-xwejjaħ
twajjeb (San Ġużepp). L-Omm
l-iżjed Qaddisa qaltli dan
il-kliem: Binti, Fawstina, ħu
dan it-Teżor l-iżjed prezzjuż,
u tatni lill-Bambin Ġesu’.
X’ħin ħadt lil Ġesu’
f’dirgħajja, ruħi ħasset ferħ
kbir li ma nistax insib kliem
biex niddeskrivih. Imma, ħaġa
stramba, wara ftit Ġesu’ sar
tal-biża’ x’ħin tħares lejh,
kien kiber u kien qed ibati; u
mbagħad id-dehra għebet, u
f’daqqa waħda sar il-ħin
tat-Tqarbin. X’ħin irċevejt
lill-Mulej Ġesu’ fit-Tqarbin
Imqaddes, ruħi bdiet tirtogħod
taħt l-influwenza tal-preżenza
ta’ Alla. L-għada rajt
lill-Bambin Divin għal mument
qasir waqt l-Elevazzjoni.
847.
Fit-tieni jum tal-Festa, Patri
Andrasz ġie sabiex iqaddsilna, u
waqt il-Quddiesa jiena rġajt
rajt liċ-ċkejken Ġesu’. Wara
nofs inhar, mort inqerr.
Is-Saċerdot ma tanix tweġiba
għal xi wħud mill-mistoqsijiet
tiegħi dwar din l-opra. Huwa
qal, “Meta jgħaddilek, nitkellmu
dwarha bi kliem konkret; u issa,
ipprova erġa’ hu saħħtek
kompletament. Mill-bqija, inti
taf xi gwida għandek issegwi u
x’direzzjoni għandek tieħu
f’dawn l-affarijiet.” Bħala
penitenza, is-Saċerdot qalli
ngħid il-kurunella li Ġesu’ kien
għallimni.
848.
Filwaqt li kont qiegħda ngħid
il-kurunella, smajt vuċi tgħid,
O, kemm grazzji kbar Jiena
għad nagħti lil dawk l-erwieħ li
jgħidu din il-kurunella;
il-profondita’ tal-ħniena tenera
Tiegħi titqanqal minħabba dawk
li jgħidu din il-kurunella.
Ikteb dan il-kliem, binti.
Kellem lid-dinja dwar il-ħniena
Tiegħi; nixtieq li l-bnedmin
kollha jagħrfu l-ħniena Tiegħi
bla tarf. Hija sinjal
għaż-żminijiet tal-aħħar;
warajha għad jiġi l-jum
tal-ġustizzja. Sakemm għad hemm
iż-żmien, għidilhom jirrikorru
għall-għajn tal-ħniena Tiegħi;
għidilhom japprofittaw mid-Demm
u l-Ilma li ħarġu jgelglu
għalihom.
O erwieħ tal-bnedmin, fejn ser
tistaħbew fil-jum tal-korla ta’
Alla? Stkennu bħalissa fl-għajn
tal-ħniena ta’ Alla. X’folla
kbira ta’ erwieħ qiegħda nara!
Huma qiemu l-Ħniena Divina u
għad ikantaw l-innu ta’ tifħir
għal dejjem ta’ dejjem.
849.
27 ta’ Diċembru. Illum erġajt
lura fil-post tas-solitudni
tiegħi (il-kamra privata tagħha
fis-sanatorjum). Kelli vjaġġ
sabiħ ma’ċerta persuna
(nota156) li kienet qed
tieħu t-tarbija tagħha
għall-magħmudija. Wassalnieha
sal-Knisja f’Podgorze.
(nota157) Sabiex toħroġ
mill-vettura tatni t-tarbija
f’dirgħajja. X’ħin ħadtha
f’idejja, offrejtha, b’talba
ħerqana, lil Alla sabiex xi
darba hi tkun tista’ tagħtih
glorja speċjali. Ħassejt f’ruħi
li l-Mulej kien qed iħares b’mod
speċjali fuq dik ir-ruħ ċkejkna.
X’ħin wasalna fi Pradnik, Swor
N. (nota158) għenitni
nġorr is-sorra tiegħi. X’ħin
dħalna fil-kamra tiegħi, rajna
anġlu tal-karti sabiħ bil-kliem,
“Glorja fi . . .” Naħseb li kien
mingħand is-soru marida li kont
bgħattilha s-siġra tal-Milied.
(nota159)
850.
U b’dan il-mod, il-ġranet
tal-festi għaddew. Xejn ma
jista’ jwaqqaf ix-xenqa li hemm
ġewwa ruħi. Jiena nixxennaq
għalik, O Ħallieq tiegħi u Alla
etern! La ċelebrazzjonijiet
lanqas innijiet sbieħ m’huma ser
jikkalmawli ruħi; pjuttost,
iġegħluni nixxennaq iżjed u
iżjed. Meta biss jitlissen
Ismek, l-ispirtu tiegħi jaqbeż
sabiex jipprova jilħqek, O
Mulej.
851.
28 ta’ Diċembru (1936). Illum
bdejt novena lill-Ħniena Divina.
Jiġifieri, inqiegħed lili nnifsi
fl-ispirtu quddiem ix-xbieha u
nitlob l-kurunella li l-Mulej
għallimni. Fit-tieni jum
tan-novena, rajt ix-xbieha,
bħallikieku, issir ħajja,
iżejnuha kien hemm għadd kbir
ta’ lampi votivi u rajt folol
kbar ta’ nies ġejjin hemmhekk, u
ħafna minnhom kienu mimlijin
ferħ. O Ġesu’, b’kemm ferħ kbir
bdiet tħabbat qalbi! Jiena
qiegħda nagħmel in-novena
għall-intenzjoni ta’ tnejn
min-nies: jiġifieri, l-Arċisqof
(Jalbrykowski) u Dun Sopocko.
Jiena qiegħda nitlob bil-ħerqa
lill-Mulej sabiex inebbaħ
lill-Arċisqof japprova
l-kurunella, li tant togħġob lil
Alla, u x-xbieha wkoll, u li ma
jibqax iħalli din l-opra fuq
l-ixkaffa jew għal iktar tard .
. .
852.
Illum ħarset il-Mulej għaddiet
minn ġo fija f’daqqa waħda bħal
berqa. F’daqqa waħda għaraft
l-iċken tbajja’ ta’ ħmieġ li
hemm ġewwa ruħi, u x’ħin sirt
naf il-fond tal-miżerja tiegħi,
inżilt għarkobtejja u tlabt
maħfra mingħand il-Mulej, u
b’fiduċja kbira ntfajt
fil-ħniena nfinita’ Tiegħu. Dan
l-għarfien ma jdejjaqnix, lanqas
ibegħedni mill-Mulej, imma
pjuttost iqajjimli f’ruħi mħabba
ikbar u fiduċja bla tarf.
L-indiema ta’ qalbi hi marbuta
mal-imħabba. Dawn il-leħħiet ta’
dawl mingħand il-Mulej jedukawli
ruħi. O raġġi ħelwin ta’ Alla,
dawluni sal-fond l-iktar
sigriet, għax irrid nasal
għall-ikbar safa possibli
fil-qalb u fir-ruħ.
853.
Filgħaxija, xenqa kbira ħakmitli
ruħi. Qbadt f’idejja l-librett
bix-xbieha ta’ Ġesu’ Ħanin fuqu
u għafastu ma’ qalbi, u dan
il-kliem ħareġ minn ġo ruħi:
“Ġesu’, Imħabba Eterna, jiena
ngħix għalik, immut għalik, u
rrid ningħaqad miegħek.” F’daqqa
waħda rajt lill-Mulej
fis-sbuħija Tiegħu li ma tistax
tpoġġiha fil-kliem. Hu ħares
lejja bil-ħlewwa u qalli,
Binti, Jiena wkoll inżilt
mis-sema għax inħobbok; Jiena
għext għalik, mitt għalik, u
ħloqt is-sema għalik. U
Ġesu’ għafasni ma’ Qalbu u
qalli, Dalwaqt issa; kun
fil-paċi, binti. X’ħin sibt
ruħi waħdi, ruħi kienet qiegħda
taqbad bin-nar bix-xewqa li
kelli li nibqa’ nbati sa dak
il-waqt meta l-Mulej kellu
jgħidli, “Biżżejjed.” U wkoll li
kieku kelli ngħix għal eluf ta’
snin, jiena nista’ nara fid-dawl
ta’ Alla li dak kollu mhux ħlief
waqt wieħed. L-erwieħ . . .
(il-ħsieb jieqaf hawn).
854.
29 ta’ Diċembru (1936). Illum
wara t-Tqarbin, smajt vuċi ġewwa
ruħi: Binti, kun lesta, għax
għad niġi għal għarrieda.
Ġesu’, ma tridx tgħidli s-siegħa
li tant qiegħda nistennieha
bil-ħerqa? Binti, dan huwa
għall-ġid tiegħek. Għad issir
tafha, imma mhux issa. Ibqa’
ishar. O Ġesu’, agħmel bija
dak li jogħġbok. Jiena naf li
Inti s-Salvatur ħanin u m’intix
ser tinbidel lejja fis-siegħa
tal-mewt tiegħi. Jekk bħalissa
Inti qed turini tant imħabba
speċjali, u qed tindenja ruħek
tingħaqad miegħi b’mod hekk
intimu u bi tjubija hekk kbira,
nistenna iktar minn hekk
fis-siegħa tal-mewt tiegħi.
Inti, Mulej – Alla tiegħi, ma
tistax tinbidel. Inti dejjem
l-istess. Is-Sema jista’
jinbidel, kif ukoll kulma hu
maħluq; imma Inti, Mulej, dejjem
l-istess u tibqa’ għal dejjem.
Mulej, ejja kif jogħġbok u meta
jogħġbok. Missier il-ħniena
nfinita’, jiena, bintek qiegħda
nistenna u nixxennaq għall-miġja
Tiegħek. O Ġesu’, Inti għidt
fl-Evanġelju Imqaddes, “Minn
fommokom stess jiena
niġġudikakom.” Insomma, Ġesu’
jiena qiegħda nitkellem fuq
il-ħniena Tiegħek li ħadd ma
jista’ jimmaġinaha, għalhekk
jiena nafdak li tiġġudikani
skont il-ħniena Tiegħek bla
tarf.
855.
30 ta’ Diċembru 1936. Is-sena
qiegħda toqrob lejn it-tmiem
tagħha. Għażilt illum bħala
l-jum tal-irtir ta’ kull xahar.
L-ispirtu tiegħi ntilef
fil-benefiċċji li Alla tani
bix-xaba’ matul din is-sena
kollha. Ruħi bdiet tirtogħod
x’ħin rat din l-immensita’
tal-grazzji ta’ Alla. Minn ġo
ruħi ħareġ innu ta’ radd il-ħajr
lill-Mulej. Għal siegħa sħiħa,
bqajt mitlufa fl-adorazzjoni u
radd il-ħajr, filwaqt li qgħadt
nikkontempla, wieħed wieħed,
il-benefiċċji li jiena kont
irċevejt mingħand Alla u wkoll
id-difetti żgħar tiegħi stess.
Dak kollu li kien fiha din
is-sena mar fl-abbiss
tal-eternita’. Xejn ma jintilef.
Qiegħda nifraħ li xejn ma
jintilef.
30 ta’ Diċembru (1936). Irtir
ta’ ġurnata.
856.
Waqt il-meditazzjoni filgħodu,
ħassejt xi ħaġa timbuttani
kontra l-ħolqien kollu. Kollox
jisfuma fix-xejn quddiem
għajnejja; l-ispirtu tiegħi
jinsab maqtugħ minn kollox.
Jiena nixtieq biss lil Alla
nnifsu, imma xorta waħda għad
baqagħli ngħix. Dan hu martirju
li ma nistax niddeskrivih. Alla
jagħti lilu nnifsu lir-ruħ bi
mħabba u jiġbidha għal ġol-fond
infinit tad-divinita’ Tiegħu,
imma fl-istess ħin iħalliha
hawnhekk f’din id-dinja
għall-iskop waħdieni li tkun
tista’ tbati u tmut bix-xewqa li
jkollha għalih. U din l-imħabba
qawwija tant hi safja li Alla
nnifsu jitpaxxa biha; u
l-egoiżmu ma jistax jilħaq
l-għemejjel tagħha, għax hawn
kollox huwa mimli kollu kemm hu
bl-imrar, u għalhekk hu kollu
kemm hu safi. Il-ħajja hi
l-mewta ta’ kuljum, mimlija
wġigħ u terribli, u fl-istess
ħin hi l-profondita’ ta’ ħajja
vera u ta’ ferħ li ħadd ma
jista’ jimmaġinah u s-saħħa
tar-ruħ; u minħabba dan,
(ir-ruħ) tkun kapaċi twettaq
għemejjel kbar għall-imħabba ta’
Alla.
857.
+ Filgħaxija, tlabt għal ftit
sigħat, l-ewwel għall-ġenituri
tiegħi u għal dawk li jiġu
minni, għall-Madre Ġenerali u
għall-Kongregazzjoni kollha,
għall-istudenti tagħna, u għal
tliet saċerdoti (probabilment
l-Arċisqof Jalbrzykowski, Dun
Sopocko, u Patri Andrasz) li
jiena mdejna ħafna magħhom. Mort
nimraħ mad-dinja kollha u
rringrazzjajt il-ħniena bla tarf
ta’ Alla għall-grazzji kollha li
Hu jagħti lill-bnedmin, u tlabtu
maħfra għal dak kollu li bih
ikunu offendewh.
858.
Waqt il-Vespri, jiena rajt
lill-Mulej Ġesu’, li ħares
bil-ħlewwa u fil-fond ġewwa
ruħi: Binti, ħu paċenzja;
issa dalwaqt wasal iż-żmien.
Dik il-ħarsa profonda u dak
il-kliem imlieli ruħi bis-saħħa
u l-qawwa, kuraġġ u fiduċja
starordinarja li jiena kont
sejra nwettaq dak kollu li Hu
kien qed jitlob mingħandi,
minkejja diffikultajiet hekk
tremendi, u (mlieni b’)
konvinzjoni speċjali li l-Mulej
qiegħed miegħi u li flimkien
miegħu jiena nkun nista’ nagħmel
kollox. Il-qawwiet kollha fl-art
u fl-infern huma daqslikieku
xejn għalija. Kollox irid iċedi
quddiem il-qawwa ta’ Ismu. Jiena
qiegħda nafda kollox f’idejk, O
Mulej u Alla tiegħi. Kmandant
waħdieni ta’ ruħi, mexxini skont
ix-xewqat eterni Tiegħek.
+ Ġ.M.Ġ Krakovja, Pradnik, 1
ta’ Jannar 1937.
Ġesu’, jiena nafda Fik.
859.
+ Illum , f’nofs il-lejl,
insellem lis-sena li spiċċat
1936, u nagħti merħba lis-sena
1937. Bil-biża’ u bit-tregħid,
f’din l-ewwel siegħa tas-sena,
jiena affaċċjajt dan il-perjodu
ġdid ta’ żmien. Ġesu’ ħanin,
flimkien miegħek jiena mmur
b’qalb qawwija u bil-kuraġġ
fit-taqbid u fil-battalji.
F’ismek, jiena ser inwettaq
kollox u nirbaħ kollox. Alla
tiegħi, Tjubija infinita’,
qiegħda nitolbok, ħalli l-ħniena
infinita’ Tiegħek isseħibni
dejjem u f’kollox.
Filwaqt li nibda din is-sena,
qiegħed jegħlibni l-biża’
tal-ħajja, imma Ġesu’ joħroġni
minn dan il-biża’ u jgħarrafni
xi glorja kbira għad tagħtih din
l-opra tal-ħniena.
860.
Hemm żminijiet fil-ħajja meta
r-ruħ tkun tista’ ssib faraġ
biss f’talb profond. Li kieku
l-erwieħ kienu jafu kif għandhom
jippreservaw fit-talb fi
żminijiet bħal dawn. Dan hu
mportanti ħafna.
+
Ġ.M.Ġ Ġesu’, jiena nafda Fik.
+ Riżoluzzjonijiet għas-sena
1937,
l-ewwel jum, l-ewwel xahar
861.
Eżami partikulari; jibqa’
l-istess; jiġifieri, li
ningħaqad ma’ Kristu Ħanin
(jiġifieri, x’kien jagħmel
Kristu f’każ bħal dan?) u,
fl-ispirtu, li ngħannaq id-dinja
kollha, speċjalment ir-Russja u
Spanja.
Riżoluzzjonijiet Ġenerali.
I.
Osservanza stretta tas-skiet –
skiet interjuri.
II.
Li nara x-xbieha ta’ Alla f’kull
soru; l-imħabba kollha
tal-proxxmu għandha toħroġ minn
dan il-għan.
III.
Li nwettaq ir-rieda ta’ Alla
bil-fedelta’ f’kull mument ta’
ħajti u li ngħix skont din
il-ħaġa.
IV.
Li nagħti rendikont fidil ta’
kollox lid-direttur spiritwali u
li ma nibda nagħmel xejn li hu
mporanti mingħajr ma nkun ftehmt
miegħu b’mod ċar. Nipprova
nikxef b’mod ċar quddiemu
l-fond l-iktar sigriet ta’ ruħi,
u nżomm f’moħħi li jiena għandi
x’naqsam ma’ Alla nnifsu u li
r-rappreżentant Tiegħu hu biss
persuna umana, u għalhekk irrid
nitlob kuljum li jingħatalu
d-dawl.
V.
Waqt l-eżami tal-kuxjenza ta’
filgħaxija, irrid nistaqsi lili
nnifsi l-mistoqsija: X’jiġri li
kieku kellu jsejjaħli llum?
VI.
Ma nfittixx lil Alla ‘l bogħod,
imma ġewwa fija stess sabiex
ngħix waħdi flimkien miegħu.
VII.
Fit-tbatijiet u fit-turmenti,
nistkenn fit-tabernaklu u
niskot.
VIII.
Li ngħaqqad it-tbatijiet, talb,
ħidmiet u mortifikazzjonijiet
kollha mal-merti ta’ Ġesu’
sabiex nakkwista l-ħniena
għad-dinja.
IX.
Li nuża waqtiet liberi, qosra
kemm huma qosra, fit-talb
għall-moribondi.
X.
M’għandu jkun hemm l-ebda jum
f’ħajti meta jiena ma
nirrikmandax f’idejn il-Mulej
l-opri tal-Kongregazzjoni
tagħna. Qatt tagħti kas ta’ dak
li jaħsbu l-oħrajn fuqek
(rispett uman.)
XI.
M’għandux ikollok relazzjonijiet
familjari ma’ ħadd. Soda u
ġentili mat-tfajliet, b’paċenzja
bla tarf; ikkastigahom
severament imma b’kastigi bħal
dawn: talb u sagrifiċċju.
Is-saħħa li tinsab filli jiena
niżvojta lili nnifsi minħabba
fihom tkun għalihom (għajn ta’)
rimors kontinwu u trattab
il-qlub iebsin tagħhom.
XII.
Il-preżenza ta’ Alla hija l-bażi
tal-ħsibijiet, kliem u għemejjel
kollha tiegħi.
XIII.
Napprofitta ruħi minn kull
għajnuna spiritwali. Dejjem
inpoġġi l-egoiżmu fil-post
propju tiegħu – jiġifieri,
fl-aħħar post. Li nwettaq
l-eżerċizzi spiritwali tiegħi
bħallikieku kont qiegħda
nagħmilhom għall-aħħar darba
f’ħajti, u nwettaq bl-istess mod
id-dmirijiet kollha tiegħi.
862.
2 ta’ Jannar (1937). L-Isem ta’
Ġesu’. O, kemm hu kbir Ismek, O
Mulej! Hu s-saħħa ta’ ruħi. Meta
tonqosni saħħti, u d-dlam
jimlieli ruħi, Ismek hu x-xemx
li r-raġġi tagħha jagħtu d-dawl
u s-sħana wkoll, u taħt
l-influwenza tagħhom ir-ruħ
issir isbaħ u tiddi iktar,
filwaqt li hija tieħu d-dija
tagħha minn Ismek. X’ħin jiena
nisma’ l-isem l-iżjed ħelu ta’
Ġesu’, qalbi tibda tħabbat iktar
qawwi, u xi drabi, x’ħin nisma’
l-Isem ta’ Ġesu’, nintilef minn
din id-dinja. L-ispirtu tiegħi
jixxennaq għalih bil-ħerqa.
863.
Dan huwa jum ta’ importanza
partikulari għalija. F’dan
il-jum jiena għamilt l-ewwel
żjara tiegħi li kellha x’taqsam
mat-tpinġija tax-xbieha.
(nota160) F’dan il-jum
il-Ħniena Divina rċeviet qima
speċjali esterna għall-ewwel
darba, imma hawn kienet
fil-forma li l-Mulej kien
talabha. Dan il-jum tal-Isem
ħelu ta’ Ġesu’ jfakkarni f’ħafna
grazzji speċjali.
864.
3 ta’ Jannar. Il-Madre Superjura
tal-Kongreagazzjoni li sservi
dan l-isptar ġiet iżżurni llum,
flimkien ma’ waħda mis-sorijiet
tagħha. (nota161) Domna
nitkellmu fuq affarjiet
spiritwali. Jiena għaraft fiha
ruħ axxetika kbira, u għalhekk
il-konverżazzjoni tagħna kienet
togħġob lil Alla.
Illum ġiet tarani tfajla. Stajt
nara li kienet qiegħda tbati
imma mhux daqstant fil-ġisem
daqs fir-ruħ. Farraġtha kemm
stajt, imma l-kliem tiegħi ta’
konsolazzjoni ma kienx
biżżejjed. Kienet orfni msejkna
u fqira, ruħha mgħaddsa fl-imrar
u fl-uġigħ. Fetħet qalbha miegħi
u qaltli kollox. Jiena fhimt li,
f’dan il-każ, kliem sempliċi ta’
konsolazzjoni ma kienx ser ikun
biżżejjed. Bdejt ninterċedi
bil-ħerqa mal-Mulej għal dik
ir-ruħ u offrejtlu l-ferħ tiegħi
sabiex Hu jagħtihulha u lili
jeħodli kull sentiment ta’ ferħ.
U l-Mulej sema’ t-talba tiegħi:
kien għad baqagħli biss
l-konsolazzjoni li hi kienet
ġiet imfarrġa.
865.
Adorazzjoni. L-ewwel Ħadd
tax-xahar. Waqt l-adorazzjoni,
tant ħassejtni mbuttata
bil-qawwa sabiex nagħmel xi ħaġa
li nfqajt nibki u għidt
lill-Mulej, “Ġesu’, tqanqalx
lili, imma agħti din
l-ispirazzjoni lil dawk
il-persuni li Int taf li qedgħin
iżommu lura din l-opra.” U jiena
smajt dan il-kliem: Binti,
kun fil-paċi; iż-żmien mhux ‘il
bogħod issa.
866.
Waqt il-Vespri, smajt dan
il-kliem: Binti, Jiena rrid
nistrieħ ġewwa qalbek, għax
ħafna erwieħ tefgħuni ‘l barra
mill-qalb tagħhom illum. Kelli
esperjenza ta’ dwejjaq tal-mewt.
Ippruvajt infarraġ lill-Mulej,
billi noffrilu mħabbti għal elf
darba. Ħassejt, ġewwa ruħi,
stemrrija qawwija għad-dnub.
867.
Qalbi tinsab mgħaddsa fi mrar
kontinwu, għax irrid niġi
għandek, Mulej, fil-milja
tal-ħajja. O Ġesu’, x’deżert
tal-waħx tidher f’għajnejja din
il-ħajja! F’din l-art m’hemm
xejn li jista’ jmantni lil qalbi
jew lil ruħi. Jiena qiegħda
nbati għax nixxennaq għalik, O
Mulej. Int ħallejtli l-Ostja
Mqaddsa, O Mulej, imma hija
tkebbes ġewwa ruħi mxenqa dejjem
iktar għalik, O Ħallieq tiegħi u
Alla Etern! Ġesu’, jiena għandi
xewqa kbira li ningħaqad
miegħek. Indenja ruħek tisma’
t-tnehid tal-maħbuba Tiegħek. O,
kemm inbati għax għadni minix
kapaċi ningħaqad miegħek. Imma
jkun minni skont ix-xewqat
Tiegħek.
868.
5 ta’ Jannar 1937. Illejla, rajt
ċertu saċerdot (probabilment Dun
Sopocko) li kellu bżonn it-talb
dwar ċerta ħaġa. Jiena tlabt
bil-ħerqa għax il-ħaġa hi
għażiża ħafna għal qalbi wkoll.
Grazzi, Ġesu’, ta’ din
it-tjubija.
869.
O Ġesu’, ikollok ħniena! Għannaq
id-dinja kollha u agħfasni
ma’qalbek . . . O Mulej, ħalli
lil ruħi tistrieħ fil-baħar
tal-ħniena Tiegħek bla tarf.
870.
6 ta’ Jannar 1937. Illum waqt
il-Quddiesa, bla ma naf kif sibt
ruħi mitlufa fil-majesta’
infinita’ ta’ Alla. L-immensita’
sħiħa tal-imħabba ta’ Alla
mlietli ruħi. F’dak il-waqt
partikulari, sirt konxja kemm
Alla jċekken Lilu nnifsu
minħabba fija. Hu, is-Sid
tas-Sidien – u jiena x’jiena,
ħlejqa miżerabbli bħali, li Int
tixtieq tikkomnuika miegħi?
L-istagħġib li ħakimni wara din
il-grazzja speċjali kompla b’mod
ċar ħafna matul il-jum kollu.
Approfittajt ruħi mill-intimita’
li l-Mulej kien qiegħed
idaħħalni fiha, u interċedejt
quddiemu għad-dinja kollha.
F’waqtiet bħal dawn, ikolli
l-impressjoni lid-dinja kollha
tkun qiegħda tiddependi minni.
871.
+
Mgħallem tiegħi, agħmel li qalbi
qatt ma tistenna għajnuna
mingħand ħadd, imma jiena dejjem
nibqa’ nipprova nwassal
għajnuna, konsolazzjoni u kull
tip ta’ sokkors lill-oħrajn.
Qalbi dejjem miftuħa
għat-tbatijiet tal-oħrajn; u
jiena minix sejra nagħlaq qalbi
għat-tbatijiet tal-oħrajn
għalkemm minħabba din il-ħaġa
biex jgħadduni biż-żmien
qalgħuli l-laqam “miżbla”,
(għax) kulħadd iwaddab l-uġigħ
tiegħu ġewwa qalbi u jiena,
imbagħad għandi post fil-Qalb
ta’ Ġesu’. Kummenti dwar il-liġi
tal-imħabba mhumiex ser jagħmuli
qalbi iżgħar. Ruħi dejjem
sensittiva dwar din il-ħaġa u
Ġesu’ waħdu hu l-għan
għall-imħabba tiegħi
tal-proxxmu.
872.
7 ta’ Jannar. Waqt is-Siegħa
Adorazzjoni, il-Mulej
ippermettieli nduq il-Passjoni
Tiegħu. Qsamt miegħu fl-imrar
tat-tbatija li mlietlu ruħu
sakemm faret. Ġesu’ tani
x’nifhem kif ir-ruħ għandha tkun
fidila lejn it-talb minkejja
turmenti, nixfa u
tentazzjonijiet; għax ħafna
drabi t-twettiq tal-pjanijiet
kbar ta’ Alla jiddependi l-aktar
fuq talb bħal dan. Jekk ma
nipperseverawx f’talb bħal dan,
infixklu dak li l-Mulej ried
jagħmel permezz tagħna jew ġewwa
fina. Kull ruħ għandha tiftakar
f’dan il-kliem: “U meta kien
imdejjaq għall-mewt, Huwa talab
iktar fit-tul.” Jiena dejjem
intawwal it-talb bħal dan
daqskemm inkun nista’ u daqskemm
ikun jaqbel mad-dmir tiegħi
mingħajr ma jfixklu.
873.
8 ta’ Jannar, Il-Ġimgħa
filgħodu, waqt li kont sejra
fil-kappella nisma’ l-Quddiesa,
f’daqqa waħda rajt siġra kbira
ħafna tal-ġnibru fuq il-bankina
u fiha kien hemm qattus
tal-biża’ li filwaqt li ħares
biċ-ċiera lejja ma ħallinix
ngħaddi għall-kappella. Meta
lissint minn taħt l-ilsien
l-isem ta’ Ġesu’ spiċċa dan
kollu. Jiena offrejt il-jum
kollu għall-midinbin li kienu
qedgħin imutu. Waqt il-Quddiesa
ħassejt lill-Mulej fil-qrib
b’mod speċjali. Wara t-Tqarbin,
dawwart ħarist lejn il-Mulej
bil-fiduċja u għidtlu, “ Ġesu’,
nixtieq ħafna ngħidlek xi ħaġa.”
U l-Mulej ħares lejja bi mħabba
u qalli, U x’inhi din il-ħaġa
li Inti tixtieq tgħidli?
“Ġesu’, qiegħda nitolbok,
bil-qawwa tal-ħniena Tiegħek li
ħadd ma jista’ jimmaġinaha, li
l-erwieħ kollha li ser imutu
llum jeħilsu min-nar tal-infern,
ukoll jekk kienu midinbin kbar.
Illum il-jum tal-Ġimgħa,
it-tifkira tal-agunija kiefra
Tiegħek fuq is-Salib; għax
il-ħniena Tiegħek ħadd ma jista’
jimmaġinaha, l-Anġli ma jibqgħux
mistagħġbin b’din il-ħaġa.”
Ġesu’ għafasni ma’ Qalbu u
qalli, Binti l-għażiża, inti
sirt taf sewwa l-fond tal-ħniena
Tiegħi. Jiena ser nagħmel dak li
inti qiegħda titlob, imma inti
ingħaqad il-ħin kollu mal-Qalb
agonizzanti Tiegħi u agħmel
riparazzjoni lill-ġustizzja
Tiegħi. Kun af li inti tlabtni
ħaġa kbira, imma Jiena nista’
nara li inti dan għamiltu għax
tħobbni bi mħabba safja;
għalhekk Jiena qed nagħtik dak
li Inti tlabtni.
874.
Marija, Verġni Immakulata, ħudni
taħt il-ħarsien speċjali tiegħek
u ħares is-safa ta’ ruħi, qalbi
u ġismi. Int il-mudell u
l-kewkba ta’ ħajti.
875.
Illum għaddejt minn tbatija
kbira waqt iż-żjara tas-sorijiet
tagħna. Sirt naf b’xi ħaġa li
weġġgħatni ħafna, imma
kkontrollajt lili nnifsi sabiex
is-sorijiet ma jindunaw b’xejn.
Għal xi ħin, l-uġigħ kien
qiegħed itertaqli qalbi, imma
dan kollu qed iseħħ minħabba
l-imsejkna midinbin . . . O
Ġesu’, għall-imskejkna midinbin
. . . Ġesu’, saħħa tiegħi,
oqgħod qrib tiegħi, għinni . . .
876.
10 ta’ Jannar 1937. Illum jiena
tlabt lill-Mulej jagħtini
s-saħħa filgħodu sabiex inkun
nista’ mmur nitqarben. Mgħallem
tiegħi, qiegħda nitolbok
bil-qalb għatxana tiegħi li Inti
tagħtini, jekk dan hu skont
ir-rieda qaddisa Tiegħek,
kwalunkwe tbatija u dgħjufija li
Inti jogħġbok tagħtini – jiena
rrid inbati l-ħin kollu lejl u
nhar – imma jekk jogħġbok,
qiegħda nitolbok bil-ħerqa,
agħtini s-saħħa għal mument
wieħed meta jiena nkun nista’
nitqarben. Inti tista’ tara
sewwa, Ġesu’, li hawnhekk ma
jiġux iqarbnuhom lill-morda;
għalhekk, jekk Inti ma tagħtinix
is-saħħa għal dak il-waqt meta
jiena nkun nista’ ninżel
sal-kappella, kif nista’
nirċevik fil-Misteru
tal-Imħabba? U inti taf kemm
tixxennaq għalik qalbi. O Għarus
ħelu tiegħi, x’jiswew dawn
ir-raġunamenti kollha? Inti taf
b’liema ħerqa jiena nixtieqek, u
jekk Int tagħżel hekk tista’
tagħmel dan għalija.
L-għada filgħodu, ħassejtni
bħallikieku f’saħħti għal
kollox; l-isturdamenti u nuqqas
ta’ saħħa għebu. Imma malli
rġajt lura mill-kappella,
it-tbatijiet u d-dgħjufija
kollha ġew lura fil-pront.
Qishom kienu qedgħin
jistennewni. Imma ma bżajt
minnhom xejn, għax kien qiegħed
imantini l-Ħobż tal-Qawwijin.
Nista’ nħares lejn kollox
bil-kuraġġ; l-istess mewt nista’
nħares lejha wiċċ imb’wiċċ.
877.
+
O Ġesu’ moħbi fl-Ostja, Mgħallem
ħelu u Ħabib fidil, kemm hi
xortiha tajba ruħi li għandha
Ħabib bħal dan li dejjem iżommli
kumpanija. Ma nħossnix waħdi
għalkemm ninsab iżolata. Ġesu’ –
Ostja, aħna nafu lil xulxin –
dan hu biżżejjed għalija.
878.
12 ta’ Jannar 1937. Illum meta
ġie jarani t-tabib (Adam
Silberg) li kien imissu jdur
il-morda, hu deher mhux
sodisfatt bid-dehra tiegħi.
Naturalment, jiena kont qiegħda
nbati iżjed, u għalhekk id-deni
kien tela’ mhux ħażin.
B’riżultat ta’ dan, hu ddeċieda
li ma kellix ninżel għat-Tqarbin
sakemm id-deni ma jkunx niżel
għan-normal. Jiena għidt,
“Kollox sew”, għalkemm l-uġigħ
kien qiegħed jagħfasli qalbi;
imma jiena għidt li mmur biss
jekk ma jkollix deni. Hu qabel
ma’ dan. X’ħin telaq it-tabib,
għidt lill-Mulej; “Ġesu’, issa
f’idejk jekk immurx jew le,” u
ma rġajtx ħsibt iktar fuq hekk,
għalkemm dan il-ħsieb baqa’ jdur
ma’ moħħi: m’inix ser ikolli lil
Ġesu’- le, din hi ħaġa
impossibli – u mhux darba biss
iżda għal diversi ġranet, sakemm
jinżilli d-deni. Imma
filgħaxija, għidt lill-Mulej:
“Ġesu’, jekk it-Tqarbin tiegħi
jogħġbok, nitolbok bl-umilta’
kollha, agħmel li għada filgħodu
lanqas grad wieħed deni ma
jkolli.”
Filgħodu, filwaqt li kont
qiegħda nipprova għad-deni,
bdejt naħseb bejni u bejn ruħi,
“Jekk ikolli grad wieħed biss,
ma nqumx għax dan ikun kontra
l-ubbidjenza.” Imma x’ħin ħarist
lejn it-termometru, ma kienx
hemm lanqas grad wieħed deni.
B’salt wieħed tirt mis-sodda u
mort nitqarben. X’ħin ġie
t-tabib jiena għidtlu li ma
kelli lanqas grad wieħed deni, u
għalhekk kont mort nitqarben,
baqa’ mistagħġeb. Jiena talbtu
ma jagħmilhilix diffiċli li mmur
nitqarben, għax dan kien ikollu
effett ħażin fuq il-kura li kont
qiegħda nagħmel. It-tabib
wieġeb, “Għall-paċi fil-kuxjenza
u fl-istess ħin biex tevita
diffikultajiet għalik innifsek,
Sor, ejja nagħmlu dan
l-arranġament: meta t-temp ikun
sabiħ, u ma tkunx xita, u
tħossok tajba, mela Sor, mur
jekk jogħġbok hekk; imma dawn
l-affarijiet trid tiżinhom
fil-kuxjenza tiegħek.” Ħassejtni
verament ferħana lit-tabib kien
qed jipprova jikkuntentani
daqshekk. Tista’ tara, Ġesu’, li
jiena l-parti tiegħi diġa’
għamiltha; issa qiegħda
niddependi minnek u nħossni
fil-paċi.
879.
Rajt lil Patri Andrasz filwaqt
li kien qed iqaddes illum. Qabel
l-Elevazzjoni, rajt lill-Bambin
Ġesu’ b’idejh miftuħin, u kien
ferħan ħafna; imbagħad, mument
wieħed wara, ma rajt xejn iżjed.
Kont ninsab fil-kamra tiegħi u
komplejt nagħmel
ir-ringrazzjament tiegħi. Imma
wara, bdejt naħseb bejni u bejn
ruħi. “Għaliex kien tant ferħan
il-Bambin Ġesu’? Fuq kollox,
mhux dejjem ikun daqshekk ferħan
meta narah.” Imbagħad smajt dan
il-kliem ġewwa fija: Għax
inħossni komdu ħafna f’qalbu.
U ma stagħġibt xejn b’dan
kollu, għax naf li hu jħobb
ħafna lil Ġesu’.
880.
L-għaqda tiegħi mal-moribondi
għadha mill-qrib bħalma dejjem
kienet. O kemm ma nistgħux
nifhmu l-ħniena ta’ Alla li
l-Mulej jippermettili permezz
tat-talb indenn tiegħi, immur
ngħin lill-moribondi. Nipprova
nkun maġenb kull persuna li tkun
qiegħda tmut kull ċans li
jkolli. Għandu jkollkom fiduċja
f’Alla, għax Hu tajjeb u moħħna
ma jistax ilaħħaq miegħu.
Il-ħniena Tiegħu tisboq il-fehma
tagħna.
881.
14 ta’ Jannar 1937. Illum, Ġesu’
daħal fil-kamra tiegħi liebes
libsa tleqq u mħażżem b’ċinturin
tad-deheb, il-figura kollha
Tiegħu tiddi b’majesta’ kbira.
Huwa qal, Binti, għaliex
qiegħda ċċedi għal ħsibijiet ta’
biża’? Jiena weġibt, “O
Mulej, Inti taf għaliex.” U Hu
qal, Għaliex? “Din
il-biċċa xogħol tbeżżagħni. Inti
taf li jiena minix kapaċi
nwettaqha.” U Hu qal,
Għaliex? “Inti tista’ tara
ċar li minix f’saħħti, li
m’għandi l-ebda skola, li
m’għandix flus, li jiena abbiss
ta’ miżerja, li nibża’ minn
kuntatti man-nies. Ġesu’, jiena
nixtieq lilek biss. Inti tista’
teħlisni minn dan kollu.” U
l-Mulej qalli, Binti, dak li
inti għidt hu kollu minnu. Inti
dgħajfa ħafna, u lili għoġobni
nwettaq din l-opra tal-ħniena
preċiżament permezz tiegħek li
m’inti xejn ħlief miżerja. La
tibżax; minix ser inħallik
waħdek. Agħmel dak li tista’
f’din il-ħaġa; Jiena ser
inwettaq dak kollu li hemm
nieqes fik. Inti taf x’inti
kapaċi tagħmel; agħmel dak.
Il-Mulej ħares ġewwa l-fond
tal-esseri tiegħi bi tjubija
kbira; ħsibt li kont ser immut
taħt dik il-ħarsa. Il-Mulej
għeb, u ferħ, saħħa u qawwa
sabiex naħdem baqgħu ġewwa ruħi.
Imma bqajt mistagħġba li l-Mulej
ma riedx jitlaqni u li mhux qed
ibiddel xejn milli darba kien
qal. U minkejja dan il-ferħ
kollu, dejjem jibqa’ dell ta’
swied il-qalb. Jiena nista’ nara
li l-imħabba u n-niket jimxu id
f’id.
882.
Rari jkolli dehriet bħal dawn.
Iktar ta’ spiss nikkomunika
mal-Mulej b’mod iktar profond.
Is-sensi tiegħi jorqdu u
għalkemm mhux b’mod viżibbli,
kollox isir aktar reali u ċar
għalija milli kieku rajtu
b’għajnejja stess. L-intellet
tiegħi jitgħallem iżjed f’waqt
wieħed milli waqt snin sħaħ ta’
ħsieb u meditazzjoni, kemm dwar
l-essenza ta’ Alla kemm dwar
veritajiet rivelati, kif ukoll
dwar l-għarfien tal-miżerja
tiegħi stess.
883.
Xejn ma jfixkel l-għaqda
mal-Mulej, la konverżazzjoni
mal-oħrajn lanqas id-dmirijiet
tiegħi, ikunu xi jkunu; ukoll
jekk ikolli nara x’nagħmel dwar
affarijiet importanti ħafna, dan
ma jfixkilnix. L-ispirtu tiegħi
jkun jinsab ma’ Alla, u ġewwa
fija nkun mimlija b’Alla,
għalhekk jiena ma nfittxux barra
minni stess. Hu, il-Mulej,
jinfidli ruħi bħalma raġġ
tax-xemx jgħaddi minn ġo ħġieġ
ċar. Meta kont ninsab magħluqa
fil-ġuf ta’ ommi, ma kontx
magħquda hekk mill-qrib magħha
bħalma jiena magħquda ma’ Alla
tiegħi. Hemmhekk, kont fi stat
li ma kontx konxja; imma
hawnhekk, hawn il-milja
tar-realta’ u jiena konxja ta’
din l-għaqda. Id-dehriet li
jkolli huma kollha kemm huma
interjuri, imma iktar ma jiena
nifhimhom, inqas jiena kapaċi
npoġġihom fi kliem.
884.
O, kemm hi sabiħa d-dinja
tal-ispirtu! U tant hi reali li,
jekk tqabbilha magħha, il-ħajja
esterna mhi xejn ħlief illużjoni
u nuqqas ta’ saħħa.
885.
Ġesu’, agħtini s-saħħa u l-għerf
li ngħaddi minn dan id-deżert
terribli, sabiex qalbi tkun
tista’ tissaporti bil-paċenzja
din ix-xenqa li għandha għalik,
O Mulejja! Jiena nibqa’ dejjem
f’sens ta’ stagħġib qaddis meta
nħossok riesaq lejja, Inti,
il-Mulej fuq it-tron tal-għaġeb;
li Inti tinżel sa dan il-post
imsejken tal-eżilju u żżur lil
din it-tallaba fqira m’għandha
xejn ħlief miżerja! Ma nafx kif
nista’ nilqgħek lilek,
il-Prinċep Irjali tiegħi, imma
Inti taf li jiena nħobbok b’kull
taħbita ta’ qalbi. Nista’ nara
kif Inti qiegħed titbaxxa, imma
xorta waħda l-Majesta’ Tiegħek
ma tiċċekkinx f’għajnejja. Jiena
naf li Inti tħobbni bi mħabba
ta’ għarus, u dak biżżejjed
għalija. Għalkemm hemm abbiss
kbir jifridna, għax Inti
l-Ħallieq u jiena l-ħlejqa
Tiegħek, xorta waħda, l-imħabba
biss tista’ tispjega l-għaqda
tagħna. Mingħajrha, xejn ma
nistgħu nifhmu. Bl-imħabba biss
issir ħaġa possibli nifhmu dawn
l-intimitajiet li bihom Inti
tiġi żżurni u li ma tantx tista’
tifhimhom mod ieħor. O Ġesu’,
il-kobor Tiegħek ibeżżagħni, u
kont ngħix il-ħin kollu fi
stagħġib u biża’, li kieku Inti
stess ma tagħtinix il-paċi. Inti
tagħmilni kapaċi nikkomunika
miegħek kull darba qabel ma Inti
tersaq lejja.
886.
15 ta’ Jannar 1937. In-niket ma
joqgħodx f’qalb li tħobb
ir-rieda ta’ Alla. Qalbi, li
tixxennaq għal Alla, tħoss
il-miżerja sħiħa tal-eżilju.
Inkompli miexja ‘l quddiem
bil-kuraġġ – għalkemm saqajja
mimlijin ġrieħi – lejn pajjiżi,
u fit-triq immantni lili nnifsi
bir-rieda ta’ Alla. Dan huwa
l-ikel tiegħi. Għinuni, abitanti
ferħanin li tinsabu f’pajjiżna
tas-sema, sabiex din oħtkom ma
titfixkilx u ma tieqafx sakemm
għadha fit-triq. Għalkemm
id-deżert hu tal-biża’, jiena
nibqa’ miexja b’rasi merfugħa ‘l
fuq u għajnejja ma naqlagħhomx
minn fuq ix-xemx; jiġifieri,
minn fuq il-Qalb ħanina ta’
Ġesu’.
887.
19 ta’ Jannar 1937. Ħajti
fil-preżent baqgħet għaddejja
fil-paċi konxja ta’ Alla. Ruħi
fis-skiet tgħix bih, u din
il-ħajja konxja tal-preżenza ta’
Alla ġewwa ruħi, hi għalija
għajn ta’ hena u saħħa. Ma
nfittixx il-hena barra mill-fond
ta’ ruħi fejn Alla jinsab
jgħammar; jiena ninsab konxja
minn din il-ħaġa. Inħoss ċertu
bżonn li naqsam dak li jiena
mal-oħrajn. Skoprejt għajn ta’
hena ġewwa ruħi, u dan Hu Alla.
O Alla tiegħi, jiena nista’ nara
li dak kollu li hemm madwari hu
mimli b’Alla, u iżjed u iktar
minn kollox ruħi stess, li hi
mżejna bil-grazzja ta’ Alla.
Diġa’ minn issa, ser nibda ngħix
b’dak li ser ngħix bih
għall-eternita’ kollha.
888.
Is-skiet tant hu lingwa li
jilħaq sat-tron ta’ Alla l-ħaj.
Is-skiet hu l-lingwa Tiegħu,
għalkemm sigriet, hu ħaj u
qawwi.
889.
Ġesu’, Inti għarraftni u
ġegħeltni nifhem f’hiex
jikkonsisti l-kobor tar-ruħ:
mhux f’għemejjel kbar imma fi
mħabba kbira. L-imħabba għandha
l-valur tagħha, u dan hu li
jagħti l-kobor lill-għemejjel
kollha tagħna. Għalkemm
l-azzjonijiet tagħna huma
ċkejknin u ordinarji fihom
infushom, l-imħabba tagħmilhom
kbar u qawwijin f’għajnejn Alla.
890.
L-imħabba hi misteru li tbiddel
dak kollu li hi tmiss miegħu
f’affarijiet li huma sbieħ u li
jogħġbu lil Alla. L-imħabba ta’
Alla tagħti l-ħelsien lir-ruħ.
Hi bħal reġina; mhux sfurzata
bħalma huma l-ilsiera; hija
tagħmel kulma għandha tagħmel
b’ħelsien sħiħ fir-ruħ, għax
l-imħabba li tgħammar ġewwa fiha
ssuqha biex tagħmel li għandha
tagħmel. Kulma hemm madwarha
jġegħelha tifhem li Alla nnifsu
biss Hu denn ta’ mħabbitha. Ruħ
li tħobb lil Alla u li tinsab
mgħaddsa fih tersaq lejn
id-dmirijiet tagħha bl-istess
dispożizzjonijiet bħalma hi
tersaq lejn it-Tqarbin Imqaddes
u twettaq l-iċken ħidmiet bi
premura kbira, taħt il-ħarsa
mimlija mħabba ta’ Alla, ma
tinkwetax jekk, meta jkun għadda
ż-żmien, xi ħaġa ma tirnexxix
daqskemm kien mistenni. Hija
tibqa’ kalma, għax fil-ħin ta’
dik il-ħidma, hi kienet għamlet
kulma setgħet tagħmel. Meta
jiġri li l-preżenza ħajja ta’
Alla, li hi tgawdi kważi l-ħin
kollu, titlaqha waħedha, hija
mbagħad tipprova tkompli tgħix
b’fidi ħajja. Ruħha tifhem li
hemm perjodi ta’ mistrieħ u
perjodi ta’ taqbida. Permezz
tar-rieda tagħha, hija tkun
dejjem ma’ Alla. Ruħha, bħal
kavallier, hija mħarrġa sewwa
għat-taqbida; hija tilmaħ
mill-bogħod fejn qiegħed
jistaħba l-għadu u li lesta
għat-taqbida. Hija taf li ma
tinsabx waħedha – Alla hu
s-saħħa tagħha.
891.
21 ta’ Jannar (1937). Minn
dalgħodu kmieni llum, kont
magħquda b’mod tal-għaġeb
mal-Mulej. Filgħaxija,
il-kappillan tal-isptar ġie
jżurni. Wara li konna tkellimna
għal ftit, ħassejt l-ispirtu
tiegħi jibda jintilef f’Alla, u
bdejt nitlef kull sens ta’ dak
li kien qed jiġri madwari. Tlabt
lil Ġesu’ bil-ħerqa, “Agħtini
l-kapaċita’ sabiex nitkellem.” U
l-Mulej ikkonċedieli li stajt
nitkellem bil-liberta’ kollha
miegħu. Imma kien hemm waqt
wieħed meta ma stajtx nifhem
x’kien qed jgħid is-saċerdot.
Stajt nisma’ l-vuċi tiegħu, imma
kienet ħaġa Impossibli għalija
li nifhmu, u tlabtu maħfra li ma
stajtx nifhmu għalkemm stajt
nisma’ l-vuċi tiegħu. Dan huwa
waqt tal-grazzja ta’ għaqda
flimkien ma’ Alla, imma mhix
perfetta, għax minn barra,
is-sensi jkunu qedgħin jaġixxu
wkoll b’mod mhux perfett. M’hemm
l-ebda immersjoni totali f’Alla;
jiġifieri, sospensjoni
tas-sensi, bħalma jiġri spiss
meta wieħed la jara u lanqas
jisma’ xejn minn barra, għax
ir-ruħ kollha kemm hi tkun
tinsab mitlufa f’Alla
bil-liberta’ kollha. Meta tiġi
żżurni grazzja bħal din, nixtieq
li nkun waħdi, u nitlob lil
Ġesu’ jħarisni minn għajnejn
in-nies. Kont tassew imbarazzata
quddiem is-saċerdot, imma hu
reġa’ qawwieli qalbi, għax sar
jaf daqsxejn dwar ruħi fil-qrar.
892.
Illum il-Mulej għarrafni,
fl-ispirtu, dwar il-Kunvent
tal-Ħniena Divina. Stajt nara
spirtu kbir f’dan il-kunvent,
imma kollox kien jidher fqir bi
ftit li xejn affarijiet. O Ġesu’
tiegħi, Inti qiegħed
tippermettili ngħix fl-ispirtu
flimkien ma’ dawn l-erwieħ, imma
forsi qatt ma jiena ser nirfes
l-għatba t’hemm; imma jalla jkun
mbierek Ismek, u jalla jseħħ dak
li Inti għandek f’moħħok li
jseħħ.
893.
22 ta’ Jannar (1937). Illum
il-Ġimgħa. Ruħi tinsab f’baħar
ta’ tbatija. Il-midinbin ħaduli
kollox mingħandi. Imma kollox
sew; jiena tajt kulma kelli
minħabba fihom sabiex imbagħad
jkunu jistgħu jsiru jafu li Inti
tajjeb u ta’ ħniena infinita.
Jiena nibqa’ fidila lejk, jiġri
x’jiġri.
894.
Illum it-tabib iddeċieda li
m’għandix immur nisma’
l-Quddies, imma nitqarben biss.
Xtaqt ħafna nkun preżenti
għall-Quddiesa, imma l-konfessur
tiegħi (nota162) qabel
mat-tabib u qalli nobdi. “Hija
r-rieda ta’ Alla, Sor, li inti
terġa’ tieħu saħħtek, u
m’għandek tagħmel l-ebda
mortifikazzjoni. Obdi, Sor, u
Alla jippremjak ta’ dan.”
Ħassejt li l-kliem tal-konfessur
kienu kliem Ġesu’, u għalkemm
sewwidt qalbi li ma stajtx
immur il-Quddies, meta Alla kien
qed jagħtini l-grazzja li nara
lill-Bambin Ġesu’, xorta waħda,
jiena poġġejt l-ubbidjenza fuq
kollox.
Inġbart fit-talb u għidt
il-penitenza tiegħi. Imbagħad
f’daqqa waħda rajt lill-Mulej,
li qalli, Binti, kun af li
inti tagħtini glorja ikbar b’att
wieħed ta’ ubbidjenza milli
b’talb fit-tul u
b’mortifikazzjonijiet. O,
kemm hi ħaġa sewwa tgħix taħt
l-ubbidjenza, tgħix filwaqt li
tkun konxja mill-fatt li kulma
jiena qiegħda nagħmel ikun
jogħġob lil Alla!
895.
23 ta’ Jannar (1937). Ma tantx
kelli aptit nikteb illum.
Imbagħad smajt vuċi ġewwa ruħi:
Binti, inti m’intix tgħix
għalik innifsek imma
għall-erwieħ; ikteb għall-ġid
tagħhom. Inti taf lir-rieda
Tiegħi dwar il-kitba tiegħek
ġiet ikkonfermata ħafna drabi
mill-konfessuri tiegħek. Inti
taf x’jogħġobni, u jekk għandek
xi dubji dwar dak li Jiena qed
ngħid, inti taf ukoll lil min
għandek tistaqsi. Jiena nagħtih
id-dawl sabiex hu jkun jista’
jagħti l-ġudizzju fuq il-każ
Tiegħi. Għajnejja jkunu qedgħin
iħarsuh. Binti, inti għandek
iġġib ruħek bħal tifla miegħu,
mimlija sempliċita’ u
sinċerita’. Poġġi l-ġudizzju
tiegħu ‘l fuq min dak kollu li
Jiena nitlob. Huwa jmexxik skont
ir-rieda Tiegħi. Jekk hu ma
jħallikx twettaq dak li Jiena
nkun qed nitlob, kun fil-paċi;
Jiena ma niġġudikakx, imma
l-ħaġa tibqa’ bejni u bejnu. Int
għandek tobdi.
896.
25 ta’ Jannar 1937. Illum ruħi
tinsab mgħaddsa fl-imrar. O
Ġesu’, O Ġesu’ tiegħi, illum
kulħadd jista’ jżid mat-tazza
tiegħi tal-imrar. Ma jagħmilx
differenza humiex ħbieb jew
għedewwa, kollha kemm huma
jistgħu jgħabbuni bit-tbatija. U
inti, O, Ġesu’, bilfors trid
tagħtini s-saħħa u l-qawwa
f’dawn il-mumenti diffiċli. O
Ostja Mqaddsa, għinni u
ssiġillali xofftejja minn kull
tgergir. Meta jirnexxili nżomm
is-skiet, jiena naf li nista’
noħroġ rebbieħa.
897.
27 ta’ Jannar 1937. Inħoss li
ġejt ‘il quddiem mhux ħażin
f’saħħti. Ġesu’ qed jerġa’
jġibni lura mill-bibien tal-mewt
għall-ħajja, għax ftit kien għad
baqagħli biex immut, u ara,
il-Mulej tani l-milja tal-ħajja.
Għalkemm għad irrid nibqa’
fis-sanatorjum, jiena ninsab
kważi f’saħħti għal kollox.
Jiena qiegħda nara li r-rieda
ta’ Alla għadha ma twettqitx
għal kollox fija, u għalhekk
jiena għad baqagħli ngħix, għax
naf li jekk jiena nwettaq dak
kollu li l-Mulej ippjana għalija
f’din id-dinja, huwa mhux ser
iħallini iktar fl-eżilju, għax
pajjiżi hu s-sema. Imma qabel ma
aħna mmorru pajjiżna, irridu
nwettqu r-rieda ta’ Alla hawn
fl-art; jiġifieri jridu jseħħu
bis-sħiħ fina l-provi u
t-taqbid.
898.
O Ġesu’ tiegħi, Inti qiegħed
terġa’ tagħtini lura saħħti u
ħajti; agħtini wkoll is-saħħa
għat-taqbida, għax jiena minix
kapaċi nagħmel xejn mingħajrek.
Agħtini s-saħħa, għax Inti
tista’ tagħmel kollox. Inti
tista’ tara li jiena tifla
fraġli, u x’nista’ nagħmel
jiena? Jiena naf il-qawwa sħiħa
tal-ħniena Tiegħek, u ninsab
fiduċjuża li Inti ser tagħtini
dak kollu li għandha bżonn din
it-tifla dgħajfa Tiegħek.
899.
Tant xtaqtha l-mewt! Ma nafx
qattx nerġa’ f’ħajti jkolli
esperjenza ta’ xewqa hekk kbira
ta’ Alla. Kien hemm żminijiet
meta ntlift minn sensija
minħabba fih. O, kemm hi kerha
din id-dinja meta ssir taf
x’inhi s-sema! Irrid nagħmel
vjolenza fuqi nnifsi sabiex
nibqa’ ngħix. O rieda ta’ Alla,
inti tmantini.
900.
O, kemm hi bla kulur din
il-ħajja, u mimlija nuqqas ta’
ftehim! L-ewwel inħaddem
il-paċenzja, u warajha tiġi
l-esperjenza. Jiena nifhem u
nitgħallem ħafna affarijiet
kuljum u nara li naf ftit wisq,
u kontinwament niskopri
nuqqasijiet fl-imġieba tiegħi.
Xorta waħda, ma naqtax qalbi
minħabba dan, imma nirringrazzja
lil Alla li Hu jindenja jagħtini
d-dawl Tiegħu sabiex jiena nkun
nista’ nsir naf lili nnifsi.
901.
+ Hemm ċerta persuna (Stanislava
Kwietniewska (nota163))
li tippruvali l-paċenzja tiegħi.
Ikolli nagħtiha ħafna ħin. X’ħin
nitkellem magħha, inħoss li tkun
qiegħda tigdeb, u dan,
kontinwament. U għax tkun
qiegħda tgħidli dwar affarijiet
li jinsabu ‘l bogħod u li ma
nistax nivverifikom,
jirnexxielha tibqa’ għaddejja
bil-gideb. Imma ġo fija ninsab
konvinta li m’hemmx verita’
f’dak li hi tkun qiegħda tgħid.
Meta darba għaddieli minn moħħi
li jista’ jkun li kelli żball u
li forsi kienet qiegħda tgħid
il-verita’, tlabt lill-Mulej
Ġesu’ jagħtini dan is-sinjal:
jekk hi tassew qiegħda tigdeb,
ippermettilha tammettili hi
stess li hi kienet gidbet dwar
waħda mill-affarijiet li dwarhom
jiena ġo fija ninsab konvinta li
kienet qiegħda tigdeb. U jekk hi
qiegħda tgħid il-verita’, għidt
lill-Mulej Ġesu’ jneħħili din
il-konvinzjoni. Ftit wara,
reġgħet ġiet għandi u qaltli,
“Sor, nitolbok taħfirli, imma
jiena gdibt dwar din il-ħaġa,” u
jiena fhimt li d-dawl li kelli
ġo fija dwar dik il-persuna ma
kienx qarraq bija.
902.
29 ta’ Jannar 1937. Illum bqajt
rieqda. Kieku domt ftit iktar,
kont inkun tard għat-Tqarbin
għax il-kappella hi mbiegħda
mhux ħazin minn fejn qegħdin
aħna. (nota164) Meta
ħriġt barra, inżilt sa
rkobbtejja fis-silġ. Imma qabel
ma ġieni l-ħsieb li t-tabib ma
kienx iħallini noħroġ f’silġ
bħal dak, kont diġa’ wasalt
għand il-Mulej fil-kappella.
Tqarbint u rġajt lura ħin bla
waqt. Smajt dan il-kliem ġewwa
ruħi: Binti, strieħ qrib ta’
Qalbi. Jiena naf bl-isforzi
tiegħek. Ruħi tkun iżjed
ferħana meta nkun ninsab qrib
il-Qalb ta’ Alla tiegħi.
30 ta’ Jannar 1937. Irtir ta’
ġurnata.
903.
Qed insir naf iżjed u iżjed
il-kobor ta’ Alla u nifraħ fih.
Jiena nibqa’ miegħu l-ħin kollu
fil-fond ta’ qalbi. F’ruħi stess
l-iktar li nsib lil Alla
faċilment.
904.
Waqt il-meditazzjoni tiegħi,
smajt dan il-kliem: Binti,
inti tagħtini l-ikbar glorja
billi tissottometti ruħek
għar-rieda Tiegħi bil-paċenzja u
b’hekk tirbaħ għalik innifsek
mertu ikbar minn dak li tista’
takkwistalek kwalunkwe sawma jew
mortifikazzjoni. Kun af, binti,
li jekk inti tissottomentti
r-rieda tiegħek għal Tiegħi,
inti tiġbed fuqek innifsek
l-għożża speċjali Tiegħi. Dan
is-sagrifiċċju jogħġobni u hu
mimli ħlewwa. Jogħġobni ħafna;
fih is-saħħa.
905.
+ Eżami tal-kuxjenza: inkompli
sejra l-istess, ningħaqad ma’
Kristu tal-ħniena. Prattika:
skiet interjuri; jiġifieri,
osservanza stretta tas-skiet.
906.
+ F’mumenti diffiċli, niffissa
l-ħarsa tiegħi fuq il-Qalb
siekta ta’ Ġesu’, stirata fuq
is-Salib, u mill-fjammi jaqbdu
tal-Qalb ħanina Tiegħu jinżlu
jgelglu fuqi l-qawwa u s-saħħa
biex inkompli bit-taqbida.
907.
Ħaġa straordinarja, (li)
fix-xitwa jiġi kanarin fit-tieqa
tiegħi u għal ftit, jogħqod
ikanta sabiħ. Ippruvajt
niċċekkja jekk hemmx xi kanarin
f’gaġġa x’imkien viċin, imma
m’hemmx imkien, lanqas fis-sala
ta’ maġenbna. Waħda
mill-pazjenti l-oħra semgħetu
wkoll, imma darba biss, u
stagħġbet kif kanarin seta’ qed
ikanta f’dan l-istaġun tas-sena
kiesaħ silġ.
908.
+ O Ġesu’, kemm inħoss
għall-imsejkna midinbin. Ġesu’
agħtihom l-indiema u s-sogħba.
Ftakar fil-Passjoni ħarxa
Tiegħek. Jiena naf il-ħniena
Tiegħek u ma nifilħux il-ħsieb
li tista’ tintilef xi ruħ li
tkun swietlek tant. Ġesu’,
agħtini l-erwieħ tal-midinbin;
ħalli l-ħniena Tiegħek tistrieħ
fuqhom. Ħudli kollox, imma
agħtini l-erwieħ. Irrid insir
ostja ssagrifikata
għall-midinbin. Ħalli l-qoxra
ta’ ġismi taħbi l-offerta
tiegħi, għax il-Qalb l-iżjed
Imqaddsa Tiegħek tinsab moħbija
f’Ostja u Inti tassew
sagrifiċċju ħaj.
Ibdilni fik, O Ġesu’, sabiex
inkun sagrifiċċju ħaj li jkun
jogħġbok. Nixtieq inpatti f’kull
ħin għall-imsejkna midinbin.
Is-sagrifiċċju tal-ispirtu
tiegħi jinsab moħbi taħt il-velu
ta’ ġismi; l-għajn tal-bniedem
ma tistax tarah, u għalhekk hu
safi u jogħġbok. O Ħallieq
tiegħi u Missier ta’ ħniena
kbira, jiena nafda fik, għax
Inti l-istess Tjubija. Erwieħ,
tibżgħux minn Alla, imma afdaw
fih, għax Hu tajjeb, u l-Ħniena
Tiegħu għal dejjem.
909.
+ Aħna nafu lil xulxin, O Alla,
fl-għamara ta’ qalbi. Iva, issa
jiena qiegħda nirċevik bħala
l-Mistieden tiegħi fid-dar
ċkejkna tal-qalb tiegħi, imma
ġej iż-żmien meta Inti għad
issejjaħħli fl-għamara Tiegħek,
li Inti ħejjejt għalija sa
mill-bidu tad-dinja. O, jiena
x’jiena meta nqabbel ruħi
miegħek, O Mulej?
910.
Il-Mulej qiegħed jeħodni f’dinja
li ma nafhiex. Hu qiegħed
jgħarrafni l-grazzja kbira
Tiegħu, imma jiena nibża’ minnha
u minix sejra nissottometti ruħi
għall-influwenza tagħha sakemm
inkun niflaħ, sakemm id-direttur
spiritwali tiegħi ma jserraħlix
moħħi x’inhi din il-grazzja.
911.
Darba, il-preżenza ta’ Alla
mlietni kollni kemm jiena, u
moħħi ġie mdawwal b’mod
misterjuż dwar l-Essenza Tiegħu.
Hu ppermettieli nifhem il-ħajja
interjuri Tiegħu. Fl-ispirtu,
rajt it-Tliet Persuni Divini,
imma l-Essenza tagħhom kienet
waħda. Huwa wieħed, u wieħed
biss, imma fi Tliet Persuni;
l-ebda wieħed minnhom m’hu ikbar
jew iżgħar; m’hemm l-ebda
differenza la fis-sbuħija lanqas
fil-qdusija; għax Huma Wieħed.
Huma assolutament Wieħed.
Imħabbtu ħaditni f’dan
l-għarfien u għaqqditni flimkien
miegħu. Meta kont maqgħuda ma’
Wieħed kont maqgħuda mat-Tieni u
mat-Tielet b’tali mod li meta
nkunu maqgħudin ma’ Wieħed,
b’dan l-istess fatt, inkunu
maqgħudin indaqs mż-żewġ Persuni
bl-istess mod li nkunu magħuqdin
ma’ Wieħed. Ir-rieda tagħhom
hija waħda, hi ssib ruħha
maqgħuda mat-Tliet Persuni u
tiġi mgħaddsa fil-hena li joħroġ
mis-Santissma Trinita’, l-istess
hena li bih jgħixu l-qaddisin.
Dan l-istess hena li joħroġ
igelgel mis-Santissma Trinita’
jferraħ il-ħolqien kollu; minnha
toħroġ dik il-ħajja li tagħti
l-ħajja kollha li taf il-bidu
tagħha Minnu (minn Alla). F’dawn
il-mumenti, ruħi tħoss pjaċiri
hekk kbar u divini li nsibha
ħaġa diffiċli inpoġġihom
fil-kliem.
912.
Imbagħad smajt dan il-kliem li
ġej li ntqal b’dan il-mod:
Irridek tkun l-għarusa Tiegħi.
Il-biża’nifdili ruħi, imma
komplejt naħseb bil-kalma kollha
xi kwalita’ ta’ għerusija din
setgħet tkun. Imma, kull darba
li l-biża’ kien jimlieli ruħi,
qawwa minn fuq kienet tagħtiha
l-paċi.
Wara kollox, jiena għamilt
il-voti perpetwi, u għamilthom
minn jeddi, għax ridt jiena. U
għalhekk komplejt naħseb dan
x’jista’ jfisser. Ħassejt, u
wasalt biex nirrealizza, li din
kienet xi tip speċjali ta’
grazzja. Kull x’ħin naħseb
fuqha, iħossni ħażin bix-xewqa
għal Alla, imma f’dan il-ħass
ħażin, moħħi jibqa’ ċar u mimli
dawl. X’ħin inkun maqgħuda
miegħu, iħossni ħażin
b’abbundanza ta’ ferħ, imma
moħħi jibqa’ hemm u ċar u
ħieles mid-dellijiet kollha.
Inti tbaxxi l-majesta’ Tiegħek
sabiex tgħammar ma’ ħlejqa
miżerabbli. Grazzi, O Mulej,
għal din il-grazzja kbira li
tagħmilhieli possibbli li
nikkomunika miegħek. Ġesu’,
jiena nitpaxxa b’ismek, inħoss
minn qabel u mill-bogħod
il-Maħbub tiegħi, u ruħi mxennqa
tistrieħ fit-tgħanniqa Tiegħu;
ma nafx kif nista’ ngħix
mingħajru. Nippreferi nkun
miegħu fil-kuntarju u
t-tbatijiet milli mingħajru
fl-ikbar pjaċiri tas-sema.
913.
2 ta’ Frar 1937. Illum, sa minn
kmieni filgħodu, assorbiment u
ġabra Divina qedgħin jinfduli
ruħi. Waqt il-Quddiesa, ħsibt li
kont sejra nara liċ-ċkejken
Ġesu’, bħalma jiġrili spiss;
imma, illum waqt il-Quddiesa
rajt lil Ġesu’ Msallab. Ġesu’
kien imsammar mas-Salib u kien
jinsab f’agunija kbira.
It-tbatija Tiegħu nifditli, ruħi
u ġismi, b’mod li kien
inviżżibli, imma xorta waħda
mill-ikbar li jweġġa’.
914.
O, x’misteri tal-għaġeb iseħħu
waqt il-Quddiesa! Misteru kbir
iseħħ waqt il-Quddiesa. B’liema
devozzjoni kbira għandna
nisimgħu u nieħdu sehem f’din
il-mewta ta’ Ġesu’. Xi darba
għad insiru nafu Alla x’inhu
jagħmel għalina f’kull Quddiesa,
u x’tip ta’ rigal Hu qiegħed
iħejjilna fiha. Hija l-imħabba
Divina Tiegħu biss li tista’
tippermetti li rigal bħal dan
jiġi mogħti lilna. O, Ġesu’,
Ġesu’ tiegħi, b’liema wġigħ kbir
tinsab minfuda ruħi meta nara
din il-għajn tal-ħajja ħierġa
tgelgel b’tant ħlewwa u qawwa
għal kull ruħ, filwaqt li
fl-istess ħin jiena qiegħda nara
erwieħ jidbielu u jinxfu tort
tagħhom stess. O Ġesu’, agħmel
li l-qawwa tal-ħniena tgħannaq
lil dawn l-erwieħ.
915.
+ O Marija, illum sejf aħrax
nifed ir-ruħ qaddisa tiegħek.
Ħadd, ħlief Alla, ma jaf
x’batejt. Qalbek ma setgħetx
tinqasam. Baqgħet sħiħa, għax
kienet maqgħuda ma’ Ġesu’. O Omm
ħelwa tiegħi, agħmilni ħaġa
waħda ma’ Ġesu’ sabiex inkun
nista’ nġarrab it-tbatija u ‘l
hemm. Maqgħudin ma’ ta’ Ġesu’,
is-sagrifiċċji żgħar tiegħi
ikunu jintogħġbu minn Alla. O
Omm l-iżjed ħelwa kompli
għallimni dwar il-ħajja tar-ruħ.
Agħmel li ma naqtax qalbi
fit-tbatija. O verġni safja,
imlieli qalbi bil-kuraġġ u
ħarishieli.
916.
Dan il-jum tant hu speċjali
għalija; għalkemm iltqajt ma’
tant tbatijiet, ruħi qiegħda
tfur b’ferħ kbir. F’kamra
privata ħdejn tiegħi, kien hemm
mara Lhudija li kienet marida
serjament. Mort naraha tlett
ijiem ilu u ħassejtni mdejqa
ħafna għall-ħsieb li dalwaqt
kienet ser tmut u ruħha ma
kenitx ser tkun imnaddfa
bil-grazzja tal-Magħmudija. Kont
miftiehma mal-infermiera tagħha,
Soru (reliġjuża), li meta jkun
riesaq l-aħħar mument tagħha, hi
kellha tgħammidha. Kien hemm din
id-diffikulta’, imma, li dejjem
kien ikun hemm xi persuni Lhud
magħha. Imma ħassejtni spirata
nitlob quddiem ix-xbieha li
Ġesu’ kien qalli li kellha tiġi
mpittra. Għandi fuljett
tax-Xbieha tal-Ħniena Divina fuq
il-qoxra. U jiena għidt
lill-Mulej, “Ġesu’, Inti stess
għidtli li Inti tagħti ħafna
grazzji permezz ta’ din
ix-xbieha. Jiena, mela, qiegħda
nitolbok il-grazzja
tal-Magħmduija għal din il-mara
Lhudija. Ma jagħmel l-ebda
differenza min jgħammidha, basta
hi titgħammed.”
Wara dan il-kliem, ħaġa stramba
ħassejtni fil-paċi, u kont kważi
żgura għal kollox li, minkejja
d-diffikultajiet, kienu ser
jitferrgħu fuq ruħha l-ilmijiet
tal-Magħmudija. Dak il-lejl,
meta kienet batuta ħafna, tliet
darbiet qomt mis-sodda biex
immur naraha, nistenna l-mument
f’waqtu sabiex nagħtiha din
il-grazzja. L-għada filgħodu,
donnha kienet qiegħda tħossha
daqsxejn aħjar. Wara nofs inhar,
baqa’ joqrob l-aħħar mument ta’
ħajjitha. Is-soru li kienet
l-infermiera tagħha qalet li
kien ser ikun diffiċli li
tgħammidha, għax niesha kienu
magħha. Wasal il-waqt meta
l-marida bdiet tintilef minn
sensieha, u bħala riżultat
t’hekk, sabiex jippruvaw
isalvawha, bdew jiġru minn hawn
u minn hemm; xi wħud (marru)
jġibu t-tabib, filwaqt li oħrajn
marru jiġru ‘l hemm u ‘l hawn
ifittxu l-għajnuna.
U b’dan il-mod il-pazjenta
tħalliet waħedha, u s-soru
għammidtha, u qabel ma kellhom
ċans jerġgħu lura kollha kemm
huma maġenbha, ruħha kienet
sabiħa, imżejna bil-grazzja ta’
Alla. L-agunija tal-aħħar tagħha
bdiet fil-pront, imma ma dametx
ħafna. Kienet qisha bdiet
torqod. F’daqqa waħda, rajt lil
ruħha tielgħa s-sema fi sbuħija
tal-għaġeb. O, kemm hi sabiħa
ruħ bil-grazzja santifikanti!
Qalbi għerqet bil-ferħ li
quddiem din ix-xbieha jiena kont
irċevejt grazzja għal din
ir-ruħ.
917.
O, kemm hi kbira l-ħniena ta’
Alla; jalla kull ruħ tfaħħarha.
O Ġesu’ tiegħi, dik ir-ruħ
għall-eternita’ kollha ser
tkantalek innu ta’ ħniena. Ma
nistax ninsa l-impressjoni li
dan il-jum għamel fuq ruħi. Din
hi t-tieni grazzja kbira li
rċevejt hawnhekk għall-erwieħ
quddiem din ix-xbieha.
O, kemm hu twajjeb il-Mulej, u
mimli kompassjoni; Ġesu’, kemm
nirringrazzjak bil-qalb għal
dawn il-grazzji.
918.
5 ta’ Frar 1937. Ġesu’ tiegħi,
minkejja kollox nixtieq ħafna
ningħaqad miegħek. Ġesu’ jekk
dan hu possibbli, ħudni għandek,
għax jidhirli li qalbi għad
tesplodi bix-xewqa li għandha
għalik!
O, kemm inħoss li ninsab
fl-eżilju! Meta ser insib ruħi
fid-dar ta’ Missierna, nitpaxxa
bil-hena ħiereġ igelgel
mis-Santissma Trinita’? Imma,
jekk inhi r-rieda Tiegħek li
jiena nibqa’ ngħix u nbati,
jiena mela nixtieq dak li Inti
ddestinajt għalija. Żommni hawn
fl-art kemm trid, ukoll jekk dan
idum sal-aħħar tad-dinja. O
rieda tal-Mulej tiegħi, kun
il-pjaċir tiegħi u l-estasi ta’
ruħi. Għalkemm l-art hi tant
mimlija bin-nies, inħossni
tassew waħdi, u l-art hi deżert
tal-waħx għalija. O Ġesu’,
Ġesu’, Inti taf u tifhem
il-ħerqa ta’ qalbi; Inti biss, O
Mulej, tista’ timlieni.
919.
Illum, meta jiena avżajt ċerta
sinjorina li m’għandhiex toqgħod
sigħat fil-kuridur mal-irġiel,
għax ma kienx jixraq sinjorina
ta’ ċerta edukazzjoni tagħmel
dan, hija talbet skuża u wegħdet
li tirranġa l-imġieba tagħha.
Bdiet tibki meta ndunat kemm
kienet ġabet ruħha mingħajr
ħsieb. Filwaqt li kont qiegħda
ngħidilha dawn il-ftit
affarijiet dwar l-imġieba morali
tagħha, l-irġiel kollha ġew
mis-sala tagħhom u qagħdu
jisimgħu l-kliem tal-pariri
tiegħi. Il-Lhud wkoll semgħu xi
ftit affarijiet fuqhom stess.
Ċerta persuna qaltli wara li
poġġew widnejhom mal-ħajt u
qagħdu jisimgħu b’attenzjoni.
Ħassejt b’xi mod li kienu
qedgħin jisimgħu, imma għidt dak
li kelli ngħid. Tant huma rqaq
il-ħitan hawnhekk li wieħed
jinstema, wkoll meta jkun qed
jitkellem b’vuċi baxxa.
920.
+ Hawn mara hawnhekk
(nota165) li darba kienet
waħda mill-istudenti tagħna.
Naturalment, tippruvali
l-paċenzja tiegħi. Tiġi tarani
diversi drabi kuljum. Wara kull
waħda minn dawn iż-żjarat,
inħossni eżawrita, imma nista’
nara li l-Mulej Ġesu’ bagħatli
dik ir-ruħ. Jalla kollox
jigglorifikak, O Mulej.
Il-paċenzja tagħti glorja lil
Alla. O, kemm huma msejknin
l-erwieħ!
921.
6 ta’ Frar (1937). Illum,
il-Mulej qalli, Binti,
jgħiduli li hemm ħafna
sempliċita’ fik, mela għaliex ma
tgħidlix b’dak kollu li
jikkonċernak, wkoll l-iċken
dettalji? Għidli fuq kollox, u
kun af li dan jagħtini ferħ
kbir. Jiena weġibt, “Imma
Inti taf kollox, Mulej.”
U Ġesu’ weġibni, Iva, veru li
naf; imma m’għandekx tiskuża
ruħek minħabba l-fatt li Jiena
naf kollox, għax widnejja u
qalbi qegħdin lesti biex
jisimgħuk, u kliemek għażiż
għalija.
922.
+ Meta bdejt din in-novena
kbira għal tlett intenzjonijiet,
rajt insett żgħir fl-art u bdejt
naħseb: kif wasal hawn f’nofs
ix-xitwa? Imbagħad smajt dan
il-kliem li ġej ġewwa ruħi:
Qiegħda tara, Jiena qed naħseb
fih u nżommu, u dak x’inhu
ħdejk? Mela għaliex ruħek
waqgħet fil-biża’ għal mument?
Tlabt skuża lill-Mulej għal dak
il-mument. Ġesu’ jridni nkun
dejjem tifla u nħalli l-ħsieb
ta’ kollox f’idejh, u
nissottometti ruħi għar-rieda
qaddisa Tiegħu bla ebda
kundizzjoni. Hu ħa kollox fuq
spallejh.
923.
7 ta’ Frar (1937). Illum,
il-Mulej qalli, Irrid
mingħandek offerta perfetta u
maħruqa kollha kemm hi; offerta
tar-rieda tiegħek. L-ebda
sagrifiċċju ieħor m’għandu
x’jaqsam ma’ dan. Jiena stess
qed immexxi lil ħajtek u
nirranġa l-affarijiet b’tali mod
li inti tkun għalija sagrifiċċju
kontinwu u dejjem tagħmel
ir-rieda Tiegħi. U sabiex tkun
tista’ titwettaq din l-offerta,
inti ser tingħaqad miegħi fuq
is-Salib. Jiena naf inti
x’tista’ tagħmel. Jiena stess
ser nagħtik direttament ħafna
ordnijiet, imma ntawwal
il-possibbilta’ li dawn
jitwettqu u dan inħallih
jiddependi minn persuni oħrajn.
Imma dak li s-Superjuri ma
jirnexxilhomx jagħmlu, jiena
stess ser inwettqu direttament
ġewwa ruħek. U fil-fond l-iktar
moħbi ta’ ruħek, jitwettaq
olokawstu perfett, mhux għal
ftit żmien biss; imma kun af
binti, li din l-offerta ser
tibqa’ sejra sakemm jasal
il-waqt tal-mewt tiegħek. Imma
baqa’ żmien, sabiex Jiena
l-Mulej naqtagħlek xewqatek
kollha. Jiena nitpaxxa bik qisni
qiegħed f’ostja ħajja; tħalli
xejn ibeżżgħek; Jiena qiegħed
miegħek.
924.
Illum, irċevejt nota mingħand
il-Madre Superjura li ma tatnix
permess immur ħdejn is-sodda
tal-moridondi. U għalhekk, ser
nibgħat lill-moribondi
l-ubbidjenza minflok lil nnifsi,
u din l-ubbidjenza tgħin
lill-erwieħ li jkunu qegħdin
imutu. Din hi r-rieda ta’ Alla,
u dan hu biżżejjed għalija. Dak
li għalissa ma nistax nifhmu
għad insir nifhmu iktar tard.
925.
7 ta’ Frar 1937. Illum, tlabt
b’ħerqa iktar mis-soltu
għall-Qdusija Tiegħu l-Papa
(Piju XI) u għal tliet saċerdoti
(nota166) sabiex Alla
jispirhom dwar dak li Hu qed
jitlob mingħandi. O, kemm ninsab
kuntenta li s-saħħa tal-Papa
ġejja ‘l quddiem. Illum smajtu
jindirizza l-Kungress
Ewkaristiku, (nota167) u
mort hemm fl-ispirtu sabiex
nirċievi l-Barka Appostolika.
926.
9 ta’ Frar (1937). It-Tlieta
tal-Karnival. Fl-aħħar jumejn
tal-Karnival, ħassejtni negħreq
f’dilluvju ta’ kastigi u
dnubiet. F’waqt wieħed il-Mulej
għarrafni bid-dnubiet li twettqu
fid-dinja kollha matul dawn
il-ġranet. Ħassni ħażin
bil-biża’, u għalkemm naf
il-fond tal-ħniena ta’ Alla,
stagħġibt li Alla jippermetti
lill-umanita’ li tkompli
teżisti. U l-Mulej għarrafni
minn hu dak li għandu f’idejh
l-eżistenza tal-umanita’: dawn
huma l-erwieħ magħżulin. Meta
l-għadd tal-magħżulin isir sħiħ,
id-dinja ma tibqax teżisti.
927.
F’dawn il-jumejn, tqarbint bħala
att ta’ riparazzjoni, u għidt
lill-Mulej Ġesu’, jiena llum
qiegħda noffri kollox
għall-midinbin. Ħalli d-daqqiet
tal-ġustiggja Tiegħek jaqgħu
fuqi, u l-baħar tal-ħniena
Tiegħek jiġbor fih lill-imsejkna
midinbin.” U l-Mulej sema’
t-talba tiegħi: ħafna erwieħ
reġgħu lura għand il-Mulej, imma
jiena kont fl-agunija taħt
il-madmad tal-ġustizzja ta’
Alla. Ħassejtni li kont l-oġġett
tal-korla ta’ Alla l-għoli. Sa
filgħaxija t-tbatijiet tiegħi
kienu laħqu grad hekk għoli ta’
deżolazzjoni interjuri li
t-tnehid beda tielgħa minn ġo
sidri mingħajr ma nista’ nżommu.
Sakkart il-bieb ta’ kamarti u
bdejt nagħmel adorazzjoni:
jiġifieri, siegħa Adorazzjoni.
Deżolazzjoni interjuri u
esperjenza tal-ġustizzja ta’
Alla – dik kienet it-talba
tiegħi – u t-tnehid u l-uġigħ li
telgħu minn ġo ruħi ħadu post
konverżazzjoni ħelwa mal-Mulej.
928.
Imbagħad f’daqqa waħda rajt
lill-Mulej, li għannaqni ma’
Qalbu u qalli, Binti, tibkix,
għax ma nistax nissaporti nara
d-dmugħ tiegħek. Nagħtik kulma
qiegħda titlob, imma tibkix
iżjed. U jiena mtlejt b’ferħ
kbir, u l-ispirtu tiegħi,
bħas-soltu, intilef fih
bħallikieku fl-uniku teżor
tiegħu. Ilum, it-tjubija Tiegħu
għamlitli l-kuraġġ u tkellimt
ma’ Ġesu’ iktar fit-tul.
929.
X’ħin kont striħajt fejn il-Qalb
l-iżjed ħelwa Tiegħu, jiena
għidtlu, “Ġesu’, għandi tant xi
ngħidlek”. U l-Mulej qalli bi
mħabba kbira, Tkellem, binti.
U jiena bdejt nsemmi waħda wara
l-oħra l-uġigħ ta’ qalbi;
jiġifieri, kemm ninsab imħassba
dwar l-umanita’ kollha, li “huma
lkoll ma jafukx, u dawk li jafuk
ma jħobbukx kif jixraqlek li
tkun maħbub. Nista’ nara wkoll
kemm iweġġgħuk bl-ikrah
il-midinbin; u mbagħad ukoll,
nista’ nara b’liema ħruxija
l-fidili, speċjalment dawk li
jaqduk, huma mgħaffġin u
ppersegwitati. U mbagħad wkoll,
nista’ nara erwieħ sejrin
jgħaġġlu għal ġo l-abbis
terribbli tal-infern. Qiegħed
tara, Ġesu’, dan hu l-uġigħ li
qiegħed jgħawwarli qalbi u
għadmi. U, għalkemm Inti qiegħed
turini mħabba speċjali u
tfawwarli qalbi bi xmajjar
tal-hena Tiegħek, xorta waħda,
dan ma jtaffix it-tbatijiet li
għadni kif semmejt, imma
pjuttost huma jinfdu din
l-imsejkna qalbi b’iktar qawwa.
O, b’liema ħerqa nixtieq li
l-umanita’ kollha ddur b’fiduċja
lejn il-ħniena Tiegħek.
Imbagħad, meta jiena nara
l-glorja ta’ Ismek, qalbi tkun
imfarrġa.”
Ġesu’ qagħad jisma’ dan kollu li
jiena ferrajt minn ġo qalbi
b’serjeta’ u interess,
bħallikieku ma kien jaf xejn
bihom, u lili deherli li din
il-ħaġa għamlithieli iżjed faċli
li nitkellem. U l-Mulej qalli,
Binti, dan il-kliem ħiereġ
minn qalbek jogħġobni, u meta
tgħid il-Kurunella inti tkun
qegħda tressaq l-umanita’ iktar
qrib Tiegħi. Wara dan
il-kliem, sibt ruħi waħdi, imma
l-preżenza ta’ Alla tinsab
dejjem ġewwa ruħi.
930.
+ O Ġesu’ tiegħi, għalkemm jiena
għad niġi għandek, u Inti għad
timlieni bik, u dan ifisser li
jiena ma jkun jonqosni xejn
fil-hena tiegħi, xorta waħda
minix sejra ninsa lill-umanita’.
Nixtieq niġbed u niftaħ
il-purtieri tas-sema, sabiex
l-art ma jkollha l-ebda dubju
fuq il-Ħniena Divina. Is-serħan
tiegħi jinsab f’li nxandar
il-ħniena Tiegħek. Ir-ruħ tagħti
l-ikbar glorja lill-Ħallieq
tagħha meta hija ddur b’fiduċja
lejn il-Ħniena Divina.
931.
10 ta’ Frar (1937). Illum
l-Erbgħa tal-Irmied.
Waqt il-Quddiesa, ħassejt għal
ftit il-Passjoni ta’ Ġesu’
fil-membri ta’ ġismi. Ir-Randan
hu żmien speċjali ħafna
għall-ħidma tas-saċerdoti. Aħna
għadna ngħinhuom biex isalvaw
l-erwieħ.
932.
Ftit ġranet ilu, ktibt
lid-direttur tiegħi
(probabilment Patri Andrasz)
(nota168), u tlabtu
l-permess sabiex nagħmel xi ftit
mortifikazzjonijiet matul
ir-Randan. Peress lit-tabib ma
kienx tani permess immur
il-belt, kelli nikkomunika
miegħu permezz ta’ xi ittra.
Imma wasal l-Erbgħa tal-Irmied
diġa’, u għadni ma rċevejt
l-ebda tweġiba. Dalgħodu wara
t-Tqarbin, tlabt lil Ġesu’
jagħti ispirazzjoni lid-direttur
tiegħi bid-dawl Tiegħu sabiex hu
jweġibni, u kont naf ġewwa fija
li s-saċerdot ma kienx kontra li
jiena nipprattika dawn
il-mortifikazzjonijiet li kont
tlabt permess għalihom, u li hu
kien ser jagħtini l-permess
tiegħu. Għalhekk, fil-paċi,
bdejt nagħmel dawn il-prattiki.
Dak inhar stess wara nofs inhar
irċevejt ittra mingħand
is-saċerdot, fejn qalli li
jippermettili nagħmel dawk
il-prattiki li għalihom kont
tlabt permess. Ħadt gost ħafna
li l-għarfien li kelli ġewwa
fija kien jaqbel mal-opinjoni
tad-direttur Spiritwali tiegħi.
933.
Imbagħad smajt dal-kliem li ġej
ġewwa ruħi: Inti għad
tirċievi premju ikbar
għall-ubbidjenza tiegħek u
għall-mod kif inti tissottometti
ruħek għall-konfessur tiegħek
milli għall-prattiki li inti
għad twettaq. Kun af dan, binti,
u aġixxi skont dan: kwalunkwe
ħaġa, tkun xi tkun, tkun ċkejkna
kemm tkun, li għandha fuqha
s-siġill tal-ubbidjenza lejn
ir-rappreżentant Tiegħi tkun
togħġobni u tkun kbira
f’għajnejja.
934.
Prattiki żgħar għar-Randan.
Għalkemm nixtieq nagħmel din
il-ħaġa, ma nistax nipprattika
mortifikazzjonijiet kbar bħal
qabel, għax ninsab taħt
l-osservazzjoni stretta
tat-tabib. Imma nista’
nipprattika affarijiet żgħar:
l-ewwel – norqod mingħajr
imħadda; inżomm ruħi daqsxejn
bil-ġuħ; kuljum, b’idejja
miftuħin quddiemi, ngħid
il-kurunella li l-Mulej
għallimni; xi kultant, b’idejja
miftuħin, għal żmien indefinit
nitlob b’mod informali.
Intenzjoni: li nittallab
il-ħniena divina għall-imsejkna
midinbin, u għas-saċerdoti,
il-qawwa li jwasslu l-qlub
tal-midinbin għall-indiema.
935.
Il-kuntatt tiegħi mal-moribondi
hu, bħalma kien fil-passat,
mill-qrib ħafna. Ta’ spiss jiena
nsieħeb persuna li tkun qiegħda
tmut x’imkien fil-bogħod, imma
l-ikbar hena tiegħi hu meta
jiena nara l-wegħda tal-ħniena
tiġi mwettqa f’dawn l-erwieħ.
Il-Mulej hu fidil; dak li Hu
darba ordna – Huwa jwettaq.
936.
+ Ċerta persuna fis-sala tagħna
kienet bdiet tmut. Fost torturi
terribbli, kienet qiegħda tmut
għal tlett ijiem, filwaqt li xi
kultant reġgħet bdiet tiġi
f’tagħha. Kulħadd fis-sala kien
qed jitlob għaliha. Xtaqt ħafna
immur għandha, imma l-Madre
Superjura ma kenitx tatni
l-permess immur inżur
il-moribondi; jiena għalhekk
tlabt għal dik ir-ruħ imsejkna
minn ġo kamarti. Imma meta smajt
li kienet għadha agunija, u ħadd
ma seta’ jgħid kemm kienet sejra
ddum f’dan l-istat, f’daqqa
waħda ħassejtni ispirata f’ruħi
u għidt lill-Mulej, “ Ġesu’,
jekk dan kollu li jiena nagħmel
jogħġbok, qiegħda nitolbok,
bħala sinjal, tippermetti li dik
ir-ruħ tieqaf mit-tbatija tagħha
u tgħaddi fil-pront
għall-eternita’ tagħha
fil-hena.” Ftit minuti wara sirt
naf li din il-persuna kienet
mietet tant fil-paċi u malajr li
lanqas biss kellhom ħin jixgħelu
xemgħa.
937.
+ Ser ngħid ftit ieħor fuq
id-dierttur spiritwali tiegħi
(Patri Andrasz jew Dun Sopocko)
(nota169). Hija ħaġa
stramba li hemm tant ftit
saċerdoti li huma kapaċi
jferrgħu qawwa, saħħa u kuraġġ
f’ruħ sabiex hija tkun tista’
tagħmel progress il-ħin kollu
mingħajr ma tgħejja.
B’direzzjoni bħal din, ruħ anke
jekk ma tkunx daqshekk
b’saħħitha, tista’ tagħmel ħafna
għall-glorja ta’ Alla. U
hawnhekk jiena skoprejt sigriet;
jiġifieri, li l-konfessur, jew
pjuttost id-direttur spiritwali,
ma jinjorax il-ħmerijiet li
r-ruħ iġġib quddiemu. U meta
r-ruħ tinduna li qiegħda tiġi
kkontrollata f’din il-ħaġa,
tibda teżerċita ruħha u ma
tħallix għaddejja l-iċken
opportunita’ sabiex hija
tipprattika l-virtu’ u tevita
wkoll l-iċken difetti. U minn
dawn l-isforzi kollha, bħal ma
jsir permezz ta’ ġebel żgħir,
jitla’ ġewwa r-ruħ tempju
mill-isbaħ. Għall-kuntrarju,
jekk ir-ruħ tinduna li
l-konfessur ma jagħtix kas ta’
dawn l-affarijiet żgħar, hi
wkoll ma tagħtix kas tagħhom u
ma tibqax tgħidlu bihom
lill-konfessur u , agħar minn
hekk, hi tibda ssir traskurata
fl-affarijiet iż-żgħar. B’dan
il-mod, minflok ma timxi ‘l
quddiem, bil-mod il-mod tibda
tmur lura u tinduna
bis-sitwazzjoni biss meta tkun
diġa’ waqgħet f’inkwiet serju.
Hawnhekk, tiġi waħedha
mistoqsija serja: ta’ min hu
t-tort, ir-ruħ li qedgħin
nitkellmu fuqha jew
il-konfessur; jiġifieri,
id-direttur? Jiena jidhirli li
l-ħtija kollha għandha titpoġġa
fuq id-direttur li ma użax
prudenza; l-unika ħtija tar-ruħ
hi li tkun ħadet fuqha nnfisha
l-għażla tad-direttur.
Id-direttur seta’ mexxa r-ruħ
fit-triq tar-rieda ta’ Alla lejn
il-qdusija.
938.
Ir-ruħ suppost kienet talbet
bil-ħerqa u iktar fit-tul għal
direttur u kien messa talbet
lill-Mulej innifsu jagħżlilha
direttur spiritwali. Dak li jaf
il-bidu tiegħu lil Alla jkun ġej
minnu, u dak li jibda b’mod
purament uman jibqa’ uman. Alla
tant hu ħanin li sabiex jgħin
lir-ruħ Hu stess jagħżel
id-direttur spiritwali u jdawwal
lir-ruħ min hu dak li quddiemu
hi tista’ tikxef il-fond l-iktar
moħbi tar-ruħ tagħha preċiż kif
hi tara lilha nnfisha quddiem
il-Mulej Ġesu’ nnifsu. U meta
r-ruħ tikkonsidra u tagħraf li
Alla kien irranġa dan kollu, hi
għandha titlob bil-ħerqa
għall-konfessur sabiex ikollu
d-dawl divin li jkun jaf sewwa
din il-ħaġa. U m’għandhiex
tibdel direttur bħal dan ħlief
għal xi raġuni serja. Bħalma
kienet talbet bil-qalb u fit-tul
sabiex issir taf x’inhi r-rieda
ta’ Alla qabel ma għażlet
id-direttur tagħha, hekk ukoll
għandha titlob bil-qalb u
fit-tul sabiex issir taf jekk
kenitx verament ir-rieda ta’
Alla li hi twarrab lil dan
id-direttur u tagħżel ieħor.
Jekk ir-rieda ta’ Alla ma tkunx
assolutament ċara, dak li jkun
m’għandux jibdel, għax bniedem
ma jistax jimxi ħafna waħdu, u
dan hu preċiżament li jrid
Satana; li l-bniedem li jkun qed
jaspira għall-qdusija jmexxi
lilu nnifsu għax f’dan il-każ,
bla ebda dubju, qatt m’hu ser
jirnexxilu.
939.
Hemm eċċezzjoni (għal din
il-ħaġa), u din hi meta Alla
nnifsu jmexxi lill-persuna, imma
d-direttur ikun jista’ jinduna
fil-pront li lil din il-persuna
qiegħed imexxiha Alla nnifsu.
Alla jippermettilu jkun jaf dan
b’mod ċar, u din il-persuna,
iktar u iktar minn ħaddieħor,
għandha tkun ikkontrollata
mid-direttur. F’dan il-każ,
il-funzjoni tad-direttur mhix
daqstant li hu jmexxi u juri
lir-ruħ liema hi t-triq li fiha
hi trid timxi; imma pjuttost,
jiġġudika u jikkonferma li r-ruħ
tinsab miexja fit-triq it-tajba
u li l-ispirtu li qed imexxiha
hu spirtu tajjeb.
F’sitwazzjoni bħal din,
id-direttur irid ikun mhux biss
qaddis, iżda jrid ikollu wkoll
l-esperjenza u l-prudenza, u
r-ruħ trid tagħti prijorita’
lill-opinjoni tiegħu iktar milli
dik ta’ Alla nnifsu, għax
imbagħad r-ruħ tkun imħarsa minn
illużjonijiet u devjazzjonijiet.
Ruħ li ma tridx tissottometti
l-ispirazzjonijiet tagħha għal
kollox taħt il-kontroll strett
tal-Knisja – jiġifieri,
għad-direttur – turi biċ-ċar
f’din il-ħaġa li hemm spirtu
ħażin qiegħed imexxiha.
Id-direttur għandu juża prudenza
kbira ħafna f’każijiet bħal dawn
u jgħarbel l-ubbidjenza tar-ruħ.
Satana jaf jilbes mantell ta’
umilta’ wkoll imma ma jafx
jilbes mantell ta’ ubbidjenza u
b’dan il-mod jistgħu jinkixfu
l-pjanijiet ħżiena tiegħu. Imma
d-direttur m’għandux juri li qed
jibża’ daqshekk minn ruħ bħal
din, għax jekk Alla jafdalu
f’idejh ruħ daqshekk speċjali,
Huwa ser jagħtih ukoll dawl
divin kbir dwarha, għax jekk ma
jkunx hekk kif jista’ hu jmexxi
bil-għerf għal dak li għandu
x’jaqsam mal-misteri kbar li
jseħħu bejn ir-ruħ u Alla.
940.
Jiena stess batejt ħafna u
għaddejt minn provi kbar f’din
il-ħaġa. Għalhekk qiegħda nikteb
biss dwar dak li jiena stess
għaddejt minnu. Kien biss wara
ħafna noveni, talb u penitenzi
li Alla bagħatli saċerdot li
fehem ir-ruħ tiegħi. Kemm kien
ikun hemm ħafna aktar erwieħ
qaddisin li kieku kien hemm
iktar konfessuri qaddisin u
b’esperjenza. Ħafna huma
l-erwieħ, li qedgħin jissieltu
bis-serjeta’ għall-qdusija, li
ma jirnexxilhomx ikomplu mexjin
waħedhom fi żminijiet ta’ prova
u jabbandunaw it-triq li twassal
għall-perfezzjoni.
941.
O Ġesu’, agħtina saċerdoti
mħeġġa u qaddisin! O, kemm hi
kbira d-dinjita’ tas-saċerdot,
imma fl-istess ħin, kemm hi
kbira r-responsabbilta’ tiegħu!
Ħafna ġie mogħti lilek, O
saċerdot, imma ta’ ħafna wkoll
inti ser ikollok tagħti
rendikont ...
942.
11 ta’ Frar (1937). Illum
il-Ġimgħa. Waqt il-Quddiesa,
batejt l-uġigħ f’ġismi:
f’idejja, f’saqajja u f’ġenbi.
Ġesu’ qiegħed jibgħatli din
it-tip ta’ tbatija sabiex jiena
nkun nista’ nagħmel riparazzjoni
għall-midinbin. L-uġigħ ma jdumx
ħafna, iżda qawwi ħafna. Ma
nbatix għal aktar minn żewġ
minuti, imma t-tifkira tibqa’
għal żmien twil u tkun ċara
ħafna.
943.
+ Illum, qiegħda nħoss
deżolazzjoni f’ruħi li ma nafx
nispjegha lanqas lili nnifsi.
Nixtieq naħrab min-nies u nibki
bla waqfien. Ħadd ma jista’
jifhem qalb feruta bl-imħabba, u
meta qalb bħal din tħoss ġewwa
fiha li hi ġiet abbandunata,
ħadd ma jkun jista’ jfarraġha. O
erwieħ tal-midinbin, ħadtuli
l-Mulej ‘il bogħod minni, imma
ma jimpurtax, ma jimpurtax; siru
intom tafu kemm hu ħelu l-Mulej,
u ħallu l-baħar sħiħ tal-imrar
jimlieli qalbi. Jiena tajt
il-faraġ divin kollu tiegħi
għalikom.
944.
+ Hemm waqtiet meta ma nibqax
nafda lil nnifsi, meta nħoss
id-dgħufija u l-miżerja tiegħi
fil-post l-aktar fond tal-esseri
tiegħi, u ndunajt li mumenti
bħal dawn nista’ nissaportihom
biss billi nafda fil-ħniena
infinita’ ta’ Alla. Paċenzja,
talb u skiet – dawn jagħtu
s-saħħa lir-ruħ. Hemm waqtiet
meta wieħed għandu jżomm
is-skiet, u meta ma tkunx ħaġa
f’postha li wieħed jitkellem
mal-oħrajn; dawn huma l-waqtiet
meta l-bniedem ma jibqax
sodisfatt bih innifsu, u meta
jħossu dghajjef bħallikieku kien
xi tifel żgħir,. Imbagħad ir-ruħ
tiggranfa ma’ Alla b’saħħitha
kollha. Fi żminijiet bħal dawn,
ngħix biss bil-fidi, u meta
nħossni msaħħa bil-grazzja ta’
Alla, imbagħad inħossni aktar
kuraġġuża biex nitkellem
mal-proxxmu tiegħi.
945.
Filgħaxija, il-Mulej qalli,
Binti strieħ fuq il-Qalb Tiegħi;
qiegħed nara li inti ħdimt ħafna
fl-għalqa tad-dwieli tiegħi.
U ruħi ġiet imfawra b’ferħ
divin.
946.
12 ta’ Frar (1937). Illum,
il-preżenza ta’ Alla qiegħda
tinfidni kollni kemm jiena, bħal
raġġ tax-xemx. Ruħi tixxennaq
għal Alla b’tant intensita’ li
kull ftit iħossni ħażin. Inħoss
l-Imħabba Eterna tmissli qalbi,
u ċ-ċokon tiegħi ma jkunx jiflaħ
għaliha u dan iġegħelni iħossni
ħażin. Xorta waħda, is-saħħa
interjuri tiegħi hi kbira, u
ruħi trid tkun tixbaħ lil dak
l-Imħabba li biha hi maħbuba.
F’waqtiet bħal dawn ir-ruħ
ikollha għarfien profond ħafna
ta’ Alla, u iktar ma ssir tafu,
iktar safja u ħerqana ssir
l-imħabba tagħha għalih. Kemm
ħadd ma’ jista’ jifhem
il-misteri tar-ruħ u l-misteri
ta’ Alla!
947.
Ikun hemm drabi, sigħat sħaħ,
meta ruħi tintilef fl-istagħġib
meta tara l-majesta’ infinita
ta’ Alla titbaxxa sal-livell ta’
ruħi. Qatt ma nieqaf nistagħġeb
ġewwa fija li l-Mulej l-iktar
Għoli jinsab sodisfatt bija u
din il-ħaġa qiegħed jgħidhieli
Hu stess. U jiena nogħdos iktar
fil-fond fix-xejn tiegħi, għax
naf jiena x’jien minni nnifsi.
Iżda rrid ngħid li jiena, biex
npattilu, inħobb lill-Ħallieq
tiegħi bi mħabba tal-ġenn b’kull
taħbita ta’ qalbi u b’kull nerv;
ruħi bla ma taf kif tegħreq,
tegħreq ... fih. Inħoss li xejn
ma’ jista’ jifridni mill-Mulej,
la s-sema lanqas l-art, la
l-preżent lanqas il-futur.
Kollox jista’ jinbidel, imma
l-imħabba qatt, qatt; hi dejjem
l-istess. Hu, l-Omnipotenti
Immortali, jgħarrafni r-rieda
Tiegħu sabiex jiena nħobbu b’mod
speċjali ħafna, u Hu stess
jagħmel mod li ruħi tkun kapaċi
tħoss it-tip ta’ mħabba li biha
jixtieq li jiena nħobbu. Jiena
nidfen lili nnifsi iktar u iktar
fih, u ma nibża’ minn xejn.
L-imħabba ħakmet lil qalbi
kollha, u wkoll li kieku kellhom
jgħiduli bil-ġustizzja ta’ Alla
u kif l-ispirti puri wkoll
jirtogħdu u jgħattu wiċċhom
quddiemu fil-waqt li jtennu
l-ħin kollu, “Qaddis”, ħaġa li
qisha turi li l-familjarita’
tiegħi ma’ Alla tkun ta’
detriment għall-unur u
l-majesta’ Tiegħu, (jiena kont
inwieġeb), “O, le, le u għal
darb’oħra, le!” f’imħabba safja,
hemm post għal kollox: l-ogħla
tifħir u l-adorazzjoni l-iktar
profonda, imma r-ruħ tintilef
fih fil-paċi l-iktar profonda
permezz tal-imħabba; u l-kliem
tan-nies, filwaqt li hi
tismagħhom ġejjin minn barra, ma
jkollhom l-ebda effett fuq dik
ir-ruħ. Dak li huma jgħidu
lir-ruħ fuq Alla huwa biss dell
jfakk meta jiġi mqabbel
mal-esperjenza li hi għandha
Tiegħu; u spiss tibqa’
mistagħġba kif nies oħrajn
jimtlew bl-ammirazzjoni meta
jisimgħu dak lil ħaddieħor ikun
qed jgħid fuq Alla meta, għal
din ir-ruħ, mhi xejn speċjali,
għax taf li dak li tista’
tpoġġih fil-kliem ma jistax ikun
daqshekk kbir. Din ir-ruħ
għalhekk toqgħod tisma’ kollox
bir-rispett kollu, imma hi
għandha l-ħajja speċjali tagħha
f’Alla.
948.
13 ta’ Frar (1937). Illum, waqt
is-Servizz tal-Passjoni,
(nota170) jiena rajt lil
Ġesu’ jiġi ttorturat u nkurunat
bix-xewk u b’qasba f’idu. Ġesu’
żamm is-skiet filwaqt li
s-suldati kienu ġejjin u sejrin,
jikkompetu ma’ xulxin kif
jittorturawh. Ġesu’ ma qal xejn,
imma sempliċiment ħares lejja, u
f’dik il-ħarsa ħassejt l-uġigħ
Tiegħu, li tant kien terribli li
ma jistax ikollna l-iċken ideja
kemm bata għalina qabel ma ġie
mislub. Ruħi kienet mimlija
wġigħ u xenqa; ġewwa ruħi,
ħassejt mibegħda kbira
għad-dnub, u wkoll l-iċken
infedelta’ min-naħa tiegħi
dehret f’għajnejja bħal muntanja
enormi li kelli npatti għaliha
permezz ta’ mortifikazzjoni u
penitenza. Meta nara lil Ġesu’
fost dawk it-turmenti, qalbi
tiċċarrat u naħseb bejni u bejn
ruħi: x’ser jiġri mill-midinbin
jekk ma japprofittawx ruħhom
mill-Passjoni ta’ Ġesu’?
Fil-Passjoni Tiegħu, jiena
nista’ nara baħar sħiħ ta’
ħniena.
+
Ġ.MĠ. 12 ta’ Frar, 1937
+ L-Imħabba ta’ Alla hija
l-fjura – Il-Ħniena hi l-frott.
949.
Ir-ruħ li qed tiddubita għandha
taqra dawn
il-konsiderazzjonijiet fuq
il-Ħniena Divina u takkwista
l-fiduċja. (nota171)
Ħniena Divina, li ħriġt minn
ħdan il-Missier - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, l-akbar attribut
ta’ Alla - jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, misteru li ħadd
ma jista’ jifhmu - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, għajn li ħarġet
mill-misteru tat-Trinità Qaddisa
- jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina li l-ebda moħħ
tal-bnedmin jew tal-angli ma
jista’ jifhmek - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li minnha tiġi
kull ħajja u hena - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, aqwa mis-smewwiet
- jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, għajn ta’ mirakli
u għeġubijiet - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li tħaddan
il-ħolqien kollu - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li nżilt fl-art
fil-Persuna tal-Verb Inkarnat -
jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li ħriġt
mill-ġerħa miftuħa tal-Qalb ta’
Ġesù - jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, miġbura għalina
fil-Qalb ta’ Ġesù, b’mod
speċjali għall-midinbin - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, fit-twaqqif
tal-Ewkaristija - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, fit-twaqqif
tal-Knisja Mqaddsa - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, fis-Sagrament
tal-Magħmudija - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina,
fil-ġustifikazzjoni tagħna
permezz ta’ Ġesù Kristu - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li sseħibna tul
ħajjitna kollha - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li tħaddanna ‘l
aktar fis-siegħa ta’ mewtna -
jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li tagħtina
l-ħajja li ma tintemmx - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li tkun magħna
f’kull ħin ta’ ħajjitna - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li tħarisna
min-nar tal-infern - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li tidher
fil-konverżjoni tal-midinbin ‘l
aktar ostinati - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li l-anġli
jistgħaġbu biha, u l-Qaddisin ma
jistgħux jifhmuha - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li ħadd ma jista
jifhmek fil-misteri kollha ta’
Alla - jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li terfagħna minn
kull miżerja tagħna - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, għajn tal-hena u
l-ferħ tagħna - jiena nafda’
Fik.
Ħniena Divina, li mix-xejn
ġibtna fl-eżistenza - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li tħaddan
l-għemejjel kollha ta’ jdejn
Alla - jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li tinkuruna
x-xogħol kollu Tiegħu - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, li fiha aħna
lkoll ninsabu mgħaddsa - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, serħan ħelu
għall-qlub imnikkta - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, tama waħdanija
tal-erwieħ b’jieshom maqtugħ -
jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, mistrieħ
tal-qlub, paċi f’kull biża’ -
jiena nafda’ Fik.
Ħniena Divina, għaxqa u ferħ
kbir tal-erwieħ qaddisin - jiena
nafda’ Fik.
Ħniena Divina, tama kontra kull
tama - jiena nafda’ Fik.
950.
+ O Alla ta’ dejjem, li l-ħniena
Tiegħek hija bla tmiem u t-teżor
tal-mogħdrija Tiegħek qatt ma
jispiċċa, ħares bit-tjieba lejna
u kattar il-ħniena Tiegħek fina,
sabiex fil-mumenti tqal
tal-ħajja aħna ma naqtgħux
qalbna u lanqas nibżgħu, imma
b’fiduċja kbira noqogħdu
għar-rieda mqaddsa Tiegħek, li
hi l-istess Imħabba u Ħniena.
951.
+
O Ħniena Divina bla tarf u li
ħadd ma jifhmek,
Minn jista’ jfaħħrek u jadurak
denjament, min?
Attribut suprem ta’ Alla
Omnipotenti,
Int it-tama ħelwa għall-bniedem
midneb.
F’innu wieħed ingħaqdu, kwiekeb,
art u baħar, u f’armonija sħiħa
kantaw b’radd il-ħajr u bil-qalb
dwar il-Ħniena Divina li ħadd ma
jista’ jifhimha.
952.
Ġesu’ tiegħi, Inti tista’ tara
li r-rieda qaddisa tiegħek hija
kollox għalija. Lili ma
jagħmilli l-ebda differenza
x’tagħmel bija. Inti tikkmandani
naqbad naħdem – u jiena nibda
bil-kalma kollha, għalkemm naf
li minix kapaċi nagħmilha dik
il-ħaġa; permezz
tar-rappreżentanti Tiegħek, Inti
tikkmandani nistenna - għalhekk
jiena noqgħod nistenna
bil-paċenzja; Inti timlieli ruħi
bl-entużjażmu – imma ma
tagħmilihilix possibli li
naħdem; Inti tiġbidni lejk
fis-sema – u tħallini hawnhekk
fl-art; Int tferra’ ġewwa ruħi
xenqa kbira għalik – u Inti
tistaħba minni. Jiena qiegħda
mmut bix-xewqa li għandi li
ningħaqad miegħek għal dejjem, u
Inti ma tħallix il-mewt tersaq
lejja. O rieda ta’ Alla, inti
Dak li tmantni u tpaxxi lil
ruħi. Meta nissottometti ruħi
għar-rieda qaddisa ta’ Alla
tiegħi, paċi profonda timlieli
ruħi.
O Ġesu’ tiegħi, Inti ma
tippremjax għax biċċa xogħol
tiġi mwettqa b’suċċess, imma
għar-rieda tajba u għall-ħidma
li tkun saret. Għalhekk,
inħossni fil-paċi għal kollox,
ukoll jekk il-ħidmiet u
l-isforzi kollha tiegħi
jiltaqgħu mal-kuntrarju jew
jispiċċaw fix-xejn. Jekk jiena
nagħmel dak kollu li nista’, ma
nħabbilx rasi fuq il-bqija. U
għalhekk l-ikbar maltempati ma
jiddisturbawx il-fond tal-paċi
li għandi ġo fija; ir-rieda ta’
Alla tgħammar fil-kuxjenza
tiegħi.
953.
+ 15 ta’ Frar 1937. Illum
it-tbatija tiegħi żdidtli mhux
ħażin: mhux biss qiegħda nħoss
iktar uġigħ kullimkien
fil-pulmuni tiegħi, imma wkoll
xi wġigħ stramb fl-imsaren.
Qiegħda nbati daqskemm tista’
tissaporti n-natura dgħajfa
tiegħi, kollox għall-erwieħ
immortali, sabiex nittallab
il-ħniena ta’ Alla
għall-imsejkna midinbin u sabiex
nitlob is-saħħa għas-saċerdoti.
O, x’rispett inħoss
għas-saċerdoti; u qiegħda nitlob
lil Ġesu’, is-Saċerdot il-Kbir,
jagħtihom ħafna grazzji.
954.
Illum wara t-Tqarbin, il-Mulej
qalli, Binti, il-hena Tiegħi
jinsab f’li ningħaqad miegħek.
Meta inti tissottometti ruħek
għar-rieda Tiegħi inti tagħtini
l-ikbar glorja u tiġbed fuqek
innifsek baħar ta’ barkiet.
Jiena ma kontx nitpaxxa daqshekk
bik kieku inti ma kontx qed
tgħix skont ir-rieda Tiegħi.
O Mistieden ħelu tiegħi, jiena
lesta għas-sagrifiċċji kollha li
għandi nagħmel minħabba fik,
imma Inti taf li jiena l-istess
dgħjufija. Imma, flimkien
miegħek jiena nista’ nagħmel
kollox. O Ġesu’ tiegħi, qiegħda
nitolbok, kun miegħi kull ħin u
kull mument.
955.
15 ta’ Frar 1937. Illum, jiena
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Ostja li togħġob lil
Missieri, kun af binti,
lis-Santissima Trinita’ kollha
ssib l-hena speċjali tagħha fik,
għax inti tgħix b’mod totali
skont ir-rieda ta’ Alla. L-ebda
sagrifiċċju ma tista’ tqabblu
ma’ din il-ħaġa.
956.
+ Wara dan il-kliem, irċevejt
l-għarfien tar-rieda ta’ Alla;
jiġifieri, jiena issa nista’
nara kollox minn perspettiva
ogħla u naċċetta l-ġrajjiet
kollha u kollox, sabiħ jew mhux,
bi mħabba, bħala sinjal
tal-imħabba speċjali tal-Missier
fis-sema.
957.
L-offerta safja tar-rieda tiegħi
taqbad u tikkonsma fuq l-altar
tal-imħabba. Sabiex
is-sagrifiċċju tiegħi jkun
perfett, jiena ningħaqad
mill-qrib mas-sagrifiċċju ta’
Ġesu’ fuq is-salib. Meta
tbatijiet kbar iġiegħlu n-natura
tiegħi tirtogħod, u s-saħħa
fiżika u spiritwali tiegħi għad
jonqsu, imbagħad jiena naħbi
lili nnifsi fil-ferita miftuħa
tal-Qalb ta’ Ġesu’, siekta bħal
ħamiema, bla ebda tgergira.
Ix-xewqat tiegħi kollha, ukoll
dawk li huma l-iktar qaddisin,
l-iktar nobbli u l-isbaħ,
għandhom dejjem jieħdu l-aħħar
post u r-rieda qaddisa Tiegħek
tieħu l-ewwel post. L-iċken
waħda mix-xewqat Tiegħek, O
Mulej, għalija hi iktar
prezzjuża mis-sema, bit-teżori
kollha tagħha. Naf tajjeb
lin-nies m’humiex ser jifhmuni;
għalhekk is-sagrifiċċju tiegħi
jkun iktar safi f’għajnejk.
958.
Ftit ġranet ilu, ċerta persuna
ġiet għandi u talbitni nitlob
skont l-intenzjoni tagħha, għax
kellha biċċa xogħol urġenti u
importanti. F’daqqa waħda
ħassejt ġewwa fija li din
il-ħaġa ma kenitx togħġbu lil
Alla, u weġibtha li ma kontx ser
nitlob għal din l-intenzjoni,
“imma nitlob għalik b’mod
ġenerali” (żidt ngħid.) Xi
ġranet wara, din is-sinjura ġiet
għandi u rringrazzjatni li ma
kontx tlabt għall-intenzjoni
tagħha, imma pjuttost għaliha,
għax kien immotivaha l-ispirtu
tal-vednikazzjoni għal ċerta
persuna li lejha hi kellha turi
rispett u qima skont ir-raba’
kmandament. Il-Mulej Ġesu’ kien
biddlilha (d-diżpozzjonijiet)
interjuri tagħha, u hi stess
ammettiet il-ħtija tagħha; imma
stagħġbet li jiena kont infidt
sa ġos-sigriet tagħha.
959.
+ Illum rċevejt ittra mingħand
Dun Sopocko, li bagħatli
l-awguri għal jum il-festa
tiegħi (15 ta’Frar).
It-tislijiet tiegħu ferħuni,
imma l-fatt li ma kienx qed
iħossu tajjeb sewwidli qalbi.
Kont naf b’din il-ħaġa
b’intwizzjoni interna, imma ma
kontx lesta li nemminha. Imma
jidhirli li jekk hu stess kiteb
li dan kien minnu, mela
l-affarijiet l-oħrajn li ma
kienx semmiehom meta kiteb huma
minnhom ukoll, u l-għarfien li
kont ħassejt ġewwa fija ma kienx
daħak bija. Huwa talabni niġbed
linja taħt ċerti kliem biex
nenfażizza dak kollu li jiena
naf u li mhux ġej mingħandi
stess; jiġifieri, dak kollu li
Ġesu’ jgħidli u li jiena nisma’
ġewwa ruħi. (nota172)
Kien diġa’ talabni nagħmel din
il-ħaġa diversi drabi, imma ma
kellix ħin, u biex ngħid
il-verita’, ma kellix għaġla
biex nagħmilha. Imma kif sar jaf
li m’għamilthiex? Din kienet
sorpriża kbira għalija; imma
issa ser naqbad nagħmel din
l-biċċa xogħol b’qalbi kollha. O
Ġesu’ tiegħi, hija ħaġa ċara
lir-rieda tar-rappreżentant
Tiegħek hi wkoll ir-rieda
qaddisa Tiegħek, m’hemm l-ebda
dubju.
960.
16 ta’ Frar 1937. Illum bi żball
dħalt fil-kamra ta’ ħdejja, u
għalhekk qgħadt nitkellem ftit
mal-persuna li kien hemm. Meta
mort lura f’kamarti, qgħadt
naħseb ftit fuq dik il-persuna.
Imbagħad f’daqqa waħda, sibt lil
Ġesu’ maġenbi u qalli, Binti,
fuqhiex qed taħseb bħalissa?
Bla ma qgħadt naħseb iżjed,
dħalt nitkennen qrib il-Qalb
Tiegħu, għax irrealizzajt li
kont qiegħda naħseb wisq fuq
il-ħlejjaq.
961.
+ Dalgħodu wara li spiċċajt
mill-eżerċizzi spiritwali, qbadt
mill-ewwel naħdem il-ganċ.
Ħassejt il-kalma ġewwa qalbi;
ħassejt li kien Ġesu’ jistrieħ
hemm ġew. Meta sirt konxja b’mod
hekk profond u ħelu tal-preżenza
ta’ Alla ħassejtni mbuttata li
ngħid lill-Mulej, “O Trinita’
Santissima li qed tgħammar ġewwa
qalbi, nitolbok: agħti l-grazzja
tal-konverżjoni lil daqstant
erwieħ daqskemm jiena sejra
nagħmel ponti llum b’dan
il-ganċ.” Umbagħad smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Binti,
qiegħda titlobni wisq.
“Ġesu’, Inti taf li għalik hi
ħaġa eħfef tagħti ħafna milli
tagħti ftit.” Dan hu minnu,
hija ħaġa inqas diffiċli għalija
li nagħti lir-ruħ ħafna milli
ftit, imma kull konverżjoni ta’
ruħ midinba teħtieġ sagrifiċċju.
“Mela, Ġesu’, jiena qiegħda
noffrilek din il-biċċa xogħol li
qiegħda nagħmel b’qalbi kollha;
f’għajnejja din l-offerta ma
tidhirx li hi daqshekk ċkejkna
għal għadd hekk kbir ta’ erwieħ.
Inti taf Ġesu’, li għal tletin
sena sħaħ Inti kont qed issalva
l-erwieħ preċiżament b’dan
it-tip ta’ xogħol. U la
l-ubbidjenza qaddisa ma
tippermettilix nagħmel penitenzi
u mortifikazzjonijiet kbar,
għalhekk jiena qiegħda nitolbok,
Mulej, li taċċetta dawn
l-affarijiet ċkejknin li mhuma
xejn fihom infushom imma li huma
mmarkati bis-siġill
tal-ubbidjenza bħallikieku kienu
affarijiet kbar.” Imbagħad smajt
vuċi ġewwa ruħi: Binti
l-għażiża, nilqa’ t-talba
tiegħek.
962.
+ Spiss nara ċerta persuna li hi
għażiża f’għajnejn Alla.
Il-Mulej għandu mħabba kbira
għalih, mhux biss għax hu qed
jagħmel ħiltu kollha biex
ixerred il-qima lejn il-ħniena
ta’ Alla, imma wkoll għax hu
għandu mħabba għall-Mulej Alla,
għalkemm mhux dejjem iħoss din
l-imħabba f’qalbu u kważi dejjem
jinsab fil-Ġetsemani. Imma din
il-persuna dejjem togħġbu lil
Alla, u l-paċenzja kbira tiegħu
għad tegħleb id-diffikultajiet
kollha.
963.
+
O, li kieku r-ruħ li qiegħda
ssofri kienet taf kemm hi
maħbuba minn Alla, kienet tmut
bil-ferħ u eċċess ta’ hena! Xi
darba, għad insiru nafu l-valur
tat-tbatija, imma mbagħad
m’għadx inkunu kapaċi nbatu.
Il-mument ta’ issa hu tagħna.
964.
17 ta’ Frar 1937. Dalgħodu waqt
il-Quddiesa, rajt lil Ġesu’ qed
ibati. Il-Passjoni tiegħu ġiet
stampata fuq ġismi b’mod
inviżibbli, imma xorta waħda
bl-uġigħ kollu li Hu kien ħass.
965.
Ġesu’ ħares lejja u qalli,
L-erwieħ jintilfu minkejja
l-Passjoni ħarxa Tiegħi. Jiena
qiegħed nagħtihom l-aħħar tama
ta’ salvazzjoni: jiġifieri,
il-Festa tal-Ħniena Tiegħi. Jekk
huma ma jadurawx il-ħniena
Tiegħi, huma jintilfu
għall-eternita’. Segretarja
tal-ħniena Tiegħi, ikteb, għid
lill-erwieħ b’din il-ħniena
kbira Tiegħi, għax il-jum
tal-biża’ il-jum tal-Ġustizzja
Tiegħi, jinsab fil-qrib.
966.
+ Illum, smajt dan il-kliem
ġewwa ruħi: Binti, wasal
iż-żmien meta inti trid tibda
taħdem; Jiena qiegħed miegħek.
Hemm lesti għalik
persekuzzjonijiet u tbatijiet
kbar, imma għandu jfarrġek
il-ħsieb li ħafna erwieħ għad
jiġu salvati u mqaddsin permezz
ta’ din l-opra.
967.
+
Meta bdejt naħdem u nenfasizza
kliem il-Mulej billi niġbed
linja taħthom u kont qed nara
kollox, ħaġa wara l-oħra, wasalt
fil-paġna fejn kont immarkajt
il-parir u l-istruzzjonijiet li
kien tani Parti Andrasz. Ma
kontx naf x’ser naqbad nagħmel,
jekk għandix niġbed linja
taħthom jew le, u mbagħad smajt
dan il-kliem ġewwa ruħi,
Iġbed linja, enfasizza, għax dan
il-kliem huma Tiegħi; jiena
ssellift xofftejn il-ħabib ta’
Qalbi sabiex inkellmek u
nassigurak. Inti għandek
tosserva dawn l-istruzzjonijiet
sa mewtek. Ma tagħtini l-ebda
gost li kieku kellek ma tobdix
dawn l-istruzzjonijiet. Kun af
li kont Jiena li poġġejtu bejni
u bejn ruħek. Qed nagħmel hekk
biex inti tkun fil-paċi u ma
tagħmilx żbalji.
968.
Ladarba Jiena poġġejtek fil-kura
speċjali ta’ dan is-saċerdot,
inti b’dan il-mod ġejt eżentata
milli tagħti rendikont dettaljat
lis-superjuri tiegħek dwar
ir-relazzjoni Tiegħi miegħek.
Fl-affarijiet l-oħrajn kollha,
qisek tifla mas-superjuri
tiegħek, imma nagħmel x’nagħmel
Jiena fil-fond ta’ ruħek, inti
għandek tgħidu biss
lis-saċerdoti, bis-sinċerita’
kollha.
U nnutajt li minn mindu Alla
tani direttur spiritwali, ma
talabnix nirraporta kollox
lis-superjuri tiegħi, bħalma
kien jagħmel qabel, imma dak
biss li għandu x’jaqsam ma’
affarijiet esterni; dan kollu
apparti, id-direttur biss jafha
lil ruħi. Li jkollok direttur
spiritwali hi grazzja speċjali
mingħand Alla. O, kemm huma ftit
l-erwieħ li rċevewha! Ir-ruħ
tibqa’ l-ħin kollu fil-paċi fost
l-ikbar diffikultajiet. Kuljum
wara t-Tqarbin, inrodd ħajr
lill-Mulej Ġesu’ għal din
il-grazzja, u kuljum nitlob
lill-Ispirtu s-Santu jdawwallu
moħħu. Ħassejt bis-sħiħ ġewwa
ruħi l-qawwa li għandu kliem
id-direttur. Imbierka l-ħniena
ta’ Alla għal din il-grazzja!
969.
+ Illum mort nagħmel
meditazzjoni quddiem
is-Sagrament Imqaddes
(fil-kappella tas-sanatorju).
X’ħin ersaqt lejn l-altar,
il-preżenza ta’ Alla mlietli
ruħi, ġejt mitfugħa fl-oċejan
tad-divinita’ Tiegħu, u Ġesu’
qalli, Binti, dak kollu li
jeżisti jinsab f’idejk. Jien
weġibt lill-Mulej, “Qalbi ma
trid xejn ħliefek biss, O Teżor
ta’ qalbi. Għar-rigali kollha li
Inti tagħtini, grazzi, O Mulej,
imma jiena nixtieq biss il-Qalb
Tiegħek. Għalkemm is-smewwiet
huma ta’ kobor bla qies, għalija
mhuma xejn mingħajrek. Inti taf
tajjeb, O Ġesu’, li jiena
nintilef minn sensija bix-xenqa
li nħoss għalik.” Kun af,
binti, li inti diġa qiegħda
ttiegħem minn issa dak li erwieħ
oħrajn għad jakkwistaw biss
fl-eternita’.
970.
U f’daqqa waħda, ruħi ġiet
mdawla kollha kemm hi
bl-għarfien ta’ Alla. O, li
kieku stajt nesprimi mqar biċċa
żgħira minn dak li tħoss ruħi
meta hi tkun qiegħda tistrieħ
qrib il-Qalb tal-Majesta’ li
ħadd ma jista’ jifhimha! Ma
nistax inpoġġiha fi kliem. Tkun
biss xi ruħ li kellha esperjenza
bħal din almenu darba
f’ħajjitha, li tkun tista’
tagħrafha. X’ħin mort lura
f’kamarti, ħassejtni qisni ġejja
mill-ħajja reali għall-mewt.
X’ħin ġie t-tabib jiċċekkjali
l-polz, stagħġeb: “X’ġara, Sor?
Qatt ma kellek il-polz jiġri
hekk! Nixtieq insir naf
x’ġiegħlu jiġri daqshekk.” Xi
stajt ngħidlu jiena, jekk lanqas
jiena stess ma kont naf li
l-polz tiegħi kien qed jiġri
daqshekk. Jiena naf biss ħaġa
waħda, li qiegħed mmut bix-xewqa
li għandi għal Alla, imma din
il-ħaġa ma għidtilhux, għax kif
tista’ l-mediċina tgħin f’kaz
bħal dan?
971.
19 ta’ Frar 1937. Kuntatt
mal-moribondi. Huma jitolbuni
t-talb, u jiena nista’ nitlob,
għax il-Mulej qiegħed jagħtini
spirtu straordinarju ta’ talb.
Jiena ninsab magħquda miegħu
l-ħin kollu, u naf sewwa li
jiena qiegħda ngħix għall-erwieħ
sabiex inwassalhom għand
il-ħniena Tiegħek, O Mulej.
F’ħaġa bħal din l-ebda
sagrifiċċju m’hu insinifikanti.
972.
Illum, it-tabib iddeċieda li
għandi nibqa’ hawn sa April. Hi
r-rieda ta’ Alla, għalkemm jiena
ridt nerġa’ mmur lura
fil-kumpanija ta’ ħuti
s-sorijiet.
973.
Illum sirt naf bil-mewt ta’
waħda mis-sorijiet tagħna
(nota173) li mietet fi
Plock, imma hi ġiet iżżurni
wkoll qabel ma qaluli bil-mewt
tagħha.
974.
22 ta’ Frar 1937. Illum, beda
rtir fil-kappella tagħna għal
dawk li jaħdmu fl-isptar,
għalkemm kull min irid jista’
jattendi. Issir konferneza
kuljum. Patri Bonaventura
(nota174) jitkellem għal
siegħa sħiħa, u jkellem
lill-erwieħ b’mod dirett. Jiena
mort għal dan l-irtir, għax
nixtieq ħafna nsir naf lil Alla
iktar fil-fond u nħobbu b’ħeġġa
ikbar għax jiena fhimt li iktar
ma jkun kbir l-għarfien, iktar
tkun qawwija l-imħabba.
975.
Illum smajt dan il-kliem:
Itlob għall-erwieħ sabiex huma
ma jibżgħux jersqu lejn
it-tribunal tal-ħniena tiegħi.
Tgħejjiex titlob għall-midinbin.
Inti taf x’toqol huma l-erwieħ
tagħhom fuq Qalbi. Serraħ dan
id-dwejjaq Tiegħi tal-mewt;
qassam il-ħniena Tiegħi.
976.
24 ta’ Frar 1937. Illum waqt
il-Quddiesa, rajt lil Ġesu’ qed
imut. It-tbatijiet tal-Mulej
nifduli ruħi u ġismi b’mod
inviżżibli. L-uġigħ hu enormi,
għalkemm ftit idum.
977.
Waqt il-kant
tal-Lamentazzjonijiet
tar-Randan, tant nidħol
fil-Passjoni Tiegħu li ma nistax
inżomm id-dmugħ. Nixtieq ninħeba
sabiex ningħata l-liberta’
għad-dwejjaq li nħoss meta
naħseb fuq il-Passjoni Tiegħu.
978.
X’ħin kont qiegħda nitlob
għall-intenzjoni ta’ Patri
Andrasz, sirt naf kemm jogħġob
lil Alla. Minn dak iż-żmien,
kelli rispett dejjem ikbar
għalih, bħalma nħoss għal xi
qaddis. Din il-ħaġa ferrħitni
ħafna, u nrodd ħajr lil Alla
għalih b’qalbi kollha.
979.
Illum waqt il-Barka, rajt lil
Ġesu’, u qalli dan il-kliem:
Obdi d-direttur tiegħek
f’kollox; il-kelma tiegħu hi
r-rieda Tiegħi. Tista’ tkun
żgura fil-fond ta’ ruħek li nkun
Jiena li qed nitkellem permezz
ta’ xofftejh, u Jiena nixtieq li
inti tirrivelalu l-istat ta’
ruħek bl-istess sempliċita’ u
sinċerita’ li inti għandek
Miegħi. Nerġa’ ntenni, binti:
kun af li l-kelma tiegħu hi
r-rieda Tiegħi għalik.
980.
Illum, rajt lill-Mulej fi
sbuħija kbira, u qalli, ostja
Tiegħi li taf tħobb, itlob
għas-saċerdoti, l-aktar f’dan
iż-żmien ta’ ħsad. Int togħġob
lil Qalbi, u minħabba fik Jiena
qiegħed imbierek l-art.
981.
Jiena fhimt li dawn is-sentejn
ta’ tbatija interjuri,
f’sottomissjoni għar-rieda ta’
Alla, għaddejt minnhom sabiex
insir naf aħjar x’inhi u
mexxewni iktar ‘il quddiem
fil-perfezzjoni mill-għaxar snin
ta’ qabel. Għal dawn is-sentejn
issa, jiena kont fuq is-salib
bejn l-art u s-sema. Jiġifieri,
jiena ninsab marbuta bil-vot
tal-ubbidjenza u rrid nobdi
lis-superjura bħallikieku kienet
Alla nnifsu. U mill-banda
l-oħra, Alla qiegħed jgħarrafni
r-rieda Tiegħu direttament, u
għalhekk it-torturi ta’ ġo fija
tant huma kbar li ħadd ma jista’
la jifhem lanqas jimmaġina dawn
it-tbatijiet spiritwali.
F’għajnejja tidher ħaġa eħfef li
jiena nagħti ħajti milli nerġa’
ngħaddi minn siegħa waħda ta’
wġigħ bħal dan. Lanqas biss ma
jiena sejra nikteb ħafna fuq din
il-ħaġa, għax ma nistax
niddeskrivi x’jiġifieri tkun taf
direttament x’inhi r-rieda ta’
Alla u fl-istess ħin tobdi b’mod
perfett ir-rieda divina kif ġiet
espressa indirettament permezz
tas-superjuri. Inrodd ħajr lil
Alla li tani direttur; kieku ma
kienx hekk, ma kontx nimxi pass
wieħed ‘il quddiem.
982.
+ Dan l-aħħar irċevejt ittra
sabiħa mingħand oħti l-għażiża
li għandha sbatax-il sena (Wanda
(nota175)). Hija qiegħda
titlobni u titlobni ngħinha ssir
soru. Hi tinsab lesta għal
kwalunkwe sagrifiċċju għal Alla.
Mill-ittra tagħha nista’ ninduna
li l-Mulej innifsu qed imexxiha,
u nifraħ bil-ħniena kbira ta’
Alla.
983.
+ Illum, il-Majesta’ ta’ Alla
daret miegħi u nifditli ruħi sa
ġewwanett. Il-kobor ta’ Alla
qiegħed jimlieli ruħi u
jfawwarni b’mod li qed negħreq
kompletament fil-kobor Tiegħu.
Qiegħda ninħall u nisparixxi
kompletament fih bħallikieku
fl-għajn ta’ ħajti, bħal f’ħajja
perfetta.
984.
Ġesu’ tiegħi, jiena nifhem
tajjeb li l-perfezzjoni tiegħi
ma tikkonsistix fil-fatt li Inti
qed tikkmandani nwettaq dawn
l-opri kbar Tiegħek – O le! –
mhux f’dan tikkonsisti l-kobor
tar-ruħ, imma fi mħabba kbira
għalik. O Ġesu’, fil-fond ta’
ruħi jiena nista’ nifhem li
l-ikbar opri m’għandhom xejn
x’jaqsmu ma’ att wieħed ta’
mħabba pura għalik. Nixtieq
inkun fidila lejk u nagħmel dak
li Inti qed tordnali. Jiena
qiegħda nagħmel użu mis-saħħa
tiegħi u mill-użu tiegħi
tar-raġuni sabiex inwettaq dak
kollu li Inti qed titlob
mingħandi, O Mulej, imma
m’għandi lanqas l-iċken dell ta’
rabta ma’ dan kollu. Qiegħda
nagħmlu kollu kemm hu għax din
hi r-rieda Tiegħek. Imħabbti
kollha tinsab mgħarrqa, mhux
fl-opri Tiegħek, imma fik stess,
O Ħalliq u Mulej tiegħi!
985.
25 ta’ Frar 1937. Tlabt b’saħħti
kollha għal mewta tajba ta’
ċertu ruħ li kienet qiegħda
tbati ħafna. Għal ġimgħatejn
baqgħet bejn ħajja u mewt.
Ħassejtni mqanqla b’ħasra
għaliha u għidt lill-Mulej,
“Ġesu’ ħelu, jekk l-opri li
jiena qiegħed nwettaq
għall-glorja Tiegħek jogħġbuk,
mela jekk jogħġbok ħudha għandek
u ħalliha tistrieħ fil-ħniena
Tiegħek.” B’mod stramb ħassejtni
fiċ-ċert; u wara ftit, ġew
jgħiduli li l-persuna li tant
kienet qiegħda tbati kienet
għadha kif mietet.
986.
Rajt ċertu saċerdot
(probabilment Dun Sopocko)
fil-bżonn u tlabt għalih sakemm
Ġesu’ ħares lejh bi tjubija u
tah saħħtu.
987.
Illum, sirt naf li membru
tal-familja tiegħi qiegħed
joffendi lil Alla u jinsab
f’periklu kbir tal-mewt. Dan
l-għarfien nifidli ruħi b’uġigħ
hekk kbir li ħsibt li ma kontx
ser nibqa’ ħajja wara li sirt
naf b’dik l-offiża kontra Alla.
Tlabt maħfra lil Alla, imma rajt
il-korla kbira Tiegħu.
988.
Kont qiegħed nitlob għal ċertu
saċerdot (probabilment Dun
Sopocko), u tlabt lil Alla
jgħinu f’ċerti affarijiet meta
f’daqqa waħda rajt lil Ġesu’
Msallab. Għajnejh kienu
magħluqin, u kien mgħaddas
fit-torturi. Jiena tajt qima
lill-ħames pjagi Tiegħu, kull
waħda għaliha, u tlabt il-barka
Tiegħu għalih. Ġesu’ tani
x’nifhem ġewwa fija kemm kienet
għażiża dik ir-ruħ għalih, u
ħassejt li l-grazzja kienet
ħierġa mill-pjagi ta’ Ġesu’ fuq
dik ir-ruħ li, bħal Ġesu’, hija
wkoll minxura fuq is-salib.
989.
Mulej Tiegħi u Alla tiegħi, Inti
taf li ruħi waslet li tħobb
lilek biss. Ruħi tinsab mitlufa
kompletament fik, O Mulej. Ukoll
li kieku ma wettaqt xejn
mill-affarijiet li Inti
għarraftni bihom, O Mulej, kont
inkun kompletament fil-paċi għax
kont inkun għamilt dak li stajt.
990.
Naf tajjeb, O Mulej, li Inti
m’għandekx bżonn tal-opri
tagħna; Inti trid imħabba.
Imħabba, imħabba u għal
barb’oħra, imħabba ta’ Alla –
m’hemm xejn ikbar fis-sema u
fl-art. L-ikbar kobor jinsab
f’li tħobb lil Alla; il-kobor
veru jinsab f’li tħobb lil Alla;
l-għerf veru jinsab f’Alla;
m’hemm l-ebda sbuħija jew kobor
barra minnu. O intom għorrief
tad-dinja u mħuħ agħrfu li
l-kobor veru jinsab f’li tħobb
lil Alla! O kemm nistagħġeb li
xi nies jidħku bihom infushom u
jgħidu: M’hemmx eternita’!
991.
26 ta’ Frar 1937. Illum rajt kif
il-Misteri Qaddisa kienu qedgħin
jiġu ċċelebrati mingħajr
paramenti sagri liturġiċi u fi
djar privati, minħabba li kienet
għaddejja maltempata; u rajt
ix-xemx ħierġa mis-Sagrament
Imqaddes, u d-dwal l-oħrajn
kollha ntfew, jew pjuttost,
tbaxxew; u n-nies kollha kienu
qedgħin iħarsu lejn dan id-dawl
(wieħed). Imma bħalissa ma
nistax nifhem xi tfisser din
id-dehra. (nota176)
992.
+ Ninsab miexja ‘l quddiem
fil-ħajja fost qawsalli u
maltempati, imma b’rasi merfugħa
‘l fuq ferħana bix-xorti li
messitni, għax jiena tifla ta’
re. Inħoss li demm Ġesu’ għaddej
jiċċirkola fil-vini tiegħi, u
poġġejt il-fiduċja tiegħi
fil-ħniena kbira tal-Mulej.
993.
+ Tlabt lill-Mulej jippermetti
li ċerta persuna tiġi żżurni
llum sabiex inkun nista’ naraha
darb’oħra, u dak ikun sinjal
għalija li hi kienet qiegħda
tiġi msejħa tidħol soru
fil-kunvent li Ġesu’ jridni
nwaqqaf. U x’għaġeb, din
il-persuna ġiet, u jien ppruvajt
nifformaha daqsxejn,
spiritwalment. Bdejt nuriha
t-triq taċ-ċaħda u
s-sagrifiċċju, li hi aċċettat
fil-pront. Iżda jiena poġġejt
din l-affari kollha f’idejn
il-Mulej, sabiex Hu jmexxi
kollox skont ma jogħġbu.
994.
Illum, x’ħin smajt l-innu,
“Il-lejl it-tajjeb, Ras Qaddisa
ta’ Ġesu’ Tiegħi” fuq ir-radju,
l-ispirtu tiegħi f’daqqa waħda
ntilef f’Alla, u mħabba divina
mlietli ruħi; għal mument mort
ngħammar mal-Missier tas-Sema.
995.
+ Għalkemm mhix ħaġa faċli li
wieħed jgħid x’agunija l-ħin
kollu,
Li tkun imsammar mas-salib ta’
wġigħ ta’ kull xorta,
Xorta waħda, l-imħabba ġġegħlini
naqbad b’iktar mħabba,
U jiena nħobb lil Alla bħal
Serafin, għalkemm jiena
dgħjufija biss.
O, kbira hi ir-ruħ li, fost
it-tbatija,
Tibqa’ fidila lejn Alla u
tagħmel ir-rieda Tiegħu
U tibqa’ bla faraġ fost qawsalli
u maltemp kbir;
Għax l-imħabba safja ta’ Alla
tagħmlilha ħelu d-destin tagħha.
Mhix xi ħaġa kbira li wieħed
iħobb lil Alla fir-risq
it-tajjeb
U jirringrazzjah meta kollox
imur sewwa,
Imma pjuttost li jadurah fost
kuntrarju kbir
U jħobbu għalih innifsu u jpoġġi
it-tama tiegħu Fih.
Meta r-ruħ tkun tinsab
fid-dellijiet tal-Ġetsemani,
Waħedha għal kollox fl-imrar
tal-uġigħ,
Hi titla’ sal-ogħla punt fejn
hemm Ġesu’,
U għalkemm hi dejjem tixrob
l-imrar - mhix qalbha sewda.
Meta r-ruħ tagħmel ir-rieda ta’
Alla l-iktar Għoli,
Ukoll fost l-uġigħ u t-turmenti
l-ħin kollu,
Ladarba tkun għafset ma’
xofftejha l-kalċi li ġie offrut
lilha,
Hija ssir b’saħħitha, u xejn ma
jbeżżagħha.
Għalkemm ittorturata, hija
tirrepeti: Tkun magħmula r-rieda
tiegħek,
Tistenna bil-paċenzja l-waqt
tat-trasfigurazzjoni tagħha,
Għax għalkemm tinsab fi dlam
l-iżjed profond,
hija tisma’ l-leħen ta’ Ġesu’:
Inti Tiegħi.
U dan hi ssir tafu bis-sħiħ
meta l-velu jaqa’.
996.
28 ta’ Frar 1937. Illum, kont
qiegħda nħoss il-Passjoni ta’
Ġesu’ għal żmien itwal, u
għalhekk stajt nara li kien hemm
ħafna erwieħ jeħtieġu t-talb.
Inħossni qiegħda niġi mibdula
kompletament f’talb sabiex jiena
nittallab il-ħniena ta’ Alla
għal kull ruħ. O Ġesu’ tiegħi,
jiena qiegħda nirċevik ġewwa
qalbi bħala rahan ta’ ħniena
għall-erwieħ.
997.
Illejla, meta smajt l-innu,
“Il-lejl it-tajjeb, Ras Qaddisa
ta’ Ġesu’ tiegħi” fuq ir-radju,
l-ispirtu tiegħi ġie meħud
f’daqqa waħda fi ħdan Alla
misterjuż, u sirt naf f’hiex
tikkonsisti l-kobor tar-ruħ u
x’inhu mportanti f’għajnejn
Alla: imħabba, imħabba, u għal
darb’oħra, mħabba. U jiena fhimt
li kulma jeżisti hu mimli
b’Alla, u tant imlietli ruħi
l-imħabba ta’ Alla li ma nafx
kif nista’ niddeskriviha.
Imbierka r-ruħ li taf kif
għandha tħobb mingħajr riżervi,
għax f’dan il-kobor tagħha.
998.
Illum, ħadt sehem fi rtir ta’
ġurnata. Meta kont qiegħda
nattendi l-aħħar konferenza,
(nota177) is-saċerdot kien
qed jgħid kemm id-dinja teħtieġ
il-ħniena ta’ Alla, u li dan
donnu żmien speċjali meta n-nies
għandhom bżonn kbir ta’ talb u
tal-ħniena ta’ Alla. Imbagħad
smajt vuċi ġewwa ruħi: Dan
il-kliem huwa għalik. Agħmel
kulma tista’ għal din l-opra
tal-ħniena Tiegħi. Jiena nixtieq
li l-ħniena Tiegħi tiġi meqjuma
u Jiena qiegħed nagħti
lill-umanita’ l-aħħar tama
tas-salvazzjoni: jiġifieri, li
jirrikorru għall-ħniena Tiegħi.
Qalbi tifraħ b’din il-festa.
Wara dan il-kliem, jiena fhimt
li xejn ma’ jista’ jiddispensani
mill-obbligu li l-Mulej qed
jitlob mingħandi.
999.
Il-lejl li għadda tant kont
miġugħa li ħsibt li kien wasal
it-tmiem. It-tobba ma setgħux
jindunaw x’kienet il-marda.
Ħassejtni daqslikieku l-ġewwieni
tiegħi ġie mqatta’ biċċiet, imma
wara ftit sigħat ta' tbatijiet
bħal dawn, inħossni f’tiegħi.
Dan kollu minħabba l-midinbin.
Ħalli l-ħniena Tiegħek tinżel
fuqhom, O Mulej.
1000.
Fid-deżert terribli tal-ħajja,
O Ġesu’ tiegħi l-iktar ħelu,
Ħares lill-erwieħ mid-diżastri,
Għax Inti l-Għajn tal-Ħniena.
Ħalli d-dija tar-raġġi Tiegħek,
O Kmandant ħelu tal-erwieħ
tagħna,
Ħalli l-ħniena tbiddel id-dinja.
U inti li rċevejt din l-grazzja,
aqdi lil Ġesu’.
Wieqfa hi t-triq kbira fejn
jiena rrid nimxi
Imma ma nibża’ minn xejn.
Għax għajn safja tal-ħniena qed
tgelgel minħabba fija
U, magħha, saħħa għar-ruħ umli.
Jiena ninsab għajjiena
għall-aħħar,
Imma l-kuxjenza tiegħi tixhidli
Li jiena qiegħda nagħmel kollox
għall-ikbar glorja tal-Mulej,
Il-Mulej li hu l-kenn tiegħi u
l-wirt tiegħi.
(Tmiem it-Tieni Pitazz)
SE NKANTA L-ĦNIENA
TAL-MULEJ
Djarju ta' Swor Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes
Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena
It-Tielet Pitazz
+
Ġ.M.Ġ.
1001.
Grazzi, O Mulej, Mgħallem
tiegħi,
Li Inti bdiltni għal kollox fik,
U timxi miegħi fit-taħbit u
l-ħidmiet tal-ħajja;
Jiena ma’ nibża’ minn xejn meta
jkolli lilek f’qalbi.
+
Ġ.M.Ġ.
1002.
Iċ-Ċena tal-Mulej mħejjija,
Ġesu’ jpoġġi bilqiegħda madwar
il-mejda flimkien mal-Appostli
Tiegħu,
Hu mibdul kollu kemm Hu fi
mħabba,
Għax dan kien il-kunsill
tas-Santissima Trinita’.
B’xewqa kbira, nixtieq li niekol
flimkien magħkom,
Qabel ma nbati l-mewt.
Dalwaqt ser inħallikom,
l-imħabba żżommni f’nofskom.
Huwa jxerred Demmu, jagħti
Ħajtu, għax Hu jħobb b’imħabba
bla tarf.
L-imħabba tinħeba taħt
ix-xbiehat tal-ħobż,
Fl-istess waqt li jitlaq, hu
jibqa’ magħna.
Ma kienx hemm bżonn li jitbaxxa
daqshekk,
Madanakollu mħabba taqbad ħbietu
taħt dawn l-ispeċi.
Fuq il-ħobż u l-inbid Huwa jgħid
dan il-kliem:
“Dan huwa Demm, dan huwa Ġismi.”
Għalkemm misterjużi, dawn huma
kliem ta’ mħabba.
Imbagħad Hu jgħaddi l-kalċi fost
id-dixxipli Tiegħu
Ġesu’ ħass ruħu mħawwad ħafna
U qal, “Wieħed minnkom ser
tittradixxi lill-Imgħallem
Tiegħu,”
Waqa’ skiet fosthom, skiet bħal
dak tal-qabar,
U Ġwanni miel rasu fuq sidru.
Spiċċat iċ-ċena.
Ejjew immorru l-Ġetsemani.
l-imħabba hi mwettqa għal
kollox,
U hemm jinsab it-traditur
jistenna.
+
Ġ.M.Ġ.
1003.
O Rieda Divina, Inti l-ikel
tiegħi, Inti l-għożża tiegħi.
Qarreb, O Mulej, il-Festa
tal-Ħniena sabiex l-erwieħ
jagħrfu l-għajn Tiegħek.
Alla u l-erwieħ
Swor Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes
Krakovja, 1 ta’ Marzu 1937.
1004.
O rieda ta’ Alla ta’ Setgħa bla
tarf,
Inti l-għaxqa tiegħi,
Inti l-hena tiegħi.
Dak kollu li l-id tal-Mulej
toffrili
Jiena naċċettah bil-ferħ,
sottomissjoni u mħabba.
Ir-rieda qaddisa Tiegħek hi
l-mistrieħ tiegħi;
Fiha tinsab qdusiti kollha,
U s-salvazzjoni eterna kollha
tiegħi,
Għax li nagħmel ir-rieda ta’
Alla hi l-ikbar glorja.
Ir-rieda ta’ Alla – dawk huma
x-xewqat diversi Tiegħu
Li ruħi twettaq bla ebda
riserva,
Għax dawn huma x-xewqat divini
Tiegħu,
F’dawk il-waqtiet meta Alla
jaqsam miegħi l-intimita’
Tiegħu.
Agħmel bija dak li trid Mulej.
Ma nagħmel l-ebda ostaklu,
l-ebda riserva.
Għax Inti l-għaxqa kollha tiegħi
u l-imħabba ta’ ruħi,
U għandek, meta jmiss lili,
jiena nferra’ l-intimitajiet ta’
qalbi.
+
Ġ.M.Ġ. Krakovja, 1 ta’ Marzu
1937
Alla u l-erwieħ
1005.
J’Alla l-glorja u t-tifħir
lill-Ħniena Divina jitilgħu minn
kull ħlejqa fiż-żminijiet
kollha.
1006.
+ O Mulejja u Alla tiegħi, Inti
qiegħed tikkmandani nikteb dwar
il-grazzji li Inti qiegħed
tagħtini. O Ġesu’ tiegħi, li
kieku ma kienx għal kmand ċar
mingħand il-konfessuri tiegħi,
(nota178) li jiena għandi
nikteb dak li qed jiġri ġewwa
ruħi, ma kontx, min jeddi,
nikteb kelma waħda. U għalhekk,
jekk qiegħda nikteb fuqi nnifsi,
dan nagħmlu minħabba l-kmand
formali tal-ubbidjenza qaddisa.
1007.
+ Ġieħ u glorja lilek,
Santissima Trinita’, Alla Etern.
Jalla l-ħniena li toħroġ
mill-ġewwieni nett Tiegħek
tħarisna mill-korla ġusta
Tiegħek. Jalla t-tifħir
tal-ħniena Tiegħek, li ħadd ma
jista’ jifhimha, jidwi ma’
kullimkien. L-opri kollha
Tiegħek għandhom is-siġill
tal-ħniena Tiegħek bla tarf, O
Alla.
1008.
1 ta’ Marzu 1937. Il-Mulej tani
x’nifhem kemm iddejqu ruħ li
tħobb tpaċpaċ. Jiena ma
nista’ nsib l-ebda mistrieħ
f’ruħ bħal din. L-istorbju
kontinwu jgħejjini, u qalb dan
l-istorbju r-ruħ ma tistax
tagħraf il-vuċi Tiegħi.
1009.
Illum jiena tlabt lill-Mulej
Ġesu’ sabiex jippermettili
niltaqa’ ma’ ċerta persuna, u
dan kellu jkun sinjal għalija li
Hu qed isejħilha għal dan
il-kunvent (li jiena għandi
niftaħ). U jiena fil-fatt
iltqajt magħha u fhimt li din
ir-ruħ għandha vokazzjoni, u
jiena tlabt lill-Mulej jindenja
ruħu jifformha Hu stess. Jiena
spiss kont nitkellem magħha dwar
vokazzjoni; il-Mulej jagħmel
il-bqija.
1010.
+ 5 ta’ Marzu 1937. Illum, kelli
esperjenza tal-Passjoni
tal-Mulej Ġesu’ f’ġismi stess
għal żmien twil. L-uġigħ hu kbir
ħafna, iżda dan kollu
għall-imħabba tal-erwieħ
immortali.
1011.
Illum ġie jżurni l-Mulej,
għafasni ma’ Qalbu u qalli,
Strieħ, ċkejkna Tiegħi, jiena
dejjem miegħek.
1012.
+ 8 ta’ Marzu 1937. Illum,
filwaqt li kont qiegħda nitlob
għall-intenzjoni ta’ Patri
Andrasz, f’daqqa waħda fhimt
b’liema mod intimu din ir-ruħ
kienet qed tikkomunika ma’ Alla
u kemm kienet togħġob
lill-Mulej. Din il-ħaġa
ferrħitni immens, għax jiena
nixtieq b’qalbi kollha li
l-erwieħ kollha jingħaqdu ma’
Alla mill-qrib kemm jista’ jkun.
1013.
+ Waqt it-talb illum, ruħi tant
kienet mimlija b’xewqa hekk
kbira li nibda x-xogħol li ma
stajtx inżomm l-entużjażmu li
kont qiegħda nħoss. O, b’liema
ħerqa nixtieq li l-erwieħ f’din
il-Kongrgeazzjoni jippreżentaw
ruħhom quddiem it-tron ta’ Alla
u l-ħin kollu jittalbu l-ħniena
Tiegħu li ħadd ma jista’ jifhem
għad-dinja kollha, filwaqt li
jfaħħru u jigglorifkaw din
il-ħniena ta’ Alla bla tarf.
Forza misterjuża qiegħda
timbuttani biex naġixxi.
1014.
12 ta’ Marzu 1937. Stajt nara
l-għeja ta’ ċertu saċerdot
(probabilment Dun Sopocko) li
l-Mulej immarkalu triq iebsa u
diffiċli; imma l-frott tal-ħidma
tiegħu hu ħaj; jalla Alla
jagħtina ħafna erwieħ bħal dawn,
li jkunu kapaċi jħobbuh f’nofs
l-ikbar turmenti.
1015.
+ Illum ħassejt kemm ċerta ruħ
moribonda kienet qiegħda tixtieq
it-talb. Bqajt nitlob sakemm
ħassejt li kienet mietet.
L-erwieħ moribondi jeħtieġu tant
it-talb! O Ġesu’, nebbaħ
lill-erwieħ jitolbu spiss
għall-moribondi.
1016.
15 ta’ Marzu 1937. Illum dħalt
fl-imrar tal-Passjoni tal-Mulej
Ġesu’. It-tbatija tiegħi kienet
purament spiritwali. Tgħallimt
kemm id-dnub hu tal-biża’. Alla
wrieni l-kruha kollha kemm hi
tad-dnub. Tgħallimt fil-fond ta’
ruħi kemm hu ikrah id-dnub ukoll
l-iċken wieħed, u kemm
jitturmenta lil ruħ Ġesu’.
Nippreferi nbati elf infern
milli nagħmel ukoll l-iċken dnub
venjali.
1017.
Il-Mulej qalli, Irrid
ningħata lill-erwieħ u nimliehom
bi mħabbti, imma ftit huma dawk
li jridu jaċċettaw il-grazzji
kollha li mħabbti għandha
intenzjoni li tagħtihom.
Il-grazzja Tiegħi ma tintilifx;
jekk ir-ruħ li għaliha tkun
intenzjonata ma taċċettahiex,
ruħ oħra toħodha.
1018.
Spiss inħoss li ċerti persuni
qegħdin jitolbu għalija. Din
l-esperjenza tiġi f’daqqa waħda
ġewwa ruħi, imma mhux dejjem
inkun naf liema persuna tkun
qiegħda tinterċedi għalija.
Jiena nkun naf ukoll meta xi
persuna jkollha l-inkwiet
minħabba xi ħaġa li għandha
x’taqsam miegħi; ta’ din il-ħaġa
jkolli għarfien kbir ġewwa fija,
minkejja li jkun hemm
id-distanza (li tkun qegħda
tifridna) tkun kbira ħafna.
(nota179)
1019.
18 ta’ Marzu 1937. Sirt naf li
jiena rċevejt ċerta grazzja li
lili ġġibitni f’intimita’ u
f’għaqda kbira mal-Mulej. Dan Hu
jgħarrafhuli permezz ta’ dawl
interjuri. Huwa jippermettili
nsir naf il-kobor u l-qdusija
Tiegħu u b’kemm ġentilezza Hu
jitbaxxa sa ħdejja. Huwa
jagħtini għarfien esklużiv ta’
mħabbtu għalija, u kif Hu
l-Mulej ta’ kollox b’mod
assolut, u wkoll kif Hu jingħata
lir-ruħ filwaqt li jissospendi
l-liġijiet kollha tan-natura.
Huwa jaħdem kif irid.
1020.
Jiena nista’ nifhem kif iseħħ
iż-żwieġ spiritwali ta’ ruħ ma’
Alla, li m’għandu l-ebda
manifestazzjoni esterna. Huwa
att purament interjuri bejn
ir-ruħ u Alla. Din il-grazzja
ġibditni sa ġewwa l-istess
ċentru jaqbad tal-imħabba ta’
Alla. Wasalt li nifhem
il-kwalita’ Trinitarja Tiegħu u
kif l-Esseri Tiegħu Hu
assolutament Wieħed. Din
il-grazzja hi differenti
mill-grazzji l-oħrajn kollha.
Tant hi grazzja estremament
spiritwali li ma nafx kif nista’
nispjegaha lanqas nagħti xi
ħjiel tagħha.
1021.
+ Tant għandi xewqa kbira li
ninħeba li nixtieq li
bħallikieku ma kontx neżisti.
Inħoss xi ħaġa stramba ġewwa
fija timbuttani ninħeba fil-fond
kemm jista’ jkun sabiex tkun
tafni biss il-Qalb ta’ Ġesu’.
Irrid inkun għamara ċkejkna
kwieta fejn Ġesu’ jkun jista’
jistrieħ. Ma ndaħħal xejn ġewwa
li jista’ jqajjem lill-Maħbub
tiegħi. Il-fatt li jiena moħbija
jagħtini ċ-ċans li nikkomunika
l-ħin kollu u biss mal-Għarus
tiegħi. Nikkomunika mal-ħlejjaq
biss sakemm jogħġob lilu. Qalbi
saret tħobb lill-Mulej bil-qawwa
kollha tal-imħabba, u ma naf
l-ebda mħabba oħra, għax kien
mill-bidunett li ruħi niżlet
hekk fil-fond fil-Mulej
bħallikieku fl-uniku teżor
tagħha.
1022.
+ Għalkemm minn barra jiena
niltaqa’ ma’ ħafna tbatijiet u
kuntrarju ta’ kull xorta, dan
iżda ma jnaqqas xejn mill-ħajja
interjuri tiegħi lanqas għal
waqt wieħed, lanqas ma jtellifni
l-iskiet intern tiegħi. Ma
nibża’ xejn li niġi abbandunata
mill-ħlejjaq għax, ukoll jekk
kulħadd jabbandunani, ma nkunx
waħdi, għax il-Mulej miegħi. U
ukoll li kieku l-Mulej kellu
jistaħba, l-imħabba kienet tkun
taf kif tagħmel biex issibu.
Għax l-imħabba m’għandhiex
bibien jew għassiesa; ukoll
il-Kerubin stess, b’għajnejh ta’
seqer u bix-xabla taqbad, ma
jistax iwaqqaf l-imħabba; hija
tibqa’ għaddejja ġo d-deżert u
s-sħana taħraq, tgħaddi
mill-maltemp, ir-ragħad u
d-dlam, u tilħaq il-għajn minn
fejn tkun ġiet u hemmhekk tibqa’
għal dejjem. Kollox għad
jispiċċa; imma l-imħabba qatt.
1023.
+ Illum irċevejt xi larinġ.
X’ħin kienet telqet is-soru,
bqajt naħseb bejni u bejn ruħi,
“Suppost niekol il-larinġ
minflok nagħmel penitenza u
mortifikazzjoni matul ir-Randan
Imqaddes? Fuq kollox, qiegħda
nħossni daqsxejn aħjar.”
Imbagħad smajt vuċi ġewwa ruħi,
Binti, inti togħġobni iktar
jekk tiekol il-larinġ
b’ubbidjenza u għax tħobbni
milli jekk issum u timmortifika
ruħek għax inti trid hekk. Ruħ
li tħobbni ħafna għandha tgħix
skont ir-rieda Tiegħi. Jiena
nafha lil qalbek, u naf li mhix
ser tkun sodisfatta b’xejn ħlief
b’imħabbti biss.
1024.
+ Ma nafx kif kont ngħix
mingħajr il-Mulej Ġesu’ spiss
iżurni f’dan il-post maqtugħ,
jgħallimni, jassigurani,
iċanfarni u jwiddibni. Huwa
stess jifforma lil qalbi skont
ix-xewqat divini Tiegħu u skont
ma jogħgbu, imma dejjem b’ħafna
tjubija u ħniena. Il-qlub tagħna
jinsabu magħqudin qishom qalb
waħda.
1025.
19 ta’ Marzu 1937. Illum
ingħaqadt fl-ispirtu
mal-Adorazzjoni li tkun qiegħda
ssir fid-dar tagħna (Adorazzjoni
ta’ 40 siegħa fi Krakovja), imma
ruħi kienet mimlija turmenti, u
biża’ stramb kien qed jinfidli
qalbi. Minħabba dan, irduppjajt
it-talb tiegħi. F’daqqa waħda
rajt il-ħarsa ta’ Alla nieżla u
tasal fil-fond ta’ qalbi.
1026.
Filwaqt li poġġejt bilqiegħda
għall-kolazzjon appetituż ħafna,
għidt lill-Mulej, “Grazzi għal
dawn ir-rigali, imma qalbi
qiegħda tmut bix-xewqa li
għandha għalik, u xejn ta’ din
l-art ma baqagħlu togħma
għalija. Jiena nixtieq l-ikel
ta’ mħabbtek.
1027.
Illum ħassejtni miġbuda minn
forza misterjuża sabiex nagħmel
xi ħaġa. Irrid nirreżisti din
il-ġibda, jew inkella se
nħalliha tmexxini ħin bla waqt.
1028.
21 ta’ Marzu 1937. Ħadd il-Palm.
Waqt il-Quddiesa, ruħi kienet
mgħaddsa fl-imrar u fit-tbatija
ta’ Ġesu’. Ġesu’ tani x’nifhem
kemm kien bata f’dik
il-purċissjoni trijonfali.
“Osanna” kienet qiegħda tidwi
f’qalb Ġesu’ bħala l-eku ta’
“Sallbu”. Ġesu’ ppermettieli
nħoss dan b’mod speċjali.
1029.
It-tabib ma ħallinix immur
fil-kappella sabiex nattendi
għas-Servizz tal-Passjoni,
għalkemm kelli xewqa kbira li
mmur; iżda, qgħadt nitlob
fil-kamra tiegħi stess. F’daqqa
waħda smajt il-qanpiena
fil-kamra ta’ maġenb tiegħi, u
jiena mort u tajt is-servizz
tiegħi lil persuna marida
serjament. Meta mort lura
fil-kamra tiegħi, f’daqqa waħda
rajt lill-Mulej Ġesu’, li qalli,
Binti, inti għoġobtni iżjed
meta tajtni dak is-servizz milli
kieku qgħadt titlob għal żmien
twil. Jiena weġibt, “Imma
jiena tajt dan is-servizz
lill-pazjent u mhux lilek,
Ġesu’.” U l-Mulej weġibni,
Iva, binti, imma dak li inti
tagħmel mal-proxxmu tiegħek,
tagħmlu Miegħi.
1030.
+ O Ġesu’ tiegħi, agħtini
l-għerf, agħtini moħħ li jkun
kbir u mdawwal bid-dawl Tiegħek,
u dan biss, sabiex jiena nkun
nista’ nsir nafek aħjar, O
Mulej. Għax iktar ma nsir nafek
aħjar, iktar insir inħobbok
bil-ħerqa, Inti li Inti l-uniku
oġġett ta’ mħabbti. Fik tegħreq
ruħi; fik tinħall qalbi. Ma nafx
inħobb bil-ftit, imma biss
bis-saħħa kollha ta’ ruħi u
l-ħerqa sħiħa ta’ qalbi. Inti
stess, O Mulej, kebbist din
l-imħabba tiegħi għalik; fik
qalbi għerqet għal dejjem.
1031.
22 ta’ Marzu 1937. Filwaqt li
kont qiegħda nitkellem illum,
ma’ ċerta persuna, indunajt li
kienet qiegħda tbati ħafna
fl-ispirtu, għalkemm minn barra
kienet qiegħda tippretendi li
kienet ferħana ħafna u ma kenitx
qiegħda tbati xejn. Ħassejtni
mnebbha biex ngħidilha li dak li
kien qed jinkwetaha kienet
tentazzjoni. Meta jiena wrejtha
x’kien qed jittorturaha,
infaqgħet tibki u qaltli li
kienet ġiet tarani preċiżament
biex titkellem miegħi, għax
ħasset li din il-ħaġa kienet
isserraħha. It-tbatija kienet
ta’ tip li r-ruħ kienet qiegħda
tinġibed mill-grazzja ta’ Alla
min naħa waħda u mid-dinja min
naħa l-oħra. Kienet għaddejja
minn taqbida terribbli li
wasslitha sal-punt li bdiet
tibki bħal tifla żgħira. Imma
telqet kalma u fil-paċi.
1032.
+ Waqt il-Quddiesa, rajt
lill-Mulej Ġesu’ msammar
mas-salib fost turmenti kbar.
Tnehida minn taħt l-ilsien
kienet ħierġa minn qalbu. Wara
ftit, qal, Għandi l-għatx.
Għandi l-għatx għas-salvazzjoni
tal-erwieħ. Għinni, binti, biex
insalva l-erwieħ. Għaqqad
it-tbatijiet tiegħek
mal-Passjoni Tiegħi u offrihom
lill-Missier tas-sema
għall-midinbin.
1033.
+ Meta nara li t-toqol hu iktar
milli niflaħ, ma noqgħodx naħseb
fuqu jew nanalizzah jew
ngħarblu, imma mmur niġri bħal
tifla għand il-Qalb ta’ Ġesu’ u
ngħidlu biss kelma waħda: “Inti
tista’ tagħmel kollox.” U
mbagħad naqa’ fis-skiet għax naf
li Ġesu’ stess jindaħal
fil-ħaġa, u ngħid għalija
minflok ma nittortura lili
nnifsi, nuża dak il-ħin biex
noqgħod inħobbu.
1034.
It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Tlabt lill-Mulej iħallini nieħu
sehem fil-Passjoni Ħarxa Tiegħu
sabiex ikolli esperjenza fir-ruħ
u fil-ġisem tal-Passjoni Tiegħu,
sakemm dan hu possibli għal
ħlejqa. Tlabt li jkolli
esperjenza tal-imrar kollu,
sakemm dan hu possibli. U
l-Mulej wieġeb li kien ser
jagħtini din il-grazzja, nhar
il-Ħamis, wara t-Tqarbin
Imqaddes, kien ser jagħtini din
il-grazzja b’mod speċjali.
1035.
+ Illejla kien qed imut ċertu
żagħżugħ; it-tbatija tiegħu
kienet tal-biża’. Bdejt ngħid
il-kurunella li l-Mulej kien
għallimni skont l-intenzjoni
tiegħu. Għidtha kollha, imma
l-agunija kompliet. Ridt nibda
ngħid il-Litanija tal-Qaddisin,
imma f’daqqa waħda smajt
il-kliem, għid il-kurunella.
Fhimt li r-ruħ kienet
teħtieġ l-għajnuna speċjali
tat-talb u ta’ ħniena kbira. U
għalhekk issakkart fil-kamra
tiegħi u nxħett fl-art quddiem
Alla u tlabt għall-ħniena fuq
dik ir-ruħ. Imbagħad ħassejt
il-majesta’ kbira ta’ Alla u
l-ġustizzja kbira Tiegħu. Bdejt
nirtogħod bil-biża’, imma ma
waqaftx nitlob il-ħniena ta’
Alla fuq dik ir-ruħ. Imbagħad
neħħejt is-salib minn fuq sidri,
il-Kurċifiss li kont irċevejt
meta għamilt il-voti tiegħi.
(nota180), u poġġejtu fuq
sider il-moribond u għidt
lill-Mulej. “Ġesu’, ħares lejn
din ir-ruħ b’dik l-istess mħabba
li biha ħarist fuq
is-sagrifiċċju tiegħi fil-jum
tal-voti perpetwi tiegħi, u
bis-saħħa tal-wegħda li Inti
għamiltli dwar il-moribondi u
dawk li jsejħu l-ħniena Tiegħek
fuqhom, (agħti lil dan ir-raġel
il-grazzja ta’ mewta tajba).”
Imbagħad waqfet it-tbatija
tiegħu, u miet fil-paċi. O, kemm
għandna nitolbu
għall-moribondi!! Ejjew
napprofittaw ruħna mill-ħniena
filwaqt li għadu ż-żmien
tal-ħniena.
1036.
+ Qiegħda nirrealizza iżjed u
iżjed kemm kull ruħ teħtieġ
il-ħniena ta’ Alla matul
ħajjitha kollha u speċjalment
fis-siegħa tal-mewt. Din
il-kurunella ttaffi l-korla ta’
Alla, bħalma qalli Hu stess.
1037.
+ Tant inħossni bla saħħa illi,
li kieku ma kienx għat-Tqarbin
Imqaddes, kont naqa’ l-ħin
kollu. Ħaġa waħda biss iżżommni,
u dan hu t-Tqarbin Imqaddes.
Minnu niġbed saħħti; fih jinsab
il-faraġ tiegħi kollu. Nibża’
mill-ħajja f’dawk il-jiem meta
ma nkunx tqarbint. Nibża’ minni
nnifsi. Ġesu’ moħbi fl-Ostja hu
kollox għalija. Mit-tabernaklu
niġbed is-saħħa, il-qawwa,
il-kuraġġ u d-dawl. Hawnhekk,
jiena nfittex il-faraġ fi żmien
l-inkwiet. Ma kontx inkun naf
kif għandi nagħti glorja lil
Alla li kieku ma kellix
l-Ewkaristija ġewwa qalbi.
1038.
+ Polonja, pajjiżi tant maħbub,
li kieku kont taf kemm
sagrifiċċji u talb jiena noffri
lil Alla għalik! Imma ishar u
agħti glorja lil Alla, li
qiegħed jerfgħek u jagħżlek
b’mod speċjali. Imma kun af kif
għandek tkun grata.
1039.
+ Jiena nbati wġigħ kbir meta
nara t-tbatijiet tal-oħrajn.
Dawn it-tbatijiet kollha jiġu
riflessi f’qalbi. Jiena nġorr
ġewwa qalbi t-turmenti tagħhom
tant li wkoll inħoss l-għeja
fiżika minħabba fihom. Nixtieq
kieku li l-uġigħ kollu jaqa’
fuqi biex inkun nista’ nserraħ
lill-proxxmu tiegħi.
1040.
Fost turmenti terribbli, jiena
nsammar għajnejja fuqek, Alla
tiegħi, u għalkemm ġejja
maltempata fuq rasi, jiena naf
li x-xemx ma tintefiex. Lanqas
nistagħġeb kemm juru wiċċ
b’ieħor il-ħlejjaq, imma
naċċetta minn qabel dak kollu li
jista’ jiġri. Xofftejja jibqgħu
siekta, filwaqt li widnejja ma
jifilħux iżjed żufjett.
Nissielet għas-skiet ġewwa qalbi
fost l-ikbar tbatijiet, u
nipproteġi lili nnifsi
mill-attakki kollha bit-tarka
tal-Isem Tiegħek.
1041.
Xewqa mħeġġa għal din il-Festa
(nota181) qiegħda
tikkonsmali ruħi kollha. F’talb
imħeġġeġ sabiex il-Festa tasal
ma ddumx insib ftit serħan, u
bdejt novena għall-intenzjoni
ta’ ċerti saċerdoti sabiex Alla
jagħtihom id-dawl u
l-ispirazzjoni li huma japplikaw
għat-tixrid ta’ din il-Festa, u
sabiex l-Ispirtu ta’ Alla
jdawwal il-Papa dwar din il-ħaġa
kollha kemm hi.
In-novena tikkonsisti f’siegħa
adorazzjoni quddiem is-Sagrament
Imqaddes. Jiena tlabt lil Alla
jħaffef sabiex tasal din
il-festa u tlabt lill-Ispirtu
s-Santu jdawwal lil ċerti nies
dwar din il-ħaġa kollha kemm hi.
Qiegħda nispiċċa din in-novena
f’Ħamis ix-Xirka.
1042.
+ 23 ta’ Marzu 1937. Illum
is-seba’ jum tan-novena.
Irċevejt grazzja kbira li ma
tistax timmaġinha: Ġesu’ l-aktar
Ħanin wiegħed li jiena ser inkun
preżenti fiċ-ċelebrazzjoni ta’
din il-Festa solenni.
1043.
Illum, jiġifieri, it-23 (ta’
Marzu), it-Tlieta tal-Ġimgħa
Mqaddsa, hu jum meta l-Mulej
tani ħafna grazzji.
1044.
F’daqqa waħda, il-preżenza ta’
Alla qabditni u f’nifs rajt lili
nnifsi f’Ruma, fil-kappella
tal-Papa u fl-istess waqt kont
ninsab fil-kappella tagħna. U
ċ-ċelebrazzjoni tal-Papa u
tal-Knisja kollha kellha
x’taqsam mill-qrib mal-kappella
tagħna u, b’mod speċjali ħafna,
mal-Kongregazzjoni tagħna. U
jiena ħadt sehem
fiċ-ċelebrazzjoni solenni
fl-istess waqt hawnhekk u
f’Ruma, għax iċ-ċelebrazzjoni
tant kellha x’taqsam mill-qrib
ma’ Ruma li wkoll waqt li
qiegħda nikteb ma nistax
niddistingwi waħda mill-oħra
imma qiegħda niktibha bħalma
rajtha. Rajt lill-Mulej Ġesu’
fil-kappella tagħna, espost
fl-ostensorju fuq l-altar
maġġur. Il-kappella kienet
imżejna bħallikieku għall-festa’
u dakinhar kull min ried jiġi
seta’ jidħol. (nota182)
Tant kienet enormi l-folla li
l-għajn ma setgħetx tara kollox
f’daqqa. Kulħadd kien qed jieħu
sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet
b’ferħ kbir, u ħafna minnhom
akkwistaw dak li xtaqu. L-istess
ċelebrazjoni kienet qiegħda ssir
ġewwa Ruma fi knisja sabiħa u
l-Qdusija Tiegħu l-Papa,
flimkien mal-kleru, kien qed
jiċċelebra din il-Festa, u
mbagħad f’daqqa waħda rajt lil
San Pietru, li kien qiegħed bejn
l-altar u l-Papa. Ma stajtx
nisma’ x’kien qed jgħid San
Pietru imma stajt nara li l-Papa
kien qed jifhem kliemu ...
1045.
Imbagħad xi saċerdoti li ma
kontx nafhom bdew jeżaminawni u
jumiljawni. (nota183) jew
pjuttost, dak li kont ktibt;
imma rajt kif Ġesu’ stess kien
qiegħed jiddefendini u jgħinhom
jifhmu dak li huma ma kinux
jafu.
1046.
Imbagħad f’daqqa waħda, rajt kif
iż-żewġ raġġi, kif inhuma
mpittrin fix-xbieha, kienu
ħerġin mill-Ostja u nfirxu fuq
id-dinja kollha. Din il-ħaġa
damet sejra waqt wieħed biss,
imma deherli qisha damet ġurnata
sħiħa, u l-kappella tagħna
kienet iffullata l-jum kollu, u
l-jum kollu kien mimli
b’abbundanza ta’ ferħ.
1047.
Imbagħad f’daqqa waħda rajt fuq
l-altar lill-Mulej Ġesu’ ħaj,
eżatt kif narawh fix-xbieha.
Imma ħassejt li s-sorijiet u
n-nies kollha ma kinux qegħdin
jaraw lill-Mulej Ġesu’ bħalma
kont qiegħda narah jiena. Ġesu’
kien qed iħares bi tjubija kbira
u b’ferħ lejn il-Papa, ċerti
saċerdoti, il-kleru kollu,
in-nies u l-Kongregazzjoni
tagħna.
1048.
Imbagħad, f’waqt wieħed,
itteħidt biex noqgħod ħdejn
Ġesu’, u qgħadt fuq l-altar
maġenb il-Mulej Ġesu’, l-ispirtu
tiegħi mtela b’ferħ hekk kbir li
ma nistax la nifhmu u lanqas
nikteb fuqu. Paċi profonda kif
ukoll serħan imlewli ruħi. Ġesu’
miel lejja u qalli bi tjubija
kbira, X’tixtieq, binti?
U jien weġibt, “Jiena nixtieq li
qima u glorja jingħataw
lill-ħniena Tiegħek.” Jiena
diġa’ qed nirċievi qima
bit-twaqqif u ċ-ċelebrazzjoni
ta’ din il-Festa; x’tixtieq
iktar? Jiena mbagħad ħarist
lejn il-folla immensa li kienet
qiegħda tqim il-Ħniena Divina u
għidt lill-Mulej, “Ġesu’, bierek
lil dawk kollha li jinsabu
miġburin sabiex jagħtu glorja
lilek u sabiex iqimu l-ħniena
infinita Tiegħek.” Ġesu’ radd
is-salib b’idu, u din il-barka
ġiet riflessa fl-erwieħ bħal
berqa dawl. L-ispirtu tiegħi ġie
mgħaddas kompletament fi
mħabbtu. Ħassejtni qisni kont
inħallejt u sparixxejt
kompletament f’Alla. X’ħin
erġajt ġejt f’tiegħi, paċi
profonda mlietli ruħi, u
l-intellet tiegħi wasallu
għarfien straordinarju ta’ ħafna
affarijiet, għarfien li ma kienx
ġie mogħti lili qabel.
1049.
Jiena nħossni ferħana bil-bosta,
għalkemm jiena l-iċken fost
kulħadd; u ma nixtieq nibdel
xejn minn dak li tani Alla. Ma
nixtieqx nibdel posti lanqas ma’
dak ta’ Serafin, għal dak li
għandu x’jaqsam ma’ għarfien
ġewwieni ta’ Alla li Hu stess
tani. L-għarfien intimu li jiena
għandi tal-Mulej hu tali li
l-ebda ħlejqa ma tista’ tifhmu,
b’mod speċjali, il-profondita’
tal-ħniena Tiegħu li tinsab
madwari. Jiena kuntenta b’dak
kollu li Inti tagħtini.
1050.
24 ta’ Marzu 1937. L-Erbgħa
tal-Ġimgħa Mqaddsa. Qalbi
qiegħda tinfena bix-xewqa li
għandha għal Alla. Nixtieq
ningħaqad miegħu. Biża’ bilkemm
jinħass jinfidli ruħi u
fl-istess waqt speċi ta’ fjamma
ta’ mħabba qiegħda tqabbadli
qalbi. L-imħabba u t-tbatija
huma marbutin flimkien ġewwa
qalbi.
1051.
Ħassejt tbatijiet kbar f’ġismi,
imma nħoss il-Mulej iżommni,
għax li kieku ma kienx hekk ma
kontx nissaportihom.
1052.
O Ġesu’ tiegħi, nitolbok
għall-Knisja kollha. Agħtiha
l-imħabba u d-dawl tal-Ispirtu
Tiegħek, u agħti l-qawwa
lill-kliem tas-saċerdoti, sabiex
iqanqlu għall-indiema l-qlub
l-iktar iebsa, u dawn jerġgħu
lura għandek, O Mulej.
Mulej,agħtina saċerdoti
qaddisin; kun Inti stess li
żżommhom fil-qdusija. O Saċerdot
il-Kbir u Divin, agħmel li
l-qawwa tal-ħniena Tiegħek
isseħibhom kull fejn imorru, u
tħarishom min-nases u x-xbieki
li x-xitan qed iħejji l-ħin
kollu kontra tagħhom. Mulej,
agħmel li l-qawwa u l-ħniena
Tiegħek tfarrak u ġġib fix-xejn
dak kollu li jista’ jfixkel
il-qdusija tas-saċerdoti, għax
Inti tista’ kollox.
1053.
25 ta’ Marzu 1937. Ħamis
ix-Xirka. Waqt il-Quddiesa, rajt
lill-Mulej, li qalli, Serraħ
rasek fuq sidri u strieħ.
Il-Mulej għafasni ma’ Qalbu u
qalli, Ser nagħtik porzjon
żgħir tal-Passjoni Tiegħi, imma
tibżax, agħmel kuraġġ; tfittixx
serħan, imma aċċetta kollox
b’sottomissjoni għar-rieda
Tiegħi.
1054.
X’ħin Ġesu’ kien ser iħallini,
imlieli ruħi b’uġigħ tant kbir
li hu ħaġa impossibbli npoġġih
fi kliem. Ħallietni s-saħħa
fiżika; tlaqt mill-kappella
malajr u mort fis-sodda. Ma
kontx naf x’kien qed jiġri
madwari. Ruħi kienet mimlija
bix-xewqa għall-Mulej, u l-imrar
kollu tal-Qalb Divina Tiegħu ġie
mogħti lili. Dan kollu dam tliet
sigħat. Tlabt lill-Mulej
iħarisni mill-għajnejn ta’ dawk
ta’ madwari. Għalkemm ridt, ma
stajtx nieħu ikel il-ġurnata
kollha, sa filgħaxija.
Xtaqt b’qalbi kollha ngħaddi
l-lejl kollu flimkien ma’ Ġesu’
fiċ-ċella mudlama tal-ħabs.
(nota184) Bqajt nitlob
sal-ħdax. Fil-ħdax, il-Mulej
qalli, Imtedd u strieħ.
Ħallejtek tħoss fi tliet sigħat
dak li Jiena batejt matul
il-lejl kollu. U fil-pront
mort fis-sodda.
Ma kien għad baqagħli l-ebda
saħħa fiżika; it-tbatija kienet
ħadithieli kollha. Matul il-ħin
kollu, kelli qisu ħass ħażin.
Kull taħbita tal-Qalb ta’ Ġesu’
ġiet riflessa f’qalbi u nifditli
ruħi. Li kieku dawn it-torturi
kienu jikkonċernaw lili biss, ma
kontx inbati daqshekk; imma kif
kont qiegħda nħares lejn Dak li
qalbi ħabbitu b’saħħitha kollha
u rajt li Hu kien qiegħed ibati,
u li jiena ma stajtx inserrħu
bl-ebda mod, qalbi nħallet
bl-imħabba u bl-imrar. Kont
qiegħda mmut flimkien miegħu, u
xorta waħda ma stajtx immut.
Imma ma kontx lesta nibdel dak
il-martirju mal-pjaċiri
tad-dinja kollha. Matul din
it-tbatija, imħabbti kibret bla
tarf. Jiena naf li l-Mulej kien
qiegħed iweżinni bis-Setgħa
Tiegħu bla tarf, għax li kieku
ma kienx hekk ma kontx inkun
kapaċi nissaporti lanqas għal
waqt wieħed. Flimkien miegħu,
għaddejt, b’mod speċjali,
mit-torturi kollha differenti.
Id-dinja għad m’għandhiex ideja
ta’ dak kollu li Ġesu’ bata.
Jiena akkumpanjajtu sal-Ġnien
tal-Ġetsemani; bqajt miegħu
fil-ħabs; mort miegħu quddiem
l-imħallfin; flimkien miegħu
għaddejt minn kull waħda
mit-torturi. L-ebda waħda
mill-movimenti jew ħarsiet
Tiegħu ma ħarbuli. Sirt naf
is-Setgħa bla tarf tal-imħabba u
l-ħniena Tiegħu għall-erwieħ.
1055.
26 ta’ Marzu 1937. Il-Ġimgħa.
Filgħodu mill-ewwel ħassejt
it-tortura tal-ħames pjagi
Tiegħu f’ġismi. Din it-tbatija
baqgħet sejra sat-tlieta.
Għalkemm m’hemm l-ebda sinjal
tagħha minn barra, it-tortura
xorta waħda hi tal-biża’. Jiena
kuntenta li Ġesu’ qed iħarisni
minn għajnejn in-nies.
1056.
Fil-ħdax Ġesu’ qalli, ostja
Tiegħi (tas-sagrifiċċju),
Inti serħan għal Qalbi
ttorturata. Wara dan
il-kliem, ħsibt li qalbi kienet
ser tinħaraq. U Hu ħadni
f’intimita’ hekk fil-qrib miegħu
li qalbi tgħarrset ma’ Qalbu
f’għaqda ta’ mħabba, u stajt
inħoss l-iċken moviment ta’
Qalbu kif Hu kien qed iħoss
tiegħi. In-nar tal-imħabba
tiegħi ta’ ħlejqa ngħaqdet
mal-ħerqa tal-imħabba eterna
Tiegħu. Din il-grazzja waħedha
tisboq lill-oħrajn kollha
fl-immensita’ tagħha. L-Esseri
Trinitarju Tiegħu dar madwari
kompletament, u jiena ninsab
mgħaddsa fih b’mod totali.
Iċ-ċokon tiegħi qed bħallikieku
jissielet ma’ dan l-Esseri
Immortali u Qawwi. Ninsab
mgħaddsa fi mħabba u f’tortura
li ħadd ma jista’ jifhimhom
minħabba l-Passjoni Tiegħu. Dak
kollu li għandu x’jaqsam
mal-Esseri Tiegħu jiġi mogħti
lili.
1057.
S’issa, Ġesu’ kien qed iwassalni
li nsir naf b’din il-grazzja u
kważi nħossha qabel, imma llum
Hu tahieli. Lanqas kont nażżarda
noħlomha. Qalbi hi bħallikieku
f’estasi kontinwa, għalkemm minn
barra xejn ma jtellef
il-kuntatti tiegħi mal-proxxmu
jew li nieħu ħsieb diversi
affarijiet. Xejn ma jista’
jinterrompili l-estasi, lanqas
jista’ xi ħadd jissuspettaha,
għax jiena talbt lil Alla
jħarsini milli jindunaw in-nies
b’din il-ħaġa. U , flimkien ma’
din il-grazzja, daħal ġewwa ruħi
oċejan sħiħ ta’ dawl, li permezz
tiegħu stajt nifhem lil Alla u
lili nnifsi. L-istagħġib
jegħlibni għal kollox u jeħodni
qisni f’estasi ġdida (minħabba
l-fatt) li Alla ndenja jinżel
għandi, li jiena daqshekk
ċkejkna.
1058.
+ Fit-tlieta, filwaqt li kont
mimduda fl-art, f’forma ta’
salib, tlabt għad-dinja kollha.
Il-ħajja fl-art ta’ Ġesu’ kienet
qiegħda tasal għat-tmiem. Jiena
smajt is-seba’ kelmiet Tiegħu;
imbagħad Hu ħares lejja u qalli,
Binti maħbuba ta’ Qalbi, inti
s-serħan Tiegħi f’nofs turmenti
terribbli.
1059.
Ġesu’ qed jikkamandani nagħmel
novena qabel il-Festa
tal-Ħniena, u llum irrid nibdiha
għall-konverżjoni tad-dinja
kollha u sabiex tiġi magħrufa
l-Ħniena Divina . . . sabiex
kull ruħ tasal li tfaħħar
it-tjubija Tiegħi. Jiena nixtieq
il-ħlejjaq jafdaw Fija. Ħajjar
lill-erwieħ ipoġġu fiduċja kbira
fil-ħniena Tiegħi bla tarf.
Ir-ruħ midinba u dgħajfa
m’għandu jkollha l-ebda biża’
biex tersaq lejja, għax ukoll
jekk ikollha iktar dnubiet milli
hemm ramel fid-dinja kollox
jegħreq fil-fond bla qiegħ
tal-ħniena Tiegħi.
1060.
X’ħin Ġesu’ kien ħa l-aħħar nifs
tiegħu, ruħi nħallet bl-uġigħ, u
għal żmien twil ma stajtx niġi
f’tiegħi. Sibt xi ftit serħan
fid-dmugħ. Dak li qalbi kienet
tħobb kien miet. Jista’ xi ħadd
jifhem in-niket tiegħi?
1061.
Filgħaxija, fuq ir-radju, smajt
xi innijiet; jiġifieri, salmi,
li kienu qegħdin ikantawhom
is-saċerdoti. (nota185)
Infqajt nibki, u reġa’ beda
l-uġigħ kollu ġewwa ruħi, u
bkejt bin-niket li kelli, għax
ma stajt insib xejn li jtaffili
dan l-uġigħ. Imbagħad smajt vuċi
ġewwa ruħi: Tibkix; Jiena
minix qed inbati iktar. U
għall-fedelta’ li biha inti
mxejt miegħi fit-tbatijiet u
fil-mewt Tiegħi, il-mewt tiegħek
għad tkun waħda solenni, u Jiena
nakkumpanjak f’dik l-aħħar
siegħa. Perla maħbuba tal-Qalb
Tiegħi, Jiena qiegħed nara
mħabbtek hekk safja, iktar safja
minn dik tal-anġli, u iktar u
iktar hekk għax inti ma tiqafx
tissielet. Minħabba fik Jiena
nbierek id-dinja. Qed nara
l-isforzi tiegħek sabiex inti
togħġobni, u dawn ipaxxuli
Qalbi.
Wara dan il-kliem, ma bkejtx
iżjed, imma raddejt ħajr
lill-Missier tas-Sema li
bagħtilna lil Ibnu u għall-opra
tal-Fidwa tal-umanita’.
1062.
+ Għamilt siegħa adorazzjoni
bħala radd il-ħajr għall-grazzji
li ngħatawli u għall-mard
tiegħi. Il-mard ukoll hu grazzja
kbira. Ili marida erba’ xhur,
imma ma niftakarx li ħlejt
lanqas minuta minnhom. Kollox
sar għal Alla u għall-erwieħ;
irrid inkun fidila lejh
kullimkien.
Waqt l-adorazzjoni, irrealizzajt
il-premura sħiħa u t-tjubija li
Ġesu’ ilu jxerred fuqi
bl-abbundanza u l-protezzjoni li
Hu tani kontra l-ħażen kollu.
Nirringrazzjak speċjalment,
Ġesu’, talli ġejt iżżurni
fis-solitudni tiegħi, u
nirringrazzjak ukoll talli
nebbaħt lis-superjuri tiegħi
jibgħatuni għal din il-kura.
Agħtihom, Ġesu’, is-setgħa bla
tarf tal-barka Tiegħek u
pattilhom għat-telf kollu li
batew minħabba fija.
1063.
Illum, Ġesu’ qed jgħidli nfarraġ
u nagħti assigurazzjoni lil
ċerta ruħ li fetħet qalbha
miegħi u qaltli
bid-diffikultajiet tagħha. Din
ir-ruħ togħġbu lill-Mulej imma
hi ma tafx b’din il-ħaġa. Alla
qed iżommha f’umilta’ profonda.
Jiena wettaqt id-direttivi
tal-Mulej.
1064.
+ O Mgħallem tiegħi l-aktar
ħelu, Ġesu’ twajjeb, nagħtik
qalbi. Inti tiffurmaha kif
togħġob lilek. O mħabba bla
tarf, jiena niftaħ il-fjura ta’
qalbi għalik, bħalma blanzun
jinfetaħ għan-nida friska. Inti
biss, Għarus tiegħi, tagħraf
il-fwieħa tal-fjura ta’ qalbi.
Ħalli l-fwieħa tas-sagrifiċċju
tiegħi tkun togħġbok. O Alla
Immortali, l-għaxqa tiegħi għal
dejjem, diġa’ hawn fl-art Inti
l-ġenna tiegħi. Jalla kull
taħbita ta’ qalbi tkun innu ġdid
ta’ tifħir lilek, O Santissima
Trinita’! Li kieku kelli qlub
daqs kemm hemm qatriet ta’ ilma
fl-oċejan jew frak tar-ramel
fid-dinja kollha, kont
noffrihomlok kollha, O Maħbub
tiegħi, O Teżor ta’ qalbi!
Niltaqa’ ma’ min niltaqa’
f’ħajti, ikunu min ikunu, irrid
niġbidhom kollha kemm huma biex
iħobbuk, O Ġesu’ tiegħi, Sabiħ
tiegħi, Serħan tiegħi, l-uniku
Mgħallem, Imħallef, Salvatur u
Għarus tiegħi, kollha f’daqqa;
jiena naf li titlu wieħed jixbah
lill-ieħor – jiena afdajt kollox
fil-ħniena Tiegħek.
1065.
+ Ġesu tiegħi, weżinni, meta
jaslu jiem diffiċli ta’ maltemp,
jiem ta’ prova, jiem ta’ taqbid,
meta t-tbatija u l-għeja jibdew
jgħakksuli ġismi u ruħi. Żommni,
Ġesu’, u agħtini s-saħħa
nissaporti t-tbatija. Poġġili
l-għassa fuq xofftejja sabiex ma
jindirizzaw l-ebda kelma ta’
tgergir lill-ħlejjaq. Il-Qalb
l-iżjed ħanina Tiegħek hi t-tama
tiegħi kollha. M’għandi xejn
biex niddefendi ruħi ħlief
il-ħniena Tiegħek biss; fiha
tinsab il-fiduċja tiegħi kollha.
1066.
27 ta’ Marzu 1937. Illum, ġejt
lura minn Pradnik, wara kważi
erba’ xhur kura. Inrodd ħajr
minn qalbi lil Alla għal kollox.
Għamilt użu minn kull mument
biex nagħti glorja lil Alla.
X’ħin dħalt fil-kappella għal
waqt qasir, irrealizzajt kemm
kelli nbati u nissielet, dwar
din il-ħaġa kollha. O Ġesu’,
saħħa tiegħi, Inti biss tista’
tgħinni; agħtini l-qawwa.
1067.
28 ta’ Marzu. L-Għid. Waqt
il-Quddiesa tal-Għid, rajt
lill-Mulej jiddi bis-sbuħija, u
qalli, Binti, il-paċi
miegħek. Hu berikni u għeb,
u ruħi mtliet bl-hena u ferħ li
ma tistax tiddeskrivihom
bl-kliem. Qalbi ssaħħet
għat-taqbid u t-tbatijiet.
1068.
Illum, kelli konverżazzjoni
mal-Patri (Andrasz) u hu
rrikkmanda ħafna attenzjoni
fil-ħaġa ta’ dawn id-dehriet
f’daqqa tal-Mulej Ġesu’. X’ħin
kien qed jitkellem fuq il-ħniena
divina, ċerta saħħa u qawwa
daħlu f’qalbi. Alla tiegħi, tant
irrid nesprimi kollox u
m’għandix il-ħila biex nagħmel
dan. Is-saċerdot qalli li
l-Mulej Ġesu’ hu ġeneruż ħafna
meta jikkomuika mal-erwieħ u,
mill-banda l-oħra, Hu, biex
ngħidu hekk, xħiħ. “Għalkemm
il-ġenerożita’ ta’ Alla hi kbira
ħafna,” qalli s-saċerdot,
“oqgħod attenta xorta waħda,
għax dawn id-dehriet f’daqqa
iqanqlu suspett; għalkemm
personalment, jiena ma nara xejn
ħażin f’din il-ħaġa, jew xejn
kontra l-fidi. Kun daqsxejn
iktar attenta, u meta tiġi
l-Madre Superjura, tista’
tkellimha dwar dan kollu.”
1069.
29 ta’ Marzu 1937. Waqt
il-meditazzjoni llum rajt
lill-Mulej mimli sbuħija kbira u
Hu qalli, Il-Paċi miegħek,
binti. Ruħi kollha kemm hi
kienet qiegħda tirtogħod bi
mħabba għalih u jiena għidtlu,
“O Mulej,għalkemm jiena nħobbok
b’qalbi kollha, jekk jogħġbok
tidhirlix, għax id-direttur
spiritwali tiegħi qalli li dawn
id-dehriet Tiegħek f’daqqa waħda
qegħdin iqanqlu s-suspett li
Inti tista’ tkun illużjoni. U
għalkemm jiena nħobbok iktar
minn ħajti stess, u jiena naf li
Inti l-Mulej tiegħi u Alla
tiegħi, li qiegħed tikkomunika
miegħi, jeħtieġ fuq kollox li
jiena nobdi lill-konfessur
tiegħi.
Ġesu’ qagħad jisma’ kliemi
b’serjeta’ u bi tjubija u qalli
dan il-kliem: Għid
lill-konfessur tiegħek li Jiena
qed nikkomunika mar-ruħ tiegħek
b’mod hekk intimu għax inti ma
tisraqx id-doni Tiegħi, u
għalhekk jiena nferra’ dawn
il-grazzji kollha fuq ruħek,
għax naf li inti ma toqgħodx
tgeddishom u żżommhom għalik.
Imma bħala sinjal li l-prudenza
tiegħu togħġobni, inti m’intix
ser tarani, u minix ser
nidhirlek b’dan il-mod sakemm
inti ma tkunx tajtu rapport ta’
dak li għadni kif għidtlek.
1070.
+ 2 ta’ April 1937. Filgħodu,
waqt il-Quddiesa, smajt dan
il-kliem: Għid lis-Superjura
li rrid li ssir adorazzjoni
hawnhekk għall-intenzjonijiet li
jsir talb għall-ħniena
għad-dinja.
1071.
O Ġesu’ tiegħi, Inti biss taf
x’inhi għaddejja minnu qalbi. O
Saħħa tiegħi, Int tista’ tagħmel
kollox, u għalkemm jiena qiegħda
nesponi ruħi għal tbatijiet
kbar, jiena ser nibqa’ dejjem
fidila lejk għax qiegħda żżommni
l-grazzja singolari Tiegħek.
1072.
+ 3 ta’ April 1937. Illum,
il-Mulej qalli, Għid
lir-Reverendu Professur
(probabilment Dun Theodore)
(nota186) li nixtieq li
hu jagħmel omelija fuq il-ħniena
Tiegħi bla tarf għall-Festa
tal-ħniena Tiegħi. Jiena
qtajt ix-xewqa ta’ Alla, imma
s-saċerdot ma riedx jirrikonoxxi
l-messaġġ tal-Mulej. X’ħin ħriġt
mill-konfessinarju, smajt dan
il-kliem: Agħmel kif ngħidlek
Jiena u kun fil-paċi; din
il-ħaġa hi bejnu u bejni. Minix
ser inżommok responsabbli ta’
din il-ħaġa.
1073.
4 ta’ April 1937. L-Ewwel Ħadd
fuq l-Għid – jiġifieri il-Festa
tal-Ħniena. Filgħodu, wara
t-Tqarbin, ruħi ntilfet
fid-divinita’ ta’ Alla.
Ingħaqadt mat-Tliet Persuni
Divini b’tali mod li meta
ngħaqadt ma’ Ġesu’, kont
magħquda fl-istess ħin
mal-Missier u mal-Ispirtu
s-Santu. Ruħi faret b’ferħ li ma
jitfissirx, u l-Mulej tani
esperjenza tal-oċejan kollu u
l-abbiss tal-ħniena Tiegħu bla
tarf. O, li kieku l-erwieħ kienu
jridu jifhmu kemm iħobbhom Alla!
Kull tixbiha, ukoll dawk li huma
l-iktar teneri u qawwijin, huma
biss dell meta tqabbilhom
mar-rejalta’!
X’ħin ingħaqadt mal-Mulej, sirt
naf kemm erwieħ qedgħin
jigglorifikaw il-ħniena ta’
Alla.
1074.
X’ħin mort għall-adorazzjoni,
smajt dan il-kliem: Binti
maħbuba Tiegħi, ikteb dan
il-kliem, li llum Qalbi strieħet
f’dan il-kunvent (dar fi
Krakovja). Kellem lid-dinja
dwar il-ħniena u l-imħabba
Tiegħi.
Il-fjammi tal-ħniena qed
jaħarquni. Nixtieq inxerridhom
fuq l-erwieħ tal-bnedmin. O,
kemm iġegħluni nħoss uġigħ meta
ma jkunux iridu jaċċettawhom!
Binti, agħmel dak kollu li inti
tista’ biex ixxerred
id-devozzjoni tal-ħniena Tiegħi.
Inpatti Jiena għal dak li jonqos
fik. Għid lill-umanita’ muġugħa
titgeddes qrib il-Qalb ħanina
Tiegħi, u Jiena nimlieha
bil-paċi.
Għid
(lin-nies kollha), binti, li
Jiena l-istess Imħabba u Ħniena.
Meta ruħ tersaq lejja
bil-fiduċja, Jiena nimlieha
b’tant abbundanza ta’ grazzji li
ma jkollhiex post biex iżżommhom
kollha ġewwa fiha, imma
xxerridhom lejn erwieħ oħrajn.
1075.
L-erwieħ li jxerrdu l-qima lejn
il-ħniena Tiegħi Jiena nħarishom
għal ħajjithom kollha bħalma Omm
l-aktar ħelwa tieħu ħsieb
it-tarbija tagħha, u fis-siegħa
tal-mewt Jiena ma nkunx mħallef
għalihom, imma Salvatur mimli
ħniena. F’dik l-aħħar siegħa,
ir-ruħ ma jkollha l-ebda difiża
ħlief il-ħniena Tiegħi. Imbierka
dik ir-ruħ li matul ħajjitha
tkun intefgħet fil-Għajn
tal-Ħniena, għax il-Ġustizzja ma
jkollha l-ebda setgħa fuqha.
1076.
Ikteb dan: Kulma jeżisti jinsab
magħluq fil-ġewwieni tal-ħniena
tiegħi, iktar fil-fond minn
tarbija f’ġuf ommha. Kemm
iweġġagħni u jferini n-nuqqas
ta’ fiduċja fit-tjubija Tiegħi!
Dnubiet ta’ nuqqas ta’ fiduċja
jferuni bl-ikbar uġigħ.
1077.
Waqt il-Quddiesa, id-Direttriċi
tan –Novizzi (Swor Callista)
(nota187) daqqet innu sabiħ
fuq il-ħniena ta’ Alla. Jiena
mbagħad tlabt lill-Mulej
jagħtiha għarfien iktar profond
ta’ l-abbiss ta’ din il-ħniena
li ħadd ma jista’ jifhimha.
1078.
+ X’ħin kont qiegħda ngħid
Il-lejl it-Tajjeb lill-Mulej
qabel ma mort norqod, smajt dan
il-kliem, ostja Tiegħi
tas-sagrfiċċju, għażiża
għall-Qalb Tiegħi, minħabba fik
Jiena nbierek lid-dinja.
1079.
7 ta’ April 1937. Illum, x’ħin
daħlet fil-kappella ċerta
persuna, ħassejt uġigħ terribbli
f’idejja, f’saqajja u f’ġenbi,
bħalma Ġesu’ ħass waqt
il-Passjoni Tiegħu. Din il-ħaġa
damet biss waqt wieħed. Imma
b’dan il-mod jiena ndunajt b’ruħ
li ma kenitx fil-grazzja ta’
Alla.
1080.
Darba rajt lill-Papa jaħseb dwar
din il-ħaġa (nassumu li dan kien
it-twaqqif tal-Festa tal-Ħniena
Divina).
1081.
10 ta’ April 1937. Illum,
il-Madre Superjura tatni artiklu
fuq il-Ħniena Divina sabiex
naqrah, u miegħu kien hemm ukoll
riproduzzjoni tax-xbieha li
kienet ġiet impittra. L-artiklu
deher fil-Vilnius Weekly
(nota188) u kien ġie
mibgħut lilna fi Krakovja minn
Dun Michael Sopocko, dak
l-appostlu ħerqan tal-Ħniena
Divina. F’dan l-artiklu ġew
inklużi l-kliem li l-Mulej Ġesu’
qalli, x’uħud minnhom ikkwotati
kelma b’kelma.
1082.
X’ħin qbadt f’idejja l-ħarġa
tal-Weekly, vleġġa ta’
mħabba nifditli ruħi.
Minħabba x-xewqat ħerqana
tiegħek, Jiena qed inħaffef biex
tiġi stabbilita’ l-Festa
tal-Ħniena. L-ispirtu tiegħi
infexx fi fjamma ta’ mħabba li
kienet hekk qawwija li deherli
li kont qiegħda ninħall għal
kollox f’Alla.
1083.
+
Dik ir-ruħ sabiħa li qiegħda
xxerred din l-opra tal-ħniena
divina mid-dinja kollha togħġob
ħafna lil Alla, minħabba
l-umilta’ profonda tagħha.
1084.
Qabel kull grazzja kbira, ruħi
tgħaddi minn prova ta’ paċenzja,
għax inkun qiegħda nħoss
il-grazzja, imma nkun għadni ma
nippossedihiex. L-ispirtu tiegħi
jinħaraq minħabba n-nuqqas ta’
paċenzja imma għadha ma waslitx
is-siegħa. Dawn il-mumenti tant
huma straordinarji li hu
diffiċli tiddeskrivihom.
1085.
13 ta’ April 1937. Illum se
jkolli noqgħod fis-sodda
l-ġurnata kollha. Tani attakk
hekk qawwi ta’ sogħla li
ħallieni tant batuta li ma
baqagħlix saħħa biżżejjed biex
nimxi. L-ispirtu tiegħi mimli
ħeġġa biex jagħmel ix-xogħol ta’
Alla, imma s-saħħa fiżika
ħallietni. Ma nistax ninfed u
nara l-azzjonijiet Tiegħek
bħalissa. O Mulej; għalhekk,
jiena nibqa’ nirrepeti b’att
tar-rieda tiegħi mimli mħabba:
agħmel bija dak li trid.
1086.
Għalkemm it-tentazzjonijiet huma
qawwijin, mewġa sħiħa ta’ dubji
tħabbat kontra ruħi, u l-qtiegħ
ta’ qalb jinsab fil-qrib, lest
biex jattaka. Imma l-Mulej
isaħħaħli r-rieda tiegħi, u meta
jaħbtu magħha l-isforzi kollha
tal-għadu jitfarku bħallikieku
ħabtu ma’ blata. Jiena nista’
nara kemm grazzji attwali Alla
qiegħed jagħtini; dawn iweżnuni
bla heda. Jiena dgħajfa ħafna, u
nattribwixxi kollox
għall-grazzja ta’ Alla biss.
1087.
+ Meta darba ddeċidejt li
nipprattika ċerta virtu’, waqajt
fil-vizzju li jmur kontra din
il-virtu’ għaxar darbiet iktar
spiss milli kont nagħmel fi
ġranet oħra. Filgħaxija, kont
qiegħda naħseb għaliex, illum,
kont waqajt b’dan il-mod
straordinarju, u smajt dan
il-kliem: Kont qiegħda tafda
ħafna fik innifsek, u ftit wisq
Fuqi. U jiena fhimt x’kienet
il-kawża tal-waqgħat tiegħi.
1088.
F’daqqa waħda nikseb saħħti.
Wara li kont ktibt ittra lil Dun
Sopocko l-Ħadd, 11 ta’ April,
f’daqqa waħda tant ħassejtni
marida li ma bgħatthiex dik
l-ittra, imma qgħadt nistenna
sinjal ċar tar-rieda ta’ Alla.
Imma saħħti tant qalbet
għall-agħar li kelli nirtira
fis-sodda. Tant qerditni
s-sogħla li ħsibt li, jekk din
il-ħaġa kienet ser tibqa’ sejra
ftit ieħor, żgur kont sejra
nintemm.
1089.
Fl-14 ta’ April, tant kont
qiegħda nħossni ħażin li bilkemm
stajt inqum biex immur
il-Quddies. Ħassejtni ħafna
agħar minn dak iż-żmien mieta
kienu bagħtuni għall-kura. Kelli
in-nifs tiegħi qed isaffar;
fil-pulmuni kienu jinstemgħu
ħsejjes allarmanti u kelli wġigħ
stramb. X’ħin tqarbint, ma nafx
għaliex, imma kien hemm
bħallikieku xi ħaġa timbuttani
ngħid din it-talba, u bdejt
nitlob b’dan il-mod: “Ġesu’,
agħmel li Demmek safi u qawwi
jdur ma’ ġismi muġugħ, u ħalli
Ġismek safi u qawwi jbiddel
il-ġisem dgħajjef tiegħi, u jekk
jogħġob tassew lir-rieda mqaddsa
Tiegħek li jiena nibda nwettaq
din l-opra, agħmel li saħħti
titjieb u titqawwa mill-ġdid; u
dan ikun sinjal ċar tar-rieda
qaddisa Tiegħek għalija.
Filwaqt li kont qiegħda nitlob
b’dan il-mod, ħassejt f’daqqa
waħda bħallikieku xi ħaġa kienet
qiegħda ċċaqlaqli ġismi kollu u,
f’daqqa waħda, ħassejtni
f’sikkti għal kollox. In-nifs
tiegħi issa hu ċar, bħallikieku
l-pulmuni qatt ma kienu mardu, u
minix inħoss l-ebda wġigħ, u dan
hu sinjal għalija li għandi
nibda naħdem.
1090.
U dan ġara fl-aħħar jum
tan-novena tiegħi lill-Ispirtu
s-Santu. Wara li rġajt ksibt
saħħti, sibt ruħi magħquda
mal-Mulej Ġesu’ b’mod purament
spiritwali. Ġesu’ tant
assigurazzjonijiet qawwijin;
jiġifieri, ikkonfermali dak li
Hu kien qed jistenna. Bqajt qrib
tal-Mulej Ġesu’ dak il-jum kollu
u tkellimt miegħu dwar
id-dettalji li għandhom x’jaqsmu
ma’ dik il-kongregazzjoni.
Ġesu’ mlieli ruħi bis-saħħa u
bil-kuraġġ biex naħdem. Issa
jiena qiegħda nifhem li jekk
il-Mulej jitlob xi ħaġa mingħand
xi ruħ, Huwa jagħtiha l-mezzi li
jkollha bżonn biex twettaqha u
permezz tal-grazzja, hi
twettaqha. Għalhekk, ukoll jekk
ir-ruħ tkun mill-aktar
miżerabbli, għall-kmand
tal-Mulej hi tkun tista’ twettaq
affarijiet li hi ma timmaġinax
li tkun tista’ tagħmilhom, għax
dan hu s-sinjal li permezz
tiegħu tkun taf jekk il-Mulej
hux ma’ dik ir-ruħ: jekk
il-qawwa u s-saħħa ta’ Alla, li
jagħmlu r-ruħ kuraġġuża u
qalbiena, ikunu jidhru fiha,
nitkellem għalija nnifsi,
għall-ewwel jiena dejjem inkun
daqsxejn beżgħana mill-kobor
tal-Mulej, imma wara ruħi
timtela b’paċi profonda li xejn
ma jkun jista’ jiddisturbuha,
kif ukoll b’saħħa ġewwinija biex
hi tagħmel dak li l-Mulej ikun
qed jitlob f’dak il-mument
partikolari ...
1091.
Imbagħad smajt dan il-kliem:
Mur għid lis-superjura li erġajt
ħadt saħħtek.
Jiena la naf, lanqas nistaqsi
kemm ser indum f’saħħti. L-unika
ħaġa li naf li bħalissa qiegħda
ngawdi saħħti. Il-futur mhux
tiegħi. Jiena tlabt għal din
is-saħħa bħala sinjal tar-rieda
ta’ Alla u mhux biex infittex
serħan mit-tbatija tiegħi.
1092.
16 ta’ April 1937. Illum,
filwaqt li għaddiet minn fuqi
l-Majesta’ ta’ Alla, ruħi fehmet
li l-Mulej, għalkemm Hu tant
kbir, jitpaxxa b’erwieħ umli.
Iktar mar-ruħ iċċekken lilha
nfisha, iktar tkun kbira
t-tjubija li biha l-Mulej jersaq
lejha. Hu jingħaqad mill-qrib
magħha u jgħolliha sal-istess
tron Tiegħu. Imbierka r-ruħ li
l-Mulej innifsu iħarisha. Jiena
sirt naf li l-imħabba biss
għandha valur; l-imħabba hi
kobor; xejn, l-ebda ħidma, ma
tista’ tqabbilha ma’ att wieħed
ta’ mħabba pura ta’ Alla.
1093.
+ O Ġesu’, għattini bil-ħniena
Tiegħek u wkoll iġġudikani
bil-ħniena, għax jekk ma
tagħmilx hekk il-Ġustizzja
Tiegħek bid-dritt kollu tista’
tasal sabiex tikkundannani.
1094.
17 ta’ April. Illum waqt taħdita
kateketika (mogħtija minn Dun
Theodore) (nota189) kelli
konferma ta’ dak li jiena kont
fhimt ġewwa fija u li jiena kont
għext bih għal xi żmien;
jiġifieri, li jekk ruħ tkun
tħobb lil Alla sinċerament u
tkun maqgħuda miegħu b’mod
intimu, imbagħad, ukoll, jekk
dik ir-ruħ tkun qiegħda tgħix
fost ċirkustanzi esterni
diffiċli, xejn ma jkun jista’
jtellef il-ħajja interjuri
tagħha; u f’nofs il-korruzzjoni,
tista’ tibqa’ safja u bla
mittiefsa; għax l-imħabba kbira
ta’ Alla tagħtiha s-saħħa
għat-taqbida u Alla wkoll iħares
b’mod speċjali, ukoll b’mod
mirakoluż, lir-ruħ li tħobbu
sinċerament.
1095.
Meta darba Alla tani għarfien
ġewwa fija li jiena qatt ma kont
tlift l-innoċenza tiegħi, u li
minkejja l-perikli kollha li
fihom kont sibt ruħi, Huwa stess
kien qiegħed iħarisni sabiex
il-verġnita’ ta’ ruħi u ta’
qalbi setgħu jibqgħu sħaħ, jiena
għaddejt il-ġurnata nrodd ħajr
lil Alla ġewwa fija bil-ħerqa.
Irringrazzjajt lil Alla li Hu
kien għoġbu jħarisni mill-ħażen,
u għal dan ukoll: li jiena kont
sibt grazzja f’għajnejh, li Hu
stess kien assigurani minn dan.
1096.
U xi ftit snin wara, Huwa ndenja
ruħu jikkonfermani f’din
il-grazzja, u minn dak iż-żmien
ma kellix iktar esperjenza
tar-ribelljoni tas-sensi kontra
r-ruħ. Fuq din il-ħaġa ktibt
b’iktar dettall x’imkien ieħor
fid-djarju tiegħi (ara paragrafu
Nr. 40). Kull darba li niftakar
f’din il-grazzja li ħadd ma
jista’ jifhimha, fjamma ġdida
ta’ mħabba u gratitudni lejn
Alla toħroġ minn ġewwa qalbi; u
din l-istess imħabba twassalni
sabiex jiena ninsa lili nnifsi
kompletament.
1097.
Minn dak iż-żmien, ili ngħix
taħt il-mant verġinali ta’ Omm
Alla. Hi ilha tħarisni u
tgħallimni. Jiena ninsab
fil-paċi, qrib il-Qalb
Immakulata tagħha. Għax jiena
daqshekk dgħajfa u bla
esperjenza, nitgeddes bħal tifla
ċkejkna qrib il-Qalb Tagħha.
1098.
Għalkemm Alla kkonfermani f’din
il-virtu’, jiena, iżda, qiegħda
għassa l-ħin kollu, u nibża’
wkoll minn delli stess, imma dan
biss għax jiena sirt inħobb lil
Alla b’mod intensiv.
1099.
Din il-grazzja tahieli Alla
preċiżament għax jiena l-iktar
waħda dgħajfa fost il-bnedmin
kollha; din hi r-raġuni għaliex
Dak li hu ta’ setgħa bla tarf
dawwarni bil-ħniena speċjali
Tiegħu.
1100.
24 ta’ April. Sirt sensittiva
għal kull grazzja kbira minn
qabel; xenqa u xewqa stramba
għal Alla jiġu fuqi, u mbagħad
jiena noqgħod nistenna
l-grazzja. U iktar ma tkun kbira
l-grazzja, iktar ikun ċar dak li
jiena nħoss minn qabel, u iktar
tkun qalila t-taqbida tiegħi
mal-għadu tas-salvazzjoni
tiegħi.
Xi drabi ruħi tkun tinsab
f’kundizzjoni li nista’
niddeskriviha biss permezz ta’
tixbiha: hemm żewġt iħbieb kbar,
u wieħed qed jagħmel festa kbira
u stieden lill-ieħor; it-tnejn
li huma qedgħin jistennewha
bil-ħerqa; imma l-ħin tal-festa
ġie deċiż. Insomma, dawk
il-mumenti preċiżi qabel ma
jiena nirċievi l-grazzja tant
huma qawwijin li hu diffiċli
tiddeskrivihom. Huma mmarkati
b’xenqa mimlija wġigħ u nar
tal-imħabba. Jiena nista’ nħoss
li l-Mulej hemm qiegħed, imma ma
nistax inkun mitlufa fih b’mod
assolut, għax is-siegħa ġiet
deċiża. Ta’ spiss, qabel mument
bħal dan ta’ grazzja, jiena
nħossni kompletament fqira
fil-moħħ, fir-rieda u fil-qalb.
Inkun mitluqa waħdi, u noqgħod
nistenna lil Alla Wieħed. Huwa
stess iwettaq dan fija qabel ma
jiġi.
23 ta’ April 1937. Illum jiena
bdejt irtir ta’ tlett ijiem.
(nota190)
1101.
Filgħxija smajt dan il-kliem
ġewwa ruħi: Binti, kun af li
Jiena ser inkellmek b’mod
speċjali permezz ta’ dan
is-saċerdot (Patri Plaza
(nota191)) sabiex inti ma
ċċedix għad-dubji dwar ix-xewqat
Tiegħi. Diġa’ waqt l-ewwel
meditazzjoni ruħi ġiet milquta
minn dan il-kliem tas-saċerdot:
Jiena m’għandix neħodha kontra
r-rieda ta’ Alla u l-pjanijiet
ta’ Alla, ikunu x’ikunu; u malli
jiena nkun konvinta miċ-ċertezza
u l-awtentiċita’ tar-rieda ta’
Alla għandi d-dmir li ntewwaqha.
Tkun xi tkun ir-rieda ta’ Alla,
ladarba sirt naf x’inhi, għandi
nwettaqha u ħadd ma jista’
jħollni minnha. Din hi biss
ġabra qasira ħafna, imma
l-meditazzjoni sħiħa ġiet
imnaqqxa f’ruħi, u m’għandi
l-ebda dubju dwar xejn. Jiena
naf Alla x’irid mingħandi, u
x’għandi nagħmel.
1102.
Ikun hemm f’ħajti, żminijiet u
waqtiet ta’ dawl spiritwali;
jiġifieri, dawl divin, meta
r-ruħ tirċievi tagħlim ġewwa
fiha dwar affarijiet li ma tkunx
qrathom fl-ebda ktieb u li
l-ebda persuna ma tkun
għallmithomlha. Ikun hemm
żminijiet ta’ għarfien kbir
interjuri li Alla stess jagħti
lir-ruħ. Dawn huma misteri kbar
... jiena spiss nirċievi dawl u
għarfien dwar il-ħajja interjuri
ta’ Alla u tad-diżposizzjoni
intima ta’ Alla, u din il-ħaġa
timlieni b’fiduċja li ma tistax
titfisser bil-kliem u b’hena li
ma nistax inżommu ġewwa fija;
nixtieq ninħall fih
kompletament.
1103.
+ L-essenza tal-imħabba hi
s-sagifiċċju u t-tbatija.
Il-verita hi mlibbsa kuruna
tax-xewk. It-talb jinvolvi
l-intellett, ir-rieda u
l-emozzjonijiet.
1104.
Illum kien hemm tagħlim sabiħ
(minn Patri Plaza) fuq
it-tjubija u l-ħniena ta’ Alla.
Waqt din il-konferenza ruħi
kellha esperjenza tal-fjammi
tal-imħabba ta’ Alla, u jiena
fhimt li l-kelma ta’ Alla hi
kelma ħajja.
1105.
L-eżami partikulari tiegħi għadu
l-istess wieħed; jiġifieri,
għaqda ma’ Kristu ħanin, u
s-skiet. Il-fjura li jiena se
npoġġi f’riġlejn l-Omm ta’ Alla
f’Mejju se tkun li nżomm
silenzju.
1106.
+ Il-virtu’ mingħajr prudenza
mhix virtu’. Għandna nitolbu ta’
spiss lill-Ispirtu Qaddis għal
din il-grazzja tal-prudenza.
Il-prudenza tikkonsisti
fl-għaqal, riflessjoni bil-ħsieb
u riżoluzzjoni kuraġġuża.
Id-deċiżjoni aħħarija dejjem
trid tkun f’idejna. Irridu
niddeċiedu; aħna nistgħu u
għandna nfittxu li nieħdu parir
u li jkollna d-dawl ...
1107.
Illum waqt il-meditazzjoni, Alla
tani dawl interjuri u stajt
nifhem x’inhi l-qdusija u f’hiex
tikkonsisti, għalkemm dawn
l-affarijiet smajthom ħafna
drabi f’konferenzi, ir-ruħ tkun
tista’ tifhimhom mod ieħor meta
ssir tafhom permezz tad-dawl ta’
Alla li jdawwalha.
La grazzji, lanqas
rivelazzjonijiet, la estasi
lanqas id-doni mogħtija lir-ruħ
ma jagħmluha perfetta, imma
pjuttost l-għaqda intima tar-ruħ
ma’ Alla. Dawn id-doni huma biss
ornamenti tar-ruħ, imma mhumiex
la l-essenza tagħha lanqas
il-perfezzjoni tagħha.
Il-qdusija u l-perfezzjoni
tiegħi huma mibnija fuq l-għaqda
intima tar-rieda tiegħi
mar-rieda ta’ Alla. Alla qatt ma
jisforza r-rieda ħielsa tagħna.
Jiddependi minna jekk irridux
nirċievu l-grazzja ta’ Alla jew
le. Jiddependi minna jekk aħna
nikkoperawx magħha jew naħluha.
1108.
Fl-aħħar konferenza ta’
filgħaxija, li kienet tħejjija
għat-tiġdid tal-voti,
is-saċerdot kien qed jitkellem
fuq il-hena li joħroġ mit-tliet
voti, u fuq il-premju li jiġi
meta dawn jiġu osservati
bil-fedelta’. F’daqqa waħda,
ruħi ġiet mitfugħa f’dalma kbira
interjuri. Ruħi mtliet bl-imrar
minflok bil-ferħ, u qalbi ġiet
minfuda b’uġigħ qawwi. Tant
ħassejtni miżerabbli u minix
denja ta’ din il-grazzja u kif
kont konxja tal-miżerja tiegħi u
tan-nuqqas ta’ mertu tiegħi ma
kontx nażżarda biss nersaq lejn
saqajn l-iżgħar postulanta biex
inbushom. Rajt il-postulanti,
fl-ispirtu, sbieħ u jogħġbu
lill-Mulej; u jien, abbiss ta’
miżerja. Wara l-konferenza,
intfajt f’riġlejn Alla moħbi,
fost dmugħ u wġigħ. Intfajt
fil-baħar tal-ħniena infinita
ta’ Alla, u hemmhekk biss stajt
ikolli esperjenza ta’ serħan u
nħoss l-ħniena Tiegħu ta’ setgħa
bla tarf li kienet qiegħda
madwari.
1109.
+
30. Dan hu l-jum tat-tiġdid
tal-voti.
Fil-pront malli qomt,
il-preżenza ta’ Alla daret
madwari, ħassejtni li jiena kont
it-tifla ta’ Alla. Imħabba
divina ġiet imferra’ ġewwa ruħi,
u Alla wrieni kif kollox kien
jiddependi mir-rieda Tiegħu.
Huwa qalli il-kliem: Irrid
nagħti maħfra sħiħa lill-erwieħ
li jqerru u jitqarbnu fil-Festa
tal-Ħniena Tiegħi. Imbagħad
qalli, Biniti, tibża’ minn
xejn. Jiena dejjem miegħek,
ukoll jekk inti taħseb li minix.
L-umilta’ tiegħek tiġbidni ‘l
isfel mit-tron għoli Tiegħi, u
Jiena ningħaqad mill-qrib
miegħek.
1110.
29
(ta’ April 1937). Il-Mulej
għarrafni dwar
id-diskussjonijiet (nota192)
li kienu għaddejjin
fil-Vatikan dwar din il-Festa.
Id-dinjatarju Pacelli ħadem
ħafna fuq din il-ħaġa
1111.
Illum isir it-tiġdid; jiġifieri,
il-professjoni tal-voti
(nota193) waqt ċelebrazzjoni
solenni. Filwaqt lis-sorijiet
kienu qedgħin jagħmlu l-voti,
smajt l-anġli jkantaw f’diversi
toni, “Qaddis, Qaddis, Qaddis”,
b’kant sabiħ li l-ebda lsien ta’
bniedem ma jista’ qatt iħabbatha
magħhom.
1112.
Wara nofs inhar, tkellimt
mal-maħbuba Madre Direttriċi
tan-Novizzi, Madre Mary Joseph.
Imxejna darba madwar il-ġnien, u
stajt nitkellem magħha, għalkemm
b’mod pjuttost ġenerali. Hija
dejjem l-istess maħbuba Madre
Direttriċi tan-Novizzi, għalkemm
fil-fatt m’għandhiex
id-direttriċi, imma hi
s-Superjura, u diġa’ għaddew
għaxar snin minn mindu jiena
għamilt il-voti tiegħi. Hija
qaltli li hi ħaġa impossibli li
reliġjuża tgħix mingħajr
is-salib. Iżda, hija wrietni
ċerta tbatija li jiena kont
għaddejt minnha f’Varsavja,
għalkemm jiena qatt ma kont
għidtilha biha. Il-grazzji
kollha li jiena rċevejt waqt
in-novizzjat reġgħu ġew ċari
quddiem l-għajnejn ta’ ruħi. O,
kemm jiena grata lejha! Meta
ruħi kienet mitfugħa fid-dlam, u
deherli li kont ikkundannata,
hija qalgħetni ‘l barra minn dak
l-abbiss bis-saħħa
tal-ubbidjenza.
1113.
Ruħi ta’ spiss tkun imtaqqla
bit-tbatija, u m’hemm l-ebda
bniedem li jista’ jifhem dawn
it-turmenti.
1114.
1 ta’ Mejju 1937. Illum ħassejt
mill-qrib lil Ommi, l-Omm tiegħi
s-Sema, għalkemm qabel kull
Tqarbina jiena nitlob bil-ħerqa
lil Omm Alla sabiex hija tgħinni
nħejji ruħi għall-miġja ta’
Binha, u nħoss biċ-ċar
il-ħarsien tagħha fuqi. Jiena
nitlobha tkun hekk ġentili li
tkebbes fija n-nar tal-imħabba
ta’ Alla, bħal dak li kien
jaqbad fil-qalb safja tagħha
stess filwaqt tal-Inkarnazzjoni
tal-Verb ta’ Alla.
1115.
4 ta’ Mejju. Illum mort nara
lill-Madre Ġenerali (Michael)
għal mument u staqsejtha,
“Għażiża Madre, kellek xi
ispirazzjoni dwar it-tluq tiegħi
mill-kunvent?” Il-Madre Ġenerali
wieġbet, “ S’issa, Sor, dejjem
żammejtek, imma issa qiegħda
nħallilek liberta’ sħiħa li inti
tagħżel li tagħmel dak li trid;
tista’ titlaq
mill-Kongregazzjoni jew tibqa’.”
Jiena mbagħad weġibt, “Tajjeb
ħafna.” Ħsibt biex nikteb
mill-ewwel lill-Papa nitolbu
jeħlisni mill-voti tiegħi
(nota194) X’ħin ħallejt
lill-Madre Ġenerali, reġa’ waqa’
d-dlam għal darb’oħra fuqi ruħi,
bħalma kien ġara fl-imgħoddi. Hi
ħaġa stramba li, kull darba li
nitlob permess biex nitlaq
mill-Kongregazzjoni, din
id-dalma timlieli ruħi, u nħossi
qisni tħallejt kollni kemm jien
waħdi. Filwaqt li kont għaddejja
minn dan it-turment tal-ispirtu,
iddeċidejt li mmur fil-pront
għand il-Madre u ngħidilha
bit-turmenti strambi u t-taqbida
tiegħi. Il-Madre wieġbet, “Din
tiegħek li titlaq hi
tentazzjoni.” Wara li qgħadt
nitkellem ftit magħha ħassejtni
daqsxejn aħjar, imma id-dalma
baqgħet. “Din il-Ħniena Divina
hi ħaġa sabiħa, u żgur li hi
opra kbira tal-Mulej, ladarba
Satana ħadha daqstant kontrieha
u jrid jeqridha.” Dan kien
il-kliem tal-maħbuba Madre
Ġenerali tagħna.
1116.
Ħadd ma jista’jifhem, lanqas
jiena stess ma nista’
niddeskrivi t-turmenti tiegħi.
Imma ma jistax ikun hemm
tbatijiet ikbar minn din.
It-tbatijiet tal-martri mhumiex
ikbar għax, f’ħinijiet bħal
dawn, il-mewt tkun għalija
serħan. M’hemm xejn li jiena
nista’ nqabbel dawn it-tbatijiet
magħhom, din l-agunija bla tarf
tar-ruħ.
1117.
5 ta’ Mejju (1937). Illum, jiena
ftaħt qalbi xi ftit fil-qrar,
għax bdejt naħseb li forsi din
kienet it-tentazzjoni vera: li
f’dak il-waqt li jiena nitlob
il-permess li nitlaq
mill-Kongregazzjoni jiena
ngħaddi minn tbatija u dlam hekk
kbar. Meta għidtlu dan,
il-konfessur wieġeb li forsi ma
kienx il-waqt magħżul minn Alla.
“Trid titlob u tistenna
bil-paċenzja, imma veru li hemm
tbatijiet kbar jistennewk. Trid
tissaporti ħafna tbatijiet u
tegħleb ħafna diffikultajiet;
dik ħaġa ċerta. Ikun aħjar
tistenna u titlob ħafna għal
għarfien iktar profond u għal
dawl divin. Dawn huma affarijiet
serji.”
1118.
Alla tiegħi! F’dawn il-mumenti
diffiċli d-direttur spiritwali
tiegħi (Patri Andrasz) mhux
qiegħed hawn, għax mar Ruma.
Ġesu’, ladarba Inti ħadtuli,
mexxini Inti stess, għax Inti
biss taf kemm niflaħ nissaporti.
Jiena nemmen fis-sod li Alla ma
jistax jgħabbi fuqi iktar milli
niflaħ nisspaorti. Jiena nafda
fil-ħniena Tiegħu.
1119.
F’dawn il-waqtiet meta jiena
nkun ninsab bejn art u sema,
noqgħod bi kwieti, għax ukoll li
kieku kelli nitkellem, min
jista’ jifhem dak li nkun qed
ngħid? L-eternita’ għad tikxef
ħafna affarijiet li dwarhom
bħalissa jiena qiegħda nżomm
is-skiet . . .
1120.
X’ħin ħriġt fil-ġnien, rajt kif
kollox kien qed jarmi u jxerred
il-ferħ tar-rebbiegħa. Is-siġar,
imżejnin bil-fjuri, kienu qed
jarmu fwieħa tal-ġenn. Kollox
kien qed jaqbeż bil-ferħ, u
l-għasafar kienu qedgħin ikantaw
u jpespsu l-adorazzjoni tagħhom
lil Alla u bil-kant tagħhom,
qaluli “Ifraħ u kun kuntenta,
Swor Fawstina”; imma ruħi tibqa’
fit-tortura u fid-dlam. Ruħi
tant hi sensittiva għat-tpespis
tal-grazzja li taf kif għandha
titkellem mal-ħolqien kollu u
ma’ kulma hawn madwari, u jiena
naf għaliex Alla żejjen l-art
b’dan il-mod . . . Imma qalbi
ma tistax tifraħ għax il-Maħbub
tiegħi nħbieli, u minix sejra
nistrieħ qabel ma nsibu . . . ma
nafx ngħix mingħajr Alla, imma
nħoss ukoll li Alla, għalkemm Hu
assolutament m’għandu bżonn ta’
ħadd, ma jistax ikun kuntent
mingħajri . . .
1121.
6 ta’ Mejju (1937). It-Tlugħ
fis-Sema ta’ Ġesu’.
Minn kmieni dalgħodu, Alla
messli ruħi. Wara t-Tqarbin,
qgħadt nikkomunika għal ftit
mal-Missier tas-Sema. Ruħi
nġibdet fiċ-ċentru jaqbad u
jikwi tal-imħabba. Jiena fhimt
li l-ebda opri esterni ma tista’
xxebbaħhom mal-imħabba safja ta’
Alla ... jiena rajt il-ferħ
tal-Verb Inkarnat, u ġejt
mgħaddsa fit-Trinita’ Divina.
X’ħin erġajt ġejt f’tiegħi,
xewqa kbira mlietli ruħi, u
bdejt nixxennaq li ningħaqad ma’
Alla. Imħabba hekk tremenda
għall-Missier tas-Sema dawritni
li dan il-jum nista’ nsejjaħlu
estasi ta’ mħabba bla ebda
waqfien. L-univers kollu jidher
f’għajnejja bħal qatra żgħira
meta mxebbaħ ma’ Alla. M’hemm
l-ebda hena ikbar milli meta
Alla jgħarrafni ġewwa fija li
kull taħbita ta’ qalbi togħġbu,
u meta jurini li jħobbni b’mod
speċjali. Din il-konvinzjoni
qawwija li għandi ġewwa fija, li
permezz tagħha Alla jassigurani
mill-imħabba li għandu għalija u
kemm togħġbu ruħi, iġġibli paċi
profonda f’ruħi. Matul dan
il-jum ma stajtx nieħu l-ebda
ikel; ħassejtni mimlija
sax-xifer bl-imħabba.
1122.
Alla ta’ ħniena kbira, li
ndenjajt ruħek tibgħatilna
l-Iben Waħdieni Tiegħek bħala
l-ikbar prova tal-imħabba u
l-ħniena Tiegħek bla tarf, Inti
ma tirrifjutax lill-midinbin;
imma fil-ħniena infinita Tiegħek
Inti ftaħtilhom ukoll it-teżori
Tiegħek, teżori li minnhom huma
jistgħu jieħdu bl-abbundanza,
mhux biss ġustifikazzjoni, imma
wkoll il-qdusija kollha li ruħ
jista’ jkollha. Missier ta’
ħniena kbira, nixtieq li l-qlub
kollha jduru bil-fiduċja lejn
il-ħniena infinita Tiegħek. Ħadd
ma jista’ jkun iġġustifikat
quddiemek jekk ma jkunx
akkumpanjat mill-ħniena Tiegħek
bla tarf. Meta Inti turina
l-misteru tal-ħniena Tiegħek
għalina, l-eternita’ ma tkunx
biżżejjed biex nirringrazzjawk
b’mod xieraq għalih.
1123.
O, kemm hi ħaġa ħelwa li jkollok
fil-fond ta’ ruħek dak li
l-Knisja tgħidilna li għandna
nemmnu. Meta ruħi tkun tinsab
mitlufa fl-imħabba, jiena nkun
nista’ nsolvi l-mistoqsijiet
l-iktar ikkumplikati malajr u
b’mod ċar. L-imħabba biss hi
kapaċi taqsam il-preċipizzji u
l-qċaċet tal-muntanji.
L-imħabba, għal darb’oħra,
l-imħabba.
1124.
+ 12 (ta’ Mejju 1937). Dalma
stramba xi kultant taqa’ fuq
l-intellett tiegħi. Ninsab
mgħaddsa fix-xejn kontra r-rieda
tiegħi.
1125.
20 ta’ Mejju 1937. Meta għal
xahar sħiħ kien ili ngawdi
saħħti, ġieni f’moħħi li ma
kontx naf x’kien jogħġob l-aktar
lill-Mulej – inservih fil-mard
jew fis-saħħa li jiena kont
tlabtu għaliha – u jiena għidt
lill-Mulej, “Ġesu’, agħmel bija
kif jogħġbok,” u Ġesu’ reġa’
ħadni lura għall-kundizzjoni li
kelli qabel.
1126.
O kemm hi ħaġa ħelwa tgħix
f’kunvent fost is-sorijiet, imma
ma rridx ninsa li dawn l-anġli
qegħdin f’iġsma umani.
1127.
Darba, rajt lil Satana għaddej
jgħaġġel ifittex xi waħda fost
is-sorijiet, imma ma seta’ jsib
lil ħadd. Ħassejt ispirazzjoni
ġewwa fija li nikkmandah f’Isem
Alla jistqarrli x’kien qed
ifittex fost is-sorijiet. U hu
stqarr, għalkemm kontra qalbu,
“Qed infittex erwieħ li
m’għandhomx x’jagħmlu.” (ara Sir
33:28, Prov 12:11). Meta rġajt
ikkmandajtu jgħidli f’Isem Alla
liema erwieħ fil-ħajja reliġjuża
hu jista’ jilħaq b’mod l-iktar
faċli, hu reġa’ qal kontra
qalbu, “Erwieħ għażżenin li
m’għandhomx x’jagħmlu.” Innutajt
il-fatt li, bħalissa, ma kienx
hemm erwieħ bħal dawn f’din
id-dar. L-erwieħ imħabbtin u
għejjenin għandhom jifirħu.
1128.
22 ta’ Mejju 1937. Tant hi sħana
llum li diffiċli tissaportiha.
Ilkoll ninsabu għatxana
għax-xita, u tibqa’ ma tagħmilx.
Għal xi jiem is-sema kien
imsaħħab, imma m’għamlitx xita.
X’ħin ħarist lejn il-pjanti,
għatxana għax-xita, bdejt
nitħassarhom, u ddeċidejt li
ngħid il-kurunella sakemm
il-Mulej jibgħatilna x-xita.
Qabel l-ikel ta’ filgħaxija,
is-sema nkesa bis-sħab, u xita
qliel bdiet nieżla fuq l-art.
Kien ili ngħid din it-talba bla
heda għal tliet sigħat. U
l-Mulej tani x’nifhem li nistgħu
nakkwistaw kollox permezz ta’
din it-talba.
23 (ta’ Mejju). Il-Festa
tas-Santissima Trinita’.
1129.
Waqt il-Quddiesa, sibt ruħi
f’daqqa waħba magħquda
mas-Santissima Trinita’. Jiena
għaraft il-majesta’ u l-kobor
Tiegħu. Kont magħquda mat-Tliet
Persuni. U ladarba kont magħquda
ma’ Wieħed minn dawn il-Persuni
l-iktar Venerabbli, kont
fl-istess ħin magħquda maż-Żewġ
Persuni l-oħrajn. Il-ferħ u
l-hena li ruħi ħasset ma nistax
niddeskrivihom. Jiddispjaċini li
ma nistax inpoġġi fi kliem dak
li m’għandux kliem.
1130.
Smajt dan il-kliem: Għid
lis-Superjura Ġenerali tafdak
bħala l-bint l-iktar fidila
fl-Ordni. (nota195)
1131.
Wara dan il-kliem, irċevejt
għarfien ġewwa fija ta’ x’inhu
l-ħolqien kollu quddiem Alla.
Immensa, u li ħadd ma jista’
jifhimha, hi l-majesta’ Tiegħu.
L-abbiss tal-ħniena Tiegħu hu
l-fatt li Hu jitbaxxa lejna . .
.
1132.
Kollox għad jispiċċa f’dan
il-wied tad-dmugħ,
Id-dmugħ jixxotta u l-uġigħ ma
jibqax iżjed.
Ħaġa waħda biss għad tibqa’ –
L-imħabba għalik, O Mulej.
Kollox għad jispiċċa f’dan
l-eżilju,
Il-provi u d-deżert tar-ruħ.
U għalkemm hi tgħix f’agunija
perpetwa ,
Jekk Alla jkun magħha, xejn ma
jċaqlaqha.
1133.
27 ta’ Mejju 1937. Festa ta’
Corpus Christi.
Waqt it-talb, smajt dan
il-kliem: Binti, ħalli lil
qalbek timtela bil-ferħ. Jiena,
il-Mulej, qiegħed miegħek.
Tibża’ minn xejn. Inti tinsab
f’Qalbi. F’dak il-waqt,
jiena sirt naf il-majesta’ kbira
ta’ Alla, u fhimt li m’hemm xejn
li tista’ tqabblu mal-iċken
għarfien ta’ Alla. Il-kobor minn
barra jispiċċa bħal għabra trab
quddiem att wieħed ta’ għarfien
iktar profond ta’ Alla.
1134.
Il-Mulej ferra’ profondita’ hekk
kbira ta’ paċi ġewwa ruħi li
xejn ma jista’ jtellifha iżjed.
Minkejja dak kollu li jkun qed
jiġri madwari, jiena ma nitlef
xejn mill-paċi tiegħi lanqas
għal waqt wieħed. Ukoll li kieku
d-dinja kollha kienet qiegħda
titfarrak, dan ma jfixkilx
il-profondita’ tas-skiet li hemm
ġewwa fija u u li fih jistrieħ
Alla. Il-ġrajjiet kollha, dak
kollu li jiġri, jinsab taħt
riġlu.
1135.
Dan l-għarfien aktar fond ta’
Alla jagħtini liberta’ sħiħa u
ħelsien spiritwali, u xejn ma
jista’ jfixkel l-għaqda tiegħi
miegħu mill-qrib, lanqas
il-qawwiet tal-anġli. Inħossni
tajba ħafna x’ħin inkun maqgħuda
ma’ Alla. X’hena kbir jinsab
f’li wieħed ikun konxju ta’ Alla
f’qalbu u jgħix f’intimita’
miegħu mill-qrib.
1136.
X’ħin waslet fid-dar tagħna
l-purċissjoni minn Borek,
(nota196) u ġabet lil Dak li
kellu jiġi jgħammar fil-kappella
tagħna, smajt vuċi ġejja minn
ġewwa l-Ostja: Hawn jinsab
il-mistrieħ Tiegħi. Waqt
il-Barka, Ġesu’ għarrafni li
dalwaqt kellu jseħħ mument
solenni f’dan l-istess post.
Jiena ninsab ferħan li nista’
nistrieħ ġewwa qalbek u xejn
m’hu ser iżommni milli nagħtik
il-grazzji. Ruħi qed tegħreq
f’dan il-kobor ta’ Alla,
nintilef fih, ninħall fih . . .
1137.
30 ta’ Mejju (1937). Illum
qiegħda mmut bix-xewqa kbira li
għandi għal Alla. Din ix-xenqa
qiegħda timlieli ruħi kollha.
Kemm qiegħda nħossu jagħfas fuqi
l-eżilju. O Ġesu’, meta ser
jasal dak il-mument li tant
qiegħda nistennieh?
1138.
31 ta’ Mejju. Ir-ruħ ittorturata
tiegħi ma ssib għajnuna mkien
ħlief fik, O Ostja Ħajja. Jiena
npoġġi l-fiduċja kollha tiegħi
fil-qalb ħanina Tiegħek. Qiegħda
nistenna bil-paċenzja l-kelma
Tiegħek, Mulej.
1139.
O, x’uġigħ tħoss qalbi meta nara
soru li m’għandhiex l-ispirtu
reliġjuż! Kif jista’ xi ħadd
jogħġob lil Alla meta dak ix-xi
ħadd ikun minfuħ bis-suppervja u
bl-egoiżmu bl-iskuża li qiegħed
jaħdem għall-glorja ta’ Alla,
filwaqt li filfatt ikun qed
ifittex il-glorja għalih
innifsu? Meta nara ħaġa bħal
din, tweġġagħni ħafna. Kif
tista’ ruħ bħal din tkun
maqgħuda mill-qrib ma’ Alla?
Għaqda mal-Mulej hija mpossibli
f’każ bħal dan.
1140.
1 ta’ Ġunju 1937. Illum kien
hemm il-purċissjoni (nota197)
ta’ Corpus Christi. Fl-ewwel
altar, ħarġet fjamma mill-Ostja
u nifdiltli qalbi, u smajt vuċi,
Dan hu l-post fejn Jiena
nista’ nistrieħ. Qalbi
qabdet in-nar, u ħassejt li kont
ġejt mibdula kollni kemm jiena
fih.
1141.
Filgħaxija, tani x’nifhem kemm
jgħaddu malajr l-affarijiet ta’
din id-dinja, u (kif) dak kollu
li jidher kbir jgħib bħal
duħħan, u lir-ruħ ma jagħtihiex
liberta’, imma jgħejjiha.
Imbierka r-ruħ li dawn
l-affarijiet tifhimhom u tmiss
mal-art b’sieq waħda biss.
Is-serħan tiegħi jinsab filli
nkun magħquda miegħek; kull ħaġa
oħra tgħajjini. O, kif inħossni
li jiena fl-eżilju! Nista’ nara
li ħadd ma jifhem il-ħajja
interjuri tiegħi. Inti biss
tifhimni, Inti li tinsab moħbi
ġewwa qalbi, imma xorta waħda
Inti ħaj eternament.
1142.
4 ta’ Ġunju. Illum il-Festa
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’.
Waqt il-Quddiesa, ġejt mogħtija
l-għarfien tal-Qalb ta’ Ġesu’ u
n-natura tan-nar ta’ mħabba li
biha Hu jaqbad għalina u kif Hu
Oċejan ta’ Ħniena. Imbagħad
smajt vuċi: Appostlu
tal-ħniena Tiegħi, xandar
lid-dinja kollha l-ħniena Tiegħi
bla tarf. Tħallix
id-diffikultajiet li tiltaqa’
magħhom filwaqt li inti xxandar
il-ħniena Tiegħi jaqgħtgħulek
qalbek. Dawn id-diffikultajiet
li qegħdin jaffettwawk hekk
bl-ikrah hemm bżonnhom biex inti
tkun tista’ titqaddes u bħala
sinjal li din l-opra hi Tiegħi.
Binti, ikteb b’mod diliġenti
kull sentenza li Jiena ngħidlek
dwar il-ħniena Tiegħi, għaliex
din hi maħsuba għal għadd kbir
tal-erwieħ li għad jieħdu ħafna
ġid spiritwali minnha.
1143.
+ Waqt l-Adorazzjoni l-Mulej
tani għarfien iktar profond ta’
affarijiet li għandhom x’jaqsmu
ma’ din l-opra.
1144.
Illum, jiena tlabt il-maħfra
tal-Mulej għall-offiżi kollha li
saru fil-kunventi tagħna li
minħabba fihom il-Qalb Divina
Tiegħu qiegħda tbati.
1145.
+ 6 ta’ Ġunju (1937). L-ewwel
Ħadd tax-xahar. Illum jiena
għamilt l-irtir tiegħi ta’ kull
xahar.
Dawl mill-meditazzjoni ta’
filgħodu: tagħmel x’tagħmel
bija, Ġesu’, jiena nħobbok
dejjem għax jiena Tiegħek. Ma
jimpurtax jekk Inti tħallinix
hawnhekk jew tpoġġini x’imkien
ieħor; jiena Tiegħek.
Bi mħabba jiena nintelaq
fid-digrieti l-iżjed għaqlin
Tiegħek, O Alla, u r-rieda
Tiegħek, O Mulej, hi l-ikel
tiegħi ta’ kuljum. Inti, li taf
kull taħbita ta’ qalbi, taf li
hi tħabbat għalik biss, Ġesu’
tiegħi. Xejn ma jista’ jaqta’
x-xewqa tiegħi għalik. Qiegħda
mmut għalik, Ġesu’. Meta ser
toħodni fil-għamara Tiegħek?
(ara Ġw 14:1-3)
1146.
L-ikbar midinbin għandhom ipoġġu
l-fiduċja tagħhom fil-ħniena
Tiegħi. Għandhom id-dritt qabel
oħrajn li jafdaw fl-abbiss
tal-ħniena Tiegħi. Binti, ikteb
dwar il-ħniena Tiegħi lejn
l-erwieħ itturmentati. Erwieħ li
jirrikorru lejn il-ħniena Tiegħi
Jiena nieħu gost bihom. Lil dawn
l-erwieħ Jiena nagħtihom iktar
grazzji milli huma jifilħu
jitolbu. Ma nistax nikkastiga
wkoll lill-ikbar midneb jekk hu
jirrikorri lejn il-ħniena
Tiegħi, imma għall-kuntrarju
Jiena niġġustifikah fil-ħniena
Tiegħi li hi bla tarf u li ħadd
ma’ jista jifhimha. Ikteb: qabel
ma Jiena niġi bħal Imħallef
ġust, l-ewwel niftaħ beraħ
il-bieb tal-ħniena Tiegħi. Min
ma jridx jgħaddi mill-bieb
tal-ħniena Tiegħi ikollu jgħaddi
mill-bieb tal-ġustizzja Tiegħi
...
1147.
Meta darba ħassejtni mweġġgħa’
minħabba ċerta ħaġa u lmentajt
mal-Mulej, Ġesu’ wieġeb,
Binti, għalfejn tagħti daqshekk
importanza lit-tagħlim u
t-tpaċpiċ tan-nies? Jiena nnifsi
rrid ngħallmek; għalhekk nagħmel
mod sabiex inti ma tkunx tista’
tattendi għal dawn
il-konferenzi. F’mument wieħed,
Jiena jirnexxieli ngħarrfek
iktar milli l-oħrajn jistgħu
jakkwistaw matul ħafna snin ta’
tħabrik.
1148.
20 ta’ Ġunju (1937). Aħna
nixbħu lil Alla l-iktar meta
naħfru lill-proxxmu tagħna. Alla
Hu Mħabba, Tjubija, u Ħniena ...
Kull ruħ, u l-iktar ir-ruħ ta’
kull reliġjuża, għandha
tirrifletti l-ħniena Tiegħi.
Qalbi qiegħda tfur
bil-kompassjoni u bil-ħniena
għal kulħadd. Il-qalb
tal-maħbuba Tiegħi trid tixbaħ
lil Tiegħi; mill-qalb tagħha
trid toħroġ l-għajn tal-ħniena
Tiegħi għall-erwieħ; jekk ma
jkunx hekk Jiena ma nagħrafhiex
bħala Tiegħi.
1149.
+
Diversi drabi, jiena tgħallimt
kif xi reliġjużi jiddefendu
l-glorja tagħhom stess bl-iskuża
li għandhom premura għall-glorja
ta’ Alla, filwaqt li ma tkun
xejn il-glorja ta’ Alla, imma
l-glorja tagħhom infushom. O
Ġesu’, kemm weġġgħetni din
il-ħaġa! Liema sigrieti ser
jikxef il-jum tal-ġudizzju
Tiegħek! Kif jista’ xi ħadd
jisraq id-doni ta’ Alla?
1150.
Illum, jiena ħassejt ħafna niket
minħabba ċerta persuna, li hi
persuna lajka. Fuq il-bażi ta’
verita’ waħda, hija qalet ħafna
affarijiet li ma kienux minnhom.
U għax kulħadd emminhom u xterdu
mad-dar kollha, x’ħin smajt dawn
l-affarijiet, qalbi ħasset
weġgħa. Kif jista’ xi ħadd
jabbuża b’dan il-mod mit-tjubija
tal-oħrajn? Imma ddeċidejt li ma
ngħid l-ebda kelma biex
niddefendi ruħi u li nibda nuri
iktar tjubija lejn dik
il-persuna. Sirt konxja, iżda,
li ma kellix saħħa biżżejjed
biex nissaporti bil-kalma, għax
il-ħaġa baqgħet sejra ġimgħat
sħaħ. X’ħin rajt it-tempesta
qiegħda timla u li r-riħ kien
beda jtajjar ir-ramel preċiż
f’għajnejja mort quddiem
is-Sagrament Imqaddes u għidt
lill-Mulej, “Mulej Ġesu’,
qiegħda nitolbok tagħtini
s-saħħa tal-grazzja attwali
Tiegħek, għax qiegħda nħoss li
mhux ser jirnexxieli noħroġ
ħajja minn din it-taqbida.
Ipproteġini Int, Mulej!”
Imbagħad smajt il-kliem,
Tibżax, Jiena qiegħed miegħek.
X’ħin ħallejt l-altar, paċi u
qawwa straordinarja mlewli ruħi,
u t-tempesta li kienet għaddejja
laqtet ma’ ruħi bħalma taħbat
ma’ blata; u r-ragħwa
tat-tempesta waqa’ fuq dawk li
kienu bdewha. O, kemm Hu twajjeb
il-Mulej, li jippremja lil kull
wieħed u kull waħda skont ma
huma jagħmlu! Kull ruħ għandha
titlob għall-għajnuna
tal-grazzja attwali, għax xi
kultant il-grazzja ordinarja ma
tkunx biżżejjed.
1151.
+ Meta l-uġigħ jiskili ruħi
U x-xefaq jiswied bħal bid-dalma
tallejl,
U l-qalb tiċċarrat bit-tortura
tat-tbatija,
Ġesu’ Msallab, Inti s-saħħa
tiegħi.
Meta r-ruħ, imdallma bl-uġigħ,
Titqabad f’battalja mingħajr
waqfien,
U l-qalb tkun tinsab
tas-salvazzjoni tiegħi.
Ġesu’ Msallab, Inti t-tama
tas-salvazzjoni tiegħi.
U hekk jgħaddu l-ġranet,
Waqt lir-ruħ tgħum f’baħar ta’
mrar,
U l-qalb tinħall fi dmugħ,
Ġesu’ Msallab, Inti tiddi
għalija ż-żerniq.
U meta tfur it-tazza tal-imrar,
U kollox idur kontrieha,
U r-ruħ tinżel fil-Ġnien
taż-Żebbuġ
Ġesu’ Msallab, fik insib difiża
tiegħi.
Meta r-ruħ, konxja
mill-innoċenza tagħha,
Taċċetta dawn id-digrieti
mingħand Alla,
Imbagħad il-qalb tista’ tpatti
l-weġgħat bi mħabba.
Ġesu’ Msallab, biddel
id-dgħjufija tiegħi f’setgħa bla
tarf.
1152.
Mhix ħaġa faċli tissaporti
t-tbatijiet bil-ferħ, l-aktar
dawk li ma jkunx jistħoqqluna.
In-natura dgħajfa tagħna
tirribella, u għalkemm
l-intellett u r-rieda huma ‘l
fuq mit-tbatija, għax kapaċi
jagħmlu l-ġid lil dawk li
jgħabbuhom bit-tbatija, xorta
waħda l-emozzjonijiet iqajmu
ħafna storbju u, bħal spirti bla
kwiet, jattakkaw l-intellett u
r-rieda. Imma meta jaraw li ma
jistgħu jagħmlu xejn waħedhom,
jikkwetaw u jissottomettu ruħhom
għall-intellett u r-rieda. Bħal
xi ħaġa li tbeżża’ jidħlu
jgħaġġlu u jqajmu ħafna nkwiet,
moħħhom li jġegħluk tobdi lilhom
biss sakemm ma jżommuhomx
f’posthom l-intellet u r-rieda.
1153.
23 ta’ Ġunju (1937). Kif kont
qiegħda nitlob quddiem
is-Sagrament Imqaddes,
it-tbatijiet fiżiċi tiegħi
f’daqqa waħda waqfu, u smajt din
il-vuċi ġewwa ruħi: Qiegħda
tara Jiena nista’ nagħtik kollox
f'mument wieħed. Jiena 'l fuq
mil-liġijiet kollha.
24 ta’ Ġunju. Wara t-Tqarbin,
smajt dan il-kliem: Kun af ,
binti, li f’mument wieħed Jiena
nista’ nagħtik dak kollu li hemm
bżonn għat-twettiq ta’ din
l-opra. Wara dan il-kliem,
dawl straordinarju baqa’ ġewwa
ruħi, u dak kollu li Alla kien
qed jitlob deher f’għajnejja
hekk sempliċi li wkoll tifla
żgħira setgħet tagħmlu.
1154.
27 (ta’ Ġunju ). Illum, rajt
il-kunvent tal-Kongregazzjoni
l-ġdida. Kien bini kbir u
spazjuż . Bdejt minn kamra
għall-oħra, nosserva kollox.
Rajt li l-Providenza ta’ Alla
kienet ħasbet għal dak kollu li
kien hemm bżonn. Il-persuni li
kienu qedgħin jgħixu f’dan
il-kunvent ma kinux lebsin ta’
sorijiet, imma spirtu għal
kollox reliġjuż kien qed isaltan
hemm ġewwa, u jiena kont qiegħda
norganizza kollox preċiż bħalma
ried il-Mulej. F’daqqa waħda,
smajt ċanfira mingħand waħda
mis-sorijiet tagħna, “Sor, kif
tista’ twettaq opri bħal dawn?”
Jiena weġibt li mhux jiena kont
qiegħda nwettqu imma l-Mulej li
kien qed jaħdem permezz tiegħi,
u li jiena kelli
l-awtorizzazzjoni għal kollox.
Waqt il-Quddies, irċevejt dawl u
għarfien profond dwar din
il-opra kollha, u ma’ baqa’
l-ebda dell ta’ dubju f’ruħi.
1155.
Il-Mulej bħal speċi tani
għarfien tar-rieda Tiegħu taħt
tliet aspetti, imma kollha
jinġabru waħda. (nota198)
L-ewwel waħda hi li l-erwieħ li
huma maqtugħin mid-dinja għad
ikunu jaqbdu bħala offerta
quddiem it-tron ta’ Alla u
jittallbu ħniena għad-dinja
kollha . . . u permezz tat-talb
tagħhom jakkwistaw barkiet
għas-saċerdoti, u permezz
tat-talb tagħhom huma jħejju
d-dinja għall-aħħar miġja ta’
Ġesu’.
1156.
It-tieni waħda hi t-talb maqgħud
mal-att tal-ħniena. B’mod
partikolari, dawn jiddefendu
l-erwieħ tat-tfal mill-ispirtu
tal-ħażen. Talb u atti l-ħniena
huma kulma jeħtieġu jagħmlu dawn
l-erwieħ, u wkoll l-ifqar
persuni jistgħu jingħaddu
magħhom. U f’din id-dinja
egoista huma jippruvaw iqanqlu
l-imħabba, il-ħniena ta’ Ġesu’.
1157.
It-tielet hija talb u atti
tal-ħniena, mingħajr l-obbligu
tal-voti. Imma meta huma jagħmlu
dan, dawn il-persuni jkollhom
sehem mill-merti u l-privileġġi
kollha tal-(Kongregazzjoni)
kollha. Kulħadd fid-dinja jista’
jkun f’dan il-grupp.
1158.
Membru ta’ dan il-grupp irid
jagħmel almenu att wieħed ta’
ħniena kuljum; almenu wieħed,
imma jista’ jagħmel ħafna iżjed,
għax atti bħal dawn jista’
jagħmilhom faċilment kulħadd,
ukoll l-ifqar fost l-fqar. Għax
hemm tliet modi kif wieħed
jista’ jagħmel att ta’ ħniena:
kelma ta’ ħniena, ta’ maħfra u
faraġ; it-tieni mod, jekk ma
tistax toffri lanqas kelma
waħda, mela itlob – dik ukoll hi
ħniena; u t-tielet mod, opri
tal-ħniena. U meta jasal l-Aħħar
Jum, niġu ġġudikati fuq dan, u
fuq din l-bażi nirċievu
l-verdett għall-eternita’.
1159.
Infetħu bibien is-sema għalina.
Ejjew numru r-rieda li
napprofittaw minnhom qabel ma
jasal il-jum tal-ġustizzja ta’
Alla. U dak għad ikun jum
tal-biża’!
1160.
Meta darba jiena staqsejt
lill-Mulej Ġesu’ kif jista’
jittollera tant dnubiet u
delitti mingħajr ma
jikkastighom, il-Mulej weġibni,
Biex nikkastiga (lil
dawn) għandi l-eternita’, u
għalhekk Jiena qiegħed intawwal
iż-żmien tal-ħniena minħabba
(il-midinbin). Imma ħażin
għalihom jekk huma ma jgħarfux
dan iż-żmien taż-żjara Tiegħi.
Binti, segretarja tal-ħniena
Tiegħi, id-dmir tiegħek mhux
biss li tikteb dwar il-ħniena
Tiegħi u xxandarha, imma wkoll
li tittallab għal din il-grazzja
għalihom, sabiex huma wkoll
jaslu li jigglorifkaw il-ħniena
Tiegħi.
1161.
Illum, ruħi batiet tant agunija
li jiena bdejt nilmenta
mal-Mulej Ġesu’, “Ġesu’, kif
tista’ tħallini waħdi? Lanqas
pass wieħed ‘il quddiem waħdi ma
nista’ nagħmel. Inti ħadtli
l-konfessur tiegħi, u Inti stess
qed tistaħba minni. Inti żgur
taf, Ġesu’ li waħdi jiena ma
nafx xejn ħlief li naħli
l-grazzji Tiegħek, Ġesu’, trid
tirranġa l-affarijiet sabiex
Patri Andrasz jerġa’ jiġi lura.”
Imma komplejt inħoss dieqa ta’
qalb.
1162.
Ġietni f’moħħi mmur għand xi
saċerdot u ngħidlu bid-dwejjaq
tiegħi kif ukoll b’xi
ispirazzjonijiet diversi, sabiex
hu jkun jista’ jagħtini
s-soluzzjoni; jiena għidt
lill-Madre Superjura (Irene)
b’din l-idea. Il-Madre wieġbet,
“Qed nifhem, Sor, li int
għaddejja minn żmien diffiċli,
imma bħalissa, verament ma naf
bl-ebda saċerdot li jgħodd
għalik. Hekk jew hekk, Patri
Andrasz dalwaqt jiġi lura. Mela,
għalissa, mur u għid kollox
lill-Mulej Ġesu’.”
1163.
X’ħin mort nitkellem ftit
mal-Mulej, smajt vuċi ġewwa ruħi
. . . Tiegħi. Minix ser
nagħtik il-grazzja li turi lilek
innifsek lil xi ħaddieħor u
wkoll li kieku kellek tikxef
lilek innifsek, Jiena ma nagħtix
lil dak is-saċerdot il-grazzja
li jkun jeħtieġ biex jifhmek.
F’dan iż-żmien, hija x-xewqa
Tiegħi li inti tissaporti lilek
innifsek bil-paċenzja. Binti,
mhix ir-rieda Tiegħi li inti
tgħid lil kulħadd bid-doni li
Jiena tajtek. Jiena afdajtek
fil-kura tal-ħabib tal-Qalb
Tiegħi, u taħt id-direzzjoni
tiegħu ruħek għad twarrad. Jiena
tajtu d-dawl li hu jagħraf
il-ħajja Tiegħi f’ruħek.
1164.
Binti, meta Jiena kont ninsab
quddiem Erodi, ksibtlek grazzja;
jiġifieri, li inti tkun kapaċi
togħla ‘l fuq mid-disprezz uman
u timxi bil-fedelta’ fil-passi
Tiegħi. Żomm is-skiet meta ma
jkunux iridu jammettu u
jaċċettaw il-verita’ tiegħek,
għax ikun f’dak il-waqt li inti
titkellem b’elokwenza ikbar.
1165.
Kun af din il-ħaġa, binti: jekk
inti tissielet għall-perfezzjoni
inti tqaddes ħafna erwieħ; u
jekk inti ma titqabadx
għall-qdusija, bl-istess
raġunar, ħafna erwieħ jibqgħu
imperfetti. Kun af li
l-perfezzjoni tagħhom tiddependi
mill-perfezzjoni tiegħek, u
l-patri l-kbira
tar-responsabbilta’ għal dawn
l-erwieħ taqa’ fuqek.
1166.
Imbagħad Hu qalli, Tibżax,
binti; imma ibqa’ fidila biss
għall-grazzja Tiegħi . . .
1167.
Satana ammetta miegħi li jiena
l-mira tal-mibgħeda tiegħu. Huwa
qalli li “elf ruħ jagħmluli
inqas ħsara milli tagħmel inti
meta inti titkellem dwar
il-ħniena kbira tas-Setgħani.
L-ikbar midinbin jerġgħu jiksbu
l-fiduċja u jerġgħu lura għand
Alla, u jiena nitlef kollox.
Imma iktar minn hekk, inti
tippersegwitani personalment
b’dik il-ħniena bla tarf
tas-Setgħani.” Jiena ħadt nota
tal-mibgħeda kbira li Satana
għandu għall-Ħniena ta’ Alla. Ma
jridx jammetti u jaċċetta li
Alla Hu tajjeb.
1168.
29 ta’ Ġunju 1937. Waqt
il-kolazzjon illum Patri Andrasz
sellem lill-komunita’ kollha
bit-telefon. Diġa’ ġie lura
(minn Ruma), u llum stess wara
nofs inhar ġie jarana.
Is-sorijiet li pprofessaw,
in-novizzi, u ż-żewġ gruppi ta’
studenti nġabru fil-bitħa
(il-grawnd tat-tfajliet quddiem
il-bini) u qagħdu jistennew lil
dan is-saċerdot, missierna
l-għażiż. It-tfal tawh merħba
bil-kant u l-poeżiji, u mbagħad
tlabnieh ikellimna dwar Ruma u
l-ħafna affarijiet sbieħ li hu
kien ra hemmhekk. Dam jitkellem
iktar minn sagħtejn, u minħabba
f’hekk ma kienx għad baqa’ ħin
għad baqa’ ħin biex nitkellmu
waħedna.
1169.
Illum, ruħi daħlet f’għaqda
mill-qrib mal-Mulej. Hu
għarrafni kif jiena għandi
dejjem nintelaq fir-rieda
qaddisa Tiegħu: F’waqt
wieħed, Jiena nista’ nagħtik
iżjed milli inti kapaċi tixtieq.
1170.
30 ta’ Ġunju 1937. Illum,
il-Mulej qalli, Jiena ridt
neżalta lil din
il-Kongregazzjoni ħafna drabi,
imma ma nistax nagħmlu dan
minħabba s-suppervja tagħha. Kun
af, binti, li Jiena ma nagħtix
il-grazzji Tiegħi lill-erwieħ
suppervi, u Jiena saħansitra
noħdilhom il-grazzji li nkun
tajthom.
1171.
Illum Swor Jolanta (nota199)
talbitni nagħmel patt magħha: hi
titlob għalija, u jien nitlob
għat-tfajliet fil-klassi tagħha
f’Vilnius. Ngħid għalija, jiena
dejjem nitlob għall-ħidma
tagħna, imma ddeċidejt li nitlob
għall-klassi f’Vilnius għal
xahrejn, u Swor Jolanta ser
tgħid tliet Ave Marijiet
lill-Verb Inkarnat kuljum
bl-intenzjoni li jiena jkolli
ġid spiritwali mill-grazzja ta’
Alla. Il-ħbiberija tgaħna niżlet
iktar fil-fond.
1172.
1 ta’ Lulju 1937. Ix-xahar ta’
Lulju.
Illum waqt l-Anġelus, il-Mulej
tani għarfien tal-imħabba li
Alla għandu għall-bnedmin,
imħabba li ħadd ma jista’
jifhimha. Hu jgħollina ‘l fuq sa
fejn jinsab Hu fid-divinita’
Tiegħu. L-uniċi motivi Tiegħu
huma l-imħabba u l-ħniena bla
tarf. Għalkemm Inti tgħarrafna
b’dan il-misteru permezz ta’
anġlu, Inti stess twettqu.
1173.
Minkejja l-paċi profonda li ruħi
qiegħda tgawdi, jiena qiegħda
nissielet il-ħin kollu, u ħafna
drabi tkun ġlieda ħarxa għalija
li nimxi bil-fedelta’ fit-triq
tiegħi; jiġifieri, it-triq li
l-Mulej Ġesu’ jridni nimxi fiha.
U t-triq tiegħi hi li dejjem u
f’kollox inkun fidila lejn
ir-rieda ta’ Alla, l-aktar billi
nkun fidila
għall-ispirazzjonijiet li jkolli
ġewwa fija sabiex inkun strument
sensittiv f’idejn Alla biex
titwettaq l-opra tal-ħniena
Tiegħu bla tarf.
1174.
4 ta’ Lulju 1937. L-ewwel Ħadd
tax-xahar.
L-irtir ta’ kull xahar.
Illejla, ħejjejt ruħi bi premura
kbira u domt nitlob lill-Ispirtu
s-Santu sabiex jindenja ruħu
jagħtini d-dawl Tiegħu u joħodni
taħt il-gwida speċjali Tiegħu;
(tlabt) ukoll lill-Madonna,
lill-Anġlu Kustodju tiegħi, u
lill-qaddisin patruni tagħna.
(nota200)
1175.
Frott tal-Meditazzjoni.
Kwalunkwe ħaġa li Ġesu’ kien
jagħmel, kien jagħmilha sewwa.
Hu baqa’ għaddej, jagħmel
it-tajjeb. Il-mod kif kien iġib
ruħu kien mimli tjubija u
ħniena. Kien imidd il-passi
Tiegħu fit-triq tal-kompassjoni.
Lejn l-għedewwa Tiegħu Hu wera
tjubija, qalb tajba u kien
jifhimhom, u lejn dawk fil-bżonn
l-għajnuna u l-konsolazzjoni.
Iddeċidejt li nirrifletti
bil-fedelta’ ġewwa fija dawn
il-karatteristiċi ta’ Ġesu’
matul dan ix-xahar, ukoll jekk
dan kien jiswieli ħafna.
1176.
Waqt l-Adorazzjoni, smajt vuċi
ġewwa ruħi: Dawn l-isforzi
tiegħek, binti, lili jogħġbuni;
huma l-għaxqa ta’ Qalbi. Jiena
nista’ nara kull moviment
tal-qalb tiegħek, li bih inti
tagħtini qima.
Eżami Partikulari
1177.
Kontinwazzjoni tal-istess ħaġa:
li ningħaqad ma’ Kristu ħanin.
F’ġieħ il-Passjoni ħarxa Tiegħu,
jiena ser nitlob lill-Missier
tas-Sema għad-dinja kollha. Punt
tar-regola: osservanza stretta
tas-skiet.
Irrid ngħarbel fil-fond
tal-esseri tiegħi u nrodd ħajr
lil Alla għal kollox, filwaqt li
ningħaqad ma’ Ġesu’. Miegħu,
fih, u permezz Tiegħu, jiena
nagħti glorja lil Alla.
1178.
O Mulej, Imħabba tiegħi, jiena
nroddlok ħajr għal dan il-jum
meta Inti ppermettejtli niġbed
teżor ta’ grazzji mill-għajn
tal-ħniena Tiegħek bla tarf. O
Ġesu’, mhux illum biss, imma
f’kull mument, jiena niġbed
mill-ħniena Tiegħek bla tarf dak
kollu lir-ruħ u l-ġisem jistgħu
jixtiequ.
1179.
7 ta’ Lulju 1937. Fi żminijiet
ta’ dubju: jiġifieri, meta r-ruħ
hi dgħajfa, ħalli titlob lil
Ġesu’ stess sabiex jaħdem Hu.
Għalkemm taf li hi għandha
taħdem permezz tal-grazzja ta’
Alla, xorta waħda f’ċerti
żminijiet, ikun aħjar li tħalli
l-ħidma kollha f’idejn Alla.
1180.
15 ta’ Ġunju (Lulju) 1937.
Darba, sirt naf li kelli niġi
trasferita għal dar oħra. Sirt
naf b’din il-ħaġa b’mod għal
kollox interjuri. Fl-istess ħin,
smajt vuċi ġewwa ruħi:
Tibżax, binti, hija r-rieda
Tiegħi li inti tibqa’ hawn.
Il-pjanijiet umani għad jiġu
mfixklin, ladarba jridu
jikkonformaw mar-rieda Tiegħi.
1181.
X’ħin kont qrib tal-Mulej, Hu
qalli, Għaliex qed tibża’
tibda l-opra li Jiena
kkmandajtek tagħmel? Jiena
weġibt, “Għaliex tħallini waħdi
f’waqtiet bħal dawn, Ġesu’, u
għaliex ma nkunx nista’ nħoss
il-preżenza Tiegħek?” Binti,
għalkemm inti ma tindunax bija
fil-fond l-iktar sigriet ta’
qalbek , xorta waħda ma tistax
tgħid li Jiena ma ninsabx
hemmhekk. Jiena nneħħilek biss
is-sens li inti ma tkun konxja
tal-preżenza Tiegħi, u dan
m’għandux ikun ostaklu biex inti
twettaq ir-rieda Tiegħi. Jiena
dan nagħmlu sabiex nilħaq
l-iskopijiet Tiegħi li ħadd ma
jifhimhom, u li inti għad issir
tafhom iżjed tard.
Binti, kun af bla ebda dubju, u
darba għal dejjem, li d-dnub
mejjet biss ikeċċini minn
ġor-ruħ, u xejn iżjed.
1182.
+ Illum il-Mulej qalli,
Binti, pjaċir u għaxqa Tiegħi,
xejn m’hu ser iwaqqafni milli
nagħtik grazzji. Il-miżerja
tiegħek ma ttellifx il-ħniena
Tiegħi. Binti, ikteb li iktar ma
tkun kbira l-miżerja tar-ruħ,
iktar għandha dritt fuq
il-ħniena Tiegħi; (ħajjar)
lill-erwieħ kollha sabiex
jafdaw fl-abbiss bla qiegħ
tal-ħniena Tiegħi, għax Jiena
rrid insalvahom kollha kemm
huma. Fuq is-salib, il-lanza
fetħet beraħ l-għajn tal-ħniena
Tiegħi għall-eriweħ kollha –
Jiena ma ħallejt barra lil ħadd!
1183.
O Ġesu’, irrid ngħix il-mument
ta’ issa, ngħix bħallikieku dan
kien l-aħħar jum ta’ ħajti.
Irrid nuża kull mument b’mod
skrupluż għall-ikbar glorja ta’
Alla, nuża kull ċirkustanza
għall-ġid ta’ ruħi. Irrid
inħares lejn kollox, mill-att li
xejn ma jiġri mingħajr ir-rieda
ta’ Alla.
Alla ta’ ħniena bla tarf,
għannaq id-dinja u ferra’ Lilek
innifsek fuqna permezz tal-Qalb
ħanina ta’ Ġesu’.
1184.
F’okkażjoni li ġrat qabel.
Filgħaxija, rajt lill-Mulej
Ġesu’ fuq is-salib. Id-Demm
l-iżjed Qaddis Tiegħu ħiereġ
igelgel minn idejh, saqajh u
ġenbu. Ftit wara, Ġesu’ qalli,
Dan kollu għas-salvazzjoni
tal-erwieħ. Aħseb sewwa, binti,
dwar x’inti tagħmel
għas-salvazzjoni tagħhom.
Jiena weġibt, Ġesu’, meta jiena
nħares lejn it-tbatija Tiegħek,
nista’ nara li dak li jiena
qiegħda nagħmel għas-salvazzjoni
tal-erwieħ tista’ tgħid ma jiswa
xejn.” U l-Mulej qalli, Kun
af, binti, li l-martirju tiegħek
fis-skiet minn jum għall-ieħor
f’sottomissjoni sħiħa għar-rieda
Tiegħi qiegħed idaħħal ħafna
erwieħ fil-ġenna. U meta
jidhirlek lit-tbatija tiegħek
tkun qed tegħleb lil saħħtek,
ikkontempla l-Pjagi Tiegħi, u
inti jirnexxilek togħla ‘l fuq
mid-disprezz u l-ġudizzju uman.
Il-meditazzjoni fuq il-Passjoni
Tiegħi tgħinek togħla ‘l fuq
minn kollox. Fhimt ħafna
affarijiet li qabel ma kienx
irnexxieli nifhimhom.
1185.
9 ta’ Lulju 1937. Illejla, waħda
mis-sorijiet mejtin ġiet u
talbitni jum wieħed ta’ sawm u
qaltli noffri l-eżerċizzi
(spiritwali) tiegħi kollu
dakinhar għaliha. Jiena weġibt
li hekk kont sejra nagħmel.
1186.
Minn kmieni l-għada filgħodu,
offrejt kollox għall-intenzjoni
tagħha. Waqt il-Quddiesa, kelli
esperjenza qasira tat-turmenti
tagħha. Kelli esperjenza ta’
xenqa hekk kbira għal Alla li
ħassejtni qisni qiegħda mmut
bix-xewqa li kelli li ningħaqad
miegħu. Din il-ħaġa ftit damet,
imma fhimt xi jħossu l-erwieħ
tal-purgatorju bix-xewqa li
għandhom.
1187.
X’ħin spiċċat il-Quddiesa,
fil-pront tlabt il-permess
tal-Madre Superjura sabiex
insum, imma ma tatulix minħabba
l-mard tiegħi. X’ħin dħalt
fil-kappella, smajt dan
il-kliem: “Li kieku int somt
Sor, ma kienx ikolli serħan sa
filgħaxija, imma minħabba
l-ubbidjenza tiegħek, li ma
ħallitekx issum, kelli serħan
fil-pront. L-ubbidjenza għandha
ħafna qawwa.” Wara dan il-kliem
smajt: “Jalla Alla jippremjak.”
1188.
Ta’spiss nitlob għal-Polonja,
imma nara li Alla hu nkurlat
sewwa magħha minħabba
l-ingratitudni tagħha.
(nota201) Jiena nuża s-saħħa
kollha ta’ ruħi biex
niddefendiha. Il-ħin kollu
nfakkar lil Alla fil-wegħdiet
tal-ħniena Tiegħu. Meta jiena
nara l-korla Tiegħu, nintefa’
bil-fiduċja fl-abbiss tal-ħniena
Tiegħu, u nitfa’ ġo fih
lill-Polonja kollha, u mbagħad
Hu ma jkunx jista’ juża
l-ġustizzja Tiegħu. Pajjiżi,
kemm tiswieli! Ma tgħaddix
ġurnata li fiha jiena ma nitlobx
għalik.
1189.
(Sentenza minn San Vinċenz de
Paule: “Il-Mulej dejjem imidd
idu għal xi opra meta jneħħi
min-nofs il-mezzi kollha umani u
jikkmandana nagħmlu xi ħaġa li
hi akbar minn saħħitna.”)
1190.
+ Ġesu’. – Mil-pjagi Tiegħi
kollha, bħal minn għejjun,
toħroġ tgelgel il-ħniena
għall-erwieħ, imma l-pjaga
fil-Qalb Tiegħi hi l-għajn ta’
ħniena bla tarf. Minn din
il-għajn joħorġu l-grazzji
kollha għall-erwieħ. Il-fjammi
tal-kompassjoni jaħarquni.
Għandi xewqa kbira li
nferragħhom fuq l-erwieħ. Kellem
lid-dinja kollha dwar il-ħniena
Tiegħi.
1191.
Sakemm nibqgħu ngħixu, tibqa’
tikber ġewwa fina l-imħabba ta’
Alla. Sakemm immutu, għandna
nibqgħu nissieltu għall-imħabba
ta’ Alla. Tgħallimt
mill-esperjenza li erwieħ li
jgħixu fl-imħabba jintgħarfu
minn din il-ħaġa: li huma
jkollhom dawl kbir dwar
l-affarijiet ta’ Alla kemm ġewwa
ruħhom stess kif ukoll fl-erwieħ
tal-oħrajn. U erwieħ sempliċi,
bla ebda edukazzjoni, huma
tal-għaġeb fl-għerf li jkollhom.
1192.
Fl-erbatax l-istazzjon, tiġini
sensazzjoni li Ġesu’ niżel
ġol-art.
Meta ruħi tkun tinsab imdejqa,
jiena nibda naħseb biss b’dan
il-mod: Ġesu’ Hu tajjeb u kollu
ħniena, u wkoll li kieku l-art
kellha ċċedi taħt saqqajja;
jiena ma niqafx nafda fih.
1193.
Illum, jiena smajt dan il-kliem:
Binti, għaxqa tal-Qalb
Tiegħi, Jiena nħares ġewwa ruħek
bi pjaċir. Jiena nagħti ħafna
grazzji minħabba fik biss. Jiena
wkoll inżomm lura l-kastigi
Tiegħi minħabba fik biss. Inti
żżommni lura, u Jiena ma nistax
niġġustifika dak li l-ġustizzja
Tiegħi qiegħda titlob. Inti
torbotli idejja bi mħabbtek.
1194.
13 ta’ Lulju 1937. Illum, Ġesu’
tani d-dawl dwar kif għandi nġib
ruħi ma’ waħda mis-sorijiet li
kienet staqsietni dwar ħafna
affarijiet spiritwali li dwarhom
hi kellha d-dubji. Imma
bażikament ma kenitx din
il-biċċa xogħol; hija riedet
biss issir taf l-opinjoni tiegħi
dwar dawn l-affarijiet biex
ikollha xi ħaġa x’tgħid fuqi
mas-sorijiet l-oħrajn. O, li
kieku tenniet l-istess kliem li
jiena kont għidtilha mingħajr
tidwir u żidiet! Ġesu’ wissieni
dwarha. Iddeċidejt li nitlob
għaliha, għax it-talb biss
jista’ jdawwal lil dik ir-ruħ.
1195.
O Ġesu’ tiegħi, xejn ma jista’
jiġbed ‘l isfel l-idejali
tiegħi; jiġifieri, l-imħabba li
jiena għandi għalik. Għalkemm
it-triq hi mimlija xewk, ma
nibżax nimxi ‘l quddiem. Ukoll
li kieku kellha tiksini ħalba
silġ ta’ persekuzzjonijiet;
ukoll li kieku ħbiebi
jabbadandunawni, ukoll li kieku
kollox kellu jdur kontrija, u
l-orizzont jiswied; ukoll li
kieku kellha tfaqqa’ tempesta
qalila, u jiena nħossni għal
kollox waħdi u jkolli nħabbat
wiċċi magħha kollha kemm hi;
xorta waħda ma nitlifx il-paċi u
nibqa’ nafda fil-ħniena Tiegħek,
O Alla tiegħi, u t-tama tiegħi
ma tkunx diżappuntata.
1196.
Illum, x’ħin avviċinatni ċerta
soru li kien imissha x-xogħol
fir-refettorju (il-kamra fejn
jieklu s-sorijiet, fejn
is-sorijiet iservu fil-ħin
tal-ikel skont kif imisshom),
kelli esperjenza ta’ tbatija
ħarxa fil-postijiet fejn jinsabu
l-Pjagi. Ingħatajt l-għarfien
tal-istat ta’ ruħha. Tlabt ħafna
għaliha.
1197.
F’daqqa waħda ikkalma l-maltemp.
Illejl li għadda kien hemm
maltempata terribbli. Baxxejt
wiċċi mal-art u bdejt ngħid
il-Litanija tal-Qaddisin. Qrib
it-tmiem tal-Litanija, tant
qabadni ngħas li ma stajt
bl-ebda mod nispiċċa t-talba.
Imbagħad qomt u għidt
lill-Mulej, “Ġesu’, ikkalma
t-tempesta, għax it-tifla
Tiegħek mhix kapaċi titlob
iżjed, u jiena għandi ħafna
ngħas.” Wara dan il-kliem, ftaħt
it-tieqa beraħ u lanqas biss
użajt il-ganġetti biex ma
ssabbatx. Swor N. (probabilment
Swor Fabiola Pawluk) imbagħad
qaltli, “Sor, x’inti tagħmel!
Ir-riħ żgur ser iqaċċat dik
it-tieqa!” Jiena għidtilha tmur
torqod fil-paċi, u f’daqqa waħda
t-tempesta waqfet għal kollox.
L-għada, is-sorijiet kienu
qedgħin jitkellmu fuq kif
it-tempesta waqfet f’daqqa
waħda, mingħajr ma kienu jafu
dan x’kien ifisser. Jiena
m’għidt xejn, imma biss ħsibt
ġewwa fija: Ġesu’ u Fawstina
ċ-ċkejkna jafu x’kien ifisser .
. .
1198.
L-20 (ta’ Lulju 1937). Illum
sirt naf li għandi mmur Rabka.
(nota202) Ma kellix
nitlaq sal-5 ta’ Awissu, imma
tlabt lill-Madre Superjura
(Irene) biex tħallini mmur
fil-pront. Ma kontx rajt lil
Patri Andrasz xejn, u tlabtha
tħallini nitlaq malajr kemm
jista’ jkun. Il-Madre Superjura
kienet daqsxejn sorpriża li
jiena ridt nitlaq daqshekk
malajr, imma jiena ma spjegajtx
x’kienet ir-raġuni li ridt
nagħmel din il-ħaġa. Dik tibqa’
sigrieta għal dejjem. F’dawn
iċ-ċirkustanzi, għamilt
riżoluzzjoni u ser nibqa’
nżommha.
1199.
29 (ta’Lulju). Illum se nitlaq
għal Rabka. Mort fil-kappella u
tlabt lill-Mulej Ġesu’ jagħtini
vjaġġ tajjeb. Imma f’ruħi kien
hemm skiet u dlam. Ħassejtni
waħdi għal kollox u ma kellix
għand min (immur). Tlabt lil
Ġesu’ jkun miegħi. Imbagħad
ħassejt raġġ ċkejken ta’dawl
ġewwa ruħi bħala sinjal li Ġesu’
kien miegħi imma, wara din
il-grazzja, żdiedu d-dlam u
d-dellijiet ġewwa ruħi. Imbagħad
jiena għidt, “Tkun magħmula
r-rieda Tiegħek, għax kollox
possibli għalik.” X’ħin kont fuq
it-tren u bdejt inħares
mit-tieqa lejn il-kampanja
sabiħa u lejn il-muntanji, bdew
jikbru iżjed it-turmenti f’ruħi.
Kif is-sorijiet tawni merħba u
bdew iduru madwari u jilqgħuni,
irduppjaw t-tbatijiet tiegħi.
1200.
Xtaqt kieku nistaħba u nistrieħ
għal ftit fis-solitudni, f’kelma
waħda, li nkun waħdi. F’mumenti
bħal dawn, l-ebda ħlejqa ma tkun
kapaċi tfarraġni, u wkoll li
kieku ridt ngħid xi ħaġa dwari,
kont inġarrab mill-ġdid dieqa
f’qalbi. Għalhekk, żammejt
is-skiet f’mumenti bħal dawn, u
ssottomettejt ruħi, għar-rieda
ta’ Alla – u din il-ħaġa
serrħitni. Jiena ma nitlob xejn
mill-ħlejjaq u nikkomunika
magħhom biss sakemm hemm bżonn.
Ma nafdax fihom jekk dan ma
jkunx għall-ikbar glorja ta’
Alla. Jiena nikkomunika
mal-anġli. (ara Mt 18:10, Eż
23:20).
1201.
Iżda tant qiegħda nħossni marida
hawnhekk, li jkolli noqgħod
fis-sodda. Inħoss uġigħ stramb u
qawwi ma’ sidri kollu; lanqas
nista’ nċaqlaq idi. Lejl
minnhom, kelli noqgħod ma
niċċaqlaqx, għax deherli li jekk
kont ser niċċaqlaq, kulma għandi
fil-pulmuni kien ser jiċċarrat.
Il-lejl ma kien ser jispiċċa
qatt. Ingħaqadt ma’ Ġesu’
Msallab, u tlabt lill-Missier
tas-sema għall-midinbin. Jgħidu
li l-mard tal-pulmun ma
jikkawżax uġigħ hekk qawwi, imma
jiena qiegħda nbati dan l-uġigħ
qawwi l-ħin kollu. Saħħti tant
marret lura hawnhekk li jkolli
noqgħod fis-sodda, u Swor N.
(probabilment Swor Helen)
(nota203) tgħid li minix ser
niġi għall-aħjar, għax il-klima
ta’ Rabka mhix tajba għal kull
persuna li tinsab marida.
1202.
Lanqas stajt immur il-Quddies
jew nitqarben illum imma, fost
it-tbatijiet tar-ruħ u l-ġisem,
bqajt intenni, “ Tkun magħmula
r-rieda tal-Mulej. Jiena naf li
l-ġenerożita’ Tiegħek
m’għandhiex limiti.” Imbagħad
smajt anġlu li kanta l-istorja
ta’ ħajti kollha u kulma kien
fiha. Kont sorpriża, imma
ssaħħaħt ukoll.
1203.
San Ġużepp ħeġġiġni biex ikolli
devozzjoni lejh il-ħin kollu. Hu
stess qalli ngħid tliet darbiet
(il-Missierna, is-Sliema, u
l-Glorja) u l-Memorare
(nota204) darba kuljum. Hu
ħares lejja bi tjubija kbira u
tani x’nifhem kemm hu qiegħed
jgħin f’din l-opra (tal-ħniena).
Hu wegħedni din l-għajnuna
speċjali u l-ħarsien tiegħu.
Jiena nitlob it-talb li qalli
ngħid kuljum u nħoss il-ħarsien
speċjali tiegħu.
1 ta’ Awissu 1937. Irtir ta’
ġurnata.
1204.
Irtir ta’ tbatija. O Ġesu’,
f’dawn il-jiem ta’ tbatija,
m’inix kapaċi nitlob bl-ebda
mod. Id-dwejjaq żdiedu f’ruħi u
f’ġismi. O Ġesu’ tiegħi, Inti
tista’ tara li bintek tinsab
fit-triq tan-niżla. M’inix
qiegħda nisforza lili nnifsi
iktar, imma qiegħda sempliċiment
nissottometti r-rieda tiegħi
għar-rieda ta’ Ġesu’. O Ġesu’,
Inti dejjem Ġesu’ għalija.
1205.
Meta mort inqerr, lanqas biss
kont naf kif kelli nqerr. Iżda,
is-saċerdot (probabilment Patri
Casimir Ratkiewicz) (nota205)
għaraf il-kundizzjoni ta’ ruħi
mill-ewwel u qalli, “Minkejja
kollox, inti tinsab miexja
fit-triq tas-salvazzjoni; tinsab
miexja fit-triq it-tajba, imma
Alla jista’ jħallilek ruħek
f’din id-dalma sal-mewt, u
jista’ jkun li d-dawl ta’ qabel
ma jerġa’ jiġi lura qatt. Imma
f’kollox intelaq għar-rieda ta’
Alla.”
1206.
Illum bdejt novena lill-Madonna
Mtellgħa s-Sema għal tliet
intenzjonijiet: l-ewwel, li nkun
nista’ nara lir-Reverendu Dr
Sopocko; it-tieni, li Alla
jħaffef biex iwassal din l-opra;
u t-tielet, għall-intenzjoni ta’
pajjiżi.
1207.
10 ta’ Awissu. Illum sejra lura
Krakovja, fil-kumpanija ta’
waħda mis-sorijiet. Ruħi tinsab
imgeżwra fit-tbatija. Jiena
kontinwamet ningħaqad Miegħu
permezz ta’ att tar-rieda
tiegħi. Huwa s-saħħa u l-qawwa
tiegħi.
1208.
Tkun imbierek, O Alla, għal dak
kollu li inti tibgħatli. Xejn
taħt il-kappa tax-xemx ma jiġri
mingħajr ir-rieda Tiegħek. Ma
nistax ninfed is-sigrieti
Tiegħek f’dak li għandu x’jaqsam
miegħi, imma nagħfas xofftejja
mal-kalċi li Inti qed toffrili.
1209.
Ġesu’, jiena nafda Fik.
Novena lill-Ħniena Divina
(nota206)
li Ġesu’ qalli niktibha u
nagħmilha qabel il-Festa
tal-Ħniena.
Din tibda fil-jum tal-Ġimgħa
l-Kbira.
Jiena nixtieq li matul dawn
id-disat ijiem inti ġġib
l-erwieħ fejn l-għajn tal-ħniena
Tiegħi, sabiex huma jieħdu
minnha saħħa u serħan u dawk
il-grazzji kollha li jkollhom
bżonn fit-tbatijiet tal-ħajja u,
l-aktar, fis-siegħa tal-mewt.
Kuljum inti ġġib f’Qalbi grupp
differenti ta’ erwieħ, u inti
ddaħħalhom f’dan l-oċejan
tal-ħniena Tiegħi, u Jiena nieħu
dawn l-erwieħ kollha fid-dar ta’
Missieri. Inti tagħmel dan f’din
il-ħajja u f’dik li ġejja; Jiena
ma niċħad xejn lil ebda ruħ li
inti ġġib fejn l-għajn
tal-ħniena Tiegħi. Kuljum inti
titlob lil Missieri, grazzji
għal dawn l-erwieħ, f’ġieħ
il-Passjoni ħarxa Tiegħi.
Jiena weġibt, “Ġesu’, jiena ma
nafx kif għandi nagħmel din
in-Novena jew liema erwieħ
għandi nġiblek l-ewwel fil-Qalb
l-iktar ħanina Tiegħek.” Ġesu’
wieġeb li Hu kien ser jgħidli
liema erwieħ kelli nġiblu kuljum
fil-Qalb Tiegħu.
L-Ewwel Jum
1210.
Illum ġibli l-umanita’ kollha,
l-aktar il-midinbin kollha, u
għaddashom fl-oċejan tal-ħniena
Tiegħi. B’dal-mod tfarraġni
min-niket li jkolli minħabba
t-telfa tal-erwieħ.
1211.
O Ġesu’ l-aktar Ħanin, li l-veru
natura Tiegħek hi li jkollok
mogħdrija lejna u li taħfrilna,
la tħarisx lejn dnubietna imma
lejn il-fiduċja li aħna għandna
fit-tjieba Tiegħek bla qjies.
Ilqagħna lkoll f’dak il-post
f’Qalbek wisq ħanina, u tħallina
qatt naħarbu minnha. Dan
nitolbuhulek f’ġieħ l-Imħabba li
tgħaqqdek mal-Missier u
mal-Ispirtu s-Santu.
O Setgħa bla tarf tal-Ħniena
Divina,
Salvazzjoni ta’ poplu midneb,
Inti baħar ta’ ħniena u
mogħdrija;
Inti tgħin lil dawk li jitolbuk
bl-umilta’.
Missier Etern, dawwar il-ħarsa
ħanina Tiegħek fuq l-umanita’
kollha u l-iktar fuq l-imsejkna
midinbin, li dawn huma miġburin
ilkoll fil-Qalb l-iżjed ħanina
ta’ Ġesu’. F’ġieħ il-Passjoni
ħarxa Tiegħu, urina l-ħniena
Tiegħek, sabiex inkunu nistgħu
nfaħħru l-qawwa bla qjies
tal-ħniena Tiegħek għal dejjem
ta’ dejjem. Ammen.
It-Tieni Jum
1212.
Illum ġibli l-erwieħ
tas-saċerdoti u r-reliġjużi u
għaddashom fil-ħniena Tiegħi bla
qjies. Kienu huma li tawni
s-saħħa biex nissaporti
il-Passjoni ħarxa li batejt.
Permezz tagħhom, tinżel
il-ħniena Tiegħi tgelgel fuq
l-umanita’.
1213.
O Ġesu’ l-iktar ħanin, li minnek
ġej dak kollu li hu tajjeb,
kattar il-grazzja Tiegħek fina,
sabiex aħna nkunu nistgħu
nwettqu xogħol siewi ta’ ħniena,
u dawk kollha li jarawna, jagħtu
glorja lill-Missier tal-ħniena
li Hu fis-smewwiet.
L-għajn tal-imħabba ta’ Alla
Tgħammar fi qlub safjin,
Maħsulin fil-baħar tal-ħniena,
Tlellex bħal kwiekeb, tiddi
għas-sebħ.
Missier Etern, dawwar il-ħarsa
ħanina Tiegħek lejn dawk li Inti
għażilt fil-għalqa Tiegħek – fuq
l-erwieħ tas-saċerdoti u
r-reliġjużi; u ikisihom
bil-qawwa tal-Barka Tiegħek.
F’ġieħ l-imħabba tal-Qalb ta’
Ibnek fejn hemm jinsabu
miġburin, agħtihom is-setgħa u
d-dawl Tiegħek, ħalli jkunu
jistgħu jmexxu lill-oħrajn
fit-triq tas-salvazzjoni, u hekk
b’vuċi waħda jkantaw tifħir
lill-ħniena bla qjies Tiegħek
għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
It-Tielet Jum
1214.
Illum ġibli l-erwieħ kollha
devoti u fidili u għaddashom
fl-oċejan tal-ħniena Tiegħi.
Dawn l-erwieħ tawni faraġ
fit-triq tas-Salib. Kienu dik
il-qatra ta’ faraġ f’nofs oċejan
ta’ niket aħrax.
1215.
O Ġesu’ l-aktar ħanin, mit-teżor
tal-ħniena Tiegħek, Inti tqassam
il-grazzji Tiegħek b’abbundanza
fuq kull wieħed u waħda minna.
Ilqagħna f’dak il-post ta’
Qalbek wisq ħanina u tħallina
qatt naħarbu minnha. Din
il-grazzja nitolbuhielek f’ġieħ
dik l-imħabba kbira u tal-għaġeb
li għandek tkebbes f’Qalbek
għall-Missier tas-Sema.
Il-mirakli tal-ħniena huma
impenetrabbli
La l-midneb lanqas il-ġust ma
jifhimhom.
Meta Inti titfa’ fuqna ħarsa ta’
ħniena,
Inti tiġbidna lkoll aktar qrib
ta’ Mħabbtek.
Missier Etern, dawwar il-ħarsa
ħanina Tiegħek lejn l-erwieħ
fidili, bħala l-wirt ta’ Ibnek.
F’ġieħ il-Passjoni ħarxa Tiegħu,
berikhom u ħarishom dejjem.
B’hekk huma qatt ma jonqsu
mill-imħabba jew jitilfu t-teżor
tal-fidi mqaddsa, imma
mal-qtajja’ tal-Anġli u
l-Qaddisin, jkunu jistgħu
ifaħħru l-ħniena Tiegħek bla
qjies għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
Ir-Raba’ Jum
1216.
Illum ġibli lil dawk li ma
jemmnux Fija u lil dawk li
għadhom ma jafunix. Kont qed
naħseb fihom ukoll matul
il-Passjoni ħarxa Tiegħi, u
l-ħerqa li biha għad jitkebbsu
kienet ta’ faraġ għal Qalbi.
Għaddashom fl-oċejan tal-ħniena
Tiegħi.
1217.
O Ġesu’ l-iktar ħanin, Inti
d-Dawl tad-dinja kollha. Ilqa’
fil-kenn tal-Qalb Tiegħek kollha
ħniena l-erwieħ ta’ dawk li
s’issa għadhom ma jemmnux Fik
jew ma jafukx. Agħmel lir-raġġi
tal-grazzja Tiegħek idawwluhom,
sabiex huma wkoll, flimkien
magħna, ifaħħru l-għeġubijiet
tal-ħniena Tiegħek; u la
tħallihomx jitbiegħdu mill-Qalb
l-iżjed Ħanina Tiegħek.
Jalla d-dawl ta’ Mħabbtek
Idawwal lill-erwieħ li jinsabu
fid-dlam;
Agħmel li dawn l-erwieħ għad
isiru jafuk
U, flimkien magħna, ifaħħru
l-ħniena Tiegħek.
Missier Etern, itfa’ ħarstek
ħanina fuq l-erwieħ ta’ dawk li
ma jemmnux f’Ibnek, u ta’ dawk
li għadhom ma jafukx, imma li
diġa’ jinsabu fil-Qalb l-iżjed
ħanina ta’ Ġesu’. Ressaqhom lejn
id-dawl tal-Vanġelu. Dawn
l-erwieħ ma jafux xi jfisser
il-ferħ kbir li jħobbuk. Agħmel
li dawn ukoll ifaħħru it-tjieba
tal-ħniena Tiegħek bla qjies
għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Il-Ħames Jum
1218.
Illum ġibli l-erwieħ tal-insara
li huma mifrudin minn xuxlin, u
għaddashom fl-oċejan tal-ħniena
Tiegħi. Matul il-Passjoni ħarxa
Tiegħi huma qattawli Ġismi u
Qalbi; jiġfieri, il-Knisja
Tiegħi. Meta jerġgħu jidħlu
fil-għaqda mal-Knisja, l-ġrieħi
Tiegħi jfiequ, u b’hekk huma
jtaffuli l-Passjoni Tiegħi.
1219.
O Ġesu’ l-aktar ħanin, Inti li
Int l-istess Tjieba, ma tiċħadx
id-dawl lil min jitolbok. Ilqa’
fil-Qalb l-iżjed ħanina Tiegħek
lill-erwieħ ta’ ħutna mifrudin
minna. Agħtihom id-Dawl Tiegħek
biex jerġgħu lura għall-għaqda
mal-Knisja u tħallilhomx
jitbiegħdu iżjed mill-kenn ta’
Qalbek mimlija mogħrdija; imma
agħmel b’mod li huma wkoll
jibdew ifaħħru l-kobor
tal-ħniena Tiegħek.
Ukoll għal dawk li ċarrtu
l-libsa tal-għaqda Tiegħek,
Għajn ta’ ħniena tgelgel minn ġo
Qalbek
Is-Setgħa bla tarf tal-Ħniena
Tiegħek, O Alla,
Tista’ tmexxi lil dawn l-erwieħ
ukoll ‘il barra mit-triq
żbaljata.
Missier Etern, itfa’ l-ħarsa
ħanina Tiegħek fuq l-erwieħ ta’
ħutna mifrudin, dawk li ħlew
il-ġid u l-grazzji li Inti
sawwabt fuqhom, billi webbsu
rashom fl-iżbalji tagħhom.
Tħarisx lejn l-iżbalji tagħhom,
imma ilqa’ l-imħabba ta’ Ibnek
l-għażiż bil-Passjoni ħarxa li
ġarrab minħabba fihom, ladarba
huma wkoll qedgħin fil-Qalb
l-iżjed ħanina ta’ Ġesu’. Agħmel
li huma wkoll jigglorifkaw
l-ħniena kbira Tiegħek għal
dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Is-Sitt Jum
1220.
Illum ġibli l-erwieħ ta’ qalb
ħelwa u umli u t-tfal
iċ-ċkejknin, u għaddashom
fil-ħniena Tiegħi. Dawn l-erwieħ
l-iktar li jixbħu lil Qalbi.
Huma tawni s-saħħa fil-ħin
tal-agunija ħarxa Tiegħi. Jiena
rajthom bħal anġli tal-art, li
jishru mal-Altari Tiegħi.
Insawwab fuqhom xmajjar sħaħ ta’
grazzji. Ir-ruħ umli biss tista’
tilqa’ l-grazzja Tiegħi. Għandi
fiduċja kbira f’dawn l-erwieħ
umli.
1221.
O Ġesu’ l-aktar Ħanin, Int stess
għidt, “Itgħallmu minni, għax
Jiena ta’ Qalb ħelwa u umli.”
Ilqa’ fil-għamara tal-Qalb
Tiegħek l-iżjed Ħanina l-bnedmin
kollha ta’ qalb ħelwa u umli u
l-erwieħ tat-tfal ċkejknin. Dawn
l-erwieħ isaħħru s-smewwiet, u
huma l-maħbubin tal-Missier
fis-sema. Qishom bukkett fjuri
ta’ riħa ħelwa quddiem it-Tron
ta’ Alla; Alla nnifsu jitpaxxa
bil-fwieħa tagħhom. Dawn
l-erwieħ jgħammru għal dejjem
fil-Qalb l-iżjed ħanina Tiegħek,
O Ġesu’, u jtennu bla waqfien
għanja ta’ mħabba u ta’ ħniena.
1222.
Ruħ li verament ħelwa u umli,
Diġa’ minn fuq din l-art tieħu
nifs tal-arja tal-ġenna
U bil-fwieħa tal-qalb umli
tagħha
Il-Ħallieq innifsu jitpaxxa
biha.
1223.
Missier Etern, dawwar il-ħarsa
ħanina Tiegħek fuq il-bnedmin
ta’ qalb ħelwa u umli, u fuq
l-erwieħ tat-tfal ċkejknin, li
jinsabu miġburin fil-għamara
tal-Qalb l-iżjed ħanina ta’
Ġesu’. Dawn l-erwieħ l-iktar li
jixbhu lil Ibnek l-għażiż.
Il-fwieħa tagħhom titla’
mill-art sat-tron Tiegħek
fis-sema. Missier ta’ ħniena u
ta’ kull tjieba, nitolbok f’ġieħ
l-imħabba li Inti għandek għal
dawn l-erwieħ u f’ġieħ il-għaxqa
li Inti ssib fihom: bierek
id-dinja kollha sabiex
il-bnedmin kollha flimkien
jgħannu t-tifħir tal-ħniena
Tiegħek għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
Is-Seba Jum
1224.
Illum ġibli l-erwieħ li jqimu u
jsebbħu l-ħniena Tiegħi b’mod
speċjali u għaddashom fil-ħniena
tiegħi. Dawn l-erwieħ tnikktu
ħafna minħabba l-Passjoni li
ġarrabt u daħlu fil-fond
tal-Ispirtu Tiegħi. Huma xbihat
ħajjin tal-Qalb ħanina Tiegħi.
Dawn l-erwieħ għad jiddu b’dija
speċjali fil-ħajja li ġejja.
Ħadd minnhom mhu ser imur
fin-nar tal-infern. Fis-siegħa
ta’ mewthom, Jiena ser
niddefendi b’mod partikulari lil
kull wieħed u waħda minnhom.
1225.
O Ġesu’ l-aktar ħanin, li Qalbek
hija l-istess Imħabba, ilqa’
ġewwa l-Qalb l-iżjed ħanina
Tiegħek l-erwieħ ta’ dawk li
jsebbħu u jqimu b’mod
partikulari l-kobor tal-ħniena
Tiegħek. Dawn l-erwieħ huma
setgħana bl-istess setgħa ta’
Alla nnifsu. Huma jibqgħu
mexjin ‘l quddiem fost l-hemm u
t-tbatijiet kollha li jkollkom
iġarrbu, għax jafdaw fil-ħniena
Tiegħek. Dawn l-erwieħ huma
maqgħudin Miegħek, O Ġesu’ u qed
jerfgħu fuq spallejhom
l-umanita’ kollha. Dawn l-erwieħ
ma jiġux iġġudikati severament,
imma l-ħniena Tiegħek tħaddanhom
waqt li jkunu qed iħallu din
il-ħajja.
Ruħ li tfaħħar it-tjieba
tal-Mulej tagħha
Hi speċjalment maħbuba Minnu.
Hija tinsab dejjem qrib il-għajn
ħajja
U tiġbed il-grazzji mill-Ħniena
Divina.
Missier Etern , dawwar ħarstek
ħanina fuq l-erwieħ li jsebbħu u
jqimu l-akbar attribut Tiegħek,
dik tal-ħniena Tiegħek bla
qjies, u li jinsabu magħluqin
fil-Qalb l-iżjed ħanina ta’
Ġesu’. Dawn l-erwieħ huma
Vanġelu ħaj; idejhom huma
mimlijin b’għemejjel ta’ ħniena
u l-ispirtu tagħhom imfawwar
bil-ferħ, qed ikanta kantiku ta’
ħniena Lilek, O l-aktar Għoli!
Nitolbok, O Alla, urihom
il-ħniena Tiegħek skont it-tama
u l-fiduċja li huma wrew Fik.
Ħalli sseħħ fihom il-wegħda ta’
Ġesu’, meta qal, L-erwieħ li
jqimu l-ħniena Tiegħi, Jiena
stess niddefendihom f’ħajjithom
u speċjalment fis-siegħa ta’
mewthom, għall-glorja Tiegħi.
Ammen
It-Tmien Jum
1226.
Illum ġibli l-erwieħ li jinsabu
fil-ħabs tal-Purgatorju, u
għaddashom fl-abbiss tal-ħniena
Tiegħi. Ħalli Demmi li xerridt
bil-kotra jtaffi l-ħruq
tan-nirien li qed ibatu. Dawn
l-erwieħ kollha huma maħbubin
ħafna Minni. Huma qed iħallsu
l-prezz tal-ġustizzja Tiegħi.
Inti tista’ sserraħhom. Agħmel
ħiltek biex tirbaħ l-indulġenzi
kollha miġburin fit-teżor
tal-Knisja Tiegħi, u offrihom
għal dawn l-erwieħ. O, li kieku
taf x’turmenti qed isofru,
toffri l-ħin kollu għalihom
il-karita’ spiritwali u tħallas
id-dejn li huma għandhom
mal-ġustizzja Tiegħi.
1227.
O Ġesu’ l-aktar ħanin, Inti
nnifsek għidt li trid issawwab
il-ħniena ; għalhekk qed
indaħħal fl-għamara tal-Qalb
l-iżjed ħanina Tiegħek l-erwieħ
tal-Purgatorju, li huma tant
maħbubin minnek; iżda fl-istess
ħin ikollhom iħallsu d-dejn li
baqagħlhom mal-ġustizzja
Tiegħek. Agħmel lix-xmajjar ta’
Demm u Ilma li ħarġu minn Qalbek
jitfu l-fjammi tan-nar li
jippurifka, sabiex hemmhekk
ukoll tiġi meqjuma l-qawwa
tal-ħniena Tiegħek.
Minn ġos-sħana terribbli tan-nar
li jsaffi
Titla’ karba l-ħniena Tiegħek,
U huma jirċievu faraġ, serħan u
mistrieħ
Fix-xmara mħallta bid-Demm u
Ilma
Missier Etern, ħares bil-ħniena
l-erwieħ li qed isofru
fil-Purgatorju u li jinsabu
miġburin fil-Qalb tant ħanina
ta’ Ġesu’. Nitolbok, f’ġieħ
il-Passjoni ħarxa ta’ Ġesu’
Ibnek, f’ġieħ l-imrar li
fawwarlu r-ruħ l-iżjed qaddisa
Tiegħu, uri l-ħniena Tiegħek ma’
dawn l-erwieħ li qedgħin taħt
il-ħaqq ġust Tiegħek. Tħarisx
lejhom ħlief permezz tal-Pjagi
ta’ Ġesu’, Ibnek l-għażiż, għax
aħna nemmnu bis-sħiħ li m’hemm
l-ebda tarf għat-tjieba u
l-ħniena Tiegħek.
Id-Disa’ Jum
1228.
Illum ġibli l-erwieħ li waqgħu
fil-bruda u għaddashom fl-abbiss
tal-ħniena Tiegħi. Dawn l-erwieħ
iweġġgħuli Qalbi b’mod l-iktar
kiefer. Fil-Ġnien taż-Żebbuġ
ruħi ġarrbet stmerrija tal-biża’
minħabba l-erwieħ bierda. Kienu
dawn l-erwieħ li ġegħluni ngħid:
“Missier, warrab minni dan
il-kalċi, jekk din hi r-Rieda
Tiegħek.” L-aħħar tama ta’
salvazzjoni għalihom hi li
jirrikorru għall-ħniena Tiegħi.
1229.
Ġesu’ l-aktar ħanin, Inti
l-istess mogħdrija. Qed inġiblek
l-erwieħ bierda biex iddaħħalhom
fl-għamara tal-Qalb l-iżjed
ħanina Tiegħek. Kebbes
mill-ġdid, f’dan in-nar ta’
mħabbtek safja, lil dawn
l-erwieħ li l-bruda għamilthom
qishom iġsma mejta li jġegħluk
tistmellhom. O Ġesu’, l-aktar
ħanin, ħaddem il-qawwa
tal-ħniena Tiegħek u ħeġġiġhom
bi mħabbtek; u sawwab fuqhom
id-don tal-imħabba qaddisa, għax
kollox hu fis-setgħa Tiegħek.
In-nar u s-silġ ma jistgħux
jingħaqdu;
Jew jintefa’ n-nar, jew
ninħallis-silġ.
Imma bil-ħniena Tiegħek, O Alla,
Inti tista’ tpatti għal kulma
jonqos.
Missier Etern, dawwar il-ħarsa
ħanina Tiegħek fuq l-erwieħ
bierda, li madankollu jinsabu
mħaddna fil-Qalb l-iżjed ħanina
ta’ Ġesu’. Missier tal-ħniena
nitolbok f’ġieħ il-Passjoni
ħarxa ta’ Ibnek u l-agunija li
bata fuq is-Salib tul tliet
sigħat, agħmel li dawn l-erwieħ
ukoll jigglorifikaw l-abbiss
tal-ħniena Tiegħek . . .
1230.
O jum etern, O Jum tant mixtieq,
Għajnejja qedgħin ifittxuk
bil-għtax u bix-xenqa.
Dalwaqt l-imħabba ser iċċarrat
il-velu,
U inti tkun is-salvazzjoni
tiegħi.
O jum mill-isbaħ, waqt li bħalu
m’hawnx.
Meta jiena għad nara lil Alla
tiegħi għall-ewwel darba,
L-Għarus ta’ ruħi u Sid
is-sidien,
U l-biża’ ma xxekkilx lil ruħi.
O jum mill-iktar solenni, O Jum
ta’ dija qawwija,
Meta r-ruħ għad issir taf lil
Alla fis-Setgħa Tiegħu bla Tarf
U tegħreq kollha kemm hi fi
mħabbtu,
Għax taf li spiċċaw il-miżerji
tal-eżilju.
O jum ta’ ferħ, O jum imbierek,
Meta qalbi għad taqbad għalik
b’nar etern,
Għax issa wkoll jiena nħoss
il-preżenza Tiegħek, għalkemm
minn ġol-velu.
Fil-ħajja u l-mewt, O Ġesu’,
Inti l-estasi u l-għaxqa tiegħi.
O jum, li bih jiena ħlomt tul
ħajti kollha,
Ili nistenniek ħafna, O Alla,
Għax Inti biss li jiena nixtieq.
Inti l-uniku u l-waħdieni ta’
qalbi; ħliefek xejn ma jiswa.
O jum ta’ għaxqa, jum ta’ hena
etern,
Alla ta’ majesta’ kbira,
l-Għarus maħbub tiegħi,
Inti taf li xejn ma jista’
jissodisfa lill-qalb verġni.
Fuq il-Qalb ħanina Tiegħek jiena
nserraħ ġbini.
(Tmiem it-Tielet Pitazz)
MID-DJATJU TA’ SWOR FAWSTINA
Ir-Raba’ Pitazz
Ġ.M.Ġ
1231.
Illum Ġesu’ ġie biex jgħix ġewwa
qalbi,
Huwa niżel mit-Tron hemm fuq,
U l-Mulej Kbir, il-Ħallieq ta’
kollox,
U Hu ġie għandi taħt l-ispeċi
tal-ħobż.
O Alla Etern, magħluq ġewwa
sidri,
Meta jiena għandi lilek, għadni
l-Ġenna kollha,
U flimkien mal-Anġli nkantlek;
Qaddis,
Jiena ngħix biss għall-glorja
Tiegħek.
Mhux Serafin Inti tingħaqad, O
Alla,
Imma ma’ bnedmin msejken
Li ma jista’ jagħmel xejn
mingħajrek;
Imma Inti dejjem turi ħniena
miegħu.
Qalbi hi l-għamara Tiegħek,
O Sultan ta’ Glorja Eterna;
Saltan ġewwa qalbi u kun is-Sid,
Bħal f’palazz ta’ ġmiel li ma
ssibx kliem għalih.
O Alla kbir, li ħadd ma jista’
jifhmek,
Li ndenajt titbaxxa daqshekk,
Bl-umilta’ kollha jiena nadurak
U nitolbok fit-tjubija Tiegħek
li Inti ssalvani.
Ġ.M.Ġ
1232.
O ħelwa Omm Alla,
Jiena nfassal ħajti fuqek;
Inti għalija ż-żerniq jiddi;
Fik jiena nintilef, mitlufa
f’estasi.
O Omm, Verġni Immakulata,
Fik hu rifless ir-raġġ divin,
Fost it-tempesti, Inti tkun li
tgħallimni kif għandi nħobb
lill-Mulej,
O tarka tiegħi u difiża
mill-għadu.
Krakovja, 10 ta’ Awissu 1937.
1233.
Swor Marija Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes.
O Ostja Qaddisa, għajn ta’
ħlewwa divina,
Inti ssaħħaħli ruħi;
O Inti ta’ Setgħa bla tarf, li
sirt bniedem mill-Verġni,
Inti tiġi ġewwa qalbi, b’mod
sigriet,
B’mod lis-sensi jippruvaw jifhmu
u ma jirnexxilhomx.
Ġ.M.Ġ Krakovja, 10 ta’ Awissu
1937
Ir-Raba’ Pitazz
1234.
Kollox għalik, Ġesu’. Nixtieq
nadura l-ħniena Tiegħek b’kull
taħbita ta’ qalbi u, sakemm
jiena nista’, nagħmel il-qalb
lill-erwieħ biex jafdaw f’din
il-ħniena, kif Inti stess
ikkmandajtni nagħmel, O Mulej.
1235.
Ġewwa qalbi, ġewwa ruħi, hemm
lejl mudlam. L-ispirtu tiegħi
sab quddiemu ħajt li ma tinfdux,
li ħbieli lil Alla. Imma dan
id-dlam jiena ma ġibtux
b’idejja. Hija verament stramba
din it-tortura li fuqha jiena
qiegħda nibża’ nikteb b’iktar
dettal. Imma wkoll f’dan
l-istat, qiegħda nipprova nibqa’
fidila lejk, O Ġesu’ Tiegħi.
Dejjem u f’kollox, qalbi tħabbat
biss għalik.
1236.
10 ta’ Awissu 1937. Illum ġejt
lura minn Rabka għal Krakovja.
Inħossni marida ħafna. Ġesu’
biss jaf kemm qiegħda nbati.
Matul dawn il-ġranet, sirt
nixbaħ ħafna lil Ġesu’ Msallab.
Armajt lili nnifsi bil-paċenzja
sabiex inkun nista’ nfisser lil
kull soru għaliex ma stajtx
nibqa’ hemmhekk; jiġifieri, li
saħħti kienet qalbet
għall-agħar, għalkemm kont naf
fis-sewwa li ċerti sorijiet
kienu sejrin jistaqsu l-għalfejn
ta’ dan, kont naf li dan se
jagħmluh, mhux għax kellhom xi
simpatija għat-tbatijiet tiegħi,
imma biex iżiduli magħhom.
1237.
O Ġesu’, xi dlam hemm madwari u
x’baħħ jinsab għaddej minn ġo
fija. Imma, Ġesu’ tiegħi,
tħallinix waħdi; agħtini
l-grazzja tal-fedelta’. Għalkemm
jiena ma nistax ninfed
il-misteru taż-żjara ta’ Alla,
għandi s-saħħa ngħid: tkun
magħmula r-rieda Tiegħek.
1238.
12 ta’ Awissu. Filwaqt li kien
għaddej minn Krakovja,
ir-Reverendu Dun Sopocko llum
għamilli żjara qasira. Jiena
kont ridt narah, u Alla qatagħli
xewqti. Dan is-saċerdot hu ruħ
kbira, mimlija kollha kemm hi
b’Alla. Il-ferħ tiegħi kien kbir
ħafna, u jiena rringrazzjajt lil
Alla għal din il-grazzja kbira,
għax kienet għall-ikbar glorja
ta’ Alla li jiena kont ridt
narah.
1239.
O Ostja ħajja, O Ġesu’ moħbi.
Inti qiegħed tara l-istat ta’
ruħi. Bil-ħila tiegħi biss minix
kapaċi nlissen l-isem Qaddis
Tiegħek. Ma nistax noħroġ minn
ġewwa qalbi n-nar tal-imħabba
imma, filwaqt li ninżel
għarkobtejja f’riġlejk, nitfa’
fuq it-Tabernaklu l-ħarsa ta’
ruħi, ħarsa ta’ fedelta’. Ngħid
għalik, Int dejjem l-istess,
filwaqt li ġewwa ruħi sseħħ
bidla. Nittama li għad jiġi
ż-żmien meta Inti għad tikxef
wiċċek, u bintek għad terġa’
tara l-wiċċ ħelu Tiegħek. Ninsab
sorpriża, Ġesu’, li Inti tista’
tinħeba minni għal daqshekk
żmien u li Inti tista’ trażżan
l-imħabba tal-għaġeb li Inti
għandek għalija. Fl-għamara ta’
qalbi, jiena qiegħda nissemma’ u
nistenna l-miġja Tiegħek, O
Teżor Waħdieni ta’ qalbi!
1240.
Il-Mulej Ġesu’ jħares sewwa
r-rappreżentanti Tiegħu f’din
l-art. Kemm jinsab magħud
mill-qrib magħhom; u Hu
jikkmandani nagħti l-ewwel post
lill-opinjoni tagħhom qabel
Tiegħu. Sirt naf x’intimita’
kbira hemm bejn Ġesu’ u
s-saċerdot. Ġesu’ jiddefendi dak
kollu li jgħid is-saċerdot, u
ta’ spiss jaqtagħlu x-xewqat
tiegħu, u xi drabi jagħmel b’mod
li r-relazzjoni Tiegħu stess
mar-ruħ tiddependi mill-parir
tas-saċerdot. O Ġesu’, permezz
ta’ grazzji speċjali jiena sirt
naf b’mod ċar ħafna kemm Int
lest li taqsam magħhom il-qawwa
u l-misteru Tiegħek, iktar milli
tagħmel mal-Anġli. Jiena nifraħ
b’dan, għax dan kollu hu
għall-ġid tiegħi.
1241.
+ O Ġesu’ tiegħi, meta xi ħadd
ikun kattiv jew ma jġibx ruħu
tajjeb magħna, ikun biżżejjed
diffiċli għalina li nissaportu
din it-tip ta’ tbatija. Imma din
ħaġa żgħira ħafna ħdejn tbatija
li jiena ma nistax nissaporti;
jiġifieri, dak li jiena nħoss
meta xi ħadd juri tjubija miegħi
u mabgħad ipoġġili nases quddiem
saqajja ma’ kull pass li
nagħmel. Kemm trid ikollok rieda
qawwija biex tħobb ruħ bħal din
għall-imħabba ta’ Alla. Ħafna
drabi trid tagħmel att erojku
sabiex tħobb ruħ bħal din bħalma
jrid Alla. Jekk il-kuntatt ma’
persuna bħal din ma jkunx ta’
spiss, tkun ħaġa iktar faċli li
tissaportiha, imma meta wieħed
ikun qed jgħix f’kuntatt
mill-qrib ma’ din il-persuna u
jkollu din l-esperjenza ma’ kull
pass li jagħmel, l-isforz li
jkun irid jagħmel ikun kbir
ħafna.
1242.
Ġesu’ tiegħi, infidni sa
ġewwanett sabiex jiena nkun
nista’ nirriflettik f’ħajti
kollha. Iddivinizzani sabiex
l-għemejjel tiegħi jkollhom
valur sopranaturali. Agħmel li
jiena jkolli mħabba, mogħdrija u
ħniena għal kull ruħ bla ebda
eċċezzjoni. O Ġesu’ tiegħi, kull
wieħed u kull waħda
mill-qaddisin Tiegħek
jirriflettu waħda mill-virtujiet
tiegħek; jiena nixtieq
nirrifletti l-qalb Tiegħek,
mimlija mogħdrija u ħniena;
irrid nagħtiha glorja. Ħalli
l-ħniena Tiegħek, O Ġesu’ tiġi
stampata fuq qalbi u ruħi bħal
siġill, u din tkun is-sinjal
tas-sbuħija tiegħi f’din
il-ħajja u fil-ħajja li ġejja.
Li nigglorifika l-ħniena Tiegħek
hi l-ħidma esklussiva ta’
ħajti.
15 ta’ Awissu 1937.
It-Twissijiet ta’ Patri Andrasz.
1243.
“Dawn iż-żminijiet ta’ nixfa
meta wieħed ikun konxju ħafna
tal-miżerja tiegħu, li Alla jkun
ippermetta, lir-ruħ
jippermettulha ssir taf kemm hu
ftit dak li kapaċi tagħmel
waħedha. Dan jgħallmek kemm
għandek tapprezza l-grazzji ta’
Alla. It-tieni punt hu fedelta’
fl-eżerċizzi u d-dmirjiet
kollha, fedelta’ f’kollox,
bħalma jiġri fi żminijiet ta’
ferħ. It-tielet punt hu li
f’dawn l-affarijiet li qed
nitkellmu dwarhom, trid tkun
ubbidjenti għal kollox lejn
l-Arċisqof (Jalbrzykowski)
għalkemm, minn żmien
għall-ieħor, tista’ tfakkru dwar
din il-ħaġa, imma bil-kalma
kollha. Xi kultant, ikun hemm
bżonn daqsxejn verita’ qarsa.”
Fi tmiem il-konverżazzjoni,
tlabt is-saċerdot jippermettili
nikkomunika ma’ Ġesu’ bħalma
kont nagħmel qabel. Huwa wieġeb:
“Jiena ma nistax nagħti
ordnijiet lill-Mulej Ġesu’, imma
jekk Hu stess jiġbdek lejh, inti
tista’ timxi wara dak li
jiġbdek. Iżda, ftakar dejjem li
għandek turih qima kbira, għax
il-Mulej hu tassew kbir. Jekk
inti f’dan kollu qiegħda tassew
tfittex ir-rieda ta’ Alla u
tixtieq twettaqha, tista’ tkun
fil-paċi; il-Mulej mhux ser
jippermetti l-ebda tip ta’
żball. Dwar
il-mortifikazzjonijiet u
t-tbatijiet, int trid tgħidli
darb’oħra kif qiegħda tgħixhom.
Poġġi lilek innifsek f’idejn
l-omm l-iżjed Qaddisa.”
1244.
15 ta’ Awissu 1937. Waqt
il-meditazzjoni, il-preżenza ta’
Alla mlietni b’mod qawwi ħafna,
u kont konxja tal-ferħ
tal-Verġni Marija meta ġiet
mtellgħa fis-sema. Lejn it-tmiem
taċ-ċerimonja li saret ad unur
Omm Alla, rajt lill-Verġni
Marija, u hija qaltli, O,kemm
togħġobni l-qima ta’ mħabbtek!
U f’dak il-waqt Hija
għattiet lis-sorijiet kollha
tal-Kongregazzjoni tagħna
bil-mantell tagħha. B’idha
l-leminija, Hija għafset magħha
lill-Madre Ġenerali Michael, u
b’idha x-xellugija Hija għafset
lili, filwaqt lis-sorijiet
kollha kienu jinsabu f’riġlejha,
mgħottijin bil-mantell tagħha.
Imbagħad Omm Alla qalet, Kull
min jippersevera bil-ħerqa
sal-mewt fil-Kongregazzjoni
Tiegħi ma jsofrix in-nar
tal-Purgatorju, u jiena nixtieq
li kull waħda tingħaraf minn
dawn il-virtujiet: umilta’ u
manswetudni; kastita’ u mħabba
ta’ Alla u għall-proxxmu;
mogħdrija u ħniena. Wara dan
il-kliem, il-Kongregazzjoni
kollha għebet minn quddiem
għajnejja, u jiena bqajt waħdi
flimkien mal-Omm l-iżjed Qaddisa
li wissietni dwar ir-rieda ta’
Alla u kif għandi napplikaha
f’ħajti u nissottometti ruħi
kollni kemm jien għad-digrieti
Tiegħu l-iżjed qaddisa.
Impossibli għalija li jiena
nogħġob lil Alla mingħajr ma
nobdi r-rieda qaddisa Tiegħu.
Binti, nirrikmandalek bil-qawwa
kollha li inti twettaq
bil-fedelta’ x-xewqat kollha ta’
Alla, għax din il-ħaġa togħġob
ħafna lill-qdusija Tiegħu.
Għandi xewqa kbira li tingħaraf
għal din il-fedelta’ fit-twettiq
tar-rieda ta’ Alla. Poġġi
r-rieda ta’ Alla qabel
is-sagrifiċċji u l-olokawsti
kollha. Filwaqt li l-Omm
tagħna tas-Sema kienet qiegħda
titkellem miegħi, għarfien
profond ta’ din ir-rieda ta’
Alla beda dieħel ġewwa
ruħi.
1245.
Ġesu’ tiegħi, għaxqa ta’ qalbi,
meta ruħi timtela’ bid-divinita’
Tiegħek, jiena naċċetta l-ħelu u
l-morr xorta waħda. It-tnejn li
huma għad jgħaddu. Kulma nżomm
ġewwa ruħi hi l-imħabba ta’
Alla. Għal din il-ħaġa nagħmel
kull sforz; mill-bqija, kollox
jiġi wara.
1246.
16 (ta’ Awissu 1937). Wara
t-Tqarbin rajt lill-Mulej Ġesu’
fil-majesta’ kollha Tiegħu, u Hu
qalli, Binti, matul dawk
il-ġimgħat meta inti la rajtni u
lanqas ħassejt il-preżenza
Tiegħi, Jiena kont magħqud
miegħek b’mod iżjed profond
milli f’dawk iż-żminijiet
(meta kellek esperjenza) ta’
estasi. U l-fedelta’ u l-fwieħa
tat-talb tiegħek waslu Għandi.
Wara dan il-kliem, ruħi ġiet
imfawra bil-konsolazzjoni ta’
Alla. Lil Ġesu’ ma rajtux, u
kien hemm biss kelma waħda li
stajt nlissen u din kienet:
“Ġesu’”. U wara li lissint dak
l-Isem, ruħi reġgħet imtliet
bid-dawl u b’ġabra ikbar, li
damu għaddejjin għal tlett
ijiem. Iżda, minn barra bqajt
nista’ nkompli bid-dmirijiet
tiegħi tas-soltu.
Kollni kemm jiena ġejt imqanqla
sa mill-qiegħ nett ta’ qalbi.
Il-kobor ta’ Alla ma
jbeżżagħnix, imma jferraħni.
Meta nagħtih glorja, jiena stess
nintrefa’ ‘l fuq. Meta narah
kuntent, jiena stess insir
kuntenta, għax kulma hemm ġo fih
jerġa’ jinżel lura fuqi.
1247.
Sirt naf bl-istat ta’ ċerta ruħ
u x’kien hemm f’dik ir-ruħ li
lil Alla ma kienx jogħġbu. Insir
naf bih b’dan il-mod: f’daqqa
waħda nħoss l-uġigħ f’idejja,
f’saqajja u f’ġenbi, f’dawk
il-postijiet fejn l-idejn,
is-saqajn u l-ġenb tas-Salvatur
ġew minfuda. F’dak l-istess
waqt, jiena nirċievi għarfien
tal-istat tar-ruħ u x’inhu
d-dnub li tkun wettqet.
1248.
Inħoss xewqa li nagħmel tpattija
lill-Mulej Ġesu’ b’mod li jaqbel
(mal-offiża). Illum ilbist
iċ-ċilizju għal seba’ sigħat
sabiex naqla’ l-grazzja
tal-indiema għal dik ir-ruħ.
Fis-seba’ siegħa ħassejt serħan
filwaqt lir-ruħ ħasset ġewwa
fiha maħfra għad-dnub tagħha,
għalkemm kienet għadha ma
marritx tqerr. Biex inpatti
għad-dnubiet tal-ġisem, jiena
nimmortifika l-ġisem u nsum
sakemm ikolli permess. Biex
inpatti għad-dnubiet
tas-suppervja, jiena nitlob
b’moħħi jmiss mal-art. Biex
inpatti għad-dnubiet
tal-mibgħeda, jiena nitlob u
nagħmel xi opra tajba
għall-persuna li jiena nsibha
diffiċli. U b’dan il-mod jiena
npatti skont in-natura tad-dnub
li jiena nkun konxja minnu.
1249.
19 (ta’ Awissu 1937). Illum waqt
l-adorazzjoni, il-Mulej tani
x’nifhem kemm jixtieq lir-ruħ
tingħaraf mill-opri tagħha ta’
mħabba. U fl-ispirtu stajt nara
kemm hemm erwieħ qedgħin
jgħajtulna, “Agħtuna lil Alla.”
U d-demm tal-Appostli beda
jbaqbaq ġewwa fija. Minix sejra
nkun xħiħa bih; ser inxerrdu
kollu sal-inqas qatra
għall-erwieħ immortali. Għalkemm
forsi Alla dan mhux ser
jippretendih fis-sens fiżiku,
huwa possibli fl-ispirtu u
l-mertu m’hu xejn inqas.
1250.
Illum irrealizzajt li ma kellix
nitlob ċertu permess, imma kelli
nġib ruħi f’din il-ħaġa bħalma
kienet tippretendi mingħandi Omm
Alla. Għalissa, m’hemmx bżonn
l-ebda spjegazzjonijiet; erġajt
ninsab fil-paċi. Din
l-ispirazzjoni rċevejtha filwaqt
li kont sejra nagħmel l-eżami
tal-kuxjenza u kont inkwetata
ħafna għax ma kontx naf x’kelli
nagħmel. Id-dawl divin jista’
jagħmel iktar f’mument wieħed
milli nista’ nagħmel jiena meta
ngħeja lili nnifsi ġurnata wara
l-oħra.
1251.
22 ta’ Awissu. Dalgħodu ġiet
iżżurni Santa Barbara, Verġni u
rrakmandatli nitqarben għal
disat ijiem għall-bżonnijiet ta’
pajjiżi u b’hekk intaffi l-korla
ta’ Alla. Din il-verġni kienet
liebsa kuruna magħmula minn
kwiekeb u f’idejha kellha xabla.
Il-kuruna kienet tiddi l-istess
bħax-xabla. Liebsa l-abjad u
b’xagħarha twil, tant kienet
sabiħa li , li kieku mhux diġa’
kont naf lill-Verġni Marija,
kont naħseb li kienet Hi. Issa
jiena nista’ nifhem li kull
verġni għandha sbuħija speċjali
li hi tagħha biss; sbuħija ċara
toħroġ tiddi minn kull waħda
minnhom.
1252.
+ 25 ta’ Awissu 1937. Illum
wasal ir-Reverendu Dun Sopocko u
ser jibqa’ magħna sat-30
tax-xahar. Kont ferħana ħafna,
għax Alla biss jaf x’ħerqa
għandi biex narah minħabba
l-Opra li Alla qed iwettaq
permezz tiegħu, u dan kollu,
għalkemm iż-żjara kien fiha xi
aspetti koroh ukoll.
1253.
+ Waqt li kien qed iqaddes, waqt
l-elevazzjoni rajt lill-Mulej
Ġesu’ Msallab jaqla’ idu
l-leminija mis-salib, u d-dawl
li kien ħiereġ mill-pjaga kien
qed imisslu driegħu. Din il-ħaġa
ġrat waqt tliet quddisiet, u
jiena fhimt li Alla kien ser
jagħtih is-saħħa sabiex hu
jwettaq din l-opra minkejja
diffikultajiet u oppożizzjoni.
Din ir-ruħ li togħġob lil Alla
tinsab imsallba b’ħafna
tbatijiet, imma jiena xejn ma
nistgħaġeb b’dan, għax Alla hekk
jimxi ma’ dawk li Hu jħobb b’mod
speċjali.
1254.
+ Illum, id-29, irċevejt permess
(nota207) biex ikolli
konverżazzjoni itwal
mar-Reverendu Dr. Sopocko. Sirt
naf li, għalkemm hemm xi
diffikultajiet, l-opra miexja ‘l
quddiem, u li l-Festa tal-Ħniena
diġa’ tinsab miexja ‘l quddiem
ħafna. Mhux se jgħaddi ħafna
żmien qabel ma ssir realta’,
imma għad hemm bżonn ta’ ħafna
talb sabiex ċerti diffikultajiet
jispiċċaw.
1255.
“Għal dak li għandu x’jaqsam
miegħek, Sor, hi ħaġa tajba li
inti bqajt fi stat ta’
indifferenza qaddisa f’dak kollu
li għandu x’jaqsam mar-rieda ta’
Alla, u li inti qiegħda żżomm
stat aktar bilanċjat. Jekk
jogħġbok agħmel mill-aħjar biex
iżżomm din il-kalma. Issa, għal
dak kollu li għandu x’jaqsam ma’
dawn l-affarijiet, inti għandek
tiddependi għal kollox minn
Patri Andrasz; jiena u hu naqblu
f’kollox. Tagħmel xejn waħdek,
Sor, imma f’kollox ħu l-parir
tad-direttur spiritwali tiegħek.
Nitolbok iżżomm il-kalma kemm
jista’ jkun. Ħaġ’oħra – jiena
qed nistampa l-kurunella li
għandha tkun fuq wara
tax-xbieha, kif ukoll
l-invokazzjonijiet li qishom
litanija; dawn ukoll jitpoġġew
fuq wara. Ġiet stampata wkoll
xbieha kbira, u magħha ftit
paġni li fihom in-Novena
tal-Ħniena Divina. (nota208)
Itlob, Sor, sabiex din ikollha
l-approvazzjoni.”
1256.
30 (ta’ Awissu). Ir-Reverendu
Dun Sopocko telaq dalgħodu.
X’ħin kont mitlufa għal kollox
f’talba ta’ radd il-ħajr
għall-grazzja kbira li jiena
kont irċevejt mingħand Alla;
jiġifieri l-grazzja li nara
s-saċerdot, jiena ngħaqadt b’mod
speċjali mal-Mulej li qalli,
Huwa saċerdot skont il-Qalb
Tiegħi; l-isforzi tiegħu
jogħġbuni. Inti qiegħda tara, li
r-rieda Tiegħi jeħtieġ li ssir u
dak li Jiena wegħdtek, Jiena ser
nagħmlu. Permezz tiegħu, Jiena
nxerred il-faraġ lill-erwieħ li
jkunu qegħdin ibatu u li jkunu
jinsabu nkwetati. Permezz tiegħu
għoġobni nxandar il-qima lejn
il-ħniena Tiegħi. U permezz ta’
din l-opra tal-ħniena iktar
erwieħ għad jersqu qrib Tiegħi
milli kieku kienu jagħmlu, ukoll
li kieku kellu jagħti
l-assoluzzjoni lejl u nhar
għall-bqija ta’ ħajtu, għax
permezz t’hekk, kien jaħdem biss
għall-bqija ta’ ħajtu; filwaqt
li grazzi għal din l-opra
tal-ħniena, huwa ser jibqa’
jaħdem sal-aħħar tad-dinja.
1257.
Kont iddeċidejt li nagħmel
novena għall-intenzjoni li nkun
nista’ narah, imma lanqas biss
kont spiċċajtha meta Alla tani
dik il-grazzja.
1258.
O Ġesu’ tiegħi, kemm ftit
approfittajt minn din
il-grazzja, imma dan ma kienx
jiddependi minni, għalkemm jekk
tħares lejha minn angolu ieħor,
kien jiddependi ħafna.
1259.
+ Waqt din il-konverżazzjoni,
sirt naf ir-ruħ itturmentata
tiegħu. Din ir-ruħ imsallba
tixbah lis-Salvatur. Fejn hu
jistenna, bir-raġun, li jsib
il-konsolazzjoni, isib is-salib.
Jgħix fost ħafna ħbieb, imma
m’għandu lil ħadd ħlief lil
Ġesu’. Dan hu l-mod kif Alla
jneżża’ lir-ruħ li Hu jħobb
b’mod speċjali.
1260.
Illum smajt dan il-kliem:
Binti, dejjem ġib ruħek bħal
tifla żgħira ma’ dawk li
jirrapreżentawni; jekk ma
tagħmilx hekk inti ma tiġbed
l-ebda ġid spiritwali
mill-grazzji li Jiena nagħtik
permezz tagħhom.
1261.
1 ta’ Settembru 1937. Jiena rajt
lill-Mulej Ġesu’, bħal sultan
b’majesta’ kbira, iħares ‘l
isfel lejn id-dinja tagħna
b’ħarsa severa ħafna; imma
minħabba l-interċessjoni ta’
Ommu Huwa tawwal iż-żmien
tal-ħniena Tiegħu.
1262.
3 ta’ Settembru. L-ewwel Ġimgħa
tax-xahar. Waqt il-Quddiesa
jiena ngħaqadt ma’ Alla. Ġesu’
tani x’nifhem li wkoll l-iċken
ħaġa ma tiġrix fuq din l-art
mingħajr ir-rieda Tiegħu. Wara
li rajt dan, ruħi daħlet
f’serħan mhux tas-soltu; sibt
ruħi kompletament fil-paċi dwar
l-opra sal-iċken dettall tgaħha.
Alla jista’ jagħmel bija dak li
jrid, u jiena nbierku għal
kollox.
1263.
Sa issa, kont qiegħda naħseb,
b’daqsxejn biża’, fejn sejrin
iwassluni dawn
l-ispirazzjonijiet. Il-biża’
tiegħi kiber meta l-Mulej
għarrafni li kelli nitlaq minn
din il-Kongregazzjoni. Din hi
t-tielet sena li għaddiet minn
dak iż-żmien, u ruħi ħasset
daqqa entusjażmu u impuls qawwi
li nagħmel xi ħaġa – u mbagħad
ikolli ħafna kuraġġ u saħħa; u
drabi oħra, meta joqrob
il-mument deċiżiv biex nibda din
l-opra , inħossni abbandunata
minn Alla, u minħabba f’hekk
biża’ straordinarju jimlieli
ruħi, u nkun nista’ nara li
għadha ma waslitx is-siegħa li
Alla jrid sabiex jiena nibda din
l-opra. Dawn huma tbatijiet li
lanqas biss naf nikteb dwarhom.
Alla biss jaf xi jkolli
nissaporti, lejl u nhar.
F’għajnejja l-agħar turmenti
tal-martri jidhru iktar faċli li
nissaportihom minn dak li
għaddejja minnu, għalkemm
mingħajr tixrid ta’ lanqas qatra
waħda demm. Imma dan kollu
għall-erwieħ, għall-erwieħ,
Mulej . . .
1264.
Att ta’ abbandun totali
għar-rieda ta’ Alla, li għalija
hi l-istess imħabba u ħniena.
Att ta’ Għotja.
Ġesu’ – Ostja, li jiena f’dan
l-istess waqt irċevejtek ġewwa
qalbi, permezz ta’ din l-għaqda
tiegħi Miegħek jiena qiegħda
noffri lili nnifsi lill-Missier
tas-Sema bħala ostja
tas-sagrifiċċju, u nintelaq
b’mod sħiħ u totali għar-rieda
ħanina u qaddisa ta’ Alla
tiegħi. Mil-lum ‘il quddiem,
ir-rieda Tiegħek, Mulej, hi
l-ikel tiegħi. Ħudni kollni kemm
jiena; iddisponi minni kif
jogħġbok. Dak li tagħtini l-id
Tiegħek ta’ Missier, jiena
naċċettah b’sottomissjoni, paċi
u ferħ. Ma nibża’ minn xejn,
teħodni fejn teħodni;
bl-għajnuna tal-grazzja Tiegħek,
jiena ser inwettaq dak kollu li
Inti qiegħed titlob mingħandi.
Jiena m’għandix nibża’ mill-ebda
waħda mill-ispirazzjonijiet
Tiegħek lanqas ma noqgħod
infittex anzjuża biex nara fejn
dawn sejrin joħduni. Mexxini, O
Alla, fit-triqat li jogħġbu
lilek, huma li huma. Jiena
poġġejt il-fiduċja kollha tiegħi
fir-rieda Tiegħek li għalija hi
l-istess imħabba, l-istess
ħniena.
Għidli nibqa’ f’dan il-kunvent,
u jiena nibqa’; għidli nidħol
għal din l-opra, jiena nidħol
għaliha; ħallini fid-dubju dwar
l-opra sakemm immut, tkun
imbierek; agħtini l-mewt meta,
biex nitkellmu ta’ bnedmin li
aħna, ħajti tkun tidher li hemm
bżonnha b’mod speċjali, tkun
imbierek. Jekk Inti teħodni
f’żogħżiti, tkun imbierek; jekk
tħallini ngħix sakemm nixjieħ
sewwa, tkun imbierek. Jekk Inti
tagħtini s-saħħa tkun imbierek;
jekk Inti żżommni marbuta ma’
sodda ta’ wġigħ għal ħajti
kollha, tkun imbierek. Jekk Inti
tagħtini biss fallimenti u
diżappunti ħajti kollha, tkun
imbierek. Jekk Inti tippermetti
li l-intenzjonijiet l-iktar
safjin tiegħi jiġu kkundannati,
tkun imbierek. Jekk Inti
ddawwalli moħħi, tkun imbierek.
Jekk Inti tħallini fid-dlam u
f’kull xorta ta’ turmenti, tkun
imbierek.
Minn issa ‘l quddiem, jiena
ngħix f’paċi mill-iktar
profonda, għax il-Mulej innifsu
qiegħed iġġorni fil-pala ta’
idu. Hu, il-Mulej ta’ ħniena bla
tarf, jaf li jiena nixtieq lilu
biss f’kollox, dejjem u
kullimkien.
1265.
Talba. O Ġesu’, imsammar
mas-salib, nitolbok bil-ħerqa
tagħtini l-grazzja li nwettaq
bil-fedelta’ r-rieda l-iżjed
qaddisa ta’ Missierek f’kull
ħaġa, dejjem u kullimkien. U
meta din ir-rieda ta’ Alla
tidhirli iebsa ħafna u tqila
biex inkompliha, nitolbok,
Ġesu’, sabiex f’dawk il-waqtiet
jissawbu fuqi l-qawwa u s-saħħa
mill-ġrieħi Tiegħek, u xofftejja
jkunu jistgħu jtennulek: “Tkun
magħmula ir-rieda Tiegħek,
Mulej.” O Salvatur tad-dinja, li
għandek daqshekk għal qalbek
is-salvazzjoni tal-bnedmin, li
fit-turmenti u wġigħ tal-biża’
tinsa lilek innifsek biex taħseb
biss fis-salvazzjoni tal-erwieħ.
O Ġesu’ ta’ Qalb l-iżjed ħanina,
agħtini l-grazzja li ninsa lili
nnifsi, sabiex inkun nista’
ningħata kollni kemm jiena
lill-erwieħ, billi ngħinnek
fil-ħidma tas-salvazzjoni, skont
ir-rieda l-iżjed qaddisa ta’
Missierek . . .
1266.
5 ta’ Awissu (1937).
(nota209) Il-Mulej għarrafni
kemm il-Madre Superjura għażiża
tagħna (Irene) qiegħda
tiddefendini minn . . . mhux
permezz tat-talb imma bil-fatti.
Grazzi Ġesu’ ta’ din il-grazzja.
F’qalbi jiena npattilha; meta
nkun flimkien ma’ Ġesu’, ma
ninsihiex.
1267.
6 ta’ Settembru 1937. Illum
nibda xogħol ġdid. Ser immur
mill-ġnien għad-deżert ta’
mal-kanċell. (nota210)
Mort inkellem lill-Mulej għal
ftit. Tlabtu barka u grazzji
sabiex inkun nista’ nwettaq
bil-fedelta’ d-dmirijiet li ġew
afdati f’ idejja. Smajt dan
il-kliem: Binti, Jiena
qiegħed dejjem miegħek. Jiena
tajtek ċans biex inti
tipprattika opri tal-ħniena li
inti għad twettaq skont
l-ubbidjenza. Inti tagħtini
ħafna gost jekk, kull
filgħaxija, inti tkellimni,
l-aktar dwar dan ix-xogħol.
Ħassejt li Ġesu’ kien qed
jagħtini grazzja ġdida
għad-dmirijiet ġodda tiegħi;
imma, minkejja dan, jiena
ssakkart iktar fil-fond ġewwa
Qalbu.
1268.
Illum ħassejtni iktar marida,
imma Ġesu’ tani ħafna iktar
opportunitajiet li nipprattika
l-virtu’. Ġara li kelli
x’nagħmel iktar mis-soltu, u
s-soru li kienet inkarigata
mill-kċina wrietni biċ-ċar kemm
innervjajtha li kont mort tard
għall-ikel, għalkemm kienet ħaġa
impossibli għalija li mmur
qabel. Insomma, tant kont
qiegħda nħossni marida li kelli
nitlob lill-Madre Superjura
tagħtini permess nimtedd. Mort
nitlob lil Swor. N. teħodli
posti, u għal darb’oħra qlajt
ċanfira: “Issa x’ġara, Sor, tant
inti għajjiena li rġajt sejra
fis-sodda! Uff, xi dwejjaq,
dejjem narawk fis-sodda!” Kelli
nissaporti dan kollu, imma kien
għad baqa’. Kien għad baqagħli
nitlob lis-soru nkarigata
mill-morda ġġibli l-ikel. X’ħin
għidtilha b’dan ħarġet tiġri
warajja mill-kappella
fil-kuridur biex tgħidli tagħha
wkoll: “Issa għalfejn sejra
fis-sodda, Sor, eċċ . . .”
Għidtilha ma toqgħodx tiskomda
ruħha u ma ġġibli xejn. Qiegħda
nikteb dan kollu fil-qosor ħafna
għax mhix l-intenzjoni tiegħi li
nikteb dwar affarijiet bħal
dawn, u dan qiegħda nagħmlu biss
biex nipperswadi erwieħ oħra ma
jittrattawx lill-oħrajn b’dan
il-mod, għax ħaġa bħal din ma
togħġbux lill-Mulej. F’ruħ
qiegħda tbati għandna naraw lil
Ġesu’ Msallab, u mhux xi wieħed
għażżien jew piż fuq
il-komunita’. Ruħ li tbati
b’sottomissjoni għar-rieda ta’
Alla tiġbed iktar barkiet fuq
il-kunvent kollu mis-sorijiet
kollha li jkunu fuq xogħolhom.
Tassew fqir dak il-kunvent fejn
m’hemmx sorijiet morda. Alla
spiss jagħti ħafna grazzji kbar
minħabba l-erwieħ li jkunu
qegħdin ibatu, u biss minħabba
l-erwieħ li jkunu qegħdin ibatu
li ma jibgħatx ħafna kastigi.
1269.
O Ġesu’ tiegħi, meta sejrin
inħarsu lejn l-erwieħ b’motivi
iktar għoljin f’moħħna? Meta
l-ġudizzji tagħna ser ikollhom
fihom il-verita’? Inti tagħtina
okkażjonijiet sabiex aħna
nwettqu opra tal-ħniena, u
minflok aħna nużawhom sabiex
niġġudikaw. Biex tkun taf jekk
hemmx l-imħabba ta’ Alla
fil-kunvent, għandek tistaqsi
kif iġibu ruħhom mal-morda, ma’
dawk b’diżabilita’ u ma’ dawk li
naqsithom is-saħħa u li jkunu
jinsabu hemmhekk.
1270.
10 ta’ Settembru (1937). Sirt
naf waqt il-meditazzjoni li,
aktar ma ruħ tkun safja, iktar
tkun kbira l-għaqda tagħha ma’
Alla fuq il-livell spiritwali.
Ma tantx tagħti kas tas-sensi u
l-ġibdiet tagħhom. Alla Huwa
spirtu, u għalhekk jiena nħobbu
fl-ispirtu u l-verita’.
1271.
Meta smajt kemm hi ħaġa
perikoluża llum li tkun għassa
mal-kanċell minħabba nkwiet
rivoluzzjonarju u kemm hawn nies
ħżiena li jobogħdu l-kunventi,
dħalt ġewwa u mort nitkellem
mal-Mulej u tlabtu li jagħmel
b’mod li l-ebda persuna ħażina
ma jkollha l-ardir tiġi ħdejn
il-kanċell. Imbagħad smajt dan
il-kliem: Binti, dak l-istess
waqt li inti mort ħdejn
il-kanċell Jiena poġġejt kerubin
biex jgħasses fuqu. Kun
fil-paċi. X’ħin mort lura
mill-konverżazzjoni tiegħu
mal-Mulej, rajt sħaba bajda
żgħira u fiha kien hemm kerubin
b’idejh magħqudin flimkien.
Il-ħarsa tiegħu kienet bħal
beraq, u jiena fhimt kif in-nar
tal-imħabba ta’ Alla kien
jinstab f’dik il-ħarsa . . .
1272.
14 ta’ Settembru 1937.
L-Eżaltazzjoni tas-Salib
Imqaddes. Illum stajt nara
x’oppożizzjoni kbira qed isib
dan is-saċerdot (Dun Sopocko)
dwar din il-ħaġa kollha. Ukoll
erwieħ devoti li huma ħerqana
għall-glorja ta’ Alla qedgħin
joħduha kontra tiegħu. Il-fatt
li hu ma qata’ qalbu xejn minn
dan kollu hu dovut għall-grazzja
speċjali ta’ Alla.
1273.
Ġesu’: Binti, taħseb inti li
ktibt biżżejjed dwar il-ħniena
Tiegħi? Dak li inti ktibt hu
qatra waħda biss meta tqabbilha
mal-oċejan. Jiena l-istess
Imħabba u l-istess ħniena.
M’hemm l-ebda miżerja li tista’
titqabbel mal-Ħniena Tiegħi,
lanqas tista’ l-miżerja tasal
sat-tarf tagħha, għax f’dak
l-istess waqt li tkun qiegħda
tingħata – hija tiżdied. Ir-ruħ
li tafda fil-ħniena Tiegħi
b’xortiha ħafna, għax Jiena
stess nieħu ħsiebha.
1274.
Jiena ngħaddi minn turmenti kbar
f’ruħi meta nara kif Alla jinsab
offiż. Illum indunajt li dnubiet
mejta kienu qedgħin jiġu mwettqa
mhux bogħod mid-dar tagħna. Kien
filgħaxija. Tlabt bil-qalb
fil-kappella, u mbagħad mort
nifflaġella lili nnifsi. X’ħin
inżilt għarkobtejja biex nitlob,
iżda, il-Mulej ippermettieli
jkolli esperjenza kif tbati ruħ
li tiġi mwarrba minn Alla.
Deherli li qalbi ġiet imċarrta
biċċiet, u fl-istess waqt fhimt
kemm ruħ bħal din tferi
lill-Qalb l-iżjed ħanina ta’
Ġesu’. Il-ħlejqa msejkna ma
tkunx trid taċċetta l-ħniena ta’
Alla. Iktar ma’ Alla jiġri wara
ruħ bil-ħniena Tiegħu, iktar
ikun ġust magħha.
1275.
Segretarja Tiegħi, ikteb li Jien
iktar ġeneruż mal-midinbin milli
mal-ġusti. Kien minħabba fihom
li Jiena nżilt mis-sema; kien
minħabba fihom li xtered Demmi.
Għidilhom ma jibżgħux jersqu
lejja; huma l-iktar li jeħtieġu
l-ħniena Tiegħi.
1276.
16 ta’ Settembru 1937. Illum
xtaqt ħafna nagħmel Siegħa
Adorazzjoni quddiem Ġesu’
Sagramentat, imma din ma kenitx
ir-rieda ta’ Alla. Fit-tmienja
qabadni wġigħ hekk ikrah li
kelli mmur nimtedd minnufih.
Għal tliet sigħat sħaħ domt
mifnija bl-uġigħ; jiġifieri,
sal-ħdax ta’ bil-lejl. L-ebda
mediċina ma ħadmet fuqi, u kulma
niżżilt erġajt tellajtu. F’xi
ħinijiet, l-uġigħ wassalni li
nintilef minn sensija. Ġesu’
għeni nifhem li b’dan il-mod
jiena kont qiegħda nieħu sehem
fl-Agunija Tiegħu fl-Ort, u li
Huwa stess kien ippermetta dawn
it-tbatijiet sabiex joffri
riparazzjoni lil Alla
għall-erwieħ li ġew maqtulin
fil-ġuf ta’ ommijiet ħżiena.
Jiena issa għaddejt minn dawn
it-tbatijiet tliet darbiet.
Dejjem jibdew fit-tmienja ta’
filgħaxija u jibqgħu sejrin
sal-ħdax. L-ebda mediċina ma
tista’ ttaffi dawn it-tbatijiet.
X’ħin jaslu l-ħdax, jieqfu
waħedhom u jiena norqod dak
il-ħin stess. L-għada inħossni
fjakka ħafna.
Din il-ħaġa ġratli l-ewwel darba
meta kont is-sanatorju. It-tobba
ma setgħu jifhmu xejn minn dak
li kien qed jiġri, u l-ebda
njezzjoni jew mediċina ma
setgħet tgħinni bl-ebda mod u
jiena stess ma kellix l-ebda
idea x’kienu dawk it-tbatijiet.
Għidt lit-tabib li qatt qabel
f’ħajti ma kont għaddejt minn
tbatijiet bħal dawn u hu
ddikjara li ma kienx jaf x’tip
ta’ wġigħ kien dan. Imma issa
nista’ nifhem x’tip ta’ wġigħ
dan hu, għax il-Mulej stess
għarrafni b’dan . . . Pero’
meta noqgħod naħseb li forsi
jista’ jkolli nbati b’dan il-mod
darb’oħra, nibda nirtogħod. Imma
ma nafx jekk għadx ikolli nbati
b’dan il-mod darb’oħra; dan
inħallih f’idejn Alla. Dak li
Alla jogħġbu jibgħatli,
naċċettah b’sottomissjoni u
mħabba. Li kieku nista’ nsalva
mqar ruħ waħda biss mill-qtil
permezz ta’ dawn it-tbatijiet!
1277.
L-għada ta’ dawn it-tbatijiet,
inkun nista’ nħoss l-istat
tal-erwieħ u x’inhi
d-diżpożizzjoni tagħhom lejn
Alla; inkun mimlija bl-għerf
veru.
1278.
Jiena nitqarben bħall-anġli,
biex ngħidu hekk. Ruħi timtela
bid-dawl ta’ Alla u tmantni
lilha nnfisha minnu.
Is-sentimenti tiegħi qishom
mejtin. Din hija għaqda
spiritwali biss flimkien ma’
Alla; predominanza tal-ispirtu
fuq in-natura.
1279.
Il-Mulej tani għarfien
tal-grazzji li ilu jagħtini
bix-xaba’. Dan id-dawl daħal
ġewwa fija sa ġewwanett, u jiena
bdejt nifhem x’favuri li ħadd ma
jista’ jimmaġinhom Alla ilu
jagħtini. Bqajt fiċ-ċella tiegħi
għal att twil ta’ radd il-ħajr,
mixħuta wiċċi mal-art bid-dmugħ
ta’ radd il-ħajr nieżel minn
għajnejja. Ma stajtx inqum
mill-art għax, kull meta bdejt
nipprova, id-dawl ta’ Alla tani
għarfien ġdid tal-grazzja
Tiegħu. Kien biss mat-tielet
darba li ppruvajt, li stajt
inqum. Ladarba jiena kont bintu,
ħassejt li kull ma kellu
l-Missier tas-Sema kien tiegħi
wkoll. Huwa stess refagħni
mill-art u tellagħni sa Qalbu.
Ħassejt li kulma jeżisti kien
tiegħi b’mod esklużiv, imma ma
kelli l-ebda xewqa għal dak
kollu, għax Alla waħdu Hu
biżżejjed għalija.
1280.
Illum sirt naf b’liema stmellija
l-Mulej imur għand ċerta ruħ
fit-Tqarbin Imqaddes. Huma jmur
f’dik il-qalb qiesu sejjer
f’ħabs mudlam, fejn ser ikollu
jissaporti torturi u diqa ta’
qalb. Jiena bqajt nitolbu maħfra
u noffri riparazzjoni
għall-offiża.
1281.
Il-Mulej għarrafni li kelli nara
lil ħija (Stanley) (nota211),
imma ma stajtx nifhem kif kien
ser jiġri dan jew għaliex hu
kien ġej iżurni. Kont naf li
Alla kien tah il-grazzja ta’
vokazzjoni reliġjuża, imma għal
liema raġuni kien ġej iżurni?
Iżda, jiena warrabt dawn
il-ħsibijiet u emmint li jekk
il-Mulej kien għarrafni li kien
ġej, daqshekk kien biżżejjed
għalija. Iffukajt il-ħsibijiet
tiegħi fuq Alla u warrabt kull
tħassib dwar il-ħlejjaq u afdajt
f’kollox lill-Mulej.
1282.
+ Meta jiġu għandna l-istess
foqra it-tieni darba,
nittrattahom bi tjubija ikbar, u
ma nħallihomx jindunaw li jien
naf li huma ġew hawnhekk
darb’oħra; (dan nagħmlu) biex ma
jħossuhomx skomdi. Umbagħad huma
jitkellmu miegħi bil-liberta’
dwar dak li jinkwetahom u dak li
jeħtieġu.
Għalkemm Swor N. tgħidli li dak
mhux il-mod kif għandi nġib ruħi
mat-tallaba u hi ssabbtilhom
il-bieb ma’wiċċhom, meta hi ma
tkunx hemm, jiena nimxi magħhom
kif kieku kien jagħmel
l-Imgħallem tiegħi. Xi drabi
nagħtu iktar meta ma nagħtu
xejn, milli meta nagħtu ħafna
bla ebda manjieri.
1283.
Il-Mulej spiss jagħtini għarfien
ġewwa fija dwar il-persuni li
jiena niltaqa’ magħhom ħdejn
il-kanċell. Ruħ imsejkna riedet
tgħidli xi ħaġa fuqha stess.
Ħtaft l-opportunita’ biex
infehemha, bid-delikatezza
kollha, l-istat miżerabbli ta’
ruħha. Telqet disposta aħjar.
1284.
17 ta’ Settembru (1937). O
Ġesu’, nara tant sbuħija mxerrda
madwari, sbuħija li għaliha
inroddlok ħajr il-ħin kollu.
Imma nista’ nara li xi erwieħ
huma bħall-ġebel, dejjem kesħin,
bla ebda sentiment. Lanqas
il-mirakli ma jirnexxilhomx
iċaqalquhom. Għajnejhom dejjem
imsammrin fuq saqajhom, u
għalhekk jaraw biss lilhom
infushom.
1285.
Inti dawwartli ħajti bil-premura
Tiegħek mimlija tenerezza u
mħabba, iktar milli nista’
nifhem, għax jiena għad nifhem
it-tjubija Tiegħek b’mod sħiħ
biss meta jitneħħa l-velu.
Nixtieq li ħajti kollha kemm hi
tkun biss att wieħed ta’ radd
il-ħajr lilek, O Alla.
1286.
+ Grazzi, O Alla, għall-grazzji
kollha
Li inti xxerred fuqi bil-kotra
bla waqfien,
Grazzji li jdawluni daqs id-dija
tax-xemx,
Għax permezz tagħhom Inti turini
t-triq iż-żgura.
Grazzi, Mulej, talli ħlaqtni,
Talli tajtni l-ħajja mix-xejn,
Talli stampajt id-divinita’
Tiegħek fuq ruħi,
Opra ta’ mħabba safja mimlija
ħniena.
Grazzi, O Alla, tal-Magħmudija
Li daħħaltni fil-familja
Tiegħek,
Don ikbar minn kull ħsieb jew
espressjoni
Li jbiddili ruħi.
Grazzi, O Mulej, tal-Qrar,
Ta’ dik il-għajn li ma tieqaf
qatt ta’ ħniena kbira,
Ta’ dak il-għajn ta’ grazzji li
ħadd ma jifhimha
Li fiha erwieħ imtebbgħin
bid-dnub jissaffew.
Grazzi, O Ġesu’, tat-Tqarbin,
Li fih Inti tagħtina lilek
innifsek.
Inħoss lil Qalbek tħabbat ġewwa
sidri
Filwaqt li Inti tagħmel li
l-ħajja divina Tiegħek tinfetaħ
ġewwa fija.
Grazzi, O Spirtu s-Santu,
tas-Sagrament tal-Griżma
tal-Isqof,
Li jagħmilini l-Kavallier
Tiegħek
U jsaħħaħli ruħi f’kull waqt,
U jħarisni mill-ħażen.
Grazzi, O Alla, tal-grazzja
tal-vokazzjoni,
Talli ssejjaħtli biex inservi
lilek biss,
U mexxejtni sabiex nagħmlek
l-unika mħabba tiegħi,
Unur ikbar milli ħaqqni għal
ruħi.
Grazzi, O Mulej, għall-voti
perpetwi,
Għal dik l-għaqda ta’ mħabba
safja,
Talli ndenjajt ruħek tgħaqqad
il-qalb safja Tiegħek ma’
tiegħi.
U talli għaqqadt qalbi ma’
Tiegħek b’rabta mill-iżjed
safja.
Grazzi, O Mulej, tas-Sagrament
tad-Dlik biż-żejt,
Li, fl-aħħar waqtiet tiegħi,
jagħtini s-saħħa;
L-għajnuna tiegħi fil-ġlieda,
il-gwida tiegħi
għas-salvazzjoni,
Li tqawwili ruħi sakemm naslu
għall-ferħ etern.
Grazzi, O Alla,
tal-ispirazzjonijiet kollha
Lit-tjubija Tiegħek tfawwarni
bihom,
Tad-dwal interjuri mogħtijin lil
ruħi,
Li l-qalb tħosshom, imma m’hemmx
kliem biex tesprimihom.
Grazzi, O Trinita’ Qaddisa,
tal-kobor tal-grazzji
Li Inti tfawwarni bihom bla
waqfien matul ħajti.
Il-gratitudni tiegħi għad tikber
kif ifeġġ iż-żerniq etern,
Meta, għall-ewwel darba, jiena
għad inkanta għall-glorja
Tiegħek.
1287.
+ Minkejja l-paċi li hemm ġo
qalbi, qiegħda kontinwament
niġġieled taqbida mal-għadu ta’
ruħi. Kulma jmur, qiegħda
niskopri n-nases tiegħu, u
l-ġlieda terġa’ tixgħel
mill-ġdid. Waqt intervalli ta’
kalma, jiena nħarreġ lili nnifsi
u nishar, li ma jmurx il-għadu
jaqbadni minix ipperparata. U
meta jiena nara r-rabja kbira
tiegħu, nibqa’ ġewwa l-fortizza;
jiġifieri, fil-Qalb Imqaddsa ta’
Ġesu’.
1288.
19 ta’ Settembru (1937). Illum,
il-Mulej qalli, Binti, ikteb
li Jiena nweġġa’ ħafna meta
r-reliġjużi jirċievu s-Sagrament
tal-Imħabba sempliċiment bi
drawwa, bħallikieku ma jagħrfux
dan l-ikel minn ikel ieħor. Jien
la nsib fidi lanqas imħabba
fil-qalb tagħhom. Jiena mmur
għand erwieħ bħal dawn tassew
kontra Qalbi. Kien ikun aħjar li
kieku ma jirċevuni xejn.
1289.
Ġesu’ l-aktar ħelu, kebbes
imħabbti lejk u ibdilni fik.
Qaddisni sabiex l-għemejjel
tiegħi jkunu jistgħu jogħġbuk.
Agħmel li dan isir bil-qawwa
tat-Tqarbina li nirċievi kuljum.
O kemm nixtieq li nkun mibdula
għal kollox fik, O Mulej!
1290.
19 ta’ Settembru 1937. Illum,
ħija Stanley ġie jżurni. Fraħt
ħafna b’din ir-ruħ sabiħa, li
wkoll għandha intenzjoni
tiddedika ruħha għas-servizz ta’
Alla,. Jiġifieri, Alla stess qed
jiġbdu lejn imħabbtu. Domna
nitkellmu fuq Alla, fuq
it-tjubija Tiegħu, Waqt din
il-konverżazzjoni miegħu, sirt
naf kemm ruħu kienet togħġbu
lil Alla. Il-Madre Superjura
tatni l-permess narah aktar ta’
spiss. Meta talabni l-parir
tiegħi dwar li jsir reliġjuż,
jiena weġibt, “Żgur li inti taf
l-iktar x’qed jitlob Alla
mingħandek.” Jiena semmejt
l-Ordni tal-Ġiżwiti, imma għidt,
“Mur fejn joġħġob lilek.”
Wegħedtu li ser nitlob għalih, u
ddeċidejt li nagħmel novena
lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
bl-interċessjoni ta’ Dun Peter
Skarga u wegħedt li nħabbarha
fil-“Messaġġier tal-Qalb
Imqaddsa ta’ Ġesu’”,
(nota212) għax għandu
diffikultajiet kbar f’din
il-ħaġa. Jiena fhimt li, f’każ
bħal dan, iktar jiswa t-talb
mill-pariri.
1291.
21 ta’ Settembru. Wara li qomt
diversi drabi matul il-lejl,
irringrazzjajt lil Alla bi ftit
kliem, imma b’qalbi kollha,
għall-grazzji kollha li Huwa ta
lili u lill-Kongregazzjoni
tagħna, u qgħadt naħseb fuq
it-tjubija kbira Tiegħu.
1292.
X’ħin tqarbint , għidtlu,
“Ġesu’, ħsibt fuqek ħafna drabi
l-lejl li għadda”, u Ġesu’
weġibni, U Jiena ħsibt fik
qabel ma ħlaqtek. “ Ġesu’,
kif kont qiegħed taħseb fuqi?”
Kif nista’ ndaħħlek fil-ferħ
etern Tiegħi. Wara dan
il-kliem, l-imħabba ta’ Alla
għarrqet lil ruħi. Ma stajtx
nieqaf nistagħġeb kemm iħobbna
Alla.
1293.
Ġara li rġajt waqajt f’ċertu
żball, għalkemm kont għamilt
riżoluzzjoni sinċiera li ma
nerġax – għalkemm il-waqgħa
kienet tikkonsisti f’nuqqas
żgħir li għamiltu mhux għax ridt
– meta ndunajt b’dan ħassejt
tant uġigħ qawwi f’ruħi li
waqaft mix-xogħol tiegħi u mort
fil-kappella għal ftit. Intfajt
f’riġlejn Ġesu’, bi mħabba u
b’ħafna wġigħ u tlabt lill-Mulej
jaħfirli, iktar u iktar
ħassejtni nistħi minħabba l-fatt
li x’ħin kont qgħadt nitkellem
miegħu wara t-Tqarbin dalgħodu
stess kont wegħedtu li nibqa’
fidila lejh. Imbagħad smajt dan
il-kliem: Li kieku ma kienx
għal dan in-nuqqas żgħir, ma
kontx tiġi għandi. Kun af li
kull darba li inti tiġi għandi,
tumilja lilek inifsek u titlobni
maħfra, Jiena nxerred fuqek
abbundanza hekk kbira ta’
grazzji, u n-nuqqas tiegħek
jgħib minn quddiem għajnejja, u
Jiena nara biss l-imħabba u
l-umilta’ tiegħek. Inti ma
titlef xejn imma takkwista ħafna
. . .
1294.
Il-Mulej jgħarrafni li meta ruħ
ma taċċettax il-grazzji li jkunu
intenzjonati għaliha, ruħ oħra
tirċevihom fil-pront. O Ġesu’
tiegħi, agħmilni denja li
naċċetta l-grazzji Tiegħek għax
waħdi jiena ma nista’ nagħmel
xejn. Mingħajr l-għajnuna
Tiegħek, lanqas nista’ nlissen
sewwa mqar Ismek.
1295.
25 ta’ Settembru (1937). X’ħin
sirt naf kemm huma kbar
id-diffikultajiet li hemm f’din
l-opra kollha kemm hi, jiena
mort għand il-Mulej u għidtlu,
“Ġesu’, m’intix tara kif qedgħin
ifixklu l-opra Tiegħek?” U smajt
vuċi ġewwa ruħi: Agħmel dak
kollu li inti tista’ tagħmel, u
tinkwetax fuq il-bqija. Dawn
id-diffikultajiet huma prova li
din l-opra hi Tiegħi. Kun
fil-paċi sakemm inti tkun
qiegħda tagħmel dak kollu li
jiddependi minnek.
1296.
Illum, ftaħt il-kanċell
għall-Madre Superjura u sirt naf
ġewwa fija li kienet sejra
l-belt dwar xi ħaġa li kellha
x’taqsam mal-Opra tal-Ħniena
Divina. Din hi s-Superjura li
tat l-ikbar kontribut għal din
l-opra tal-ħniena kollha kemm
hi.
1297.
Illum inqast mill-prudenza meta
staqsejt żewġt itfal foqra jekk
hux veru li ma kellhom xejn
x’jieklu d-dar. It-tfal ma
weġbuni xejn u telqu ‘l hemm.
Jiena fhimt kemm kien diffiċli
għalihom jitkellmu fuq il-faqar
tagħhom; jiena mbagħad tlaqt
niġri warajhom u ġibthom lura, u
tajthom dak kollu li kelli
permess nagħtihom.
1298.
O Alla, urini l-ħniena Tiegħek
Skont il-mogħdrija tal-Qalb ta’
Ġesu’.
Isma’ t-tnehid u t-talb tiegħi
U d-dmugħ ta’qalb sobgħiena.
O Alla ta’ Setgħa bla tarf,
dejjem ħanin,
Il-mogħdrija Tiegħek ma tispiċċa
qatt.
Għalkemm il-miżerja tiegħi hi
kbira daqs il-baħar,
Jiena għandi fiduċja sħiħa
fil-ħniena tal-Mulej.
O Trinita’ Eterna, imma
fl-istess waqt Alla dejjem
ħanin,
Il-mogħdrija Tiegħek ma tistax
titkejjel.
U għalhekk jiena nafda fil-baħar
tal-ħniena Tiegħek,
U nħoss il-preżenza Tiegħek,
Mulej, għalkemm hemm velu
bejnietna.
Jalla s-Setgħa bla tarf
tal-ħniena Tiegħek, O Mulej,
Tiġi gglorifikata fid-dinja
kollha
Jalla l-qima tagħna ma tieqaf
qatt.
Xandar, ruħ tiegħi, il-ħniena
ta’ Alla bil-ħerqa.
1299.
27 ta’ Settembru (1937). Illum,
il-Madre Superjura u jiena morna
naraw ċertu sinjur (nota213)
fejn kienu qegħdin jistampaw u
jpittru santi żgħar tal-Ħniena
Divina, kif wkoll it-talb u
l-kurunella, li diġa’ ġew
approvati. U kellna naraw ukoll
ix-xbieha ikbar li kienet ġiet
imtejba. (nota214) Din
tixbah ħafna lill-oriġinal.
Ħassejtni kuntenta ħafna b’din
il-ħaġa.
1300.
X’ħin ħarist lejn din ix-xbieha,
daħlet ġewwa fija mħabba hekk
ħajja għal Alla li, għal waqt
wieħed, ma kontx naf fejn kont
qiegħda. X’ħin ħlisna milli
kellna nagħmlu, morna fil-Knisja
tal-Verġni Marija l-iktar
Imbierka. Smajna l-Quddiesa,
fejn il-Mulej tani x’nifhem
x’għadd kbir ta’ erwieħ kellhom
isalvaw permezz ta’ din l-opra.
Imbagħad dħalt fi djalogu intimu
mal-Mulej u rringrazzjajtu li Hu
kien indejna ruħu jagħtini
l-grazzja li nara kif kienet
qiegħda tinxtered il-qima
tal-ħniena Tiegħu bla tarf.
Intlift f’talba profonda ta’
radd il-ħajr. O, kemm hi kbira
l-ġenerożita’ ta’ Alla! Imbierek
il-Mulej, li jżomm il-wegħdiet
Tiegħu . . .
1301.
Hi ħaġa staordinarja kemm
għandha dawl mingħand Alla Madre
Irene dwar din il-ħaġa kollha.
Kienet l-ewwel waħda li
ħallietni nwettaq ix-xewqat
tal-Mulej, għalkemm kien biss
sentejn wara li bdiet
ir-rivelazzjoni, li hi saret
is-Superjura tiegħi. U minkejja
dan il-fatt, hi kienet l-ewwel
waħda li ġiet miegħi meta bdiet
il-pittura tax-xbieha. U issa
wkoll, meta qedgħin jiġu
ppublikati xi affarijiet li
għandhom x’jaqsmu mal-Ħniena
Divina u qedgħin jiġu stampati
xi santi żgħar, hi wkoll qiegħda
tiġi miegħi (sabiex tieħu ħsieb)
din il-ħaġa. Alla mexxa dan
kollu b’mod misterjuż, għax dan
ix-xogħol inbeda f’Vilnius, u
issa r-rieda ta’ Alla mexxiet
iċ-ċirkustanzi b’tali mod, li
din il-ħaġa qiegħda titkompla fi
Krakovja. Jiena naf kemm togħġob
lil Alla din is-Superjura;
qiegħda nara kif Alla qed imexxi
kollox u jridni nkun taħt
il-ħarsien tagħha f’dawn
iż-żminijiet importanti . . .
Grazzi, Mulej, għal superjuri
bħal dawn, li jgħixu fl-imħabba
u fil-biża’ ta’ Alla. Għalhekk
jiena nitlob għaliha l-iktar,
għax hi l-iktar waħda li tħabtet
minħabba din l-opra tal-Ħniena
Divina . . .
1302.
29 ta’ Settembru (1937). Illum
irnexxieli nifhem ħafna
mill-misteri ta’ Alla. Sirt naf
li t-Tqarbina tibqa’ ġo fija
sat-Tqarbina ta’ wara. Preżenza
ħajja ta’ Alla li tinħass b’mod
ċar tkompli ġewwa ruħi.
Ir-realizzazzjoni ta’ din
il-ħaġa titfagħni f’ġabra
profonda, mingħajr ma nagħmel
l-iċken sforz. Qalbi hi
tabernaklu ħaj fejn tiġi
riżervata l-Ostja ħajja. Jiena
qatt ma fittixt lil Alla
x’imkien fil-bogħod, imma ġewwa
fija stess. Il-profondita’ ta’
ruħi stess jiena nikkomunika ma’
Alla tiegħi.
1303.
Alla tiegħi, minkejja l-grazzji
kollha li nirċievi, jiena
nixxennaq bla waqfien li nkun
eternament maqgħuda ma’ Alla
tiegħi; u aktar ma nsir nafu,
aktar nixtiequ b’ħeġġa akbar.
+
Ġ.M.Ġ
1304.
B’xenqa nħares ‘il fuq lejn
is-sema mimli kwiekeb,
Fiż-żaffir is-smewwiet li ma
jitkejlux.
Hemmhekk il-qalb safja tmut
tittajjar sabiex issibek, O
Alla,
U tixtieq tinħeles mill-ktajjen
tal-ġisem.
B’xewqa kbira nħares lejk,
pajjiżi,
Meta ser jispiċċa dan l-eżilju
tieghi?
O Ġesu’, din hi s-sejħa
tal-għarusa Tiegħek
Li qiegħda tbati l-agunija
fl-għatx li għandha għalik.
B’xenqa nħares lejn il-marki li
ħallew saqajn il-qaddisin
Li diġa’ qasmu dan id-deżert
fil-mixja tagħhom lejn
pajjiżhom.
Huma ħallewli li l-eżempju
tal-virtu’ u l-pariri tagħhom,
U jgħiduli, “Hu paċenzja, Sor,
dalwaqt jinħallu l-ktajjen.”
Imma ruħi mxennqa ma tismax dan
il-kliem,
Bil-ħerqa tixxennaq għall-Mulej
u Alla tagħha,
U ma tifhimx il-lingwa li
jitkellmu l-bnedmin,
Għax hi nnamrat Miegħu biss.
Ruħi mxennqa, miġruħa
bl-imħabba,
Tgħaddi bil-qawwa minn
ġol-ħolqien kollu
U tingħaqad mal-eternita’
infinita’
Mal-Mulej li miegħu qalbi
tgħarrset.
Ħalli lil ruħi mxennqa, O Alla,
Tegħreq fl-Essenza Tiegħek
Divina ta’ Tliet Persuni,
Aqtagħli x-xewqat tiegħi, li
qiegħda nitlobhomlok bl-umilta’
B’qalb li qiegħda tfur bin-nar
tal-imħabba.
1305.
Ġiet ċerta persuna għandna llum
u talbet li tidħol bħala waħda
mill-istudenti tagħna. Imma ma
setgħux idaħħluha. Hi kellha
bżonn kbir tad-dar tagħna. Waqt
li kont qiegħda nitkellem
magħha, ġiet imġedda ġo fija
l-Passjoni ta’ Ġesu’. X’ħin
telqet, ħadt fuqi nnifsi waħda
mill-mortifikazzjonijiet l-iktar
iebsa. Iżda, darb’ oħra ma
nħallix ruħ bħal dik taħrab.
Għal tlett ijiem batejt ħafna
ħafna minħabba fiha. Kemm
jiddispjaċini li
l-istituzzjonijiet tagħna tant
huma żgħar u ma jistgħux
jakkomdaw numru ikbar ta’
erwieħ, Ġesu’ tiegħi, Inti taf
kemm nitnikket minħabba kull
nagħġa mitlufa . . .
1306.
+ O umilta’, fjura sabiħa, jiena
nista’ nara kemm huma ftit dawk
l-erwieħ li għandhom lilek
f’qalbhom. Forsi għax inti
daqshekk sabiħa u fl-istess ħin
daqshekk diffiċli li wieħed
jakkwistak? O iva, hekk hu, kemm
waħda u kemm l-oħra. Alla wkoll
jieħu pjaċir kbir biha.
Il-bibien tal-ġenna jinsabu
miftuħin għal ruħ li hi umli, u
baħar ta’ grazzji jinżel igelgel
fuqha. O kemm hi sabiħa ruħ
umli! Minn ġewwa l-qalb tagħha,
bħal minn ċensier, titla fwieħa
varjata u mill-isbaħ li tinfed
is-smewwiet u tilħaq lil Alla
nnifsu, filwaqt li timlielu
l-Qalb l-iżjed Imqaddsa Tiegħu
bil-ferħ. Alla ma jiċħad xejn
lil ruħ bħal din; għandha qawwa
tal-għaġeb u tinfluwenza
d-destin tad-dinja kollha. Alla
jgħolli lil ruħ bħal din
sal-istess tron Tiegħu, u iktar
ma hi tumilja ruħha, iktar Alla
jinżel ‘l isfel sa fejn tkun hi,
jiġri warajha bil-grazzji Tiegħu
u jakkumpanjaha f’kull waqt
bis-Setgħa Tiegħu bla tarf. Ruħ
bħal din hi maqgħuda ma’ Alla
b’mod l-iktar profond. O
umilta’, niżżel l-għeruq fondi
ġewwa fija, kollni kemm jiena. O
verġni l-iktar safja, imma wkoll
l-iktar umli, għinni nikseb
umilta’ profonda. Issa nista’
nifhem għaliex hemm daqshekk
ftit qaddisin; dan għax verament
huma ftit dawk l-erwieħ li huma
profondament umli.
1307.
Imħabba Eterna, Profondita’ ta’
Ħniena, O Qdusija ta’ Tliet
Persuni imma fl-istess waqt Alla
wieħed, b’qalb mimlija mħabba
għal kulħadd, bħala Missier
tajjeb Inti ma tistmell lil
ħadd. O Mħabba ta’ Alla, Għajn
Ħajja, xxerred lilek innifsek
fuqna, ħlejjaq indenji Tiegħek.
Jalla l-miżerja tagħna ma żżommx
lura l-gliegel ta’ mħabbtek,
għax tabilħaqq m’hemm l-ebda
limitu għall-ħniena Tiegħek.
1308.
+ Ġesu’, innutajt li donnok
m’għadekx daqshekk moħħok fija.
Iva, binti, minfloki issa
hemm d-direttur spiritwali
tiegħek (Patri Andrasz).
Hu qed jieħu ħsiebek skont
ir-rieda Tiegħi. Irrispetta kull
kelma li jgħidlek bħallikieku
kienet Tiegħi. Huwa l-velu li
qiegħed ninħeba warajh.
Id-direttur tiegħek u Jiena,
aħna ħaġa waħda; kliemu huwa
kliemi.
1309.
X’ħin nagħmel it-Triq tas-Salib,
inħossni kommossa ħafna x’ħin
nasal fit-tnax –il stazzjon.
Hawnhekk nieqaf naħseb fuq
is-setgħa bla tarf tal-ħniena
ta’ Alla li għaddiet minn
ġol-Qalb ta’ Ġesu’. F’din
il-ferita miftuħa tal-Qalb ta’
Ġesu’ jiena npoġġi l-bnedmin
imsejknin kollha . . . u dawk
l-individwi li jiena nħobb, kull
darba li jiena nagħmel it-Triq
tas-Salib. Minn dik il-Għajn
tal-Ħniena ħarġu ż-żewġ raġġi,
jiġifieri, id-Demm u l-Ilma.
Bl-immensita’ tal-grazzja
tagħhom huma jgħarrqu d-dinja
kollha . . .
1310.
Meta xi ħadd ikun qed iħossu
fjakk u marid, irid jisforza
l-ħin kollu biex ilaħħaq ma’ dak
li l-oħrajn ikunu qedgħin
jagħmlu qishom mhumiex huma.
Imma wkoll dawk l-affarijiet ta’
kuljum mhux dejjem wieħed
jirnexxilu jagħmilhom. Imma
xorta waħda ngħidlek grazzi,
Ġesu’, ta’ kollox għax il-premju
mhux ser jingħata għall-kobor
tal-opri, imma għall-kobor
tal-isforz. Dak li jitwettaq bi
mħabba mhux ħaġa żgħira, O Ġesu’
tiegħi, għax għajnejk jaraw
kollox. Ma nafx għaliex qed
inħossni daqshekk ħażin
filgħodu; irrid nagħmel l-almu
tiegħi kollu biex inqum
mis-sodda, xi drabi wkoll
sal-punt tal-qlubija. X’ħin
naħseb fit-Tqarbin Imqaddes
nerġa’ nħoss daqsxejn iktar
saħħa. U għalhekk, il-ġurnata
tibda b’taqbida u tispiċċa
b’taqbida. X’ħin immur biex
nistrieħ, inħossni bħal suldat
ġej mill-kamp tat-taqbida. Inti
biss, Mulej u Mgħallem tiegħi,
tkun taf x’kien fih dan il-jum.
1311.
Meditazzjoni.Waqt
il-meditazzjoni, is-soru li
kienet maġenbi fuq
il-ġinokkjatur ta’ maġenbi
il-ħin kollu tisgħol u tqaħqaħ,
xi kultant bla waqfien. Darba
ġieni f’moħħi li nibdel posti
għall-ħin tal-meditazzjoni, għax
il-Quddiesa kienet diġa’
spiċċat. Imma mbagħad ħsibt li,
jekk inbiddel posti, is-soru
kienet tinduna b’din il-ħaġa u
forsi kienet tħossha mweġġgħa li
jiena kont tbigħedt minnha.
Għalhekk ideċidejt li nkompli
nitlob fil-post tiegħi
tas-soltu, u noffri dan l-att
ta’ paċenzja lil Alla. Qrib
it-tmiem tal-meditazzjoni, ruħi
ġiet mgħarrqa bil-konsolazzjoni
ta’ Alla, u dan sal-limitu li
kienet tiflaħ qalbi; u l-Mulej
tani x’nifhem li, li kieku kont
tbegħidt minn dik is-soru kont
inkun tbegħidt ukoll minn dawk
il-grazzji li niżlu ġewwa ruħi.
1312.
+ Illum ġie Ġesu’ fil-bieb
prinċipali tagħna, fil-forma ta’
żagħżugħ fqir. Dan iż-żagħżugħ,
mixrub, ħafi u rasu mikxufa, bi
ħwejġu mqattgħin, kien iffriżat
għax il-jum kien kiesaħ u
bix-xita. Ried xi ħaġa sħuna
x’jiekol. Għalhekk mort
fil-kċina, imma ma sibt xejn
hemmhekk għall-foqra. Imma, wara
li bqajt nfittex ‘l hemm u ‘l
hawn għal ftit ieħor, irnexxieli
nsib ftit soppa, li rġajt
saħħantha u fittitt fiha ftit
ħobż, u tajtha liż-żagħżugħ fqir
li kielha. Filwaqt li kont
qiegħda neħodlu l-iskutella Hu
għarrafni li kien is-Sid
tas-sema u tal-art. X’ħin rajt
min kien, għeb minn quddiemi.
X’ħin erġajt dħalt u qgħadt
naħseb fuq dak li kien ġara
ħdejn il-kanċell, smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Binti,
il-barkiet tal-foqra li jberkuni
filwaqt li jitilqu minn dan
il-kanċell waslu f’widnejja. U
l-mogħdrija tiegħek, fil-limiti
tal-ubbidjenza, għoġbitni, u
għalhekk Jiena nżilt mit-tron
Tiegħi – biex induq il-frott
tal-ħniena tiegħek.
1313.
O Ġesu’ tiegħi, issa kollox ċar
għalija, u nista’ nifhem dak
kollu li għadu kif ġara. B’xi
mod ħassejt u bdejt nistaqsi
lili nnifsi x’tip ta’ fqir kien
dan li kien qed ixxerred
modestja bħal din. Minn dak
il-waqt, bdiet titqanqal ġewwa
qalbi mħabba aktar safja
għall-foqra u għal dawk li huma
fil-bżonn. O, kemm ninsab
kuntenta lis-superjuri tiegħi
tawni dan ix-xogħol! Qiegħda
nifhem li l-ħniena għandha ħafna
uċuħ; wieħed jista’ jagħmel dak
li hu tajjeb dejjem u kullimkien
u fil-ħinijiet kollha. Imħabba
mħeġġa għal Alla tara madwarha
opportunitajiet il-ħin kollu
sabiex taqsam ma’ ħaddieħor dak
li għandha permezz tal-opri,
kliem u talb. Issa nista’ nifhem
il-kliem li Inti għidtli, O
Mulej, xi żmien ilu.
1314.
+ O, xi sforzi kbar ikolli
nagħmel biex inwettaq sewwa
d-dmirijiet tiegħi meta saħħti
tkun daqshekk batuta! Dan Inti
biss tkun taf bih, O Kristu.
1315.
+ Fi żminijiet ta’ deżolazzjoni
interjuri ma nitlifx il-paċi
tiegħi, għax naf li Alla qatt ma
jitlaq lir-ruħ, ħlief forsi meta
r-ruħ stess taqta’ r-rabta ta’
mħabba bin-nuqqas ta’ fedelta’
tagħha. Iżda, il-ħlejjaq kollha
bla ebda eċċezzjoni jiddependu
mill-Mulej u jinżammu bis-setgħa
Tiegħu bla tarf. Xi wħud jinsabu
taħt ir-regola tal-imħabba,
oħrajn taħt ir-regola
tal-ġustizzja. Jiddependi minna
taħt liema regola rridu ngħixu,
għax lil ħadd ma tiġi miċħuda
l-għajnuna ta’ grazzja
suffiċjenti. Ma jbeżżgħani xejn
dan li jidher bħala abbandun.
Jiena neżamina lili nnifsi b’mod
iktar profond sabiex niskopri
jekk dan hux it-tort tiegħi.
Jekk dan mhux il-każ – mela
jalla (l-Mulej) ikun imbierek!
1316.
1 ta’ Ottubru 1937. Binti,
Jiena neħtieġ sagrifiċċju
mwettaq bi mħabba, għax dan
ifisser ħafna għalija. Tassew
enormi huma d-djun lid-dinja
għandha miegħi; erwieħ safja
jistgħu jħallsuhom
bis-sagrifiċċju tagħhom, billu
juru ħniena fl-ispirtu.
1317.
Jiena qiegħda nifhem kliemek,
Mulej, u l-kobor tal-ħniena li
suppost tiddi ġewwa ruħi. Ġesu’:
Naf, binti, li inti qiegħda
tifhimha u li qiegħda twettaq
dak kollu li jiddependi minnek.
Imma ikteb dan għal dawk
il-ħafna erwieħ li spiss
jinkwetaw għax m’għandhomx
il-mezzi materjali biex iwettqu
atti ta’ ħniena. Imma ħniena
spiritwali, li ma teħtieġx la
permessi u lanqas imħażen,
timmerita ħafna iktar u kull ruħ
tista’ tippossediha. Jekk ruħ ma
turix ħniena b’xi mod jew ieħor,
hi ma takkwistax il-ħniena
tiegħi f’jum il-ġudizzju. O, li
kieku l-erwieħ kienu jafu kif
jakkwistaw teżor etern għalihom
infushom, ma jiġux iġġudikati,
għax jantiċipaw il-ġudizzju
Tiegħi bil-ħniena tagħhom.
1318.
10 ta’ Ottubru (1937). O, Ġesu’
tiegħi, b’radd ta’ ħajr għal
ħafna grazzji Tiegħek, jiena
noffrilek ġismi u ruħi,
l-intellett u r-rieda, u
s-sentimenti kollha ta’ qalbi.
Permezz tal-voti, jiena nagħti
lili nnifsi kompletament lilek;
jiena mbagħad ma jibqagħli xejn
iżjed li nista’ noffrilek. Ġesu’
qalli, Binti, għadek
m’offrejtlix dak li tassew hu
tiegħek. Bdejt ngħarbel
sewwa ġewwa fija u sibt li jiena
nħobb lil Alla bil-fakultajiet
kollha ta’ ruħi u ma stajtx
insib x’kienet dik il-ħaġa li
kien għadni ma tajthilux
lill-Mulej u staqsejtu, “Ġesu’,
għidli x’inhi, u nagħtihielek
mill-ewwel b’qalb ġeneruża.”
Ġesu’ qalli bi tjubija,
Binti, agħtini l-miżerja
tiegħek, għax dik hi propjeta’
esklużiva tiegħek. F’dak
il-waqt raġġ dawl dawwalli ruħi,
u stajt nara l-abbiss sħiħ
tal-miżerja tiegħi. F’dak
l-istess waqt mort nitgeddes
qrib il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
b’tant fiduċja li wkoll li kieku
kelli d-dnubiet tal-ikkundannati
kollha qegħdin jagħfsu fuq
il-kuxjenza tiegħi, ma kontx
niddubita mill-ħniena ta’ Alla
imma b’qalb mgħaffġa trab, kont
ninxteħet fl-abbiss tal-ħniena
Tiegħek. Nemmen, O Ġesu’, li
Inti ma kontx twarrabni imma
kont taħfirli permezz
tar-rappreżentant Tiegħek.
1319.
Int mitt, Ġesu’, imma minnek
tnisslet il-ħajja
għall-umanita’, li ħarġet
tgelgel għall-erwieħ, u nfetaħ
baħar ta’ ħniena għad-dinja
kollha. O Għajn tal-Ħajja,
Ħniena Divina bla qies, imla’
d-dinja kollha u ferra lilek
innifsek fuqna.
1320.
Fit-tlieta
(ta’ wara nofsinhar) itlob
il-ħniena Tiegħi, l-iktar
għall-midinbin; u, imqar għal
ftit tal-ħin idħol fl-ispirtu
tal-Passjoni Tiegħi, u b’mod
speċjali fl-abbandun Tiegħi
fil-mument tal-Agunija. Din hi
s-siegħa ta’ ħniena kbira
għad-dinja kollha. Jiena
nippermettilek tidħol
fid-dwejjaq Tiegħi tal-mewt.
F’din is-siegħa, ma niċħad xejn
lir-ruħ li titlobni xi ħaġa
għall-merti tal-Passjoni Tiegħi
. . .
+
Ġ.M.Ġ
1321.
Insellimlek, Qalb l-iktar ħanina
ta’ Ġesu’,
Għajn ħajja tal-grazzji kollha,
L-uniku kenn, l-uniku rifuġju
tagħna;
Fik jiena għandi d-dawl
tat-tama.
Insellimlek, O Qalb ta’ Alla
tiegħi li l-iktar tagħder,
Għajn ħajja ta’ mħabba bla tarf,
Li minnha toħroġ il-ħajja
għall-bniedem midneb
U l-Għajn tal-ħlewwa kollha.
Insellimlek Ferita miftuħa
tal-Qalb l-Iżjed Imqaddsa,
Li minnha ħarġu r-raġġi
tal-ħniena
U li minnha ngħatalna li niġbdu
l-ħajja
Permezz tal-fiduċja biss.
Insellimlek, tjubija ta’ Alla li
ħadd ma jifhimha,
Li qatt ma tista’ titkejjel,
Mimlija, mħabba u ħniena
għalkemm dejjem qaddisa,
Imma, bħal omm tajba, dejjem
moħħok fina.
Insellimlek, tron ta’ Ħniena,
Ħaruf ta’ Alla,
Li tajt ħajtek f’sagrifiċċju
għalija
Li quddiemu ċċekken lilha
nfisha,
Filwaqt li tgħix b’fidi
profonda.
(Tmiem ir-Raba’ Pitazz)
Swor Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes
tal-Kongregazzjoni
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena
Il-Ħames Pitazz
+
Ġ.M.Ġ
1322.
Id-dgħajsa ta’ ħajti miexja
ġmielha
Fost dlam u dellijiet tallejl,
U ma nista’ nilmaħ l-ebda xatt;
Qiegħda nirkeb il-ħalel għoljin.
L-iċken tempesta biżżejjed biex
negħreq;
Tiblagħli d-dgħajsa tiegħi
fil-fond jobrom tal-baħar,
Li kieku Inti stess ma kontx qed
jgħasses fuqi, O Alla,
F’kull waqt u mument ta’ ħajti.
Fost il-ħalel jagħmlu ħsejjes
tal-biża’
Jiena nkompli nivjaġġa fil-paċi,
bil-fiduċja,
U bħal tifla nħares fil-bogħod
bla biża’,
Għax Inti, O Ġesu’, id-Dawl
tiegħi.
Madwari kullimkien biża’ u
twerwir,
Imma ġewwa ruħi hemm paċi iktar
profonda mill-fond tal-baħar,
Għax dak li hu maqgħud miegħek,
O Mulej, ma jintilifx,
Imħabbtek tiżgurani minn dan, O
Alla.
Għalkemm ruxxmata periklu
jinsabu madwari,
Minn l-ebda waħda minnhom ma
nibża’, għax ħarsti fissa fuq
is-sema mimli kwiekeb,
U jiena nissokkta ‘l quddiem
kuraġġuża u ferħana,
Kif jixraq lill-qalb safja.
U jekk id-dgħajsa ta’ ħajti
tinsab miexja hekk fil-paċi,
Dan minħabba ħaġa waħda bis fuq
kollox:
Inti l-kaptan tiegħi, O Alla.
Dan jiena nistqarru bl-ikbar
umilta’.
+
Ġ.M.Ġ
1323.
O Alla tiegħi, jiena nħobbok.
Swor Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes.
Krakovja, 20 ta’ Ottubru 1937.
1324.
Ninxteħet quddiemek, O Ħobż
tal-Anġli
B’fidi profonda, tama u mħabba
U mill-fond ta’ ruħi nagħtik
qima,
Għalkemm jiena l-istess xejn.
Ninxteħet quddiemek, O Alla
moħbi
U nħobbok b’qalbi kollha.
Il-veli tal-misteru m’humiex
ostakli għalija;
Jiena nħobbok bħalma jħobbok
il-magħżulin Tiegħek fil-ġenna.
Ninxteħet quddiemek, O Ħaruf ta’
Alla
Li tneħħi d-dnubiet ta’ ruħi,
Li jiena nirċievi f’qalbi kull
filgħodu,
Inti li Inti l-għajnuna tiegħi.
+
Ġ.M.Ġ
Krakovja, 20 ta’ Ottubru 1937.
Il-ħames pitazz.
1325.
O Alla tiegħi, jalla kulma hu ġo
fija jfaħħrek, Mulej u Ħallieq
tiegħi; u b’kull taħbita
ta’qalbi rrid infaħħar il-ħniena
Tiegħek bla tarf. Irrid ngħarraf
lill-erwieħ bit-tjubija Tiegħek
u ninkuraġġihom biex jafdaw
fil-ħniena Tiegħek. Din hi
l-missjoni tiegħi, li Inti stess
afdajtli f’idejja, O Mulej,
f’din il-ħajja u f’dik li ġejja.
1326.
Illum qedgħin nibdew irtir ta’
tmint ijiem. (nota215)
Ġesu’, Mgħallem tiegħi, għinni
nagħmel dawn l-eżerċizzi ta’ dan
l-irtir qaddis bl-ikbar ħeġġa
possibbli. Jalla l-Ispirtu
Tiegħek imexxini, O Alla,
fl-ikbar profondita’
tal-għarfien Tiegħek, u tiegħi
wkoll. Għax jiena nista’
inħobbok biss daqskemm nista’
nsir nafek. U nsir nobgħod lili
nnifsi biss daqskemm insir naf
il-miżerja tiegħi. Jiena naf,
Mulej, li Inti m’intix ser
tiċħadli l-għajnuna Tiegħek.
Nixtieq nispiċċa dan l-irtir
bħala qaddisa, ukoll jekk
l-għajnejn tal-bnedmin ma
jindunawx b’din il-ħaġa, lanqas
għajnejn is-superjuri. Nintelaq
kollni kemm jien fil-ħidma
tal-grazzja Tiegħek. Ħalli
r-rieda Tiegħek titwettaq
bis-sħiħ fija, O Mulej.
1327.
L-ewwel jum. Ġesu’: Binti,
dan l-irtir ser ikun
kontemplazzjoni bla waqfien.
Jiena ser nieħdok f’dan l-irtir
bħal f’bankett spiritwali. Qrib
il-Qalb ħanina tiegħi, inti
timmedita fuq il-grazzji kollha
li qalbek irċeviet, u paċi
profonda takkumpanjalek ruħek.
Jiena rrid li l-għajnejn ta’
ruħek ikunu dejjem fissi fuq
ir-rieda qaddisa Tiegħi, għax
b’dan il-mod int togħġobni
l-iktar. L-ebda sagrifiċċju ma
jista’ jħabbatha ma’ din
il-ħaġa. Matul l-eżerċizzi
kollha inti tibqa’ qrib ta’
qalbi. Inti ma tagħmel l-ebda
tibdil, għax Jiena niddisponi
minn ħajtek kollha skont ma
jogħġob lili. Is-saċerdot li
jagħmel l-irtir ma jgħid l-ebda
kelma li tinkwetak.
1328.
Ġesu’ tiegħi, diġa’ għamilt żewġ
meditazzjonijiet, u nista’
nagħraf, permezz tagħhom, li
kulma Inti għidt hu veru.
Qiegħda nħoss paċi profonda, u
din il-paċi ħierġa mix-xhieda
tal-kuxjenza tiegħi; jiġifieri,
li jiena qiegħda nagħmel dejjem
ir-rieda Tiegħek, O Mulej.
1329.
Waqt il-meditazzjoni fuq l-iskop
tal-bniedem, jiena fhimt li din
il-verita’ tinsab ankrata
fil-fond ta’ ruħi, u li
l-għemejjel tiegħi, għalhekk,
huma iżjed perfetti. Jiena naf
għaliex ġejt maħluqa.
Il-ħlejjaq, kollha kemm huma
flimkien, ma jistgħux jieħdu
post il-Ħallieq tiegħi. Jiena
naf li Alla hu l-iskop aħħari
tiegħi u għalhekk, f’kulma
nagħmel, l-ewwel naħseb f’Alla.
1330.
+ O, kemm hi ħaġa ta’ fejda
tagħmel irtir qrib il-Qalb
l-iżjed ħelwa ta’ Alla tiegħi.
Ninsab fid-deżert flimkien
mal-Maħbub tiegħi. Ħadd ma
jinterrompi d-djalogu ħelu
tiegħi Miegħu.
1331.
Ġesu’, Inti stess indenjajt
ruħek tpoġġi s-sisien
tal-qdusija tiegħi, għax ma
tantx kien hemm ko-operazzjoni
min-naħa tiegħi. Inti għallimnti
ma’ nagħtix kas tal-użu u
tal-għażla tal-ħlejjaq għax
qalbi, minnha nfisha, hi
daqshekk dgħajfa. U għalhekk
tlabtek, O Mgħallem tiegħi, li
ma tagħtix kas tal-uġigħ ta’
qalbi, imma li tneħħi dak li
jista’ jżommni lura mit-triq
tal-imħabba. Ma fhimtekx, Mulej,
fi żminijiet ta’ niket, meta
Inti kont qed twettaq xogħlok
f’ruħi; imma llum jiena qiegħda
nifhmek u nifraħ fl-ispirtu
ħieles tiegħi. Ġesu’ stess ra li
qalbi ma tinqabadx fin-nases
tal-ebda passjoni. Sirt naf
tajjeb minn liema perikli Hu
ħelisni, u għalhekk ma nistax
nieqaf irrodd ħajr lil Alla.
1332.
It-tieni jum. Filwaqt li kont
qiegħda nimmedita fuq id-dnub
tal-Anġli u l-kastig immedjat
tagħhom, jiena staqsejt lil
Ġesu’ għaliex l-Anġli kienu ġew
ikkastigati malli dinbu. Smajt
vuċi: Minħabba l-għarfien
profond ta’ Alla li huma
kellhom. L-ebda bniedem fl-art,
għalkemm ikun qaddis kbir,
m’għandu għarfien ta’ Alla
bħalma għandu Anġlu.
Madankollu, lili, li jiena
daqshekk miżerabbli, Inti
wrejtni l-ħniena Tiegħek, O
Alla, u din il-ħaġa Inti
għamiltha ħafna drabi, Inti qed
iġġorni fi ħdan il-ħniena
Tiegħek u taħfirli kull darba li
jiena nitlob il-maħfra Tiegħek
b’qalb niedma.
1333.
Hemm skiet profond madwar ruħi.
M’hemm l-ebda sħaba tgħattili
x-xemx. Inpoġġi lili nnifsi
kompletament miftuħa biex nilqa’
r-raġġi tagħha, sabiex imħabbtu
tkun tista’ twettaq bidla sħiħa
fija. Irrid nispiċċa dan l-irtir
bħala qaddisa u dan, minkejja
kollox; jiġifieri, minkejja
l-miżerja tiegħi, irrid insir
qaddisa, u għandi fiduċja li
l-ħniena ta’ Alla tista’ tagħmel
qaddisa, wkoll minn miżerja
bħalma jiena jien, għax għandi
rieda tajba assoluta. Minkejja
d-disfatti tiegħi kollha, irrid
inkompli niġġieled bħal ruħ
qaddisa u nġib ruħi bħal ruħ
qaddisa. Xejn m’hu ser
jiskoraġġini, bħalma xejn ma
jista’ jiskoraġġixxi ruħ li hi
qaddisa. Irrid ngħix u mmut bħal
ruħ qaddisa, b’għajnejja fissi
fuqek. Ġesu’, minxur fuq
is-Salib, bħala mudell
għall-ħidmiet tiegħi. Kont
inħobb inħares madwari
għall-eżempji u qatt ma sibt
xejn li kien biżżejjed, u
nnotajt li l-istat tal-qdusija
tiegħi kien qisu qed imajna.
Imma minn issa ‘l quddiem,
għajnejja fissi fuqek, O Kristu,
li Inti għalija l-aqwa gwida.
Jiena ninsab fiduċjuża li Inti
ser tbierek l-isforzi tiegħi.
1334.
+ Fil-meditazzjoni fuq id-dnub,
il-Mulej urieni l-malizzja
kollha tad-dnub u l-ingratitudni
li hemm fih. Inħoss ġewwa ruħi
stmerrija kbira anke għall-iċken
dnub. Iżda, il-veritajiet eterni
li kont qiegħda nimmedita fuqhom
ma jġibux lanqas dell ta’
inkwiet jew nuqqas ta’ paċi
f’ruħi. U għalkemm huma ħafna
importanti għalija,
il-kontemplazzjoni tiegħi ma
ssofri l-ebda waqfien minħabba
fihom. F’din il-kontemplazzjoni,
ma nħossx emozzjonijiet ta’
estasi f’qalbi, imma paċi
profonda u skiet tal-għaġeb.
Għalkemm imħabbti hi kbira,
inħoss bilanċ straordinarju.
Ukoll meta nitqarben ma nistax
ngħid li nħoss xi ħaġa, imma dan
iwassalni għal għaqda profonda
fejn imħabbti u l-imħabba ta’
Alla jingħaqdu flimkien bħal
ħaġa waħda.
1335.
+ Ġesu’ qalli li għandi nitlob
għas-sorijiet li qed jagħmlu
l-irtir. Waqt it-talb, sirt naf
bit-taqbida li xi wħud minnhom
kienu għaddejin minnha, u
rdoppjajt it-talb tiegħi.
1336.
+ F’dan is-skiet profond, inkun
nista’ niġġudika aħjar l-istat
ta’ ruħi. Ruħi hi bħal ilma ċar
fejn nista’ nara kollox: kemm
il-miżerja tiegħi kif ukoll
l-immensita’ tal-grazzji ta’
Alla. U minħabba dan l-għarfien
veru tiegħu stess, l-ispirtu
tiegħi jissaħħaħ f’umilta’
profonda. Nesponi qalbi
għall-ħidma tal-grazzja Tiegħek
bħal kristall espost għar-raġġi
tax-xemx. Jalla x-xbieha Tiegħek
tiġi riflessa fiha, O Alla
tiegħi, sakemm hu possibli
għaliha li tiġi rifless fil-qalb
ta’ ħlejqa. Ħalli d-divinita’
Tiegħek tirrifletti minn ġewwa
fija, O Inti li tgħammar ġewwa
ruħi.
1337.
X’ħin kont qiegħda nitlob
quddiem is-Sagrament Imqaddes u
kont qiegħda nsellem il-ħames
pjagi ta’ Ġesu’, ma kull tislima
ħassejt xmara ta’ grazzji nieżla
tgelgel ġewwa ruħi, tagħtini
tomgħa minn qabel tal-ġenna u
fiduċja assoluta fil-ħniena ta’
Alla.
1338.
Filwaqt li qiegħda nikteb dan
il-kliem, smajt l-għajta ta’
Satana: “Qiegħda tikteb kollox,
qiegħda tikteb kollox, u
minħabba f’hekk qed nitilfu
ħafna! Tiktibx fuq it-tjubija
ta’ Alla; Huwa ġust!” U beda
jgħajjat u jwerżaq bil-korla li
kellu, imbagħad għeb.
1339.
O Alla ħanin, Inti ma
tistmerriniex, imma l-ħin kollu
titfa’ fuqna l-grazzji tiegħek
bl-abbundanza. Int tagħmilna
denji li nidħlu fis-saltna
Tiegħek, u fit-tjubija Tiegħek
Inti tikkonċedi li l-bnedmin
jimlew il-postijiet li l-anġli
ingrati ħallew vojta. O Alla ta’
ħniena kbira, li dawwart
il-ħarsa qaddisa Tiegħek
mill-anġli ribelli għal fuq
il-bniedem niedem, tifħir u
glorja lill-ħniena Tiegħek bla
tarf, O Alla li ma tistmerrx
il-qalb umli.
1340.
Ġesu’ tiegħi, minkejja dawn
il-grazzji li inti tibgħat fuqi,
inħoss li n-natura tiegħi,
għalkemm hi merfugħa ‘l fuq,
mhix imsikkta għal kollox; u
għalhekk nibqa’ nishar il-ħin
kollu. Jeħtieġ nissielet kontra
ħafna difetti; naf tajjeb li
mhix it-taqbida li tbaxxi
lill-bniedem, imma l-biża’ u
l-falliment.
1341.
Meta bniedem ma tantx ikun
b’saħħtu, ikollu jissaporti
ħafna affarijiet. Għax meta
wieħed ikun marid, imma mhux
fis-sodda, ma jkunx ikkunsidrat
li hu marid. Għal ħafna
raġunijiet, mela, hemm
okkażjonijiet il-ħin kollu għal
sagrifiċċji, u xi drabi
sagrifiċċji kbar. Jiena qiegħda
nifhem issa li ħafna affarijiet
jiġu rivelati biss fl-eternita’.
Imma nista’ nifhem ukoll li jekk
Alla jitlob sagrifiċċju, ma
jżommx lura l-grazzja Tiegħu,
imma jagħtiha lir-ruħ
b’abbundanza.
1342.
Ġesu’ Tiegħi, filwaqt li
nitolbok bil-ħerqa ikollok
ħniena mill-erwieħ, ħalli
s-sagrifiċċju tiegħi jaqbad
quddiem it-tron Tiegħek fi skiet
totali, imma bil-qawwa kollha
tal-imħabba.
1343.
It-tielet jum. Fil-meditazzjoni
fuq il-mewt, ħejjejt ruħi
bħallikieku għall-mewt vera.
Eżaminajt il-kuxjenza tiegħi u
fittixt fl-affarijiet tiegħi
kollha kif il-mewt bdiet riesqa,
u grazzi għall-grazzja Tiegħek,
l-affarijiet tiegħi kienu
indirizzati lejn dak l-iskop
aħħari. Dan imlieli qalbi bi
gratitudni kbira lejn Alla, u
ddeċidejt li nservi lil Alla
tiegħi b’fedelta’ ikbar
fil-ġejjieni. Ħaġa waħda biss
hemm bżonn: immewwet il-bniedem
il-qadim ġewwa fija u nerġa’
nibda ħajja ġdida. Filgħodu,
ħejjejt ruħi biex nitqarben
bħallikieku din kienet l-aħħar
Tqarbina ta’ ħajti, u wara li
tqarbint ġibt quddiem l-għajnejn
ta’ ruħi l-mewta tiegħi li għad
trid isseħħ fiż-żgur, u għidt
it-talb tal-moribondi u mbagħad
id-De Profundis għal ruħi
stess. Ġismi tniżżel fil-qabar,
u jiena għidt lil ruħi, “Ara
x’ġara minn ġismek, gozz trab
mimli dud – dak hu wirtek.”
1344.
O Alla ħanin, li għadek
tippermettili ngħix, agħtini
s-saħħa biex ngħix ħajja ġdida,
il-ħajja tal-ispirtu, li fuqha
l-mewt m’għandha l-ebda ħakma. U
ma’ dan il-kliem, qalbi ġiet
imġedda, u bdejt ngħix ħajja
ġdida filwaqt li għadni hawn
fl-art, ħajja mimlija mħabba ta’
Alla. Madankollu, ma nistax
ninsa li jiena l-istess
dgħjufija, għalkemm ma nistax
niddubita lanqas għal waqt
wieħed li jiena ser ikolli
l-għajnuna tal-grazzja Tiegħek,
O Alla.
1345.
+ Ir-raba’ jum. O Ġesu’
ħassejtni tassew tajba, b’mod
straordinarju, qrib il-Qalb
tiegħek, matul dan l-irtir. Xejn
ma jtellef il-profondita’
tal-paċi tiegħi. B’għajn waħda
inħares lejn l-abbiss
tal-miżerja tiegħi u bl-oħra,
lejn l-abbiss tal-ħniena
Tiegħek.
1346.
Waqt il-Quddiesa, li qaddisha
Patri Andrasz, rajt lill-Bambin
Ġesu’ li b’idejh miftuħin lejna,
kien bilqiegħda fil-kalċi li
kien qed jintuża fil-Quddiesa.
Wara li ħares fiss lejja b’mod
li ħarstu nifditni, Huwa qal dan
il-kliem: Bħalma qed tarani
f’dan il-kalċi, hekk Jiena
ngħammar ġewwa qalbek.
1347.
+ Il-Qrar. Wara li tajt
rendikont skont il-kuxjenza
tiegħi, ingħatajt il-permess li
kont tlabt, li nilbes
il-brazzuletta (oġġetti
tal-ħadid li kienu jintużaw
għall-penitenza) għal nofs
siegħa kuljum waqt il-Quddiesa,
u fi żminijiet ta’ diffikulta’,
nilbes iċ-ċilizju għal sagħtejn.
(Is-saċerdot qalli,) “Sor,
ippersevera f’din il-fedelta’
kbira lejn il-Mulej Ġesu’.”
1348.
Il-ħames jum. X’ħin dħalt
fil-kappella dalgħodu, sirt naf
li l-Madre Superjura kellha xi
nkwiet minħabba fija. Din
il-ħaġa weġġgħatni ħafna. Wara
t-Tqarbin, mejjilt rasi fuq
il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ u
għidtlu, “O Mulejja, nitolbok
bil-ħerqa, ippermetti li
l-konsolazzjoni kollha li jiena
qiegħda nħoss permezz
tal-preżenza Tiegħek ġewwa qalbi
tiġi mferrgħa fir-ruħ
tal-għażiża Madre Superjura
tiegħi, li minħabba fija kellha
xi nkwiet, u dan mhux għax ridt
jiena.”
1349.
Ġesu’ farraġni u qalli li
l-erwieħ tagħna t-tnejn kienu
approfittaw minn dan. Imma jiena
tlabt bil-ħerqa lill-Mulej, jekk
jogħġbu, jeħlisni milli nkun
l-okkażjoni ta’ tbatija għal xi
ħadd, għax qalbi ma kenitx
tiflaħha din il-ħaġa.
1350.
O Ostja bajda, Inti żżommli ruħi
bajda; nibża’ minn dak il-jum
meta jiena forsi nitbiegħed
minnek. Inti l-Ħobż tal-Anġli u
għalhekk ukoll il-Ħobż
tal-Verġni.
1351.
Ġesu’, il-mudell l-aktar perfett
tiegħi, b’għajnejja fissi fuqek,
ngħaddi ħajti nimxi fil-passi
Tiegħek, nadatta n-natura
għall-grazzja skont ir-rieda
qaddisa Tiegħek u skont id-Dawl
Tiegħek li jdawwalli ruħi,
filwaqt li nafda bis-sħiħ
fl-għajnuna Tiegħek.
+
Ġ.M.Ġ
1352.
Mappa ta’ kontroll interjuri
(nota216)
Eżami partikulari.
Għaqda ma’ Kristu ħanin. Għax
jiena maqgħuda ma’ Ġesu’, irrid
inkun fidila dejjem u
kullimkien, u rrid inkun
maqgħuda minn ġewwa mal-Mulej.
Filwaqt li minn barra nosserva
r-regola bil-fedelta’,
speċjalment dik tas-skiet.
1353.
Novembru rebħiet 53
disfatti 2
Diċembru “
104 “ -
Jannar “
78 “ 1
Frar “
59 “ 1
Marzu “ 61
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Otturbu
1354.
Meta f’xi okkażjoni ma nkunx
żgura x’għandi nagħmel, dejjem
nistaqsi l-Imħabba. Hi tagħtini
l-aħjar parir.
1355.
Eżami
Ġenerali tal-Kuxjenza, 25 ta’
Ottubru
1937
Rebħiet
Disfatti
Nov
Diċ
Jan
Frar
Mar Apr
XI
XII
I
II
III
IV
Kmandamenti ta’
Alla
Voti-Poverta’
9
Voti-Kastita’
7
Voti-Ubbidjenza
27
7
Regoli
7
Imħabba tal-proxxmu
38
17
73
35
30
20
1,1,1,
Umilta’
7
39 23
34
56
25 2,3,1,1,6
Paċenzja
23
56
50
17
80
50
Skiet
11
45
37
28
37
20
Fama tajba tal-proxxmu
15
25
3
1 1
Quddiesa u Tqarbin
17
12
13
7
10
6,2,1,12
1,(12)
Meditazjoni
6
5
10
Eżami
Partikulari
7
5
11
1
Attitudni: Lejn Alla
u
l-Konfessur
5
5
lejn is-Superjuri
7
1,1
lejn
Sorijiet
/
Studenti 4
7
lejn lajċi
20
2
2,1
1356.
Is-sitt jum. O Alla tiegħi,
jiena ninsab lesta li naċċetta
r-rieda Tiegħek f’kull dettal,
ikun x’ikun. Tmexxini kif
tmexxini, jiena nbierkek. Titlob
x’titlob mingħandi, jiena
nagħmlu bl-għajnuna tal-grazzja
Tiegħek. Tkun xi tkun ir-rieda
qaddisa Tiegħek, għalija, jiena
naċċettaha b’qalbi u b’ruħi
kollha, u ma nagħtix kas dak li
tgħidli n-natura mħassra Tiegħi.
1357.
Darba, meta kont għaddejja minn
ħdejn grupp ta’ nies, staqsejt
lill-Mulej jekk kinux kollha fi
stat ta’ grazzja, għax ma kontx
qiegħda nħoss it-tbatijiet
Tiegħu. Għax inti m’intix
tħoss it-tbatijiet Tiegħi, dan
ma jfissirx li kollha jinsabu fi
stat ta’ grazzja. Xi kultant,
nippermettilek tkun konxja
tal-istat ta’ ċerti erwieħ, u
nagħtik il-grazzja li tbati
sempliċiment għax inkun irrid
nużak bħala strument
għall-konverżjoni tagħhom.
1358.
Fejn hemm virtu’ ġenwina, irid
ikun hemm ukoll is-sagrifiċċju;
il-ħajja ta’ dak li jkun trid
tkun kollha kemm hi sagrifiċċju.
Permezz tas-sagrifiċċju biss
l-erwieħ jistgħu jkunu ta’ ġid.
Is-sagrifiċċju tiegħi nnifsi,
fir-relazzjoni tiegħi
mal-proxxmu, jista’ jagħti
glorja lil Alla, imma l-imħabba
ta’ Alla trid tgħaddi minn ġo
dan is-sagrifiċċju, għax kollox
jinsab miġbur f’din l-imħabba u
jiġbed il-valur tiegħu minnha.
1359.
Żomm f’moħħok li meta inti
tispiċċa dan l-irtir, Jiena ser
nimxi miegħek bħalma nagħmel ma’
ruħ perfetta. Irrid inżommok
f’idi bħala għodda li tista’
tużaha, adattata b’mod perfett
għat-twettiq tal-opri Tiegħi.
1360.
O Mulej, Inti tinfidni kollni
kemm jiena u tidħol sa ġol-fond
l-iktar sigriet ta’ ruħi Inti
tista’ tara li jiena nixtieq
lilek biss u nixxennaq biss
għat-twettiq tar-rieda qaddisa
Tiegħek, u ma nagħti l-ebda kas
ta’ diffikultajiet jew tbatijiet
jew umiljazzjonijiet jew
x’jistgħu jaħsbu l-oħrajn dwari.
1361.
Din ir-riżoluzzjoni ferma li
ssir qaddisa togħġobni ħafna
lili. Jiena Nbierek l-isforzi
tiegħek u ser nagħtik
opportunitajiet sabiex Inti
titqaddes. Oqgħod attenta li ma
titlef l-ebda ċans li
l-providenza Tiegħi toffrilek
sabiex inti titqaddes. Jekk ma
jirnexxilekx tikseb ġid
spiritwali minn xi opportunita’,
m’għandekx titlef il-paċi
tiegħek, imma umilja ruħek
profondament quddiemi u,
b’fiduċja kbira, intefa’
kompletament fil-ħniena Tiegħi.
B’dan il-mod, inti takkwista
iżjed milli tkun tlift, għax
tingħata iktar grazzja lil ruħ
umli milli dik ir-ruħ tista’
titlob għaliha stess ...
1362.
Is-seba’ jum. Sirt naf x’inhu
d-destin tiegħi: jiġifieri,
għandi ċertezza ġewwa fija li
ser insir qaddisa. Din
il-konvinzjoni profonda mlietli
ruħi bi gratitudni lejn Alla, u
jiena raddejt lura l-glorja
kollha lil Alla, għax naf wisq
tajjeb x’niswa minni nnifsi.
1363.
Qed nispiċċa dan l-irtir mibdula
kompletament mill-imħabba ta’
Alla. Ruħi qiegħda tibda ħajja
ġdida, bil-ħeġġa u bil-kuraġġ;
għalkemm minn barra ħajti mhix
sejra tinbidel, u ħadd m’hu ser
jinduna, iżda xorta waħda,
imħabba safja (issa) hi l-gwida
ta’ ħajti u, esternament,
il-ħniena hi l-frott tagħha.
Inħoss li ġejt mimlija għal
kollox b’Alla u, flimkien ma’
dan Alla, jiena sejra lura
għall-ħajja tiegħi ta’ kuljum,
tant komuni, monotona u mimlija
għeja, fiduċjuża li Dak li jiena
nħossu ġewwa qalbi għad ibiddel
din il-monotonija fil-qdusija
personali tiegħi.
Fi skiet profond, qrib il-Qalb
ħanina Tiegħek, ruħi qiegħda
timmatura matul dan l-irtir.
Fir-raġġi ċari ta’ mħabbtek,
ruħi tilfet it-tomgħa qarsa
tagħha u saret frotta ħelwa u
misjura.
1364.
Issa nista’ nkun użu sħiħ
għall-Knisja permezz tal-qdusija
personali tiegħi, li qiegħda
tħabbat mimlija ħajja fil-Knisja
kollha, għax ilkoll kemm aħna
nagħmlu ġisem wieħed f’Ġesu’.
Għalhekk jiena qiegħda nipprova
nagħmel mod li l-ħamrija
tal-qalb tiegħi tagħmel frott
tajjeb. Għalkemm l-għajn
tal-bniedem forsi qatt m’hi ser
tasal li tara din il-ħaġa, imma
xorta waħda għad jasal jum meta
tkun ħaġa ċara li din il-frotta
kienet qiegħda tmantni ħafna
erwieħ u għad tkompli
tmantinhom.
1365.
O Mħabba Eterna, li tħeġġeġ
ħajja ġdida ġewwa fija, ħajja
mimlija mħabba u ħniena, għinni
permezz tal-grazzja Tiegħek,
sabiex inkun nista’ nwieġeb
denjament għas-sejħa Tiegħek,
sabiex dak li Inti stess
ippjanajt li twettaq fl-erwieħ
permezz tiegħi, iseħħ tassew.
Alla tiegħi, qiegħda nara d-dija
ta’ żerniq etern. Ruħi kollha
titlaq tiġri għal għandek, O
Mulej; xejn iżjed ma jista’
jżommni lura, xejn ma jista’
jorbotni mal-art. Għinni, O
Mulej, nissaporti l-bqija ta’
ħajti bil-paċenzja.
Is-sagrifiċċju ta’ mħabbti qed
jaqbad bla heda quddiem
il-Majesta’ Tiegħek, imma tant
fis-skiet li l-għajnejn divini
Tiegħek biss jistgħu jarawh, O
Alla, u l-ebda ħlejqa oħra m’hi
kapaċi tarah.
1366.
O Mulejja, għalkemm hemm tant
affarijiet qegħdin iżommuni
okkupata, għalkemm din l-opra hi
verament għal qalbi, għalkemm
jiena nixtieq it-trijonf
tal-Knisja u s-salvazzjoni
tal-erwieħ, għalkemm
il-persekuzzjonijiet kollha
tal-fidili Tiegħek jaffettwawni,
għalkemm il-waqgħa ta’ kull ruħ
tweġġagħli qalbi, imma lil hinn
u ‘l fuq minn dan kollu, xorta
waħda għandi paċi profonda ġewwa
ruħi li ma jistgħux
jiddisturbawha la trijonfi, la
x-xewqat, lanqas il-kuntrarju
għax, għalija, Inti tinsab ‘il
fuq minn kull dispensa, Mulejja
u Alla tiegħi.
1367.
It-tmien jum. O Mulejja, filwaqt
li qgħadt niftakar fil-barkiet
kollha Tiegħek, fil-preżenza
tal-Qalb l-iżjed Qaddisa
Tiegħek, ħassejt il-bżonn li
nkun grata b’mod partikulari
għal tant grazzji u barkiet
ġejjin mingħand Alla. Irrid
nintefa’ f’att ta’ radd il-ħajr
quddiem il-Majesta’ ta’ Alla u
nibqa’ għaddejja f’din it-talba
ta’ radd il-ħajr għal sebat
ijiem u seba’ iljieli; u
għalkemm minn barra nibqa’
nwettaq id-dmirijiet kollha
tiegħi, l-ispirtu tiegħi xorta
waħda jibqa’ wieqaf il-ħin kollu
quddiem il-Mulej, u l-eżerċizzi
tiegħi kollha jimtlew bl-ispirtu
ta’ radd il-ħajr. Kull
filgħaxija, noqgħod
għarkobbtejja għal nofs siegħa
fiċ-ċella tiegħi; waħdi
mal-Mulej. Kull darba li
nistenbaħ bil-lejl, nintefa’
kompletament f’talba ta’ radd
il-ħajr. B’dan il-mod irrid
inpatti, almenu b’xi mod żgħir,
għall-immensita’ tal-barkiet ta’
Alla.
1368.
Iżda, sabiex dan kollu nagħmlu
jogħġob iktar lil għajnejn Alla
u nneħħi kull ħjiel ta’ dubju
minn moħħi, mort għand
id-direttur spiritwali tiegħi
(Patri Andrasz) u wrejtu dawn
ix-xewqat ta’ ruħi; jiġifieri,
ix-xewqa li niġi mgħaddsa
f’ringrazzjament bħal dan.
Irċevejt il-permess għal kollox,
ħlief li ma kellix nisforza lili
nnifsi li noqgħod nitlob
bil-lejl jekk nistenbaħ.
1369.
B’liema ferħ kbir mort lura
l-kunvent! U l-għada bdejt dan
l-att kbir ta’ radd il-ħajr
billi ġeddidt il-voti tiegħi.
Ruħi għerqet għal kollox f’Alla,
u ħarġet minn ġo fija kollni
kemm jiena fjamma waħda ta’
gratitudni u radd il-ħajr lil
Alla. Ma kienx hemm ħafna kliem,
għax il-barkiet ta’ Alla, bħal
nar qawwi, ikkonsmawli ruħi, u
t-tbatijiet u d-dwejjaq kollha
kienu bħal injam mitfugħ
fil-fjammi, li mingħajrhom
in-nar kien jintefa’. Sejjaħt
is-sema u l-art kollha biex
jingħaqdu miegħi fl-att tiegħi
ta’ radd il-ħajr.
1370.
L-irtir spiċċa, dawk il-ġranet
sbieħ meta kont nitkellem waħdi
mal-Mulej Ġesu’. Dan l-irtir
għamiltu b’mod li Ġesu’ riedni
nagħmlu, u bħalma kien qalli
fl-ewwel jum tal-irtir;
jiġifieri, f’paċi profonda
qgħadt nimmedita fuq il-barkiet
ta’ Alla. Qatt qabel ma kont
għamilt irtir bħal dan. Ruħi
ssaħħet b’mod iktar profond
b’din il-paċi milli kieku b’xi
ċaqliq jew emozzjonijiet.
Fir-raġġi tal-imħabba, stajt
nara kollox preċiż kif inhu.
Meta ħriġt mill-irtir, ħassejtni
mibdula għal kollox bl-imħabba
ta’ Alla.
1371.
O Mulej, idivinizza
l-azzjonijiet tiegħi sabiex
jimmeritaw l-eternita’; għalkemm
id-dgħjufija tiegħi hi kbira,
jiena nafda fil-qawwa
tal-grazzja Tiegħek, li żżommni.
1372.
Ġesu’ tiegħi, Inti taf li, sa
minn ċkuniti jiena ridt insir
qaddisa kbira; jiġifieri, jiena
ridt inħobbok bi mħabba daqstant
kbira li ma jkun hemm ħadd iżjed
li jkun ħabbek daqshekk s’issa.
Għall-ewwel dawn ix-xewqat
tiegħi żammejthom sigrieti, u
Ġesu’ biss kien jaf bihom. Imma
llum ma nistax inżommhom ġewwa
qalbi; nixtieq nagħajjt
lid-dinja kollha, “Ħobbu lil
Alla, għax Hu tajjeb u kbira hi
l-ħniena Tiegħu!”
1373.
O jiem tas-soltu li ma fihom
xejn speċjali, mimlijin dlam,
jiena nħares lejkom b’għajnejn
solenni u ta’ festa. Kemm hu
kbir u solenni ż-żmien li
jagħtina ċans niġbru l-merti li
neħtieġu għall-ġenna eterna!
Jiena nista’ nifhem x’użu għamlu
l-qaddisin minnu.
1374.
30 ta’ Ottubru 1937. Illum, waqt
iċ-ċerimonji (nota217)
reliġjużi li jseħħu waqt
il-Quddiesa, u t-tieni jum ta’
radd il-ħajr, rajt lill-Mulej
Ġesu’ sabiħ ferm, u Hu qalli,
Binti, ma ħlistekx milli tkompli
taħdem. Jiena weġibt,
“Mulej, idi dgħajfa wisq għal
xogħol bħal dan.” Iva, Jiena
nafu dan; imma flimkien ma’ idi
l-leminija inti għad twettaq
kollox. Xorta waħda, iżda, kun
ubbidjenti, kun ubbidjenti lejn
il-konfessuri. Jiena nagħtihom
id-dawl kif imexxuk. “Mulej,
jiena diġa’ ridt nibda l-opra
f’Ismek, imma Dun S. ikompli
jittrattieni.” Ġesu’ weġibni,
Jiena dan nafu; mela agħmel biss
dak li inti tista’ tagħmel, imma
qatt m’għandek tieqaf
mill-isforzi tiegħek.
1375.
1 ta’ Novembru 1937.
Wara l-Vespri, llum, kien hemm
purċissjoni għaċ-ċimiterju.
Jiena ma stajtx immur, għax kont
qiegħda għassa mal-kanċell. Imma
dan ma żammnix milli nitlob
għall-erwieħ. Hekk kif
il-purċissjoni kienet ġejja lura
miċ-ċimiterju lejn il-kappella,
ruħi ħasset il-preżenza ta’
ħafna erwieħ. Fhimt kemm hi
kbira l-ġustizzja ta’ Alla, kif
kull waħda kellha tħallas
id-dejn sal-aħħar ċenteżmu.
1376.
Il-Mulej tani okkażjoni li nuża
l-paċenzja permezz ta’ ċerta
persuna li flimkien magħha rrid
nagħmel ċertu xogħol. Hi tagħmel
kollox iktar bil-mod minn
kulħadd. Wieħed irid jarma ruħu
bil-paċenzja kbira sabiex
joqgħod jisma’ dak li tkun
qiegħda tgħid li ma jinteressa
lil ħadd.
1377.
5 ta’ Novembru. Dalgħodu ġew
ħdejn il-bieb tagħna ħamest
irġiel li m’għandhomx xogħol u
baqgħu jinsistu li ndaħħalhom.
X’ħin Swor N. kienet damet
targumenta magħhom għal xi żmien
u ma rnexxilhiex tkeċċihom,
imbagħad ġiet fil-kappella biex
issib lill-Madre (Irene), li
qalet lili mmur hemm. X’ħin
kien għadni ‘l bogħod mhux ħażin
mill-bieb, stajt nismagħhom
iħabbtu u jagħmlu l-istorbju.
Għall-ewwel kienu ser jaħkmuni
d-dubju u l-biża’, u ma stajtx
niddeċiedi jekk kellix niftaħ
il-kanċell jew nagħmel bħal
Swor. N, inweġibhom mit-tieqa
żgħira. Imma f’daqqa waħda smajt
vuċi f’ruħi tgħidli, Mur u
iftaħ il-kanċell u kellimhom
bil-ħlewwa bħalma tkellem Lili.
Ftaħt il-kanċell fil-pront u
rsaqt lejn dak li l-iktar kien
jidher ibeżżgħak u bdejt
nitkellem magħhom b’tant ħlewwa
u kalma li ma kinux jafu x’ser
jaqbdu jagħmlu bihom infushom. U
huma wkoll bdew jitkellmu
bil-ġentilezza u qalu, “Mela,
m’hemmx x’tagħmel la l-kunvent
ma jistax jagħtina x-xogħol.” U
telqu ‘l hemm fil-kwiet. Jiena
ħassejt b’mod ċar li Ġesu’, li
jiena kont irċevejt fit-Tqarbin
siegħa qabel biss, kien ħadem
fil-qlub tagħhom permezz tiegħi.
O, kemm hi ħaġa tajba li wieħed
jaħdem fuq l-ispirazzjoni ta’
Alla!
1378.
Illum ħassejtni agħar, u mort
għand il-Madre Superjura
bl-intenzjoni li nitlobha
l-permess noqgħod fis-sodda.
Iżda, qabel ma stajt nitlobha
permess, il-Madre Superjura
qaltli: “Sor, ara kif tagħmel
oqgħod waħdek mal-kanċell, għax
lit-tifla ser neħodha taħdem
fl-għalqa tal-kaboċċi, għax
m’hemm ħadd iktar biex jaħdem
hemm.” Jiena għidt – tajjeb, u
tlaqt mill-kamra. X’ħin wasalt
fejn il-kanċell, ħassejtni
f’saħħti mhux bħas-soltu, u
qgħadt hemm nagħmel dmiri l-jum
kollu u ħassejtni tajba. Kelli
esperjenza qawwija li għandha
x’tqsam mal-ubbidjenza qaddisa.
1379.
10 ta’ Novembru, (1937). X’ħin
il-Madre (Irene) wrietni
l-ktejjeb bil-kurunella,
il-litanija u n-novena, tlabtha
tħallini narah. Kif kont qiegħda
nħares lejh, Ġesu’ tani x’nifhem
ġewwa fija: Diġa’ hemm ħafna
erwieħ li nġibdu lejn imħabbti
permezz ta’ din ix-xbieha.
Il-ħniena Tiegħi taħdem
fl-erwieħ permezz ta’ din
l-opra. Sirt naf li ħafna
erwieħ kienu għaddew
mill-esperjenza tal-grazzja ta’
Alla.
1380.
Sirt naf li l-Madre Superjura
kien ser ikollha salib tqil mhux
ħażin xi ġġorr, flimkien ma’
tbatija fiżika, imma din ma
kellhiex iddum ħafna.
(nota218)
1381.
+
Ġieni f’moħħi nieħu l-mediċina,
mhux mgħarfa mgħarfa, imma ftit
ferm kull darba, għax kienet
tqum ħafna flus. Fil-pront,
smajt vuċi, Binti, aġir bħal
dan ma jogħġobnix. Aċċetta
bil-qalb it-tajba dak kollu li
Jiena nagħtik permezz
tas-superjuri, u b’dan il-mod
togħġobni iżjed.
1382.
X’ħin mietet Swor Dominic
(nota219) f’xi s-siegħa ta’
billejl, ġiet għandi u tatni
x’nifhem li kienet mietet. Jiena
tlabt għaliha bil-ħerqa.
Filgħodu, is-sorijiet qaluli li
ma kenitx għadha ħajja, u jiena
weġibthom li kont naf, għax
kienet ġiet iżżurni. Is-soru
tal-infermerija (Swor
Chrysostom) talbitni ngħinna
tlibbisha. U mbagħad x’ħin kont
waħdi magħha, il-Mulej għarrafni
li kienet qiegħda tbati
fil-Purgatorju. Irdoppjajt
it-talb tiegħi għaliha. Iżda,
minkejja l-ħeġġa li biha dejjem
nitlob għas-sorijiet mejtin
tagħna, tfixkilt dwar il-ġranet,
u minflok ma offrejt tlett ijiem
ta’ talb, bħalma tgħidilna
nagħmlu r-regola, bi żball
offrejt biss jumejn. Fir-raba’
jum, tatni x’nifhem li kien għad
baqagħli noffri t-talb għaliha,
u li dan it-talb kienet
teħtieġu. Fil-pront għamilt
l-intennzjoni li noffri jum sħiħ
għaliha, u mhux biss dak il-jum
imma ħafna iktar, bħalma
tobbligani nagħmel l-imħabba
tal-proxxmu.
1383.
Peress li Swor Dominic, wara li
mietet, kienet tidher qisha
għadha tajba, xi sorijiet qalu
li forsi kienet għadha biss
f’koma, u waħda mis-sorijiet
issuġġerietli mmorru npoġġu mera
ma’ ħalqha biex naraw jekk
tittappanx, għax hekk kienet
tagħmel li kieku kienet għadha
ħajja. Jiena għidt kollox sew, u
għamilna kif qalet, iżda l-mera
ma ttappnitx, għalkemm hekk kien
deherilna. Madankollu, il-Mulej
tani x’nifhem li ma kenitx
għoġbitu din il-ħaġa, u widdibni
bl-aħrax biex qatt iżjed ma
nerġa’ naġixxi kontra
l-konvinzjonijiet interni
tiegħi. Umiljajt ruħi
profondament quddiem il-Mulej u
tlabtu jaħfirli.
1384.
Qiegħda nara ċertu saċerdot
(probabilment Dun Sopocko) li
Alla jħobbu ħafna, imma li
Satana jobgħodu ħafna għax hu
qiegħed imexxi lil ħafna erwieħ
għal grad għoli ta’ qdusija u
jimpurtah biss mill-glorja ta’
Alla. Imma jiena nkompli nitlob
‘l Alla biex Hu ma jitlifx
il-paċenzja ma’ dawk li l-ħin
kollu joħduha kontra Tiegħu.
Fejn Satana nnifsu ma jista’
jagħmel l-ebda ħsara, huwa juża
n-nies.
1385.
19 ta’ Novembru. Wara li
tqarbint illum, Ġesu’ qalli kemm
jixtieq jiġi fil-qlub tan-nies.
Nixtieq ningħaqad mal-erwieħ
tal-bnedmin; l-għaxqa kbira
Tiegħi hi li ningħaqad
mal-erwieħ. Kun af, binti, li
meta jiena niġi fir-ruħ ta’ xi
ħadd fit-Tqarbin Imqaddes,
idejja jkunu mimlijin b’kull tip
ta’ grazzji li Jiena nkun
nixtieq nagħti lir-ruħ. Imma
l-erwieħ lanqas biss jagħtu
kasi; iħalluni waħdi u jehdew
f’affarijiet oħrajn. O, kemm
inikkitni l-fatt li l-erwieħ ma
jagħrfux l-imħabba! Jittrattawni
bħallikieku kont xi ħaġa mejta.
Jiena weġibt lil Ġesu’, “O
teżor ta’ qalbi, l-uniku oġġett
ta’ mħabbti u għaxqa sħiħa ta’
ruħi, irrid nadurak ġewwa qalbi
bħalma Inti tinsab adurat fuq
it-tron tal-glorja eterna
Tiegħek. Bi mħabbti rrid
inpattilek għall-bruda ta’ għadd
tant kbir ta’ erwieħ. Ġesu’,
ħares lejn qalbi li għalik hi
l-għamara fejn ħadd iktar ma
jista’ jidħol. Inti biss
tistrieħ ġewwa fiha bħallikieku
fi ġnien sabiħ.
1386.
O Ġesu’ tiegħi, insellimlek;
diġa’ sarli l-ħin biex immur
inkompli fuq xogħli. Imma rrid
nippruvalek kemm inħobbok
permezz tas-sagrifiċċju, billi
ma nitraskurax u ma nitlef
l-ebda ċans biex nagħmlu.
X’ħin ħriġt mill-kappella,
il-Madre Superjura (Irene)
qaltli, “Ma rridekx tmur
il-konferenza kataketika, Swor,
imma ibqa’ fuq xogħlok.” Tajjeb
ħafna, Ġesu’; b’dan il-mod,
matul il-ġurnata, kelli ħafna u
ħafna opportunitajiet nagħmel
sagrifiċċji; ma tlift l-ebda
waħda, permezz tas-saħħa
fl-ispirtu li ġietni mit-Tqarbin
Imqaddes.
1387.
Ikun hemm żminijiet fil-ħajja
meta r-ruħ tkun f’tali stat li
qiesha ma tkunx tista’ tifhem
id-diskors tal-bnedmin. Kollox,
jgħajjiha, u xejn ħlief talb
ħerqan ma jkun jista’ jserraħha.
F’talb ħerqan ir-ruħ issib
serħan, u ukoll li kieku kienet
tixtieq spjegazzjonijiet
mingħand il-ħlejjaq, dawn iservu
biss biex jagħmluha iktar
nervuża.
1388.
+ Darba waqt it-talb, sirt naf
kemm ir-ruħ ta’ Patri Andrasz
kienet togħġob lil Alla, hu veru
iben ta’ Alla. Rari li dan
l-istat ta’ iben ta’ Alla
jispikka b’mod hekk ċar f’xi
ruħ, u dan kollu għax hu għandu
devozzjoni speċjali lejn Omm
Alla.
1389.
O Ġesu’ tiegħi, għalkemm
inħossni mbuttata b’mod hekk
qawwi, irrid naġixxi bil-mod, u
dan kollu biex ma nħarbatx
il-ħidma Tiegħek bl-għaġġla
tiegħi. O Ġesu’ tiegħi, Inti
tgħarrafni l-misteri Tiegħek, u
tridni ngħaddihom lill-erwieħ
oħrajn. Dalwaqt issa ser ikun
possibli għalija li nagħmel xi
ħaġa. F’dak il-mument meta
qiesha tkun meqruda b’mod
assolut, għad tibda l-missjoni
tiegħi, li issa m’għadx fadlilha
tfixkil. Din hi r-rieda ta’ Alla
f’din il-ħaġa, u mhux ser
tinbidel; għalkemm ħafna nies
joħduha kontra tagħha, xejn m’hu
ser ibiddel ir-rieda ta’ Alla.
1390.
Qiegħda nara lil Dun Sopocko,
kif moħħu l-ħin kollu jaħseb u
jaħdem għal Alla biex jara kif
ser jippreżenta x-xewqat ta’
Alla lill-uffiċjali tal-Knisja.
Bħala riżultat tal-isforzi
tiegħu, dawl ġdid għad jiddi
fil-Knisja ta’ Alla
għall-konsolazzjoni tal-erwieħ.
Għalkemm għalissa ruħu tinsab
mimlija imrar bħallikieku dan
kellu jkun il-premju tiegħu
għall-isforzi li qed jagħmel
fil-ħidma tiegħu għal Alla, iżda
dan mhux ser ikun il-każ.
Qiegħda nara l-ferħ tiegħu, li
xejn ma jista’ jnaqqsu. Alla
jagħtih ftit minn dal-ferħ sa
minn din id-dinja. Qatt qabel ma
ltqajt ma’ fedelta’ hekk kbira
lejn Alla bħalma għandha
jiddistingwiha din ir-ruħ.
1391.
Waqt l-ikla ta’ filgħaxija
fir-refettorju llum, ħassejt
il-ħarsa ta’ Alla fil-fond ta’
qalbi. Tant kienet qawwija din
il-preżenza li mlietli ruħi li,
għal xi ħin, lanqas kont naf
fejn ninsab. Il-preżenza ħelwa
ta’ Alla baqgħet timlieli ruħi
u, f’xi ħinijiet, ma stajtx
nifhem x’kienu qedgħin jgħidli
s-sorijiet.
1392.
It-tajjeb kollu li hemm ġo fija
nafu lit-Tqarbin Imqaddes.
Kollox naf lil dan. Inħoss li
dan in-nar qaddis bidilni
kompletament. O kemm jiena
kuntenta li jiena għamara għalik
O Mulej! Qalbi hija tempju fejn
Inti tgħammar il-ħin kollu . . .
+
Ġ.M.Ġ
1393.
Ġesu’, għaxqa ta’ ruħi, Ħobż
tal-Anġli,
Jiena, kollni kemm jiena, ninsab
mgħaddsa Fik,
U ngħix il-ħajja divina Tiegħek
bħalma jagħmlu l-magħżulin
fis-sema,
U r-realta’ ta’ din il-ħajja
mhix ser tispiċċa, għalkemm
inkun fil-qabar.
Ġesu’ Ewkaristija, Alla
Immortali,
Li tgħammar f’qalbi bla waqfien,
Meta jiena jkolli lilek,
l-istess mewt ma tista’
tagħmilli l-ebda ħsara.
L-imħabba tgħidli li jiena għad
narak fit-tmiem ta’ ħajti.
Mimlija bil-ħajja ta’ Alla,
Nibqa’ nħares b’ċertezza lejn
is-sema miftuħ għalija,
U l-mewt b’wiċċ mistħi għad
titlaq ‘l hemm b’idejha vojta,
Għax il-ħajja divina Tiegħek
qiegħda ġewwa ruħi.
U għalkemm skont ir-rieda
qaddisa Tiegħek, O Mulej,
Il-mewt għad trid teqridli
ġismi,
Jiena nixtieq li din tiġi u
xxejjinni malajr kemm jista’
jkun,
Għax permezz tagħha jiena nkun
nista’ nidħol fil-ħajja eterna.
Ġesu’ Ewkaristija, ħajja ta’
ruħi,
Int għollejtni ‘l fuq sal-isferi
eterni,
U dan, permezz tal-agunija u
l-mewt Tiegħek fost torturi
l-aktar ħorox.
26 (ta’ Novembru 1937)
1394.
Irtir ta’ ġurnata ta’ kull
xahar.
Matul dan l-irtir, il-Mulej tani
d-dawl li nsir naf x’inhi
r-rieda Tiegħu b’mod iktar
profond u li nintelaq
kompletament fir-rieda qaddisa
ta’ Alla. Dan id-dawl
ikkonfermani f’paċi profonda, u
tani x’nifhem li m’għandi nibża’
minn xejn ħlief mid-dnub.
Jibgħatli x’jibgħatli Alla,
jiena naċċettah f’sottomissjoni
sħiħa għar-rieda qaddisa Tiegħu.
Ipoġġini fejn ipoġġini, jiena
ser nipprova nagħmel ir-rieda
qaddisa Tiegħu bil-fedelta’,
bl-aħjar mod skont ma jixtieq
Hu, sakemm ikolli s-saħħa, ukoll
jekk ir-rieda ta’ Alla għalija
kellha tkun iebsa u diffiċli
bħalma kienet ir-rieda
tal-Missier tas-Sema għal ibnu,
bħalma talab Hu fil-Ġnien
taż-Żebbuġ. Jiena wasalt
għall-konklużjoni li jekk
ir-rieda tal-Missier tas-Sema
ġiet imwettqa b’dan il-mod
fl-Iben maħbub Tiegħu, fina
wkoll tiġi mwettqa eżattament
bl-istess mod, permezz
tat-tbatija, il-persekuzzjoni,
l-abbuż u l-umiljazzjoni.
Permezz ta’ dan kollu ruħi ssir
tixbah lil Ġesu’. Din hi t-triq
l-iżjed żgura. Li kieku kien
hemm xi triq aħjar, Ġesu’ kien
jurihieli. It-tbatijiet bl-ebda
mod ma jitilfuli l-paċi.
Mill-banda l-oħra, għalkemm
ingawdi paċi profonda, din
il-paċi ma tnaqqaslix
l-esperjenza tiegħi tat-tbatija.
Għalkemm wiċċi spiss imil ta’
l-art, u d-dmugħ tiegħi
jinxtered bl-abbundanza,
fl-istess ħin ruħi mimlija
b’paċi profonda u bil-hena . . .
1395.
Irrid ninħeba fil-Qalb l-iżjed
Ħanina Tiegħek bħalma qatra nida
tinħeba fi blanzun. Żommni
magħluqa f’dan il-blanzun biex
ma jolqotnix il-ġlata tad-dinja.
Ħadd ma jista’ jimmaġina l-hena
li tgawdi qalbi fis-solitudni
tagħha, waħdiha ma’ Alla.
1396.
Illum smajt vuċi ġewwa ruħi:
O, li kieku l-erwieħ kienu jafu
l-ħniena Tiegħi, ma kinux
jintilfu f’għadd hekk kbir. Għid
lill-erwieħ midinbin ma jibżgħux
jersqu lejja; għidilhom
bil-ħniena kbira Tiegħi.
1397.
Il-Mulej qalli, Kull meta
tintilef ruħ, din il-ħaġa
tnikkitni għall-mewt. Inti
dejjem tfarraġni meta titlob
għall-midinbin. It-talba li
togħġobni l-iktar hija dik li
ssir għall-konverżjoni tagħhom.
Kun af, binti, li din it-talba
dejjem tkun mismugħa.
1398.
Riesaq l-Avvent. Irrid inħejji
ruħi għall-miġja tal-Mulej Ġesu’
permezz tas-skiet u l-ġabra
fl-ispirtu, filwaqt li ningħaqad
mal-Omm l-iżjed Qaddisa u nimita
bil-fedelta’ l-virtu’ tas-skiet
tagħha, ħaġa li għoġbot lil Alla
nnifsu. Nispera li, maġenbha
nżomm sħiħ f’din riżoluzzjoni.
1399.
X’ħin dħalt fil-kappella
filgħaxija għal mument wieħed,
ħassejt xewka terribli f’rasi.
Din il-ħaġa damet ftit ħin, imma
t-tingis tant kien iweġġa’ li
f’daqqa waħda rasi niżlet fuq
il-kanċell tat-Tqarbin.
Ħassejtni bħallikieku x-xewka
kienet baqgħet dieħla ġewwa
moħħi. Imma dan kollu m’hu xejn;
kollox għall-erwieħ, sabiex
nakkwista għalihom il-ħniena ta’
Alla.
1400.
Qiegħda ngħix minn siegħa
għall-oħra u ma nistax ngħix
bl-ebda mod ieħor. Irrid nuża
bl-aħjar mod possibbli l-waqt
ta’ issa, u nwettaq bil-fedelta’
dak kollu li jġib miegħu.
F’kollox, niddependi minn Alla
b’fiduċja soda.
1401.
Il-bieraħ irċevejt ittra
mingħand Dun Sopocko. Sirt naf,
li l-opra ta’ Alla miexja ‘l
quddiem, għalkemm bil-mod. Din
il-ħaġa tferraħni ħafna, u
rdoppjajt it-talb tiegħi għal
din l-opra kollha kemm hi. Sirt
naf li għalissa, għal dak li hu
s-sehem tiegħi f’din l-opra,
il-Mulej qed jitlob talb u
sagrifiċċju. Jekk nagħmel xi
ħaġa min jeddi, nista’ nħassar
il-pjanijiet ta’ Alla, bħalma
kiteb Dun Sopocko fl-ittra
tal-bieraħ. O Ġesu’ tiegħi,
agħtini l-grazzja li nkun
strument ubbidjenti f’idejk.
Minn din l-ittra sirt naf x’dawl
kbir Alla qed jagħti lil dan
is-saċerdot. Dan jikkonfermali
l-konvinzjoni li Alla għad
iwettaq din l-opra permezz
tiegħu minkejja l-ostakli li
qegħdin dejjem jiżdiedu. Naf
tajjeb li iktar mal-opra tkun
kbira u sabiħa, aktar terribbli
jkunu t-tempesti li joħduha
kontra tagħha.
1402.
Alla, fil-ġudizzju tiegħu li
ħadd ma jista’ jifhmu, spiss
jippermetti li dawk li l-iktar
ikunu ħadmu biex iwettqu xi opra
ma jgawdux il-frott tagħha hawn
f’din id-dinja; Alla jerfagħlhom
il-ferħ kollu għall-eternita’.
Imma minkejja kollox, Alla xi
kultant jippermettilhom isiru
jafu kemm jogħġbuh l-isforzi
tagħhom. U mumenti bħal dawn
jagħtuhom is-saħħa għal iktar
sforzi u taħbit. Dawn l-erwieħ
huma dawk li l-iktar jixbhu
lis-Salvatur li, fil-ħidma li
wettaq hawn fl-art, ma daq xejn
ħlief imrar.
1403.
O Ġesu’ tiegħi, tkun imbierek
għal kull ma tagħmel! Jiena
nifraħ li r-rieda l-iżjed
qaddisa Tiegħek qed tiġi
mwettqa. Din il-ħaġa biżżejjed
biex tferraħni.
1404.
Ġesu’ moħbi, fik tinsab saħħti
kollha. Mill-eta’ l-iktar żgħira
tiegħi, il-Mulej Ġesu’
fis-Sagrament Imqaddes ġibidni
lejh. Darba, meta kelli seba’
snin, fit-talb tal-Vespri,
quddiem il-Mulej Ġesu’
fl-ostensorju, ġiet mogħtija
lili għall-ewwel darba l-imħabba
ta’ Alla u mlietli l-qalb
ċkejkna tiegħi; u l-Mulej tani
li nifhem ħwejjeġ divini. Minn
dak il-jum sal-lum, imħabbti
għal Alla moħbi baqgħet dejjem
tikber sakemm laħqet l-ikbar
intimita’. Is-saħħa kollha ta’
ruħi ġejja mis-Sagrament
Imqaddes. Kull mument liberu li
jkolli ngħaddih nitkellem
miegħu. Hu l-Imgħallem tiegħi.
1405.
30 ta’ Novembru 1937. X’ħin kont
tielgħa fuq, il-lejla ġiet fuqi
għal għarrieda stmerrija stramba
għal dak kollu li għandu
x’jaqsam ma’ Alla. F’dak
il-waqt, smajt lil Satana
jgħidli, “Tkomplix taħseb fuq
din l-opra. Alla mhux daqshekk
ħanin daqskemm inti tgħid li Hu.
Toqgħodx titlob għall-midinbin,
għax xorta waħda għad jintilfu,
u permezz ta’ din l-opra
tal-ħniena qed tesponi lilek
innifsek għat-telfien. Toqgħodx
titkellem iżjed dwar il-Ħniena
ta’ Alla mal-konfessur tiegħek,
speċjalment ma’ Dun Sopocko u
Patri Andrasz.” Dak il-ħin,
il-vuċi ħadet id-dehra tal-Anġlu
Kustodju tiegħi, u dak il-ħin
jiena weħibt, “Naf min inti:
missier il-gideb (ara Ġw 8:44)”
Raddejt is-salib, u l-anġlu għeb
b’ħafna storbju u rabja.
1406.
Illum, il-Mulej tani x’nifhem
ġewwa fija li Hu qatt ma kien
ser jabbandunani. Għarrafni
l-majesta’ u l-qdusija Tiegħu
kif ukoll imħabbtu u l-ħniena
tiegħu għalija; u tani għarfien
iktar profond tal-miżerja tiegħi
stess. Iżda din il-miżerja kbira
tiegħi ma ċċaħħadnix
mill-fiduċja. Għall-kuntrarju,
iktar ma sirt naf il-miżerja
tiegħi, iktar b’saħħitha saret
il-fiduċja tiegħi fil-ħniena ta’
Alla. Sirt nifhem kif dan kollu
jiddependi mill-Mulej. Jiena naf
li ħadd m’hu ser imiss xagħra
waħda minn rasi jekk mhux
ir-rieda Tiegħu.
1407.
X’ħin kont qiegħda nitqarben
illum, rajt fil-kalċi Ostja
Ħajja, li s-saċerdot ta lili.
X’ħin mort lura f’posti staqsejt
lill-Mulej, “Għaliex Ostja waħda
kienet ħajja, la Inti xorta
waħda ħaj f’kull waħda
mill-ispeċi?” Il-Mulej weġibni,
Hekk hu. Jiena l-istess
f’kull waħda mill-ispeċi, imma
mhux kull ruħ tirċevini
bl-istess fidi ħajja li għandek
inti, binti, u għalhekk Jiena ma
nistax naħdem ġewwa ruħhom
bħalma naħdem ġewwa tiegħek.
1408.
Kont preżenti għall-Quddiesa li
ġiet iċċelebrata minn Dun
Sopocko. Waqt il-Quddiesa, rajt
lill-Bambin Ġesu’ li, filwaqt li
mess moħħ is-saċerdot b’sebgħu,
qalli, Il-ħsibijiet tiegħu
jinsabu maqgħudin mill-qrib ma’
Tiegħi, mela kun fil-paċi għal
dak li għandu x’jaqsam mal-opra
Tiegħi. Jiena mhux ser inħallih
jagħmel xi żball, u inti
m’għandek tagħmel xejn mingħajr
il-permess tiegħu. Dan
imlieli ruħi b’paċi kbira għal
dak li għandu x’jaqsam ma’ din
l-opra.
1409.
+ Illum, il-Mulej Ġesu’ qiegħed
jagħmilni konxja tal-preżenza
Tiegħu u tal-imħabba mill-iżjed
tenera kif ukoll il-permura
Tiegħu għalija. Hu qed iwassalni
sabiex nifhem sewwa kif kollox
jiddpendi mir-rieda Tiegħu, u
kif Hu jippermetti ċertu
diffikultajiet preċiżament
għall-merti tagħna, sabiex
il-fedelta’ tagħna tkun tista’
tidher b’mod ċar. U permezz ta’
dan, jiena ġejt mogħtija s-saħħa
sabiex inbati u niċċaħħad.
1410.
Illum (7 ta’ Diċembru 1937) hi
lejliet il-Festa tat-Tnissil bla
Tebgħa tal-Verġni Marija. Matul
l-ikla ta’ nofs inhar, f’waqt
wieħed, Alla tani x’nifhem
il-kobor tad-destin tiegħi;
jiġifieri kemm Hu qrib tiegħi, u
dan nibqa’ ngawdih
għall-eternita’, u dan għamlu
b’mod hekk ċar u ħaj li bqajt
ingawdi il-preżenza ħajja Tiegħu
għal żmien twil, filwaqt li
umiljajt ruħi quddiem il-kobor
Tiegħu.
+
Ġ.M.Ġ
1411.
O Spirtu Divin, Spirtu ta’
verita’ u ta’ dawl,
Ibqa’ għammar għal dejjem ġewwa
ruħi bil-grazzja divina Tiegħek.
Jalla n-nifs Tiegħek jeqred
id-dlam,
U f’dan id-dawl jiżdiedu l-opri
tajba.
O Spirtu Divin, Spirtu ta’
mħabba u ta’ ħniena,
Li tferra’ l-balzmu tal-fiduċja
ġewwa qalbi,
Il-grazzja Tiegħek tikkonfermali
ruħi fit-triq it-tajba,
U tagħtiha s-saħħa tal-fedelta’
li ħadd ma jirbħilha.
O Spirtu Divin, Spirtu ta’ paċi
u ta’ ferħ,
Inti ssaħħaħli ‘l-qalb għaxtana
tiegħi,
U tferra’ fiha l-għajn ħajja
tal-imħabba ta’ Alla,
Filwaqt li tagħtiha l-kuraġġ
għat-taqbida.
O Spirtu Divin, il-mistieden
speċjali ta’ ruħi,
Min-naħa tiegħi, jiena rrid
nibqa’ fidila lejk;
Kemm fil-jiem ta’ ferħ kif ukoll
fl-agunija tat-tbatija,
Jiena rrid dejjem, O Spirtu ta’
Alla, ingħix fil-preżenza
Tiegħek.
O Spirtu Divin, li timlieni
kollni kemm jiena
U tagħtini li nagħraf il-Ħajja
Divina Tiegħek fi tliet Persuni,
U ddaħħalni fl-Essenza Divina
Tiegħek,
Hekk maqgħuda flimkien miegħek,
jiena għad ngħix ħajja eterna.
1412.
Ħejjejt ruħi b’ħeġġa kbira biex
niċċelebra l-Festa tat-Tnissil
bla Tebgħa ta’ Omm Alla. Għamilt
sforz iktar mis-soltu biex
nibqa’ miġbura fl-ispirtu u
mmeditajt fuq dan il-privileġġ
uniku tal-Madonna. U hekk qalbi
baqgħet mgħaddsa fiha
kompletament, filwaqt li raddejt
ħajr lil Alla talli ta dan
il-privileġġ kbir lil Marija.
1413.
Ħejjejt ruħi mhux biss permezz
tan-novena flimkien
mal-komunita’ kollha, imma
għamilt sforz personali wkoll
sabiex insellmilha elf darba
kuljum, billi ngħid elf ‘Ave
Maria’ għal disat ijiem ad
unur tagħha.
+ Din hi t-tielet darba issa li
għamilt novena bħal din lil Omm
Alla; jiġifieri, novena ta’ elf
‘Ave Maria’ kuljum.
B’hekk in-novena fiha b’kollox
disat elef tislima. Għalkemm din
il-ħaġa issa għamiltha tliet
darbiet f’ħajti, u darbtejn
minnhom waqt il-qadi ta’
dmirijieti, qatt ma nqast milli
nwettaq ix-xogħol tiegħi
bl-ikbar reqqa. In-novena dejjem
għidtha mhux fil-ħin ta’ talb
normali tiegħi, jiġifieri, l-‘Ave
Maria’ ma għidthomx waqt
il-Quddies jew waqt il-Barka.
Darba għamilt in-novena filwaqt
li kont ninsab marida fl-isptar.
Fejn hemm ir-rieda jinstab
il-mezz. Minbarra l-ħin
tal-mistrieħ, jiena tlabt u
ħdimt biss. Ma għidt l-ebda
kelma żejda f’dawn il-ġranet.
Għalkemm irrid nammetti li ħaġa
bħal din titlob ħafna attenzjoni
u sforz kbir, xejn m’hu
biżżejjed meta wieħed irid
jagħti qima lill-Verġni
Immakulata.
1414.
Il-Festa tat-Tnissil Bla Tebgħa.
Qabel it-Tqarbin rajt
lill-Verġni Mbierka sabiħa li ma
tistax timmaġinaha. Filwaqt li
tbissmitli qaltli, Binti,
skont il-kmand ta’ Alla, jien
għandi nkun b’mod speċjali u
esklużiv Ommok; imma nixtieq li
inti wkoll tkun binti b’mod
speċjali.
1415.
Nixtieqek, binti l-iżjed
maħbuba, tipprattika t-tliet
virtujiet li huma l-iktar
għeżież għalija – u li l-iktar
jogħġbu lil Alla. L-ewwel waħda
hi l-umilta’, l-umilta’ u għal
darb’oħra l-umilta’, it-tieni
virtu’, is-safa; it-tielet
virtu’, l-imħabba ta’ Alla.
Bħala binti, inti trid
tirrifletti b’mod speċjali dawn
il-virtujiet.
X’ħin spiċċajna nitkellmu,
għafsitni ma’ qalbha u għebet.
X’ħin erġajt ġejt f’sensija,
qalbi nġibdet b’mod tal-għaġeb
lejn dawn il-virtujiet; u jiena
nipprattikahom bil-fedelta’.
Huma qishom minquxin f’qalbi.
1416.
Dan kien jum eċċezzjonali
għalija. Matul dan il-jum bqajt
qisni f’kontemplazzjoni l-ħin
kollu; il-ħsieb biss ta’ din
il-grazzja ħadni iktar fil-fond
tal-kontemplazzjoni; u matul
il-jum kollu komplejt inrodd
ħajr bla waqfien, għax kull
darba li bdejt niftakar f’din
il-grazzja ruħi reġgħet bdiet
tintilef f’Alla . . .
1417.
O Mulejja, ruħi hi l-iktar waħda
miskina minnhom kollha, u Inti
xorta waħda titbaxxa lejha
b’tant tjubija! Jiena nista’
nara ċar il-kobor Tiegħek u
ċ-ċokon tiegħi, u għalhekk jiena
nifraħ li Inti daqshekk qawwi u
bla tarf, u għalhekk jiena
nifraħ ħafna li jiena daqshekk
ċkejkna.
1418.
O Kristu li qed tbati, jiena
ġejja niltaqa’ miegħek. La jiena
l-għarusa Tiegħek, irrid
nixbhek. Il-mantell
tal-umiljazzjoni Tiegħek irid
jgħatti lili wkoll. O Kristu,
Inti taf b’liema ħeġġa jiena
nixtieq insir nixbhek. Agħmel li
l-Passjoni kollha Tiegħek tkun
id-destin tiegħi. Jalla n-niket
Tiegħek jitferra’ f’qalbi.
Nispera li Inti għad twassal din
il-ħaġa fit-tmiem tagħha ġewwa
fija bil-mod li Inti jidhirlek
li jkun jixraq l-iktar.
1419.
+ Illum kien hemm l-adorazzjoni
billejl. Ma stajtx nieħu sehem
fiha minħabba problemi f’saħħti,
imma qabel ma rqadt ingħaqadt
mas-sorijiet li kienu qegħdin
jagħmlu l-adorazzjoni. Bejn
l-erbgħa u l-ħamsa, qomt f’daqqa
waħda, u smajt vuċi tgħidli
ningħaqad ma’ dawk li kienu
qegħdin jagħmlu l-adorazzjoni
dak il-ħin. Fhimt li fosthom
kien hemm ruħ qiegħda titlob
għalija.
1420.
X’ħin intlift fit-talb, ġejt
meħuda fl-ispirtu fil-kappella,
fejn rajt lill-Mulej Ġesu’,
espost fl-ostensorju. Minflok
l-ostensorju, rajt il-Wiċċ
glorjuż tal-Mulej u Hu qalli,
Dak li inti qiegħda tara
fir-relata’, dawn l-erwieħ
jarawh bil-fidi. O, kemm
togħġobni l-fidi kbira tagħhom!
Inti tista’ tara, għalkemm ma
jidher li hemm l-ebda traċċa ta’
ħajja fija, fir-realta’ din
tinsab preżenti fil-milja tagħha
f’kull Ostja, waħda waħda. Imma
sabiex Jiena nkun nista’ naħdem
fir-ruħ, din irid ikollha
l-fidi, O, kemm togħġobni fidi
ħajja!
1421.
Dawk li kienu qegħdin jagħmlu
l-adorazzjoni dak il-ħin kienu
l-Madre Superjura u xi ftit
sorijiet oħrajn. Imma jiena
ndunajt li kien it-talb
tal-Madre Superjura li kien
ċaqlaq is-sema, u fraħt li
jeżistu erwieħ li jogħġbu lil
Alla.
1422.
Meta, l-għada waqt il-ħin
tar-rikreazzjoni, staqsejt liema
sorijiet kienu qegħdin jagħmlu
l-adorazzjoni bejn l-erbgħa u
l-ħamsa, waħda mis-sorijiet
qalet, “Għalfejn qiegħda
tistaqsi, Sor? Forsi kellek xi
rivelazzjoni?” Waqajt fis-skiet
u ma għidt xejn iżjed; għalkemm
staqsietni l-Madre Superjura, ma
stajtx inwieġeb għax ma kienx
il-waqt.
1423.
Darba, waħda mis-sorijiet (Swor
Damiana Ziolek) (nota220)
afdat fija li riedet tagħżel
ċertu saċerdot bħala l-konfessur
tagħha. Kienet ferħana ħafna
meta qasmet din l-aħbar miegħi u
talbitni nitlob għal din
l-intenzjoni, u għalhekk jiena
wegħedtha li hekk kont sejra
nagħmel. Waqt it-talb, sirt naf
li dik ir-ruħ ma kienet sejra
tapprofitta xejn mid-direzzjoni
tiegħu. U mbagħad, meta rġajna
ltaqjna, reġgħet qaltli kemm
kienet ferħana li kienet sejra
tkun taħt id-direzzjoni tiegħu.
1424.
Fraħt magħha, imma meta telqet
qlajt ċanfira sewwa. Ġesu’qalli
ngħidilha x’kien għarrafni waqt
it-talb, ħaġa li jiena għamiltha
mal-ewwel opportunita’, għalkemm
swietli ħafna.
1425.
Illum, għal ftit ħin, ħassejt
l-uġigħ tal-kuruna tax-xewk. Dak
il-ħin kont qiegħda nitlob għal
ċerta ruħ quddiem is-Sagrament
Imqaddes. F’daqqa waħda, ħassejt
uġigħ hekk qawwi li rasi waqgħet
fuq il-kanċell tal-altar.
Għalkemm dan il-waqt kien qasir
ħafna, ġabli ħafna wġigħ.
1426.
Kristu, agħtini l-erwieħ. Ħalli
jiġrili dak li Inti trid, imma
agħtini l-erwieħ biex tpattili.
Jiena rrid is-salvazzjoni
tal-erwieħ. Irrid li l-erwieħ
ikunu jafu bil-ħniena Tiegħek.
Ma baqagħli xejn għalija, għax
jiena tajt kollox għall-erwieħ,
bir-riżultat li f’jum il-ħaqq
ser nidher quddiemek b’idejja
vojta, ladarba jiena tajt kulma
għandi lill-erwieħ. Għalhekk
Inti m’hu ser ikollok xejn
fuqhiex tiġġudikani., u dak
inhar għad niltaqgħu: L-imħabba
u l-ħniena . . .
+
Ġ.M.Ġ
1427.
Ġesu’ moħbi, ħajja ta’ ruħi,
L-għan tax-xewqa ħerqana tiegħi,
Xejn m’hu ser iżomm lura
Mħabbtek ġewwa qalbi.
Il-qawwa tal-imħabba li għandna
għal xulxin tassigurani minn
dan.
Ġesu’ moħbi, il-maħbub l-iżjed
safi tiegħi,
Ħajti flimkien miegħek diġa’
bdiet hawnhekk fl-art,
U għad tidher fil-milja kollha
tagħha fl-eternita’ li għad trid
tiġi,
Għax l-imħabba tagħna għal
xulxin qatt m’hi ser titbiddel.
Ġesu’ moħbi, xewqa waħdanija ta’
ruħi,
Inti waħdek għalija iktar
mit-tgawdija tal-ġenna.
Ruħi tfittex lilek biss, li Inti
‘l fuq mir-rigali u l-grazzji
kollha,
Inti li tiġi għandi taħt
l-ispeċi tal-ħobż.
Ġesu’ moħbi, hu sa fl-aħħar ruħi
għatxana
Li qed taqbad għalik bin-nar
safi tas-Serafini.
Jiena qed nimxi ħajti fil-passi
tiegħek u ħadd ma jista’
jirbaħli,
b’rasi merfugħa ‘l fuq, bħal
kavallier, għalkemm jiena biss
tfajla dgħajfa.
1428.
Issa ili xahar inħossni sejra
għall-agħar. Kull darba li
nisgħol, inħoss il-pulmuni
tiegħi qedgħin jitmermru. Xi
kultant jiġrili li nħoss
it-tmermir sħiħ tal-kadavru
tiegħi stess. Diffiċli tesprimi
xi tbatija kbira hi din.
Għalkemm jiena naqbel ma’ dan
kollu bir-rieda sħiħa tiegħi,
xorta waħda hi tbatija kbira
għan-natura, ikbar milli tilbes
il-qmis tax-xagħar (li jilbsu
l-axxeti) jew mill-flaġelazzjoni
sakemm joħroġ id-demm. Ħassejtha
b’mod speċjali waqt li kont
sejra r-refettorju. Kelli
nagħmel sforz kbir biex niekol
xi ħaġa għax l-ikel kien qed
idardarni. F’dan iż-żmien ukoll
bdejt insofri minn uġigħ
fl-imsaren. Ikel imħawwar sewwa
kien iġibli wġigħ hekk kbir li
għaddejt ħafna iljieli
nitkagħweġ bl-uġigħ u nibki,
kollox għall-midinbin.
1429.
Staqsejt iżda lill-konfessur
tiegħi x’kelli nagħmel: jekk
kellix inkompli nbati dan
minħabba l-midinbin, jew jekk
kellix nitlob is-superjuri
jagħmlu eċċezzjoni u jagħtuni
ikel mhux daqshekk rikk. Hu
iddeċieda li kelli nitlob
is-superjuri jagħtuni ikel aktar
ħafif. U għalhekk imxejt fuq dak
li qalli meta rajt li din
l-umiljazzjoni kienet togħġob
lil Alla iktar.
1430.
Darba, bdejt niddubita kif kien
possibbli li jiena nħoss il-ħin
kollu ġismi jitmermer u
fl-istess ħin inħossni kapaċi
nimxi u naħdem. Forsi din kienet
xi tip ta’ illużjoni. Imma ma
tistax tkun illużjoni, għax
qiegħda ġġibli wġigħ hekk
terribbli. Filwaqt li kont
qiegħda naħseb fuq din il-ħaġa,
waħda mis-sorijiet ġiet biex
tkellimni. Wara xi minuta jew
tnejn, għamlet wiċċ tassew ikrah
u qalet, “Sor, qiegħda nxomm
kadavru hawnhekk, bħallikieku
qiegħed jitmermer. O x’biża!”
Jiena għidtilha, “Tibżax, Sor,
dik ir-riħa ta’ kadavru ġejja
mingħandi.” Kienet verament
sorpriża u qalet li ma setgħetx
tissaportiha iżjed. Wara li
kienet telqet, jiena fhimt li
Alla kien ippermettielha tinduna
b’din il-ħaġa sabiex ma
jibqagħli l-ebda dubju, imma li
Hu kien qiegħed tassew iwettaq
miraklu meta ma ħalliex
il-komunita’ kollha tinduna
b’din it-tbatija. O Ġesu’
tiegħi, Inti biss taf kemm hu
kbir dan is-sagrifiċċju.
1431.
Iżda xorta waħda, fir-refettorju
kelli nissaporti li ta’ spiss
jissuspettaw li kont qiegħda
nagħmel għaġeb (dwar l-ikel li
kont nieħu). F’waqtiet bħal
dawn, bħas-soltu jien niġri
ħdejn it-Tabernaklu u nitbaxxa
quddiem il-pissidi u minn hemm
niġbed is-saħħa sabiex inkun
nista’ naċċetta r-rieda ta’
Alla. Dak li ktibt s’issa għadu
mhux kollox.
1432.
Illum waqt il-qrar, filwaqt li
spirtwalment qasam l-wejfer
(nota220a) flimkien miegħi,
(il-konfessur) tani dawn
ix-xewqat: “Kun fidila kemm
tista’ mal-grazzja ta’ Alla;
it-tieni, itlob il-ħniena ta’
Alla għalik u għad-dinja kollha,
għax aħna lkoll kemm aħna
neħtieġu ħafna l-ħniena ta’
Alla.”
1433.
Jumejn qabel il-Milied,
fir-refettorju nqara dan
il-kliem: “għada t-Twelid ta’
Ġesu’ Kristu skont il-ġisem.”
(nota221) Ma’ dan il-kliem,
ruħi ġiet minfuda mid-dawl u
l-imħabba ta’ Alla, u ngħatajt
għarfien iktar profond
tal-Misteru tal-Inkarnazzjoni
tal-Iben ta’ Alla. Kemm hi kbira
l-ħniena ta’ Alla li tinsab
fil-Misteru tal-Inkarnazzjoni
tal-Iben ta’ Alla!
1434.
Illum, il-Mulej għarrafni
bil-korla Tiegħu għall-umanita’
li, minħabba d-dnubiet tagħha,
jixirqilha li jkollha jiemha
mqassra. Imma sirt naf li
l-eżistenza tad-dinja qegħdin
iżommuha l-erwieħ magħżulin;
jiġifieri, l-ordnijiet
reliġjużi. Gwaj għad-dinja meta
għad ikun hemm nixfa
fl-ordnijiet reliġjużi!
+
Ġ.M.Ġ
1435.
Jiena qiegħda nwettaq kull
għemil filwaqt li qiegħda
nistenna l-mewt.
Nagħmlu bħalissa bħalma nixtieq
narah isir fl-aħħar siegħa
tiegħi.
Għalkemm il-ħajja tgħaddi mlajr
bħar-riħ
L-ebda għemil li jsir għal Alla
m’hu ser jintilef.
Qiegħda nħoss tmermir sħiħ
tal-organi tiegħi,
Għalkemm għadni ħajja u għadni
naħdem.
Il-mewt mhix ser tkun traċedja
għalija,
Għax ili nħossha għal żmien
twil.
Għalkemm hi ħaġa kerha ħafna
għan-natura
Li l-ħin kollu xxomm il-kadavru
tiegħek stess,
Imma mhix ħaġa daqshekk
terribbli meta r-ruħ tkun
mimlija bid-dawl ta’ Alla,
Għax fiha jitqajmu l-fidi,
it-tama, l-imħabba u l-indiema.
Kuljum nagħmel sforzi kbar
Biex nieħu sehem fil-ħajja
tal-komunita’,
U b’dan il-mod ningħata
l-grazzji għas-salvazzjoni
tal-erwieħ,
Filwaqt li nħarishom min-nar
tal-infern permezz
tas-sagrifiċċju tiegħi.
Għax is-salvazzjoni ta’ ruħ
waħda biss
Tiswa s-sagrifiċċju ta’ ħajja
sħiħa
U li wieħed jissaporti l-ikbar
sagrifiċċju u turmenti,
Ladarba kbira hi l-glorja li
tingħata lil Alla.
1436.
+ Mulej, għalkemm Inti spiss
tgħarrafni bir-ragħad tal-korla
Tiegħek, il-korla Tiegħek tgħib
quddiem erwieħ umli u ċkejknin.
Għalkemm Inti kbir, Mulej,
tippermetti li tingħeleb minn
ruħ li hi ċejkna u profondament
umli. O umilta’, virtu’ l-iktar
prezzjuża, kemm huma ftit
l-erwieħ li għandhom lilek.
Nista’ nara biss xebh ta’ din
il-virtu’ kullimkien madwari,
imma mhux il-virtu’ fiha
nnifisha. Mulej, ċċekkinni
f’għajnejja stess sabiex inkun
nista’ nsib il-grazzja
quddiemek.
1437.
+ Lejliet il-Milied (1937). Wara
t-Tqarbin, Omm Alla tatni
l-esperjenza tal-ħsieb u
tal-ansjeta’ li kellha f’qalbha
minħabba l-Iben ta’ Alla. Imma
din l-ansjeta’ kienet mimlija
b’tant fwieħa ta’ abbandun
għar-rieda ta’ Alla li aħjar
ngħid li kienet qiegħda titpaxxa
milli kienet ansjuża. Jiena
fhimt kif ruħi kellha taċċetta
r-rieda ta’ Alla f’kollox. Ħasra
li ma nistax nikteb dwar din
il-ħaġa bl-istess mod li kelli
esperjenza tagħha. Ruħi kienet
mitfugħa f’ġabra profonda l-jum
kollu. Xejn ma seta’ jifridni
minn din il-ġabra, la
d-dmirijiet tiegħi, lanqas
ix-xogħol li kelli x’naqsam fih
mal-lajċi.
1438.
Qabel l-ikla ta’ filgħaxija,
mort il-kappella għal waqt
wieħed sabiex naqsam il-wejfer
spirtwalment ma’ dawk il-persuni
maħbubin, tant għeżież għal
qalbi, għalkemm kienu jinsabu ‘l
bogħod. L-ewwel, intlift f’talb
profond u tlabt lill-Mulej għal
grazzji għalihom ilkoll bħala
grupp u mbagħad għal kull wieħed
individwalment. Ġesu’ tani
x’nifhem kemm għoġbitu din
il-ħaġa, u ruħi mtliet b’ferħ
ikbar meta setgħet tara kif Alla
jħobb b’mod speċjali lil dawk li
aħna nħobbu.
1439.
+ Wara li mort fir-refettorju,
waqt il-lettura, sibt ruħi
kollni kemm jiena mitlufa
f’Alla. Ġewwa fija, rajt lil
Alla jħares lejna bi pjaċir
kbir. Bqajt waħdi flimkien
mal-Missier tas-Sema. F’dak
il-waqt, kelli għarfien iktar
profond tat-Tliet Persuni
Divini, li aħna għad
nikkontemplawhom għall-eternita’
kollha, u wara miljuni ta’ snin,
għad niskopru li għadna biss
bilkemm bdejna l-kontemplazzjoni
tagħna. O, kemm hi kbira
l-ħniena ta’ Alla, li
jippermetti lill-bniedem jieħu
sehem fi grad hekk għoli
fil-ferħ divin Tiegħu! Fl-istess
ħin, x’weġgħa kbira tinfidli
qalbi (meta naħseb) li tant
erwieħ ikkalpestaw dan il-ferħ.
1440.
Meta bdejna naqsmu l-wejfer,
kien hemm issaltan fostna mħabba
sinċiera u reċiproka. Il-Madre
Superjura (Irene) esprimietli
din ix-xewqa: “Sor, l-opri ta’
Alla jimxu bil-mod, mela
tgħaġġilx.” B’mod ġenerali,
is-sorijiet sinċerament xtaquli
ħafna mħabba, li hi ħaġa li
jiena nixtieq iktar minn
kwalunkwe ħaġa oħra. Stajt nara
li dawn ix-xewqat kienu verament
ġejjin minn qalbhom,
b’eċċezzjoni ta’ soru waħda, li
kellha l-malizzja moħbija
fix-xewqat tagħha, għalkemm dan
ma weġġagħnix ħafna, għax ruħi
kienet mimlija b’Alla. Imma din
il-ħaġa dawlitli moħħi dwar
il-għala Alla jikkomunika hekk
ftit ma’ ruħ ta’ dan it-tip, u
sirt naf li ruħ bħal din tkun
qiegħda dejjem tfittex lilha
nnfisha, f’affarijiet qaddisa
wkoll. O, kemm Hu twajjeb
il-Mulej li ma jħallinix
nitfixkel! Naf li Hu ser
iħarisni, ukoll bl-ikbar
ġelosija, imma dan jagħmlu biss
sakemm jiena nibqa’ ċkejkna,
għax hu ma’ erwieħ bħal dawn li
l-Mulej Setgħan jħobb
jikkomunika . L-erwieħ suppervi
Hu jħares lejhom mill-bogħod u
jeħodha kontra tagħhom.
1441.
Għalkemm ridt nibqa’ nishar għal
xi ħin qabel il-Quddiesa ta’
billejl, (nota222) ma
rnexxilix. Irqadt mill-ewwel u
wkoll kont qiegħda nħossni
dgħajfa ħafna. Imma meta daqqaew
il-qniepen għall-Quddiesa ta’
nofs illejl, qomt f’daqqa u
lbist, għalkemm b’diffikulta’
kbira, għax beda jħossni ħażin
il-ħin kollu.
1442.
+ X’ħin wasalt għall-Quddiesa
ta’ nofs illejl, mill-ewwel
intlift f’ġabra profonda, u
matul dak il-ħin rajt l-istalla
ta’ Betlem mimlija b’dija kbira.
Il-Verġni Mbierka, mitlufa
kollha kemm hi fi mħabba l-iżjed
profonda, kienet qiegħda tfisqi
lil Ġesu’, imma San Ġużepp kien
għadu rieqed. Kien biss wara li
Omm Ġesu’ poġġietu fil-maxtura
li d-dawl ta’ Alla qajjem lil
Ġużeppi, li beda jitlob hu
wkoll. Imma ftit wara, ħallewni
waħdi mat-Tarbija Ġesu’ li
newwilli jdejh ċkejknin, u jiena
fhimt li kelli naqbdu u nżommu
f’dirgħajja. Ġesu’ beda jross
rasu ma’ qalbi u tani x’nifhem,
bil-ħarsa profonda Tiegħu, kemm
kien qed iħossu sewwa qrib
il-qalb tiegħi. F’dak il-waqt
Ġesu’ għeb u kienet qiegħda
ddoqq il-qanpiena għat-Tqarbin
Imqaddes.
1443.
Ruħi kienet mitluqa f’telqa ta’
ferħ. Imma lejn it-tmiem
tal-Quddiesa, ħassejtni hekk
debboli li kelli noħroġ
mill-kappella u mmur fiċ-ċella
tiegħi, għax ma ħassejtnix
kapaċi nieħu sehem fit-te’
tal-komunita’. Imma l-ferħ
tiegħi matul iż-żmien kollu
tal-Milied kien kbir ħafna, għax
ruħi kienet maqgħuda il-ħin
kollu mal-Mulej. Sirt naf li
kull ruħ tkun tixtieq li jkollha
konsolazzjonijiet divini, imma
ma tkunx trid bl-ebda mod tħalli
warajha l-konsolazzjonijiet
umani, filwaqt li dawn iż-żewġ
affarijiet ma jistgħux joqgħodu
flimkien.
1444.
Matul iż-żmien tal-Milied,
ħassejt li ċerti erwieħ kienu
qegħdin jitolbu għalija. Jiena
nifraħ li l-għaqda spiritwali u
għarfien bħal dawn jeżistu diġa’
hawn fl-art. O Ġesu’ tiegħi,
tkun imfaħħar għal dan kollu!
1445.
Fl-ikbar turmenti tar-ruħ jiena
nkun ninsab dejjem waħdi, imma
le – mhux waħdi, għax ninsab
miegħek, Ġesu’; imma hawn jiena
qiegħda nitkellem dwar nies
(oħrajn). Ħadd minnhom ma jifhem
lil qalbi, imma din il-ħaġa
m’għadhiex sorpriża għalija,
filwaqt li kont inkun sorpriża
meta l-intenzjonijiet tiegħi
kienu kkundannati u kienu jiġu
interpretati ħażin; le din
m’għadhiex sorpriża għalija issa
bl-ebda mod. Il-bnedmin ma jafux
kif għandhom jaraw lir-ruħ.
Jaraw il-ġisem, u jiġġudikaw
skont il-ġisem. Imma daqskemm hi
‘l bogħod is-sema mill-art,
daqshekk ieħor huma ‘l bogħod
il-ħsibijiet ta’ Alla
mill-ħsibijiet tagħna. Jiena
stess kelli esperjenza li ta’
spiss jiġri li ( . . . )
1446.
Il-Mulej qalli, M’għandu
jkollu l-ebda mportanza għalik
kif ħaddieħor ikun qed iġib
ruħu; inti trid tkun ir-rifless
ħaj Tiegħi, permezz tal-imħabba
u l-ħniena. Jiena weġibt,
“Mulej, imma ta’ spiss
japprofittaw ruħhom mit-tjubija
tiegħi.” Dik il-ħaġa ma
tagħmel l-ebda differenza,
binti. Mhix affarik. Inti
għandek dejjem turi ħniena ma’
nies oħrajn, u speċjalment
mal-midinbin.
1447.
+ O, kemm iweġġgħani l-fatt li
l-erwieħ rari jingħaqdu miegħi
fit-Tqarbin. Jiena nkun qiegħed
nistenna l-erwieħ, u huma ma
jagħtux kasi. Jiena nħobbhom bi
ħlewwa u sinċerita’, u huma ma
jafdawnix. Jiena rrid inferra’
fuqhom il-grazzji Tiegħi, u huma
ma jridux jaċċettawhom.
Jittrattawni bħallikieku kont xi
ħaġa mejta, filwaqt li l-Qalb
Tiegħi hi mimlija mħabba u
ħniena. Sabiex inti tkun tista’
tifhem almenu ftit mill-uġigħ
Tiegħi, immaġina omm mill-iktar
ħelwa li għandha mħabba kbira
għal uliedha, filwaqt li dawk
it-tfal ma jridux l-imħabba
tagħha. Aħseb ftit kemm tweġġa’
din il-mara. Ħadd ma jkun jista’
jfarraġha. Din hi biss xbieha
fjakka ta’ mħabbti.
1448.
Ikteb, tkellem dwar il-ħniena
Tiegħi. Għid lill-erwieħ fejn
għandhom ifittxu l-faraġ;
jiġifieri, fit-Tribunal
tal-Ħniena
(is-Sagrament tal-Qrar).
Hemmhekk iseħħu l-ikbar mirakli
u jirrepetu ruħhom bla waqfien.
Biex wieħed japprofitta minn dan
il-miraklu, m’hemmx għalfejn
imur xi pellegrinaġġ kbir jew
iwettaq xi ċerimonja li tidher
minn barra; biżżejjed li wieħed
jiġi bil-fidi f’riġlejn
ir-rappreżentant Tiegħi u jurih
lil-miżerja tiegħu, u l-miraklu
tal-Ħniena Divina jkun jista’
jidher bis-sħiħ. Li kieku r-ruħ
tkun bħal kadavru qed jitmermer
u għalkemm, skont kif jarawha
l-bnedmin, ma jkun hemm l-ebda
(tama li) terġa’ tiġi
f’tagħha u kollox ikun diġa’
mitluf, mhux hekk ma’ Alla.
Il-miraklu tal-Ħniena Divina
jerġa’ jġedded lil dik ir-ruħ
bis-sħiħ. O, kemm huma msejknin
dawk li ma japprofittawx
mill-miraklu tal-Ħniena ta’
Alla! Għalxejn għad issejjaħli,
għax ikun tard wisq.
+
Ġ.M.Ġ
Is-Sena 1938
L-Ewwel ta’ Jannar
1449.
Insellimlek, Sena Ġdida, li fiha
għad iseħħ il-perfezzjoni
tiegħi. (nota223) Grazzi
minn qabel, O Mulej, għal dak
kollu li t-tjubija Tiegħek għad
tibgħatli. Grazzi tat-tazza
tat-tbatija li minnha għad
nixrob kuljum. Tnaqqasx
mill-imrar tagħha, O Mulej,
imma saħħaħli xofftejja sabiex,
waqt li nkun qiegħda nixrob minn
dan l-imrar, huma jafu jitbissmu
għall-imħabba Tiegħek, Mgħallem
tiegħi. Inroddlok ħajr tal-faraġ
u l-grazzji bla tarf li kuljum
jinżlu fuqi bin-nida ta’
filgħodu, fis-skiet, mingħajr
ħadd ma jinduna, li l-ebda għajn
kurjuża ma tista’ tarahom, u li
Inti u jiena biss nafu bihom, O
Mulej. Għal dan kollu,
nirringrazzjak mil-lum għax,
f’dak il-waqt meta Inti
tnewwilli t-tazza, jista’ jkun
li qalbi ma tkunx kapaċi
tirringrazzjak.
1450.
Jiena għalhekk illum
nissottometti ruħi kompletament
u bil-kunsens tiegħi mimli
mħabba għar-rieda qaddisa
Tiegħek, O Mulej, u
għad-digrieti Tiegħek mimlijin
għerf, li huma dejjem mimlijin
bil-ħniena għalija, għalkemm xi
drabi la nista’ nifhem wisq
anqas nidħol fil-qiegħ tagħhom.
O Mgħallem tiegħi, nintelaq
kollni kemm jien f’idejk, li
Inti t-tmun ta’ ruħi; suqha Inti
stess skont ix-xewqat divini
Tiegħek. Ningħalaq fil-Qalb
Tiegħek l-iżjed ħanina, li hi
baħar ta’ ħniena bla tarf.
1451.
+
Qiegħda nispiċċa s-sena l-qadima
bit-tbatija u qiegħda nibda
l-ġdida bit-tbatija wkoll.
Jumejn qabel is-sena l-ġdida,
kelli noqgħod fis-sodda.
Ħassejtni marida ħafna, u sogħla
kerha kienet qiegħda teħodli
saħħti. U ma’dan kollu, uġigħ
kontinwu fi msarni u dardir
wassluni li nħossni eżawrita.
Għalkemm ma stajtx ningħaqad
mat-talb tal-komunita’,
(nota224) ingħaqadt
spirtwalment mal-komunita’
kollha. Meta s-sorijiet qamu
fil-ħdax ta’ billejl biex
jagħmlu s-sahra u jagħtu merħba
lis-Sena l-Ġdida, jiena kien ili
nitkagħweġ fl-agunija minn x’ħin
beda il-lejl, u bqajt sejra hekk
sa nofs il-lejl. Jiena għaqqadt
it-tbatijiet tiegħi mat-talb
tas-sorijiet li kienu qedgħin
jishru fil-kappella u joffru
riprazzjoni lil Alla
għall-offiżi mwettqin
mill-midinbin.
1452.
X’ħin daqq nofs il-lejl, ruħi
ntilfet f’ġabra profonda, u
smajt vuċi ġewwa ruħi:
Tibżax, binti ċkejkna, mintix
waħdek. Issielet bil-kuraġġ,
għax id-driegħ Tiegħi qiegħed
iżommok; issielet
għas-salvazzjoni tal-erwieħ, u
ħeġġiġhom jafdaw fil-ħniena
Tiegħi, għax dak hu xogħlok
f’din il-ħajja u fil-ħajja
l-oħra. Wara dan il-kliem,
irċevejt għarfien iktar profond
tal-ħniena divina. Dik ir-ruħ
biss li tkun trid hi tintilef,
għax Alla ma jikkundanna lil
ħadd.
1453.
Illum il-Festa tas-Sena l-Ġdida.
Tant ħassejtni ħażin filgħodu li
bilkemm irnexxieli mmur
fiċ-ċella ta’ maġenb tiegħi biex
nitqarben. (nota225) Ma
stajtx immur il-Quddies għax
ħassejtni ma niflaħx, u
r-rngrazzjament għamiltu
fis-sodda wkoll.Tant ridt immur
il-Quddies u mbagħad inqerr
għand Patri Andrasz, imma tant
ħassejtni batuta li la stajtx
immur l-Quddies u lanqas inqerr.
U minħabba f’hekk ruħi batiet
ħafna. Wara l-kolazzjon, is-soru
tal-Infermerija (Swor
Chrysostom) ġiet u staqsietni,
“Sor għaliex ma mortx
il-Quddies?” Weġibt li ma
stajtx. Bdiet ixxengel rasha bi
stmerrija u qaltli, “Festa kbira
għal din illum, Sor, u inti
lanqas biss tmur il-Quddies!” u
ħarġet miċ-ċella tiegħi. Kien
ili fis-sodda jumejn, nitkagħweġ
bl-uġigħ, u ma ġietx iżżurni; u
meta sa fl-aħħar ġiet fit-tielet
jum, lanqas biss staqsietni jekk
stajtx inqum, imma staqsietni
nnervjata għaliex ma kontx qomt
għall-Quddies. X’ħin kont waħdi,
ippruvajt inqum, imma rġajt
ħassni ħażin, u għalhekk bqajt
fis-sodda b’kuxjenza kwieta.
Iżda qalbi kellha ħafna
x’toffrilu lill-Mulej, filwaqt
li ngħaqdet miegħu spirtiwalment
waqt it-tieni Quddiesa. Wara
t-tieni Quddiesa, is-soru
tal-Infermerija reġgħet ġiet
għandi, imma din id-darba biex
tagħmel xogħolha u
bit-termometru f’idejha. Imma
deni ma kellix, għalkemm kont
marida serjament u ma stajtx
inqum. Għalhekk kelli nisma’
priedka oħra fejn qaltli li
m’għandix għalfejn inċedi
għall-mard. Jiena weġibtha li
kont naf li hawnhekk kienu
jqisuk marida serjament biss
jekk tkun fl-aħħar agunija.
Iżda, billi kont naf li kienet
ser terġa’ tagħmilli priedka,
weġibt li bħalissa ma kelli
l-ebda bżonn min iħeġġiġni għal
ħerqa ikbar. U għal darb’oħra
bqajt waħdi fiċ-ċella.
Qalbi kienet mgħaffġa bin-niket,
u l-imrar għarraqli ruħi, u
tennejt il-kliem, “Merħba, Sena
Ġdida; merħba, tazza mimlija
mrar.” Ġesu’ tiegħi, qalbi
tinsab ħerqana għalik, imma
sadanittant is-serjeta’ tal-mard
li għandi mhix qed tħallini
nieħu sehem fiżikament fit-talb
tal-komunita’, u qegħdin
jissuspettawni li jiena
għażżiena. It-tbatijiet tiegħi
qegħdin jiżdiedu. Wara l-ikel
ta’ filgħaxija, il-Madre
Superjura (Irene) daħlet
tittawwalli għal mument wieħed,
imma reġgħet telqet malajr.
Kelli intenzjoni nitlob li Patri
Andrasz jiġi fiċ-ċella tiegħi
biex iqararni, imma żammejt lura
milli nagħmel din it-talba għal
żewġ raġunijiet: l-ewwelnett,
biex ma nagħtix ċans
għat-tgergir, bħalma kien ġara
qabel dwar il-Quddiesa; u
t-tieni, għax lanqas biss ma
kont inkun kapaċi nqerr, għax
ħassejt li kont ninfaqa’ nibki
bħal tifla ċkejkna. Ftit wara,
waħda mis-sorijiet ġiet u għal
darb’oħra ċanfritni: “Hemm ftit
ħalib bil-butir fil-forn, Sor;
għax ma tixorbux?” Jiena weġibt
li ma kien hemm ħadd min
iġibuli.
1454.
+ X’ħin sar il-lejl, żdiedu
t-tbatijiet fiżiċi u ngħaqdu
magħhom tbatijiet morali.
Il-lejl u t-tbatija. Is-skiet
solenni tal-lejl għamilhieli
possibli nbati bil-liberta’.
Ġismi kien minxur fuq il-għuda
tas-salib. Bqajt nitkagħweġ
bl-uġigħ terribli sal-ħdax. Mort
fl-ispirtu fit-Tabernaklu u
kxift il-pissidi, filwaqt li
poġġejt rasi fuq ix-xifer
tat-tazza u d-dmugħ tiegħi kollu
beda nieżel fis-skiet lejn
il-Qalb ta’ Dak li Hu biss
jista’ jifhem x’jiġifieri uġigħ
u tbatija. U doqt l-esperjenza
tal-ħlewwa ta’ din it-tbatija, u
ruħi bdiet tixxennaq għal din
l-agunija ħelwa, li ma kontx
inpartatha mat-teżori kollha
tad-dinja. Il-Mulej tani s-saħħa
fl-ispirtu u mħabba għal dawk
kollha li permezz tagħhom waslu
għandi dawn it-tbatijiet. Dan
kien mela l-ewwel jum tas-sena.
1455.
F’dan il-jum ukoll ħassejt
it-talb ta’ ruħ sabiħa
(probabilment ta’ Dun Sopocko
jew Patri Andrasz) li kienet
qiegħda titlob għalija u
tagħtini, fl-ispirtu, il-barka
saċerdotali tagħha. Jiena
rreċiprokajt bit-talb imħeġġeġ
tiegħi.
1456.
+ O Mulej l-iżjed ħlejju, liema
ħniena Inti turi meta tiġġudika
lil kull bniedem skont
il-kuxjenza tiegħu stess u skont
kif hu stess juri d-dixxerniment
tiegħu, u mhux skont ma jgħidu
n-nies. L-ispirtu tiegħi
jitpaxxa u jmantni ruħu iżjed u
iżjed bl-għerf Tiegħek, li jiena
qiegħda nsir nafu iżjed u iżjed
profondament. U f’din il-ħaġa,
il-kobor tal-ħniena Tiegħek
jidher iżjed u iżjed ċar
quddiemi. O Ġesu’ tiegħi,
l-effett ta’ dan l-għarfien
kollu fuq ruħi hu li jiena
qiegħda niġi mibdula fi fjamma
ta’ mħabba għalik, Alla tiegħi.
1457.
+ 2 ta’ Jannar 1938. Kif kont
qiegħda nħejji ruħi għat-Tqarbin
Imqaddes illum, Ġesu’ riedni
nikteb iżjed; mhux biss fuq
il-grazzji li Hu qed jagħtini,
imma wkoll fuq affarijiet
esterni, u dan għall-faraġ ta’
ħafna erwieħ.
1458.
+ Wara dak il-lejl ta’ tbatija,
meta is-saċerdot (Patri
Matzanger) (nota226)
daħal fiċ-ċella tiegħi flimkien
mal-Mulej Ġesu’, tant imtlejt
bil-ħeġġa kollni kemm jiena li
ħassejt, illi kieku s-saċerdot
dam daqsxejn iżjed, Ġesu’ stess
kien jaqbeż minn ġo jdejh u jiġi
għandi.
1459.
Wara t-Tqarbin il-Mulej qalli,
Li kieku s-saċerdot ma ġabnix
għandek, kont niġi Jiena stess
taħt l-istess speċi. Binti,
it-tbatijiet tiegħek dan il-lejl
akkwistaw il-grazzja tal-ħniena
għal għadd kbir ta’ ħafna
erwieħ.
1460.
+ Binti, għandi xi ħaġa
x’ngħidlek.
Jiena weġibt, “Tkellem, Ġesu’,
għax jiena ninsab għatxana
għall-kliem Tiegħek.” Jiena
ma ħadtx gost għax, minħabba li
s-sorijiet qegħdin igergru, inti
ma tlabtx biex Patri Andrasz
jiġi jqarrek fiċ-ċella tiegħek.
Kun af li, minħabba li għamilt
hekk, tajthom skuża ikbar biex
igergru. Bl-umilta’ kollha
tlabt il-maħfra tal-Mulej. O
Mgħallem tiegħi, ċanfarni;
tagħlaqx għajnejk
għan-nuqqasijiet tiegħi, u
tħallinix niżbalja.
1461.
+
O Ġesu’ tiegħi, meta ma
jifhmunix u ruħi tkun imħarbta,
inkun irrid noqgħod għal ftit
waħdi miegħek. Tibgħatlix, O
Mulej, messaġġiera, li kapaċi
biss jitkellmu għalihom
infushom, u jgħidu dak li
tiddettalhom in-natura tagħhom
stess. Konsolaturi bħal dawn
jgħejjuni ħafna.
1462.
6 ta’ Jannar 1938. Illum, meta
il-kappillan (Dun Theodore) ġab
lill-Mulej Ġesu’, ħareġ dawl
mill-Ostja, id-dawl tagħha laqat
lil qalbi u mlieha b’nar kbir
ta’ mħabba. Ġesu’ kien qed
jgħarrafni li għandi nwieġeb
għall-ispirazzjonijiet
tal-grazzja b’iktar fedelta’, u
li għandi nishar b’mod iktar
sottili.
1463.
+ Il-Mulej għarrafni wkoll li
ħafna isqfijiet kienu qegħdin
jaħsbuha dwar din il-Festa, kif
ukoll ċerta persuna lajka. Xi
wħud kienu entużjasti dwar din
l-opra ta’ Alla, filwaqt li
oħrajn ma setgħux jemmnu fiha;
imma minkejja kollox,
ir-riżultat kien glorja kbira
għall-opra ta’ Alla. Madre Irene
u Madre Mary Joseph kienu
qedgħin jagħtu speċi ta’ rapport
lil dawn il-persuni distinti,
imma dawn kienu qegħdin jistaqsu
aktar fuqi milli dwar l-opra.
(nota227) Għal dak li għandu
x’jaqsam mal-opra stess, ma
kienx hemm dubju, għax il-glorja
ta’ Alla diġa’ kienet qiegħda
tiġi mħabbra.
1464.
Illum qiegħda nħossni ħafna
aħjar. Fraħt li stajt nimmedita
iktar waqt is-Siegħa ta’
Adorazzjoni. Imbagħad smajt
vuċi: Mintix ser tkun tajba
f’saħħtek. Tħallix is-Sagrament
tal-Qrar, għax din il-ħaġa ma
togħġobnix. Tagħtix kas
tat-tgergir ta’ dawk ta’
madwarek. Stagħġibt b’dan,
għax illum kont qiegħda nħossni
aħjar, imma ma ħsibtx aktar fuq
hekk. X’ħin is-soru tfiet
id-dawl, bdejt nagħmel is-Siegħa
tal-Adorazzjoni. Imma wara ftit
bdejt inħoss xi ħaġa mhux sewwa
f’qalbi. Bqajt inbati fis-skiet
sal-ħdax, imma mbagħad tant
bdejt inħossni ħażin li qajjimt
lil Swor N. (probabilment Swor
Fabiola), li qiegħda miegħi
fil-kamra u tatni xi taqtir, li
għenuni ftit u stajt nimtedd.
Issa qiegħda nifhem x’avżani
l-Mulej. Iddeċidejt li l-għada
nsejjaħ lil saċerdot, ikun min
ikun, u niftaħ quddiemu
s-sigrieti ta’ ruħi. Imma dan ma
kienx kollox, għax filwaqt li
kont qiegħda nitlob
għall-midinbin u noffri
it-tbatijiet kollha tiegħi
għalihom, l-ispirtu ħażin ma
setax jissaportiha din il-ħaġa.
1465.
Filwaqt li ħa forma ta’ dehra,
huwa qal, “Titlobx
għall-midinbin, imma għalik
innifsek, għax int ser
tintilef.” Filwaqt li jiena ma
tajtx kas ta’ Satana, komplejt
nitlob b’ħerqa doppja
għall-midinbin. L-ispirtu ħażin
beda jingħi bir-rabja, “O, li
kieku kelli s-setgħa fuqek!” u
għeb. Jiena stajt nara li
t-tbatija u t-talb tiegħi kienu
qedgħin jorbtu lil Satana u
jaħtfulu ħafna erwieħ minn taħt
idejh.
1466.
Ġesu’, li tant tħobb
is-salvazzjoni tal-bnedmin,
iġbed lill-erwieħ kollha lejn
il-ħajja divina. Jalla l-kobor
tal-ħniena Tiegħek tkun mfaħħra
hawn fl-art u fl-eternita’. O
maħbub kbir tal-erwieħ, li
fil-ħniena Tiegħek bla tarf
ftaħt l-għejjun fejjieda
tal-ħniena sabiex l-erwieħ
dgħajfin ikunu jistgħu jissaħħu
fil-pellegrinaġġ ta’ din
il-ħajja, il-ħniena Tiegħek
tgħaddi tiġri matul ħajjitna
bħal ħajta tad-deheb u żżomm
il-kuntatt tagħna ma’ Alla. Għax
Hu m’għandu bżonn ta’ xejn biex
iġiblu l-ferħ; għalhekk kollox
hu biss opra tal-ħniena Tiegħu.
Is-sensi tiegħi jkunu minfuda
bil-ferħ meta Alla jagħtini li
nsir iktar konxja minn dak
l-attribut kbir tiegħu;
jiġifieri, il-ħniena Tiegħu bla
tarf.
1467.
7 ta’ Jannar 1938. L-ewwel
Ġimgħa tax-xahar. Dalgħodu waqt
il-Quddiesa, għal ftit minuti
biss, rajt is-Salvatur qed
ibati. Li laqatni kien li Ġesu’
tant kellu paċi fost
it-tbatijiet kbar Tiegħu. Jiena
fhimt li din kienet lezzjoni
għalija kif għandha tkun
l-imġieba tiegħi minn barra,
fost id-diversi tbatijiet
tiegħi.
1468.
Għal żmien twil mhux ħażin,
ħassejt uġigħ f’idejja,
f’riġlejja u f’ġenbi. Imbagħad
rajt lil ċertu midneb li kien
qed jieħu ġid spiritwali
mit-tbatijiet tiegħi jersaq qrib
il-Mulej. Dan kollu għall-erwieħ
li huma ‘l bogħod minn Alla.
1469.
+ Illum mort inqerr għand
il-kappillan (Dun Theodore).
Ġesu’ farraġni permezz ta’ dan
is-saċerdot. O Ommi, Knisja ta’
Alla, inti Omm vera li tifhem
lil uliedek . . .
1470.
O, kemm hi ħaġa sewwa li Ġesu’
għad jiġġudikana skont
il-kuxjenza tagħna u mhux skont
ma jgħidu u jiġġudikaw in-nies.
O tjubija li ħadd ma jista’
jifhimha, qiegħed narak mimli
tjubija fl-istess waqt
tal-ġudizzju.
1471.
Għalkemm qiegħda nħossni
debboli, u n-natura tiegħi
qiegħda tgħajjat għas-serħan,
qiegħda nħoss l-ispirazzjoni
tal-grazzja tgħidli nżomm sħiħ u
nikteb, nikteb sabiex infarraġ
lill-erwieħ, li jiena tant
inħobb u li magħhom għad naqsam
l-eternita’ kollha. U jiena
nixtieq b’tant ħerqa li huma
jkollhom il-ħajja eterna li din
hi r-raġuni għaliex jiena nuża
l-ħin liberu kollu tiegħi, ukoll
jekk ikun żmien qasir, sabiex
nikteb bil-mod li Ġesu’ jixtieq
mingħandi.
1472.
8 ta’ Jannar. Waqt il-Quddiesa,
kelli waqt wieħed ta’ għarfien
dwar Dun S., li Alla qed jiġi
mogħti glorja kbira permezz
tal-isforzi tagħna t-tnejn. U
għalkemm aħna ninsabu mbegħdin
minn xulxin, spiss inkunu
flimkien, għax ninsabu maqgħudin
b’għan wieħed.
1473.
O Ġesu’ tiegħi, l-unika xewqa
tiegħi, għalkemm illum xtaqt
nirċevik b’ħeġġa ikbar minn
qabel, madankollu, preċiżament
illum, ruħi għandha nixfa ikbar
mis-soltu. Il-fidi tiegħi
tissaħħaħ iktar, u għalhekk
il-frott tal-miġja Tiegħek,
Mulej, ser ikun kotran. Għalkemm
ħafna drabi Inti tiġi mingħajr
ma tmissli s-sensi tiegħi u
ssaltan biss f’ruħi, is-sensi
wkoll xi kultant jifirħu
bil-miġja Tiegħek.
1474.
Spiss nitlob lill-Mulej Ġesu’
jagħtini fehma mdawla bil-fidi.
Din il-ħaġa ngħidha lill-Mulej
b’dan il-kliem: Ġesu’, agħtini
l-fehma, fehma kbira, għal dan
il-għan biss, biex inkun nista’
nifhmek aħjar; għax aktar ma
nsir nafek, aktar inħobbok
bil-ħeġġa, Ġesu’, nitolbok don
qawwi tal-fehma, sabiex inkun
nista’ nifhem ħwejjeġ divini u
għoljin. Ġesu’, agħtini fehma
ħajja, li biha nibda nagħraf
l-Essenza Divina Tiegħek u
l-ħajja ġewwinija Tiegħek ma’
Alla wieħed fi Tliet Persuni.
Agħti lill-fehma tiegħi dawn
il-kapaċitajiet u
dispożizzjonijiet permezz
tal-grazzja speċjali Tiegħek.
Għalkemm jiena naf li hemm
kapaċita’ permezz tal-grazzja
mogħtija lili mill-Knisja, hemm
ukoll teżor ta’ grazzji li Inti
tagħtina, O Mulej, meta aħna
nitolbuhomlok. Imma jekk
it-talba tiegħi ma togħġbokx,
mela nitolbok, tagħtinix
l-inklinazzjoni biex nitlob
b’dan il-mod.”
1475.
Jiena nipprova li jkolli l-ikbar
perfezzjoni possibbli sabiex
inkun ta’ użu għall-Knisja.
Ħafna ikbar hi r-rabta tiegħi
mal-Knisja. Il-qdusija jew
il-waqgħa ta’ kull ruħ
individwali tħalli effett fuq
il-Knisja kollha kemm hi. Meta
noqgħod nosserva lili nnifsi u
lil dawk il-persuni qrib tiegħi,
nibda nifhem kemm għandi
influwenza kbira fuq erwieħ
oħrajn, mhux permezz ta’ xi
għemejjel erojċi, għax dawn
minnhom innfushom jiġbdu
l-attenzjoni, imma permezz ta’
azzjonijiet ċkejknin bħal mossa
bl-idejn, ħarsa u ħafna
affarijiet oħrajn li ma
jingħaddux, li jkollhom effett
fuq l-oħrajn u jirriflettu
fl-erwieħ tal-oħrajn, bħalma
osservajt jiena stess.
1476.
O, kemm hi ħaġa tajba li
r-regola tagħna titlob li jkun
hemm skiet assolut
fid-dormitorju (kmamar tas-sodda
komuni) u ma tħalliniex noqgħodu
hemm sakemm ma jkunx
assolutament meħtieġ. Bħalissa
għandi kamra ċkejkna fejn norqdu
tnejn minna, imma meta kont
marida u kelli noqgħod
fis-sodda, skoprejt kemm
idejjaqt jekk ikun hemm xi ħadd
fil-kamra tas-sodda l-ħin kollu.
Swor N. (nota228) kellha
xi xogħol tal-idejn x’tagħmel u
baqgħet fil-kamra tas-sodda
kważi l-ħin kollu, u S.
(nota229) oħra kienet tiġi
biex tgħallimha kif għandha
taħdmu. Diffiċli tiddeskrivi
kemm tgħajjik din il-ħaġa,
speċjalment meta tkun marida u
tkun għaddejt xi lejl muġugħa.
Kull kelma tħalli effett
x’imkien fil-moħħ, speċjalment
meta l-għajnejn jitqalu
bin-ngħas. O regola, kemm hemm
imħabba fik . . .
1477.
Meta, waqt il-Vespri, kien qed
jitkanta l-Magnificat, u waslu
fil-kliem “Hu wera s-saħħa ta’
driegħu”, spirtu profond ta’
ġabra dar madwar ruħi, u jiena
fhimt li l-Mulej ser iwettaq
xogħlu ġewwa ruħi dalwaqt.
(nota230) Issa ma
nistagħġibx li l-Mulej ma wrinix
kollox mill-ewwel.
1478.
+ Għaliex Inti qalbek sewda
llum, Ġesu’? Għidli, min hu
l-kawża ta’ dan-niket Tiegħek? U
Ġesu’ weġibni, Erwieħ
magħżulin li m’għandhomx
l-ispirtu Tiegħi, li jgħixu
skont l-ittra (ara 2 Kor
3:6) u li poġġew l-ittra
qabel l-ispirtu Tiegħi, qabel
l-ispirtu ta’ mħabba.
Jiena waqqaft il-liġi Tiegħi
kollha fuq l-imħabba, u
madankollu ma nistax nara l-ebda
mħabba, lanqas fl-ordnijiet
reliġjużi. Għal din ir-raġuni
Qalbi hi mimlija niket.
+
Ġ.M.Ġ
1479.
O Ġesu’ tiegħi, għalkemm
fl-imrar terribbli u fl-uġigħ
Xorta waħda nħoss it-tmellisa
tal-Qalb Divina Tiegħek.
Bħal omm twajba, Inti tagħfasni
ma’ sidrek
U issa wkoll Inti tagħtini
l-esperjenza ta’ x’hemm moħbi
wara l-velu.
O Ġesu’ tiegħi, f’dan il-baħħ u
l-biża’ li hawn madwari,
Qalbi għadha tħoss is-sħana
tal-ħarsa Tiegħek,
Li l-ebda tempesta ma tista’
tneħħili minn quddiemi,
Filwaqt li Inti serraħli moħħi
mill-imħabba kbira Tiegħek, O
Alla.
O Ġesu’ tiegħi, fost il-miżerji
kbar ta’ din il-ħajja,
Inti tiddi bħal kewkba, O Ġesu’,
u tħarisni mill-għarqa.
U għalkemm kbar huma l-miżerji
tiegħi,
Jiena għandi fiduċja kbira
fil-qawwa tal-ħniena Tiegħek.
O Ġesu’ moħbi, fost il-ħafna
taqbid tal-aħħar siegħa tiegħi,
Jalla tinxered fuq ruħi s-setgħa
bla tarf tal-grazzja Tiegħek,
Sabiex filwaqt tal-mewt jiena
nkun nista’ nħares lejk
U narak wiċċ imb’wiċċ, bħalma
jagħmlu l-magħżulin fil-ġenna.
O Ġesu’ tiegħi, fost il-perikli
li hawn madwari,
Jiena ngħaddi ħajti ngħajjat
bil-ferħ, rasi merfugħa ‘l fuq,
Għax mal-Qalb Tiegħek hekk
mimlija mħabba, O Ġesu’,
Jitfarrku l-għedewwa kollha u
jintemm id-dlam kollu.
1480.
+ Ġesu’, aħbini fil-ħniena
Tiegħek u ħarisni minn dak kollu
li jista’ jbeżżgħali ruħi.
Tħallix li tkun diżappuntata
l-fiduċja tiegħi fil-ħniena
Tiegħek. Għattini u ħarisni
bis-Setgħa Tiegħek bla tarf, u
ġġudikani wkoll il-ħniena.
1481.
Illum (nota231) waqt
il-Quddiesa, rajt il-Bambin
Ġesu’ ħdejn il-ġinokkjatur
tiegħi. F’għajnejja deher qisu
kellu xi sena, u talabni nżommu
f’dirgħajja. X’ħin ħadtu
f’dirgħajja, ġie jitgeddes fuq
sidri u qalli, Hi ħaġa tajba
għalija li nkun qrib qalbek.
“Għalkemm Inti daqshekk ċkejken,
jiena naf li Inti Alla. Għalfejn
ħadt id-dehra ta’ tarbija hekk
ċkejkna sabiex Inti tikommunika
miegħi?”
Għax irrid ngħallmek it-tfulija
spirtwali. Jiena rridek tkun
ċkejkna, għax meta inti tkun
ċkejkna, Jiena nkun qed inġorrok
qrib il-Qalb Tiegħi, bħalma inti
qiegħda żżommni qrib qalbek
bħalissa.
U ma’ dan il-kliem, erġajt sibt
ruħi waħdi, imma ħadd ma jista’
jimmaġina l-emozzjonijiet ta’
ruħi, tant kont mgħaddsa f’Alla
b’mod sħiħ, bħal sponża mitfugħa
fil-baħar . . .
1482.
+ O Ġesu’tiegħi, Inti taf li
jiena sibt ruħi f’ħafna nwkiet
għax għidt il-verita’. O
verita’, li ta’ spiss tinżamm
minn taħt, inti kważi dejjem
tkun liebsa kuruna tax-xewk! O
verita’ Eterna, weżinni sabiex
ikolli l-kuraġġ ngħid il-verita’
wkoll jekk għad jiġri li jkolli
nħallas b’ħajti minħabba f’hekk.
O Ġesu’, kemm hi ħaġa iebsa
temmen dan il-fatt, meta wieħed
jara li jgħallmuk mod u jgħixu
mod ieħor.
1483.
Din hi r-raġuni għaliex, waqt
l-irtir, wara li għamilt
osservazzjoni twila fuq
il-ħajja, iddeċidejt li nsammar
għajnejja fuqek Ġesu’, li Int
il-mudell l-iżjed perfett. O
eternita’, li għad tikxef ħafna
sigrieti u turi b’mod ċar
il-verita’. . .
1484.
O Ostja ħajja, weżinni f’dan
l-eżilju, sabiex ikolli s-saħħa
nimxi bil-fedelta’ fil-passi
tas-Salvatur. Minix nitolbok,
Mulej, tniżżilni minn fuq
is-salib, imma nitolbok tagħtini
s-saħħa li nibqa’ fuqu bla ma
niċċaqlaq. Irrid li nkun minxura
fuq is-salib bħalma kont Int,
Ġesu’. Irrid it-torturi u
l-uġigħ kollu li Inti batejt.
Irrid nixrob sal-inqas qatra
t-tazza tal-imrar.
It-Tjubija ta’ Alla
1485.
Il-ħniena ta’ Alla, moħbi
fis-Sagrament Imqaddes, leħen
il-Mulej li jkellimna mit-tron
tal-ħniena: Ejjew Għandi,
intom ilkoll.
Djalogu bejn Alla ħanin u r-ruħ
midinba
Ġesu’: Tibżax mis-Salvatur
tiegħek, O ruħ midinba. Jiena
nagħmel l-ewwel mossa biex niġi
għandek, għax naf li waħdek
m’intix kapaċi tintrefa’ lejja.
Binti, taħrabx minn Missierek;
kun lesta li titkellem
bil-miftuħ ma’ Alla tiegħek
tal-ħniena li jrid jgħid
il-kliem ta’ maħfra u jxerred
fuqek il-grazzji Tiegħu
bil-kotra. Kemm hi għażiża
għalija ruħek! Jiena nqaxt ismek
fuq il-pala ta’ idejja; inti
tinsab minquxa bħal ferita fonda
ġewwa Qalbi.
Ir-ruħ: Mulej, jiena qiegħda
nisma’ leħnek isejjaħli biex
nerġa’ lura mit-triq tad-dnub,
imma la għandi s-saħħa u lanqas
il-kuraġġ biex nagħmel dan.
Ġesu’: Jiena s-saħħa tiegħek,
Jiena ngħinek fit-taqbida.
Ir-ruħ: Mulej, jiena qiegħda
nagħraf il-qdusijaTiegħek, u
jiena nibża’ minnek.
Ġesu’: Binti, inti tibża’
minn Alla tal-ħniena? Il-qdusija
Tiegħi ma tellifnix milli nuri
l-ħniena. Ara, għalik Jiena
waqqaft tron ta’ ħniena f’din
l-art – it-tabernaklu – u minn
dan it-tron Jiena nixtieq nidħol
ġewwa qalbek. Madwari la hemm
min jimxi warajja u lanqas
għassiesa. Inti tista’ tiġi
Għandi kull ħin, ikun x’ħin
ikun; Jiena rrid nitkellem
miegħek u nixtieq nagħtik
il-grazzja Tiegħi.
Ir-ruħ: Mulej, niddubita li Inti
taħfirli l-ħafna dnubiet tiegħi;
il-miżerja tiegħi timlieni
bil-biża’.
Ġesu’: Il-ħniena Tiegħi hi
ikbar mid-dnubiet tiegħek u dawk
tad-dinja kollha. Min jista’
jkejjel kemm hi kbira t-tjubija
Tiegħi? Għalik Jiena nżilt
mis-sema fl-art; għalik
ippermettejt li niġi msammar
mas-salib; għalik ħallejt
il-Qalb Imqaddsa Tiegħi tiġi
minfuda b’lanza, u b’dan il-mod
infetħet beraħ il-għajn
tal-ħniena għalik. Ejja, mela,
bil-fiduċja biex tiġbed
il-grazzji minn din il-għajn.
Jiena qatt ma ngħid le lil qalb
niedma. Il-miżerja tiegħek
għebet fil-fond tal-ħniena
Tiegħi. Toqgħodx tilmenta miegħi
dwar id-dgħjufija tiegħek. Jiena
nieħu gost jekk inti terħi
f’idejja l-inkwiet u d-dwejjaq
tiegħek. Jiena ser inferra’
fuqek it-teżori tal-grazzja
Tiegħi.
Ir-ruħ: Bi tjubitek Inti rbaħt,
O Mulej, il-qalb tiegħi iebsa
bħall-ġebel. B’fiduċja u
b’umilta’, jiena nersaq lejn
it-tribunal tal-ħniena Tiegħek,
fejn Inti stess tagħtini
l-assoluzzjoni permezz
tar-rappreżentant Tiegħek. O
Mulej, jiena nħoss il-grazzja u
l-paċi Tiegħek jimlew lil ruħi
msejkna. Inħossni mirbuħa
mill-ħniena Tiegħek, O Mulej.
Inti taħfirli, ħaġa li hi ikbar
milli jiena kont nissogra
nittama jew li kont nista’
nimmaġina. It-tjubija Tiegħek hi
ikbar mix-xewqat kollha tiegħi.
U issa, mimlija radd il-ħajr
għal tant grazzji, jiena
nistiednek tiġi ġewwa qalbi.
Jiena tbegħidt, bħall-iben
il-ħali li tilef it-triq; imma
Inti dejjem bqajt missieri. Żid
il-ħniena Tiegħek lejja, għax
Inti qed tara kemm jiena
dgħajfa.
Ġesu’: Binti, titkellimx
iżjed dwar il-miżerja tiegħek;
Jiena diġa’ nsejtha. Isma’,
binti, x’nixtieq ngħidlek. Ersaq
qrib il-ġrieħi Tiegħi u iġbed
mill-Għajn tal-Ħajja dak kollu
li tixtieq qalbek. Ixrob
bix-xaba’ mill-Għajn tal-Ħajja u
ma tgħejjiex fil-mixi tiegħek.
Ħares lejn il-glorji tal-ħniena
Tiegħi u tibżax mill-għedewwa
tas-salvazzjoni tiegħek.
Igglorifika l-ħniena Tiegħi.
Djalogu bejn Alla Ħanin u r-ruħ
li qatgħet jiesha.
1486.
Ġesu’: O Ruħ mgħaddsa
fid-dlam, tiddisprax. Mhux
kollox hu mitluf s’issa. Ejja u
afda f’Alla tiegħek, li Hu
mħabba u ħniena.
- Imma r-ruħ li ma tismax lanqas
dan l-appell, titkebbeb
fid-dlam. Ġesu’ jerġa’
jsejħilha: Binti, isma’ leħen
Missierek ħanin.
- Fir-ruħ tfeġġ din it-tweġiba:
“Għalija m’hemm l-ebda ħniena,”
u hija taqa’ f’dalma ikbar,
f’disperazzjoni li ddewwaqha
l-infern minn qabel u li ma
tħallihiex tkun kapaċi tersaq
lejn Alla.
Għat-tielet darba Ġesu’ jerġa’
jsejjaħ lir-ruħ, imma r-ruħ
tibqa’ truxa u għamja, iebsa u
ddisprata. Imbagħad tibda taħdem
il-ħniena ta’ Alla, u mingħajr
il-kooperazzjoni tar-ruħ, Alla
jagħtiha l-grazzja tal-aħħar.
Jekk din ukoll ma tiġix
milqugħa, Alla jħalli lir-ruħ
għall-eternita’ f’din
id-dispożizzjoni li tkun għażlet
hi stess. Din il-grazzja toħroġ
mill-Qalb ħanina ta’ Ġesu’ u
tagħti lir-ruħ dawl speċjali li
permezz tiegħu r-ruħ tibda
tifhem l-isforz li Alla qed
jagħmel; imma l-konverżjoni
tiddependi mir-rieda tagħha
stess. Ir-ruħ taf li din hi
għaliha l-grazzja tal-aħħar u,
ukoll jekk hi turi l-inqas
sinjal ta’ rieda tajba,
il-grazzja ta’ Alla twettaq
il-bqija.
Il-ħniena Tiegħi bla tarf
qiegħda taħdem hawnhekk. Hienja
r-ruħ li takkwista ġid
spiritwali minn din il-grazzja.
Ġesu’: Liema ferħ jimlieli
Qalbi meta inti terġa’ lura
għandi. Għax inti dgħajfa, Jiena
nerfgħek f’dirgħajja u nieħdok
fid-dar ta’ Missieri.
Ir-ruħ: (bħallikieku qamet,
tistaqsi beżgħana): Possibbli li
għad hemm il-ħniena għalija?
Ġesu’: Iva, binti, Inti
għandek jedd speċjali fuq
il-ħniena Tiegħi. Ħalliha taħdem
fir-ruħ imsejkna tiegħek; ħalli
r-raġġi tal-grazzja jidħlu ġewwa
ruħek; huma jġibu magħhom dawl,
sħana u ħajja.
Ir-ruħ: Imma x’ħin naħseb fuq
dnubieti nimtela’ bil-biża’, u
din il-biża’ terribbli ġġegħelni
niddubita mit-tjubija Tiegħek.
Ġesu’: Binti, dnubietek
kollha kemm huma ma ferewlix
Qalbi u ma weġġgħunix daqskemm
iferini u jweġġgħani n-nuqqas
ta’ fiduċja li inti qiegħda turi
bħalissa – li wara tant sforzi
tal-imħabba u l-ħniena Tiegħi,
inti għadek xorta waħda
tiddubita mit-tjubija Tiegħi.
Ir-ruħ: O Mulej, salvani Inti,
għax ser nintilef. Kun
is-salvatur tiegħi. O Mulej, ma
nista’ ngħid xejn iżjed; ruħi
msejkna tinsab imċarta; imma
Inti O Mulej . . .
Ġesu’ ma jħallix lir-ruħ
tispiċċa imma jerfagħha
mill-art, mill-fond tal-miżerja
tagħha u jeħodha ġewwanett
fil-Qalb tiegħu fejn dnubietha
kollha jgħibu fil-pront,
ikkonsmati mill-fjammi
tal-imħabba.
Ġesu’: Hawnhekk, ruħ, jinsabu
t-teżori kollha ta’ Qalbi. Ħu
kulma għandek bżonn minn hemm.
Ir-ruħ: O Mulej , Inti rbaħtni
bil-grazzja Tiegħek. Jiena
qiegħda nħoss li daħlet fija
ħajja ġdida u, fuq kollox,
nista’ nħoss imħabbtek ġewwa
qalbi. Dan biżżejjed għalija. O
Mulej, jiena nigglorifika
s-Setgħa bla tarf tal-Ħniena
Tiegħek għall-eternita’ kollha.
It-tjubija Tiegħek timlieni
bil-kuraġġ u jiena ser nafda fik
id-dwejjaq kollha li hemm ġewwa
qalbi.
Ġesu’: Għidli kollox, binti,
taħbili xejn, għax il-Qalb
Tiegħi mimlija mħabba, il-Qalb
tal-Aqwa Ħabib tiegħek, qiegħda
tisimgħek.
Ir-ruħ: O Mulej, issa jiena
nista’ nara l-ingratitudni
kollha tiegħi u t-tjubija
Tiegħek. Inti kont qed tiġri
warajja bil-grazzja Tiegħek,
filwaqt li jiena kont qiegħda
nfixkel il-Qalb tajba Tiegħek.
Jiena qiegħda nara li ħaqqni
l-fond tal-infern talli ma
lqajtx il-grazzji Tiegħek.
Ġesu’(jinterrompi): Tintilifx
toqgħod taħseb fuq il-miżerji
tiegħek – inti għadek wisq
dgħajfa biex titkellem fuqhom –
imma, pjuttost, ibqa’ ħares lejn
il-Qalb Tiegħi mimlija tjubija,
u mtela bis-sentimenti Tiegħi.
Kompli ssielet għall-manswetudni
u l-umilta’; kun ħanina
mal-oħrajn, bħalma Jien ħanin
miegħek; u, meta tħossok li
qiegħda tonqoslok is-saħħa, jekk
inti tiġi fl-għajn tal-ħniena
biex issaħħaħ lil ruħek, inti ma
tgħejjiex fit-triq.
Ir-ruħ: Issa jiena nista’ nifhem
il-ħniena Tiegħek, li tħarisni,
u bħal kewkba tiddi, teħodni
fid-dar ta’ Missieri, u tħarisni
mill-waħx tal-infern li jiena
ħaqqni, mhux darba, imma għal
elf darba. O Mulej, l-eternita’
mhix biżżejjed għalija biex
nagħti t-tifħir li jixraq
lill-ħniena Tiegħek bla tarf u
lill-kompassjoni li Inti għandek
għalija.
+ Djalogu bejn Alla Ħanin u
r-ruħ li qiegħda tbati
1487.
Ġesu’: Ruħ imsejkna, Jiena
qed nara li inti qiegħda tbati
ħafna u lanqas għandek saħħa
biżżejjed biex inti titkellem
miegħi. Għalhekk ser inkellmek
Jiena. Ukoll jekk it-tbatijiet
tiegħek huma kbar ħafna, inti
m’għandekx taqta’ qalbek jew
taqa’ fi swied ta’ qalb. Imma
għidli binti, min issogra
jferilek qalbek? Għidli kollox,
kun sinċiera Miegħi, urini
l-feriti kollha ta’ qalbek.
Jiena ser infejjaqhom, u
t-tbatija tiegħek issir mezz
biex inti titqaddes.
Ir-ruħ: Mulej, it-tbatijiet
tiegħi tant huma kbar u ħafna u
tant ilhom għaddejjin li jiena
qiegħda naqta’ qalbi.
Ġesu’: Binti, taqtax qalbek.
Jiena naf li inti għandek
fiduċja sħiħa Fija; naf li inti
konxja mill-ħniena u t-tjubija
Tiegħi. Ejja nitkellmu fit-tul
fuq dak kollu li tant qed
jagħfas fuq qalbek.
Ir-ruħ: Tant hemm affarijiet
differenti li ma nafx fuqhiex
ser naqbad nitkellem l-ewwel,
lanqas kif ser nesprimi ruħi.
Ġesu’: Kellimni b’mod
sempliċi, bħalma jitkellmu
l-ħbieb bejniethom. Għidli issa,
binti, x’inhu jżommok milli
timxi ‘l quddiem fil-qdusija?
Ir-ruħ: In-nuqqas ta’ saħħa
jżommni lura fit-triq
tal-qdusija. Ma nistax inwettaq
dmirijieti. Jiena ma niswa għal
xejn bħal rota żejda fuq vagun.
Ma nistax nagħmel
mortifikazzjoni jew insum
bl-ebda mod bħalma kienu jagħmlu
l-qaddisin. Minbarra dan, ħadd
ma jemminni li jiena marida, u
għalhekk l-uġigħ mentali jiżdied
mal-uġigħ tal-ġisem, u ta’ spiss
inħossni umiljata. Ġesu’ kif
jista’ xi ħadd isir qaddis
f’ċirkustanzi bħal dawn?
Ġesu’: Veru, binti, dan kollu
jfisser uġigħ. Imma m’hemm
l-ebda triq li twassal
għall-ġenna ħlief it-triq
tas-salib. Jiena kont l-ewwel
wieħed li mxejt f’din it-triq.
Inti għandek titgħallem li din
hija l-iqsar triq u l-iktar
waħda żgura.
Ir-ruħ: Mulej, hemm ostaklu
ieħor fit-triq tal-qdusija. Għax
jiena fidila lejk, niġi
ppersegwitata u jkolli nbati
ħafna.
Ġesu’: Għax inti m’intix ta’
din id-dinja, id-dinja
tobgħodok. L-ewwel ippersegwitat
lili. Il-persekuzzjoni hi sinjal
li inti tinsab miexja warajja
bil-fedelta’.
Ir-ruħ: Mulejja, ninsab ukoll
qalbi maqtugħa għax la
s-superjuri u lanqas
il-konfessur tiegħi ma jistgħu
jifhmu l-provi interjuri tiegħi,
Swidija qiegħda ddallamli moħħi.
Kif nista’ nimxi ‘l quddiem? Dan
kollu jaqtagħli qalbi u jżommni
lura fl-isforzi tiegħi biex
nilħaq il-qċaċet tal-qdusija.
Ġesu’: Mela, binti, din
id-darba kellek ħafna xi
tgħidli. Jiena nifhem kemm hi
ħaġa iebsa meta ma jifhmukx, u
l-aktar meta dawn ikunu dawk
il-persuni li inti tħobb u li
magħhom inti tkun ftaħt qalbek.
Imma biżżejjed għalik li tkun
taf li Jiena nifhem l-inkwiet u
l-miżerja kollha tiegħek.
Togħġobni l-fidi kbira li inti
għandek, minkejja kollox,
fir-rappreżentant Tiegħi.
Tgħallem minn din il-ħaġa li
ħadd ma jista’ jifhem ruħ għal
kollox – din il-ħaġa l-ebda
bniedem ma jasal għaliha.
Għalhekk, Jiena bqajt f’din
id-dinja biex infarraġ il-qalb
miġugħa tiegħek u nsaħħaħlek
ruħek, sabiex inti ma taqtax
qalbek fit-triq. Inti qiegħda
tgħid li swidija kbira qiegħda
ddallamlek moħħok. Imma għaliex,
fi żminijiet bħal dawn, ma tiġix
għandi, id-dawl li jista’ f’waqt
wieħed iferra’ f’ruħek għarfien
ikbar dwar il-qdusija, ħafna
iktar milli inti tista’ ssib
fil-kotba? L-ebda konfessur m’hu
kapaċi jgħallem u jdawwal
lir-ruħ b’dan il-mod.
Kun af ukoll, li d-dalma li inti
qiegħda tilmenta fuqha Jiena
għaddejt minnha qablek fil-Ġnien
taż-Żebbuġ meta ruħi sfat
mgħaffġa bi tbatija li tqarreb
għall-mewt. Jiena qed nagħtik
sehem f’dawk it-tbatijiet
minħabba l-imħabba speċjali li
għandi għalik u minħabba l-grad
għoli ta’ qdusija li Jiena
nixtieq li inti jkollok
fil-ġenna. Ruħ li qiegħda tbati
tinsab l-iktar qrib ta’ Qalbi.
Ir-ruħ: Ħaġ’oħra, Mulej.
X’għandi nagħmel meta nies,
speċjalment dawk li kelli dritt
niddependi minnhom fi żminijiet
meta l-iktar ikolli bżonn, ma
jagħtux kasi u ma jridux jafu
bija?
Ġesu’: Binti, agħmel
riżoluzzjoni li qatt ma
tiddependi min-nies. Afda lilek
innifsek, kollok kemm int,
fir-rieda Tiegħi u għid, “Mhux
kif irrid jiena, imma jkun minni
skont ir-rieda Tiegħek, O Alla.”
Dan il-kliem, jekk inti tlissnu
fil-fond ta’ qalbek, jista’
jgħolli lir-ruħ sal-quċċata
tal-qdusija fi żmien qasir.
Jiena nitpaxxa b’ruħ bħal din.
Ruħ bħal din tagħtini glorja.
Ruħ bħal din timla’ l-ġenna
bil-fwieħa tal-virtu’ tagħha.
Imma ifhem li s-saħħa biex inti
tkun tiflaħ għat-tbatija tiġi
mit-Tqarbin ta’ spiss. Mela
ersaq ta’ spiss lejn din
il-għajn tal-ħniena, biex inti
tiġbed permezz tal-fiduċja, dak
kollu li għandek bżonn.
Ir-ruħ: Grazzi, Mulej,
tat-Tjubija Tiegħek li bqajt
magħna f’dan l-eżilju bħala Alla
tal-ħniena u talli tberikna
bid-dija tal-kompassjoni u
tat-tjubija Tiegħek. Bid-dawl
tal-ħniena Tiegħek jiena wasalt
biex nifhem kemm Inti tħobbni.
Djalogu bejn Alla Ħanin u r-ruħ
li qiegħda tipprova ssir
Perfetta.
1488.
Ġesu’: Jogħġbuni l-isforzi
tiegħek, O ruħ li qiegħda
taspira għall-perfezzjoni, imma
għaliex qiegħed narak hekk ta’
spiss qalbek sewda u mnikkta?
Għidli, binti, xi jfisser dan
is-swied ta’ qalb u x’qed
jikkawżah?
Ir-ruħ: Mulej, ir-raġuni ta’ dan
is-swied ta’ qalb tiegħi hi li,
minkejja r-riżoluzzjonijiet
sinċieri tiegħi, jiena nerġa’
naqa’ fl-istess difetti tiegħi.
Filgħodu nagħmel
ir-riżoluzzjonijiet, imma
filgħaxija nara kemm mort ‘il
bogħod minnhom.
Ġesu’: Qiegħda tara, binti,
x’inti minnek innfisek. Il-kawża
tal-waqgħat tiegħek hi li inti
tiddependi wisq minnek innifsek
u ftit wisq Minni. Imma tħallix
din il-ħaġa ssewwidlek qalbek
daqshekk. Inti għandek x’taqsam
ma’ Alla tal-ħniena li l-miżerja
tiegħek ma tistax tasal sal-fond
tagħha. Ftakar, Jiena ma
ffissajtx ċertu numru biss ta’
maħfriet.
Ir-ruħ: Iva, jiena dan kollu
nafu, minn tentazzjonijiet kbar
jagħmlu għalija, u diversi dubji
jfiġġu ġewwa fija, u, iżjed u
iżjed, kollox idejjaqni u
jaqtagħli qalbi.
Ġesu’: Binti, kun af li
l-ikbar ostakli għall-qdusija
huma l-qtigħ il-qalb u
l-ansjeta’ eseġerata. Dawn ma
jħallulekx il-kapaċita’ li inti
tipprattika l-virtu’.
It-tentazzjonijiet kollha
flimkien m’għandhomx itellfu
l-paċi interjuri, lanqas għal
mument wieħed biss.
Is-sensittivita’ u l-qtigħ
il-qalb huma frott tal-egoiżmu.
M’għandekx taqta’ qalbek, imma
tħabat biex tara mħabbti ssaltan
minflok l-egoiżmu tiegħek.
Għandu jkollok fiduċja, binti.
Taqtax qalbek tiġi għall-maħfra,
għax Jiena dejjem ninsab lest li
naħfirlek. Kull darba li inti
tittallab għaliha, inti tkun
qiegħda tigglorifika l-ħniena
Tiegħi.
Ir-ruħ: Jiena nista’ nifhem
x’inhi l-aħjar ħaġa li għandi
nagħmel, x’jogħġbok l-iktar,
imma niltaqa’ ma’ tfixkil kbir
meta niġi biex nagħmel xi ħaġa
dwar dan.
Ġesu’: Binti, il-ħajja f’din
l-art hi tassew taqbida; taqbida
kbira għas-saltna Tiegħi. Imma
tibżax għax m’intix waħdek.
Jiena dejjem inwieżnek; mela
serraħ fuqi sakemm qiegħda
titqabad, u tibża’ minn xejn. Ħu
f’idejk ġarra tal-fiduċja,
imliha u ixrob mill-għajn
tal-ħajja għalik innifsek – imma
wkoll għall-erwieħ oħrajn,
l-iktar għal dawk li m’għandhomx
fiduċja fit-tjubija Tiegħi.
Ir-ruħ: O Mulej, inħoss qalbi
qiegħda timtela bi mħabbtek u
r-raġġi tal-ħniena u tal-imħabba
Tiegħek qegħdin jinfduli ruħi.
Jiena ser immur, Mulej, skont
il-kmand Tiegħek. Immur biex
nirbaħ l-erwieħ. Imsaħħa
bil-grazzja Tiegħek, jiena
ninsab lesta biex nimxi warajk,
mhux biss sat-Tabor, imma wkoll
sal-Kalvarju. Nixtieq immexxi
l-erwieħ sal-għajn tal-ħniena
Tiegħek sabiex id-dija
tal-ħniena Tiegħek tkun tista’
tiġi riflessa fl-erwieħ kollha,
u d-dar ta’ Missierna tkun
tista’ timtela’ sakemm tfur. U
meta l-għadu jibda jaħbat
għalija, jiena nistkenn wara
t-tarka tal-ħniena Tiegħek.
Djalogu bejn Alla Ħanin u ruħ
Perfetta.
1489.
Ir-ruħ: Mulej u Mgħallem tiegħi,
nixtieq nitkellem miegħek.
Ġesu’: Tkellem, binti
għażiża, għax Jiena dejjem
qiegħed nisma’. Qiegħed
nistenniek. X’tixtieq tgħid?
Ir-ruħ: Mulej, l-ewwel ħallini
nferra’ qalbi f’riġlejk filwaqt
li nidlikhom bil-fwieħa tar-radd
il-ħajr tiegħi għal ħafna
barkiet li Int xxerred fuqi
bil-kotra; ukoll li kieku ridt,
ma kontx nista’ ngħoddhom. Li
nista’ niftakar biss li qatt ma
kien hemm waqt wieħed f’ħajti
meta ma ħassejtx l-esperjenza
tal-ħarsien u tat-tjubija
Tiegħek.
Ġesu’: Il-kliem tiegħek
jogħġobni, u r-radd il-ħajr
tiegħek jiftaħ teżori ġodda ta’
grazzji. Imma, binti, għandna
nitkellmu b’iktar dettall fuq
il-ħwejjeġ li jinsabu ġewwa
qalbek. Ejja nitkellmu ma’
xulxin min qalbna, bħalma
jagħmlu żewġt iqlub li jħobbu
lil xulxin.
Ir-ruħ: O Mulejja ħanin, hemm
sigrieti ġewwa qalbi li ħadd ma
jafhom, jew li ħadd ma jista’
qatt isir jafhom ħliefek għax,
ukoll li kieku jiena ridt
nirrevelahom, ħadd ma jifhimni.
Il-ministru Tiegħek jaf xi ftit
għax jiena mmur inqerr għandu,
imma hu jaf biss dawk il-ftit
misteri li jiena kapaċi nuri;
il-bqija jibqa’ bejnietna
għall-eternita’, O Mulejja! Inti
għattejtni bil-mant tal-ħniena
Tiegħek u ħfirtli dnubieti.
Lanqas darba ma ċħadtli l-maħfra
Tiegħek; Inti dejjem ħennejt
għalija u tajtni l-ħajja ġdida
tal-grazzja. Biex tevitali
d-dubji, Inti afdajtni
fil-premura u fl-imħabba
tal-Knisja Tiegħek, dik l-omm
ħanina, li f’Ismek tassigurani
mill-veritajiet tal-fidi u
toqgħod għassa tiegħi sabiex
jiena ma noħroġx mit-triq.
Speċjalment fit-tribunal
tal-ħniena Tiegħek ruħi tiltaqa’
ma’ oċjean ta’ grazzji, għalkemm
Inti ma tajtx iż-żmien biex huma
jindmu lill-Anġli li waqgħu,
lanqas ma żidtilhom iż-żmien
tal-ħniena. O Mulejja, Inti
pprovdejtli saċerdoti qaddisin
biex juruni t-triq iż-żgura.
Ġesu’, hemm sigriet ieħor
f’ħajti, dak l-iktar profond u
l-iktar għażiż għal qalbi: dan
huwa Inti stess meta Inti tiġi
ġewwa qalbi taħt ix-xbieha
tal-ħobż. Hawn jinsab is-sigriet
kollu tal-qdusija tiegħi.
Hawnhekk qalbi tkun maqgħuda ma’
Tiegħek sabiex ikunu ħaġa waħda.
Ma jibqax sigrieti iktar, għax
dak kollu li hu Tiegħek huwa
tiegħi,u dak kollu li hu tiegħi
huwa Tiegħek. Daqshekk huma
s-Setgħa bla tarf u l-miraklu
tal-ħniena Tiegħek. L-ilsna
kollha tal-bnedmin u tal-anġli
magħqudin flimkien ma jsibux
il-kliem adattat għal dan
il-misteru tal-imħabba u
l-ħniena Tiegħek.
X’ħin nikkontempla dan
il-misteru, qalbi ssib ruħha
f’estasi mill-ġdid. Jiena
ngħidlek kollox fis-skiet,
Mulej, għax il-lingwa
tal-imħabba m’għandhiex bżonn
ta’ kliem; lanqas l-ebda ċaqliqa
ta’ qalbi ma taħrablek. O Mulej,
meta Inti ndenjajt tiċċekken
daqshekk lejja b’mod hekk kbir,
dan iqajjem ġewwa ruħi mħabba
dejjem ikbar għalik, li Inti
l-uniku għan ta’ mħabbti.
Il-ħajja ta’ din l-għaqda turi
ruħha f’safa perfetta, umilta’
profonda, skiet ħelu, u ħerqa
kbira għas-salvazzjoni
tal-erwieħ.
O Mulej tiegħi l-iktar ħelu, Int
tgħasses fuqi kull waqt u
ddawwalli moħħi x’għandi nagħmel
f’sitwazzjoni preċiża, meta
qalbi tkun għandha qiegħda
taħsibha x’għandha tagħżel bejn
iż-żewġ affarijiet. Int stess
ta’ spiss indħalt biex tgħinni
niddeċiedi f’każ ta’
diffikulta’. Ħafna drabi li ma
nistax ngħoddhom, permezz ta’
dawl f’daqqa waħda, Inti
għarraftni x’jogħġbok l-iktar.
O kemm huma numerużi l-każijiet
ta’ maħfra li ħadd ma jaf bihom!
Kemm –il darba Int ferrajt ġewwa
ruħi kuraġġ u perseveranza
sabiex jiena nibqa’ miexja ‘l
quddiem. Kont Inti stess li
neħħejt it-tfixkil minn
quddiemi, u ndħalt direttament
fl-azzjonijiet tal-bnedmin. O
Ġesu’, dak kollu li jiena
għidtlek huwa biss dell fjakk
ta’ dak li qed jiġri ġewwa
qalbi. O Ġesu’ tiegħi, b’liema
ħerqa jiena nixtieq
il-konverżjoni tal-midinbin!
Inti taf jiena x’qiegħda nagħmel
għalihom biex nirbaħhom għalik.
Kull offiża kontrik lili
tweġġgħani ħafna. Ma nibża’ għal
xejn, la għal saħħti lanqas għal
ħajti stess, sabiex jiena
niddefendi s-saltna Tiegħek.
Għalkemm l-isforzi tiegħi
jibqgħu ma jidhrux f’din l-art,
xorta waħda huma prezzjużi
f’għajnejk.
O Ġesu’, jiena rrid inġib
l-erwieħ fejn l-għajn tal-ħniena
Tiegħek sabiex huma jimlew
l-ilma li jagħti l-ħajja permezz
tal-fiduċja. Ir-ruħ li tixtieq
li jkollha iktar mill-ħniena ta’
Alla għandha tersaq lejn Alla
b’fiduċja ikbar; u jekk
il-fiduċja tagħha f’Alla tkun
bla limitu, imbagħad il-ħniena
ta’ Alla lejha tkun ukoll bla
tarf. O Alla tiegħi, li taf
b’kull taħbita ta’ qalbi, Inti
taf b’liema ħerqa jiena nixtieq
li l-qlub kollha jħabbtu għalik
biss, li kull ruħ tigglorifika
l-kobor tal-ħniena Tiegħek.
Ġesu’: Binti l-maħbuba,
għaxqa ta’ Qalbi, kliemek huma
iktar għeżież għalija u
jogħġbuni iktar mill-kor
tal-anġli. It-teżori kollha ta’
Qalbi jinsabu miftuħin għalik.
Ħu minn din il-Qalb dak kollu li
inti teħtieġ għalik u għad-dinja
kollha. Minħabba mħabbtek, Jiena
qed inżomm lura l-kastigi ġusti,
li l-umanita’ ħaqqha. Att wieħed
ta’ mħabba pura jogħġobni iktar
minn elf talba imperfetta. Waħda
mit-tnehid tiegħek ta’ mħabba
tpattili għal ħafna offiżi li
bihom jiksuni dawk li ma jemmnux
f’Alla. L-iżgħar att ta’ virtu’
għandu valur bla tarf
f’għajnejja minħabba l-imħabba
kbira li inti għandek għalija.
F’ruħ li tgħix biss bi mħabbti,
Jiena nsaltan bħalma nagħmel
fil-ġenna. Jiena ngħasses fuqha
lejl u nhar. Fiha nsib il-hena
Tiegħi; widinti tkun attenta
għal kull talba tal-qalb tagħha;
ħafna drabi Jiena nantiċipa
t-talb tagħha. O binti, maħbuba
b’mod speċjali Minni, il-mimmi
ta’ għajnejja, ejja strieħ
mument wieħed qrib Qalbi u duq
minn dik l-imħabba li inti għad
titpaxxa biha għall-eternita’
kollha.
Imma, binti, għadek ma wasaltx
f’pajjiżek; mela mur, imsaħħa
bil-grazzja Tiegħi, u ssielet
għas-saltna Tiegħi fl-erwieħ;
issielet bħalma jixraq lil bint
sultan; u ftakar li l-jiem
tal-eżilju tiegħek għad jgħaddu
malajr, u magħhom il-possibilta’
li takkwista l-mertu
għall-ġenna. Minn għandek,
binti, qiegħed nistenna għadd
kbir ta’ erwieħ li għad
jigglorifikaw il-ħniena Tiegħi
għall-eternita’ kollha. Binti,
sabiex inti tkun tista’ twieġeb
għas-sejħa Tiegħi denjament,
irċevini kuljum fit-Tqarbin
Imqaddes. Dan jagħtik is-saħħa .
. .
Ġesu’, tħallinix waħdi
fit-tbatija. Inti taf, Mulej,
kemm jiena dgħajfa. Jiena abbiss
ta’ miżerja, u waħdi ma jiena
xejn; għalhekk x’għaġeb jekk
titlaqni u naqa? Għadni tarbija,
Mulej, għalhekk ma nistax nimxi
waħdi. Madankollu, imqar jekk
inħossni mitluqa, nibqa’
nittama; il-fiduċja tiegħi fik
qed tibdilni għal kollox – ta’
spiss minkejja dak kollu li
nħoss. Tnaqqasli xejn
mit-tbatija li għandi, biss
agħtini l-qawwa biex inġarrabha.
Agħmel bija dak li jogħġbok,
Mulej; biss agħtini l-grazzja li
nkun nista’ nħobbok f’kull
ġrajja u ċirkustanza. Mulej,
ittaffilix il-kalċi tal-imrar,
biss agħtini s-saħħa biex inkun
nista’ nixorbu kollu.
O Mulej, xi drabi Inti tgħollini
sad-dija tad-dehriet, u mbagħad
Inti terġa’ titfagħni fid-dalma
tal-lejl u fl-abbiss tax-xejn
tiegħi, u ruħi tħossha
bħallikieku kienet waħedha
fid-deżert. Imma fuq kollox
jiena nafda fik, Ġesu’, għax
Inti ma tinbidilx. Il-burdati
tiegħi jinbidlu, imma Inti
dejjem l-istess, mimli ħniena.
1490.
+ Ġesu’, għajn ta’ ħajja,
qaddisni. O saħħa tiegħi,
qawwini. Kmandant tiegħi,
issielet għalija. L-uniku dawl
ta’ ruħi, dawwalni. Mgħallem
tiegħi, mexxini. Nafda lili
nnifsi f’idejk bħalma tarbija
tafda fl-imħabba ta’ ommha.
Ukoll li kieku kollox kellu jdur
kontrija, u wkoll jekk l-art
iċċedi taħt riġlejja, jiena nkun
fil-paċi qrib Qalbek. Inti
dejjem omm l-iktar ħelwa
għalija, u tgħaddi lill-ommijiet
kollha. Bis-skiet tiegħi jiena
nkantalek l-uġigħ tiegħi, u Inti
m’għandekx bżonn il-kliem tiegħi
biex tifhimni . . .
1491.
+ Il-Mulej ġie jżurni llum u
qalli, Binti, tibżax minn dak
li għad jiġrilek. Jiena ma
nagħtik xejn li ma tiflaħx
għalih. Inti taf il-qawwa
tal-grazzja Tiegħi; dik għandha
tkun biżżejjed għalik. Wara
dan il-kliem, il-Mulej għenni
nifhem iktar fil-fond il-ħidma
tal-grazzja Tiegħu.
1492.
Qabel it-Tqarbin, Ġesu’ tani
x’nifhem li ma kellix
assolutament nagħti kas x’kienet
sejra tgħid ċerta soru, għax
il-malizzja u l-makkakerija
tagħha ma kinux jogħġbuh.
Binti, titkellimx ma’ din
il-persuna dwar il-ħsibijiet jew
l-opinjonijiet tiegħek.
Jiena tlabt maħfra mingħand
il-Mulej għal dak li ma kienx
jogħġbu f’dik ir-ruħ, u tlabtu
isaħħaħni bil-grazzja Tiegħu
meta hi kienet terġa’ tiġi
sabiex titkellem miegħi. Hija
staqsietni dwar ħafna
affarijiet, u jiena weġibt
bl-imħabba tiegħi kollha bħala
oħtha, u sabiex nuri li jiena
tkellimt magħha bi kliem, ħiereġ
mill-fond ta’ qalbi, jiena
għidtilha wkoll xi affarijiet li
kellhom x’jaqsmu mal-esperjenza
tiegħi stess. Imma
l-intenzjonijiet tagħha kienu
kemmxejn differenti mill-kliem
li kellha fuq xofftejha . . .
1493.
+ O Ġesu’ tiegħi, minn dak
il-waqt li jiena ngħatajt kollni
kemm jien f’idejk, jiena ma
bqajtx naħseb fija nnifsi. Inti
tista’ tagħmel bija kulma trid.
Jiena f’ħaġa waħda biss naħseb;
jiġifieri, x’tippreferi Inti;
x’nista’ nagħmel, O Mulej sabiex
jiena nogħġbok. Inkun lesta
nisemma u nishar għal kull
opportunita’. Ma jimpurtanix
jekk minn barra niġi ġġudikata
mod ieħor f’din il-ħaġa . . .
1494.
15 ta’ Jannar 1938. Illum, meta
ġiet tarani s-soru li dwarha
kien fetaħli għajnejja l-Mulej,
jiena ħejjejt ruħi spiritwalment
għat-taqbida. Għalkemm swieli
ħafna, ma ċċaqlaqtx l-iċken
naqra minn dak li kkmandani
l-Mulej. Imma meta għaddiet
siegħa u s-soru m’għamlet l-ebda
mossa li kienet sejra, ġewwa
fija bdejt insejjaħ lil Ġesu’
sabiex jgħinni. Imbagħad smajt
vuċi ġewwa ruħi qiegħda tgħidli,
Tibżax. Qiegħed inħares lejk
bħalissa stess u qiegħed
ngħinek. Dalwaqt ser nibgħatlek
żewġ sorijiet li ġejjin iżuruk,
u mbagħad ikun faċli għalik
tkompli l-konverżazzjoni. U
f’dak il-waqt daħlu żewġ
sorijiet, imbagħad
il-konverżazzjoni kienet ħafna
iktar faċli, għalkemm baqgħet
sejra għal nofs siegħa oħra.
1495.
O, kemm hi ħaġa tajba ssejjaħ
lil Ġesu’ biex jgħinek waqt
konverżazzjoni. O, kemm hi ħaġa
tajba, waqt mument ta’ paċi, li
titlob għall-grazzji attwali.
Nibża’ fuq kollox minn dan
it-tip ta’ konverżazzjoni
kunfidenzjali; f’ħinijiet bħal
dawn ikun hemm bżonn ta’ ħafna
dawl divin sabiex wieħed jikseb
il-ġid, kemm għar-ruħ
tal-persuna l-oħra kif ukoll
għal tiegħek stess. Imma Alla
jiġi sabiex jgħinna; imma
jeħtieġ li aħna nitolbuh
l-għajnuna. Ħadd m’għandu jafda
żżejjed fih innifsu.
1496.
17 ta’ Jannar 1938. Illum, minn
kmieni filgħodu ruħi kienet
fid-dlam. Ma nistax nintrefa’
lejn Ġesu’, u nħossni qisni
abbandunata minnu. Minix sejra
ndur lejn il-kreaturi għad-dawl,
għax naf li huma mhumiex ser
idawluni jekk Ġesu’ jrid iżommni
fid-dlam. Jiena nissottometti
ruħi għar-rieda qaddisa Tiegħu u
nbati. Iżda, it-taqbida qiegħda
ssir iktar u iktar qalila. Waqt
il-Vespri, jiena ridt ningħaqad
mas-sorijiet permezz tat-talb.
1497.
X’ħin mort, fil-ħsibijiet
tiegħi, fil-kappella, l-ispirtu
tiegħi ġie mitfugħ f’dalma iżjed
kbira. Skuraġġiment totali
rikbitni. Imbagħad smajt il-vuċi
ta’ Satana: “Ara
x’kuntradizzjoni hemm f’dak
kollu li jagħtik Ġesu’: Huwa
jgħidlek twaqqaf kunvent u
mbagħad jagħtik marda; Huwa
jgħidlek twaqqaf il-Festa
tal-Ħniena filwaqt li d-dinja
kollha ma tridx festa bħal din.
Għaliex qiegħda titlob għal
festa bħal din? M’hemmx postha
bħalissa.” Ruħi baqgħet siekta
u, permezz ta’ att tar-rieda
tiegħi, jiena bqajt nitlob
mingħajr ma dħalt
f’konverżazzjoni mal-ispirtu
tad-Dlam. Madankollu rikbitni
stmerrija starordinarja
għall-ħajja, li kelli nisforza
biex nagħmel att kbir tar-rieda
tiegħi biex nagħti l-kunsens
tiegħi biex nibqa’ ngħix . . .
U rġajt smajt kliem it-tentatur:
“Itlob għall-mewt għalik
innifsek, għada wara t-Tqarbin.
Alla jisimgħek, għax Hu diġa’
semgħek tant drabi u tak dak li
inti tlabt.” Jiena bqajt siekta
u, permezz ta’ att tar-rieda
tiegħi, bdejt nitlob, jew
pjuttost, issottomettejt ruħi
għal Alla u tlabtu ġewwa fija ma
jitlaqnix f’mument bħal dan.
Kienu diġa’ l-ħdax ta’billejl, u
kien hemm is-skiet madwarna.
Is-sorijiet kienu kollha reqdin
fiċ-ċelel tagħhom, u ruħi
waħedha kienet qiegħda titqabad
b’saħħitha kollha.
It-tentatur kompla jgħidli:
“Għalfejn għandek tħabbel rasek
fuq erwieħ oħrajn? Inti suppost
qiegħda titlob biss għalik
innifsek. Rigward il-midinbin,
dawn jikkonvertu mingħajr
it-talb tiegħek. Jiena nista’
nara li inti qiegħda ssofri
ħafna bħalissa. Ser nagħtik
parir li minnu għad jiddependi
l-hena tiegħek: qatt titkellem
fuq il-ħniena ta’ Alla u, b’mod
speċjali, tħajjarx lill-midinbin
biex jafdaw fil-ħniena ta’ Alla,
għax huma ħaqqhom kastig ġust.
Ħaġa oħra importanti ħafna:
tgħidx lill-konfessur tiegħek, u
b’mod speċjali lil dan
il-konfessur straordinarju u dan
is-saċerdot ġo Vilnius, x’ikun
għaddej ġewwa ruħek. Jiena
nafhom; naf min huma, u għalhekk
irrid inwissik biex toqgħod
attenta kontrihom. Qiegħda tara,
biex inti tgħix bħal soru tajba,
biżżejjed tgħix bħall-oħrajn.
Għalfejn tesponi ruħek għal tant
diffikulatjiet?
1498.
Jiena bqajt siekta, u permezz
ta’ att tar-rieda tiegħi bqajt
ngħammar f’Alla, għalkemm
ħarbitli tnehida minn qalbi. Sa
fl-aħħar, it-tentatur telaq u
jiena fil-pront mort norqod bla
saħħa. Filgħodu, immedjatament
wara li tqarbint, mort fil-pront
fiċ-ċella tiegħi u fuq
irkobbtejja ġeddidt l-att tiegħi
ta’ sottomissjoni f’kollox
għar-rieda ta’ Alla. “Ġesu’,
nitolbok, agħtini s-saħħa
għat-taqbida. Ikun minni skont
ir-rieda l-iżjed qaddisa
Tiegħek. Ruħi tintelaq fir-rieda
l-iżjed qaddisa Tiegħek.
1499.
Dak il-ħin rajt lil Ġesu’ li
qalli, Jiena kuntent b’dak li
inti qiegħda tagħmel. U inti
tista’ tkompli tkun fil-paċi
jekk inti dejjem tagħmel
mill-aħjar li tista’ dwar din
l-opra tal-ħniena. Kun
assolutament sinċiera kemm
tista’ mal-konfessur tiegħek.
Satana ma rebaħ xejn meta
ttentak, għax inti ma tkellimtx
miegħu. Kompli b’dan il-mod.
Illum inti tajtni glorja kbira
meta tqabadt tant fedelment.
Ħalli tkun ikkonfermata u
minquxa f’qalbek din il-ħaġa li
Jiena dejjem miegħek, ukoll jekk
inti ma tħossx il-preżenza
Tiegħi fil-ħin tat-taqbida.
1500.
Illum, l-imħabba ta’ Alla
ħaditni fid-dinja l-oħra. Jiena
ninsab mgħarrqa kollni kemm
jiena fl-imħabba; inħobb u nħoss
li jiena maħbuba, u jiena konxja
bis-sħiħ minn din l-esperjenza.
Ruħi tinsab mgħarrqa fil-Mulej,
u qiegħda tagħraf il-Majesta’
kbira ta’ Alla u ċ-ċokon tagħha
stess; imma permezz ta’ dan
l-għarfien qiegħed jiżdied
il-hena tiegħi . . . Dan il-fatt
li jiena konxja minnu tant hu
ċar f’ruħi, tant qawwi u,
fl-istess ħin, tant ħelu.
1501.
+
Issa li qiegħda nsib diffikulta’
sabiex norqod billejl, għax
it-tbatija tiegħi ma
tippermettilix, jiena mmur inżur
il-knejjes u l-kappelli kollha
u, ukoll jekk ikun biss għal
waqt qasir, jiena nagħmel att
ta’ adorazzjoni quddiem
is-Sagrament Imqaddes. X’ħin
nerġa’ lura fil-kappella tiegħi,
jiena mbagħad noqgħod nitlob
għal ċerti saċerdoti li jħabbru
u jigglorifikaw il-Ħniena
Divina. Jiena nitlob ukoll
għall-intenzjonijiet tal-Qdusija
Tiegħu l-Papa u għall-ħniena
għall-midinbin – hekk qegħdin
ikunu l-iljieli tiegħi.
1502.
20 ta’ Jannar 1938. Jiena qatt
ma noqgħod inżiegħel b’ħadd.
It-tifħir żejjed ma
nissaportihx, għax l-umilta’
m’hi xejn ħlief verita’. M’hemmx
biża’ jew mistħija fl-umilta’
vera. Għalkemm jiena nqis lili
nnifsi l-iċken waħda fil-kunvent
kollu, mill-banda l-oħra, nifraħ
bl-unur li għandi li jiena
għarusa ta’ Kristu. Ma jimpurtax
li ta’ spiss nisma’ n-nies
jgħiduli li jiena supperva, għax
naf li l-ġudizzju tan-nies ma
jasalx jiddixxerni l-motivi
għall-azzjonijiet tagħna.
1503.
Meta, fil-bidu tal-ħajja
reliġjuża tiegħi, wara
n-novizzjat, bdejt neżerċita
ruħi iktar fl-umilta’,
l-umiljazzjonijiet li Alla
bagħatli ma kinux biżżejjed
għalija. U hekk, fil-ħerqa żejda
tiegħi, bdejt infittex aktar
minn dawn waħdi, u ta’ spiss
dhert f’għajnejn is-superjuri
tiegħi mod ieħor milli kont
fir-realta’ u bdejt nitkellem
dwar il-miżerji li ma kelli ebda
idea tagħhom. Imma wara ftit,
Ġesu’ tani x’nifhem li l-umilta’
m'hi xejn ħlief il-verita’. Minn
dak iż-żmien ‘il quddiem, bdilt
l-ideat tiegħi u bil-fedelta’
bdejt nimxi wara d-dawl ta’
Ġesu’. Tgħallimt li jekk ir-ruħ
tkun ma’ Ġesu’, Huwa ma
jippermettilhiex li tiżbalja.
1504.
+ Mulej, inti taf li minn
żgħożiti jiena dejjem fittixt
ir-rieda Tiegħek u, meta għaraft
x’inhi, dejjem ippruvajt
inwettaqha. Ruħi drat
l-ispirazzjonijiet tal-Ispirtu
Qaddis, li jiena fidila lejh.
F’nofs l-ikbar storbju smajt
il-vuċi ta’ Alla. Jiena dejjem
inkun naf x’ikun għaddej ġewwa
fija . . .
1505.
Qiegħda nissielet għall-qdusija,
għax b’dan il-mod jiena għad
inkun utli għall-Knisja. Il-ħin
kollu nipprova nipprattika
l-virtu’. Nipprova nimxi wara
Ġesu’ bil-fedelta’. U jiena
npoġġi din s-sensiela ta’
virtujiet ta’ kuljum -
fis-skiet, moħbijin, kważi ma
jidhrux, imma mwettqin bi mħabba
kbira – fit-teżor tal-Knisja ta’
Alla għall-benefiċċju komuni
tal-erwieħ. Inħossni ġewwa fija
bħallikieku kont responsabbli
tal-erwieħ kollha. Naf tajjeb
ħafna li jiena minix qiegħda
ngħix għalija nnifsi biss imma
għall-Knisja kollha . . .
1506.
+ O Alla li ħadd ma jista’
jifhmu, qalbi qiegħda tinħall
bil-ferħ li Inti ħallejtni
nidħol sa ġewwa l-misteri
tal-ħniena Tiegħek! Kollox
jibda bil-ħniena Tiegħek u
jispiċċa bil-ħniena Tiegħek.
1507.
Il-grazzja kollha kemm hi tiġi
mill-ħniena, u fl-aħħar siegħa
l-ħniena hi abbundanti għalina.
Ħadd m’għandu jiddubita dwar
it-tjubija ta’ Alla; ukoll li
kieku d-dnubiet ta’ xi ħadd
kienu mudlama bħal-lejl,
il-ħniena ta’ Alla hija iktar
qawwija mill-miżerja tagħna.
Ħaġa waħda biss hemm bżonn: Li
l-midneb ibexxaq il-bieb ta’
qalbu, ukoll għal ftit, biex
Alla jdaħħal raġġ tal-grazzja
ħanina Tiegħu, u mbagħad Alla
jagħmel il-bqija. Imma msejkna
dik ir-ruħ li għalqet il-bieb
għall-ħniena ta’ Alla, ukoll
fl-aħħar siegħa. Kienu fil-fatt
erwieħ bħal dawn li tefgħu lil
Ġesu’ f’niket tal-mewt fil-Ġnien
taż-Żebbuġ; fil-fatt, kien
mill-Qalb l-iżjed ħanina Tiegħu
li ħarġet il-ħniena divina.
1508.
21 ta’ Jannar (1938). Ġesu’,
kemm tkun ħaġa tassew kerha li
tbati, li kieku ma kienx għalik.
Imma inti, Ġesu’, mixur fuq
is-salib, tagħtini s-saħħa u
dejjem tinsab qrib tar-ruħ li
qiegħda tbati. Il-kreaturi
jabbandunaw lil dak li jkun
fit-tbatija tiegħu, imma Inti, O
Mulej, Inti fidil . . .
1509.
Ta’ spiss jiġri li meta xi ħadd
jimrad, bħal fil-każ ta’ Ġob
fit-Testment il-Qadim, sakemm
wieħed jista’ jiċċaqlaq u
jaħdem, kollox jibqa’ miexi
sewwa; imma meta Alla jibgħat
marda, b’xi mod jew ieħor, issib
inqas ħbieb madwarek. Imma xorta
waħda, jibqa’ xi ftit. Jibqgħu
jieħdu l-interess fit-tbatija
tagħna u dan kollu; imma jekk
Alla jibgħat marda itwal, ukoll
dawn il-ħbieb fidili bil-mod
il-mod jibdew jitilquna. Jiġu
jżuruna inqas ta’ spiss, u spiss
iż-żjarat tagħhom joħolqu fina
t-tbatija. Minflok ma jfarrġuna,
iċanfruna dwar ċert affarijiet –
ħaġa li sservi ta’ okkażjoni ta’
ħafna tbatija. U hekk ir-ruħ,
bħal Ġob, tkun tinsab waħedha;
imma fortunatament mhix waħedha,
għax Ġesu’-Ostja jkun magħha.
Wara li doqt dawn it-tbatijiet u
għaddejt lejl sħiħ fl-imrar,
l-għada filgħodu, meta
l-kappillan (Dun Theodore) ġie
biex iqarbinni, kelli nisforza
biex nikkontrolla lili nnifsi
biex ma ngħajjatx b’kemm kelli
saħħa, “Merħba, l-uniku Ħabib
veru tiegħi.” It-Tqarbin
Imqaddes jagħtini s-saħħa sabiex
inbati u nissielet.
Nixtieq nitkellem dwar ħaġa
waħda oħra li kelli esperjenza
tagħha: meta Alla la jagħti
l-mewt u lanqas is-saħħa, u
(meta) din il-ħaġa ddum għal
ħafna snin, in-nies jidraw u
jħarsu lejn dik il-persuna bħala
waħda mhix marida. Imbagħad
tibda sensiela sħiħa ta’
tbatijiet fis-skiet. Alla biss
ikun jaf kemm sagrifiċċji
jkollha tagħmel ir-ruħ.
1510.
Darba filgħaxija, x’ħin kont
qiegħda nħossni tant marida li
kont qiegħda naħseb kif kien ser
jirnexxili nerġa’ lura fiċ-ċella
tiegħi, iltqajt mas-Soru
Assistenta (Swor Seraphina), li
kienet qiegħda titlob lil waħda
mis-sorijiet tal-ewwel kor biex
tmur fejn il-kanċell b’ċertu
messaġġ. Imma meta rat lili,
qaltilha, “le, Sor, m’hemmx
għalfejn tmur int, iżda tista’
tmur Swor Fawstina, għax nieżla
x-xita sewwa.” Jiena weġibt,
“Kollox sewwa”, u mort u għamilt
dak li kelli nagħmel, imma Alla
biss jaf il-bqija. Dan biss
eżempju wieħed fost ħafna. Xi
kultant donnu jidher li soru
tat-tieni kor (nota232)
hi tal-ġebel, imma hi wkoll
bniedma u għadha qalb li tħoss .
. .
1511.
Fi żminijiet bħal dawn, Alla
nnifsu jiġi biex jgħinna, għax
inkella r-ruħ ma tkunx tiflaħ
dawn is-slaleb li għadni anqas
biss bdejt nikteb dwarhom, u
lanqas għandi intenzjoni nagħmel
hekk issa. Imma meta nħoss
l-ispirazzjoni biex nagħmel dan,
għad nikteb dwarhom . . .
1512.
Illum waqt il-Quddiesa, rajt
lill-Mulej Ġesu’ f’nofs
it-tbatijiet Tiegħu, bħallikieku
qed imut fuq is-salib. Huwa
qalli, Binti, immedita ta’
spiss fuq it-tbatijiet li Jiena
għaddejt minnhom minħabba fik, u
mbagħad xejn minn dak li inti
tbati għalija ma jkunx jidher
kbir f’għajnejk. Inti togħġobni
l-iktar meta inti timmedita fuq
il-Passjoni Ħarxa Tiegħi.
Għaqqad it-tbatijiet ċkejknin
tiegħek mal-Passjoni Ħarxa
Tiegħi, sabiex huma jkollhom
valur infint quddiem il-Majesta’
Tiegħi.
1513.
+ Ġesu’ qalli llum, Inti
spiss issejjaħli Mgħallem. Dan
jogħġob lil Qalbi; imma tinsiex,
dixxiplu Tiegħi, li inti
dixxiplu ta’ Mgħallem Imsallab.
Dik il-kelma għandha tkun
biżżejjed għalik. Inti taf
x’hemm fis-salib.
1514.
+ Jiena tgħallimt li l-ikbar
setgħa tinsab moħbija
fil-paċenzja. Jiena nista’ nara
li l-paċenzja dejjem twassal
għar-rebħa, għalkemm mhux
fil-pront; imma dik ir-rebħa
għad tidher wara ħafna snin.
Il-paċenzja hija marbuta
mal-manswetudni.
1515.
+ Jiena għaddejt dan il-lejl
kollu flimkien ma’ Ġesu’
fil-ħabs fid-dlam. Dan kien lejl
ta’ adorazzjoni. Is-sorijiet
kienu qegħdin jitolbu
fil-kappella, u kont qiegħda
ningħaqad magħhom fl-ispirtu,
għax in-nuqqas ta’ saħħa ma
tippermettilix li mmur
fil-kappella. Imma l-lejl kollu
ma stajtx norqod, għalhekk
għaddejt il-lejl fil-ħabs mudlam
flimkien ma’ Ġesu’. Ġesu’ tani
x’nifhem it-tbatijiet li Hu
għadda minnhom hemmhekk.
Id-dinja għad issir taf bihom
f’jum il-ġudizzju.
1516.
Binti, għid lill-erwieħ li Jiena
qed nagħtihom il-ħniena Tiegħi
bħala difiża. Jiena stess qed
nissielet għalihom u qed inġorr
fuqi l-korla ġusta ta’ Missieri.
1517.
Għid, binti, li l-Festa
tal-Ħniena Tiegħi ħarġet
mill-irkejjen l-aktar fondi
Tiegħi għall-konsolazzjoni
tad-dinja kollha.
1518.
Ġesu’, il-paċi u s-serħan
tiegħi, jiena qiegħda nitolbok
bil-ħerqa għal dik is-soru ,
sabiex hija tinbidel minn ġewwa;
għinha bis-saħħa tal-grazzja
Tiegħek sabiex hi wkoll tista’
ssir perfetta.
1519.
+ Illum qabel ma tqarbint,
il-Mulej qalli, Binti, illum
kellem bil-miftuħ lis-Superjura
(Madre Irene) dwar
il-ħniena Tiegħi għax,
mis-superjura kollha, hija
l-iktar li għamlet biex ixxandar
il-ħniena Tiegħi. U
fil-fatt, il-Madre Superjura
ġiet illum wara nofs inhar, u
tkellimna dwar din l-Opra ta’
Alla. Il-Madre qaltli li
x-xbihat ma tantx ħarġu tajbin u
ma tantx qegħdin jinbiegħu.
“Imma”, hija qaltli, “Jiena
stess qbadt kwantita’ minnhom u
qiegħda nqassamhom kull fejn
nista’ u qiegħda nagħmel
mill-aħjar biex inxerred l-Opra
tal-Ħniena.” X’ħin telqet,
il-Mulej tani x’nifhem kemm
kienet togħġbu din r-ruħ.
1520.
Illum il-Mulej qalli, Jiena
ftaħt Qalbi bħala għajn ħajja
tal-ħniena. Ħalli l-erwieħ
kollha jiġu jiġbdu l-ħajja
minnha. Għidilhom jersqu lejn
dan il-baħar tal-ħniena
b’fiduċja kbira. Il-midinbin
jiksbu l-ġustifikazzjoni, u
l-ġusti jiġu mwettqin fis-sewwa.
Kull min ipoġġi l-fiduċja tiegħu
fil-ħniena Tiegħi jimtela
bil-paċi divina Tiegħi
fis-siegħa tal-mewt.
1521.
Il-Mulej qalli, Binti,
tgħejjiex ixxandar il-ħniena
Tiegħi. B’dan il-mod inti
tqawwili mill-ġdid din il-Qalb
Tiegħi, li qiegħda taqbad
b’fjammi ta’ ħasra
għall-midinbin. Għid
lis-saċerdoti Tiegħi li
l-midinbin b’qalbhom iebsa għad
jindmu meta jisimgħuhom
jitkellmu fuq il-ħniena Tiegħi
bla tarf, fuq il-kumpassjoni li
Jiena għandi għalihom f’Qalbi.
Lil dawk is-saċerdoti li jxandru
u jfaħħru l-ħniena Tiegħi, Jiena
nagħtihom setgħa tal-għaġeb;
Jiena nidlek u nikkonsagra
kliemhom u mmiss il-qlub ta’
dawk li huma jkunu qedgħin
jitkellmu magħhom.
1522.
Il-ħajja fil-komunita’ hija
diffiċli minnha nnfisha, imma
hija doppjament diffiċli tgħix
flimkien ma’ erwieħ li huma
suppervi. “O Alla, agħtini fidi
aktar profonda sabiex jiena nkun
nista’ dejjem nara f’kull soru
x-xbieha qaddisa Tiegħek li ġiet
minquxa ġewwa ruħha . . .
1523.
Imħabba li ma tispiċċa qatt,
fjamma pura, aqbad ġewwa qalbi
bla heda u ddivinizza l-esseri
kollha tiegħi, skont dak li
lilek jogħġbok għal dejjem, u li
permezz tiegħu Int sejjaħtli
sabiex jiena nibda neżisti u
sabiex jiena jkolli sehem
fil-hena Tiegħek bla tarf. O
Alla ħanin, kienet biss
il-ħniena Tiegħek li xerrdet
fuqi bl-abbundanza dawn
ir-rigali. Meta jiena nara ġewwa
fija dawn ir-rigali kollha li
Inti tajtni b’xejn, b’umilta’
profonda jiena nqim it-tjubija
Tiegħek li ħadd ma jifhimha.
Mulej, qalbi timtela’ bi
stagħġib li Inti, Sid assolut,
li m’għandek bżonn ta’ ħadd,
xorta waħda tiċċekken daqshekk
għax tħobbna bi mħabba safja.
Qatt ma nixba’ nistagħġeb li
l-Mulej ikollu relazzjoni hekk
intima’ mal-ħlejjaq Tiegħu. Dik
ukoll hi t-tjubija Tiegħu bla
tarf. Kull darba li nibda din
il-meditazzjoni, qatt ma
nispiċċaha, għax l-Ispirtu
tiegħi jegħreq għal kollox. Xi
pjaċir hu li tħobb bil-qawwa
kollha ta’ ruħek u li tħossok
maħbuba iżjed u iżjed minn Alla,
ġġarrab b’dan il-mod mill-iżjed
konxju. M’hemmx kliem biex
tfisser dan.
1524.
25 ta’ Jannar 1938. Ġesu’ tiegħi
kemm Inti twajjeb u kemm għandek
paċenzja. Inti ta’ spiss tħares
lejna bħalma tħares lejn tfal
ċkejnin. Aħna spiss nitolbuk
bil-ħerqa, imma ma nkunux nafu
x’aħna nitolbu, għax lejn
it-tmiem tat-talba tagħna, meta
inti tagħtina dak li nkunu
tlabna ma nkunux irridu
naċċettawh.
1525.
Darba, waħda soru ġiet għandi u
tlabitni nitlob għax qaltli li
ma setgħetx tkompli tissaporti
l-affarijiet kif kienu. “U
għalhekk, jekk jogħġbok itlob,
Sor.” Jiena weġibtha li hekk
kont sejra nagħmel, u bdejt
novena lill-Ħniena Divina. Jiena
sirt naf li Alla kien ser
jagħtiha l-grazzja, imma għal
darb’oħra hi kienet terġa’ ma
tkunx sodisfatta meta kienet
tirċeviha. Iżda jiena komplejt
nitlob bħalma kienet qaltli
nagħmel hi. L-għada l-istess
soru ġiet tfittixni, u meta
rġajna bdejna nitkellmu fuq
l-istess ħaġa, jiena għidtilha,
“Għandek tkun taf, Sor, li meta
aħna nitolbu m’għandniex
nisforzaw lil Mulej Alla
jagħtina dak li aħna rridu, imma
għandna pjuttost nissottomettu
ruħna għar-rieda qaddisa
Tiegħu.” Imma hija kienet
qiegħda taħseb li dak li kienet
qiegħda titlob għalih ma
setgħetx tgħaddi mingħajru. Lejn
it-tmiem tan-novena, is-soru
reġgħet ġiet u qaltli, “O Sor,
il-Mulej Ġesu’ tani l-grazzja,
imma issa bidilt il-ħsieb. Jekk
jogħġbok itlob sabiex
l-affarijiet b’xi mod jerġgħu
jinbidlu.” Jiena weġibt, “Iva,
ser nitlob, imma li sseħħ fik
ir-rieda ta’ Alla, Sor, u mhux
dak li trid int.”
1526.
Qalb l-iżjed Ħanina ta’ Ġesu’,
ħarisna mill-korla ġusta ta’
Alla.
1527.
+ Waħda soru l-ħin kollu
tippersegwitani sempliċiment
għax Alla jikkomunika miegħi
b’tant intimita’, u hija taħseb
li din hija biss pretensjoni
min-naħa tiegħi. Meta hi taħseb
li nkun għamilt xi ħaġa ħażin,
tgħidli, “Xi wħud ikollhom
ir-rivelazzjonijiet, imbagħad
jagħmlu żbalji bħal dawn!” Dan
qalitu lis-sorijiet kollha u
dejjem b’dak is-sens ta’
tmaqdir, sabiex jiena nidher
bħallikieku kont xi waħda
stramba. Darba, weġġajt ħafna
meta qgħadt naħseb kif din
il-qatra bla ebda sinjifikat li
hu l-moħħ tal-bniedem, jista’
jgħarbel hekk faċilment id-doni
ta’ Alla. Wara t-Tqarbin, tlabt
lill-Mulej idawwalha, imma xorta
waħda sirt naf li r-ruħ mhix ser
tilħaq il-perfezzjoni jekk ma
tbiddilx id-dispożizzjonijiet
interni tagħha.
1528.
+ X’ħin lmentajt mal-Mulej Ġesu’
dwar ċerta persuna (u għidtlu),
“Ġesu’, kif tista’ din
il-persuna tiġġudika b’dak
il-mod, ukoll dwar intenzjoni?”
il-Mulej wieġeb, Tistagħġibx.
Dik ir-ruħ lanqas biss taf lilha
nnfisha, mela kif tista’ hi
tgħaddi ġudizzju sewwa fuq ruħ
oħra?
1529.
Illum rajt lil Dun Andrasz
jitlob. Kont naf ukoll li kien
qed jinterċedi għalija
mal-Mulej. Xi kultant il-Mulej
jgħarrafni min ikun qiegħed
jitlob għalija.
1530.
Qiegħda nżomm lili nnifsi
daqsxejn lura, bħallikieku din
l-opra ta’ Alla ma
tinteressanix. Minix qiegħda
nitkellem dwarha bħalissa, imma
ruħi kollha kemm hi tinsab
mgħaddsa fit-talb, u qiegħda
nitlob lil Alla jkun daqshekk
twajjeb li jgħaġġel jagħtina dan
id-don kbir; jiġifieri, il-Festa
tal-Ħniena. U qiegħda nara li
Ġesu’ qiegħed jaħdem, u Hu stess
qiegħed jagħti d-direttivi kif
għandu jitwettaq dan. Xejn ma
jiġri bl-addoċċ.
1531.
Illum għidt lill-Mulej Ġesu’,
“Qiegħed tara kemm hemm
diffikultajiet (li jeħtieġ li
jintgħelbu) qabel ma jemmnu li
Inti stess l-awtur ta’ din
l-opra? U issa wkoll, mhux
kulħadd jemmen fiha.” Kun
fil-paċi, binti, xejn ma jista’
jeħodha kontra r-rieda Tiegħi.
Minkejja t-tgergir u l-ostilita’
tas-sorijiet, ir-rieda Tiegħi
għad isseħħ fik fil-milja kollha
tagħha, sal-iċken dettall
tax-xewqat u tal-pjanijiet
Tiegħi. Issewwidx qalbek dwar
dan; Jiena wkoll kont ostaklu
għal xi erwieħ.
1532.
+ Ġesu’ lmenta miegħi kemm
iweġġgħu n-nuqqas ta’ fedelta’
tal-erwieħ magħżulin, u Qalbi
tiġi mweġġgħa ħafna iktar meta
huma ma Jafdawnix wara xi
waqgħa. Kont inweġġa’ inqas li
kieku huma ma kellhomx diġa’
l-esperjenza tat-tjubija ta’
Qalbi.
1533.
Rajt il-korla ta’ Alla qiegħda
mdendla sewwa fuq il-Polonja. U
issa nista’ nara illi kieku Alla
kellu jżur lil pajjiżna bl-ikbar
kastigi, dan xorta waħda kien
ikun ħniena kbira għax, għal
dnubiet hekk kbar, Hu jista’
jikkastigana billi jġibna
fix-xejn għal dejjem. Ħassejtni
pparalizzata bil-biża’, meta
l-Mulej kixef daqsxejn il-velu
għalija. Issa nista’ nara ċar li
l-erwieħ magħżulin iżommu
d-dinja fl-eżistenza sabiex
jibbilanċjaw il-kejl
(tal-ġustizzja).
1534.
+ Kont qiegħda nara l-isforzi
ta’ ċertu saċerdot fit-talb.
It-talb tiegħu tixbah lil dik
tal-Mulej Ġesu’ fil-Ġnien
taż-Żebbuġ. O, li kieku dak
is-saċerdot (probabilment Dun
Sopocko) kien jaf kemm kienet
togħġbu dik it-talba!
1535.
O Ġesu’, jiena qiegħda nissakkar
ġewwa l-Qalb l-iżjed ħanina
Tiegħek bħallikieku ġewwa
fortizza li l-missili
tal-għedewwa tiegħi ma jistgħu
jagħmlu xejn kontrieha.
1536.
Illum sibt ruħi fil-preżenza ta’
ċerta persuna moribonda li
kienet riesqa lejn il-mewt
fl-inħawi tad-dar tagħna. Jiena
għentha bit-talb tiegħi u, wara
ftit mumenti, ħassejt għal ftit
ħin uġigħ f’idejja, riġlejja u
ġenbi . . .
1537.
27 ta’ Jannar 1938. Illum waqt
is-Siegħa Adorazzjoni, Ġesu’
lmenta miegħi dwar
l-ingratitudni tal-erwieħ: Bi
ħlas tal-grazzji li nagħti,
nirċievi ingratitudni. Biex
ipattuli għal imħabbti, Jiena
nirċievi indifferenza u
jinsewni. Qalbi ma tiflaħx għal
dan.
1538.
F’dak il-ħin, tant tkebbset
ġewwa qalbi l-imħabba għal Ġesu’
li ntlift kollni kemm jien fih
filwaqt li offrejt lili nnifsi
għall-erwieħ li mhuwiex grati.
X’ħin ġejt f’sensija, il-Mulej
ippermettieli nduq ftit
mill-ingratitudni li mlietlu
Qalbu. Din l-esperjenza damet
għal ftit ħin.
1539.
Illum għidt lill-Mulej, “Meta
ser teħodni għandek? Ili nħossni
tant marida, u ili nistenniek
tiġi b’tant ħerqa!” Ġesu’
weġibni, Kun dejjem lesta;
minix ser nħallik f’dan l-eżilju
għal żmien twil. Ir-rieda
qaddisa Tiegħi trid titwettaq
ġewwa fik. O Mulej, jekk
ir-rieda qaddisa Tiegħek għadha
ma twettqix fija għal kollox,
hawn jiena, lesta għal kulma
Inti trid mingħandi, O Mulej! O
Ġesu’ tiegħi, ħaġa waħda biss
jiena nistagħġeb biha jiġifieri,
li Inti għarraftni tant
sigrieti; imma hemm sigriet
wieħed – is-siegħa ta’ mewti –
li Inti ma tridx tgħidli. U
l-Mulej weġibni, Kun
fil-paċi; Jiena għad ngħidlek
imma mhux issa. O Mulejja,
aħfirli għax ridt inkun naf din
il-ħaġa. Inti taf sewwa għaliex,
għax Inti taf kif inhi mxennqa
qalbi, mimlija ħerqa sabiex tiġi
għandek. Inti taf li jiena ma
nixtieqx immut minuta qabel
iż-żmien li Inti għażilt għalija
sa minn qabel iż-żminijiet.
Ġesu’ qagħad jisma’ bi tjubija
tal-għaġeb dak li jiena kont
qiegħda nferra’ minn ġo qalbi.
1540.
28 ta’ Jannar 1938. Illum
il-Mulej qalli, Binti, ikteb
dan il-kliem: Dawk l-erwieħ
kollha li jigglorifikaw
il-ħniena Tiegħi u jxerrdu
l-qima lejha, meta jħajru
lill-oħrajn jafdaw fil-ħniena
Tiegħi, ma jkollhomx esperjenza
ta’ terrur fis-siegħa tal-mewt.
Il-ħniena Tiegħi tkun it-tarka
tagħhom f’dik il-battalja
tal-aħħar . . .
1541.
Binti, ħajjar lill-erwieħ jgħidu
l-kurunella li Jiena tajtek.
Jiena nieħu gost nagħtihom dak
kollu li huma jitolbuni permezz
tal-kurunella. Meta midinbin
b’qalbhom iebsa jgħiduha, Jiena
nimlielhom ruħhom bil-paċi, u
s-siegħa tal-mewt tagħhom tkun
waħda hienja.
Ikteb dan għall-erwieħ li
jinsabu għaddejjin mill-għawġ:
meta ruħ tinduna bis-serjeta’
l-gravita’ tad-dnubiet tagħha,
meta l-abbiss kollu tal-miżerja
li fih hi ntefgħet jidher
quddiem għajnejha, hi
m’għandhiex tiddispra, imma
bil-fiduċja għandha tintefa’
f’dirgħajn il-ħniena Tiegħi,
bħalma tarbija tintefa’
f’dirgħajn l-omm maħbuba tagħha.
Dawn l-erwieħ għandhom dritt ta’
prijorita’ fuq il-Qalb ħanina
Tiegħi; huma l-ewwel li jilħqu
l-ħniena Tiegħi. Għidilhom li
l-ebda ruħ li sejħet il-ħniena
Tiegħi ma ġiet iddiżapuntata jew
umiljata. Jiena nitpaxxa b’mod
speċjali b’ruħ li poġġiet
il-fiduċja tagħha fit-tjubija
Tiegħi. Ikteb illi meta huma
jgħidu din il-kurunella
fil-preżenza tal-moribond, Jiena
nidħol bejn Missieri u
l-moribond mhux bħala Mħallef
Ġust iżda bħala Salvatur mimli
ħniena.
1542.
F’dak il-waqt, il-Mulej tani
x’nifhem kemm Hu għajjur għal
qalbi.
Ukoll fost is-sorijiet inti
tħossok waħdek. Kun af mela li
Jiena rridek tingħaqad miegħi
iktar mill-qrib. Jiena
jimpurtani minn kull taħbita ta’
qalbek. Kull ċaqliqa ta’
mħabbtek hi riflessa fil-Qalb
Tiegħi. Jiena għatxan għal
imħabbtek.
“Iva, O Ġesu’, imma anke qalbi
ma tkunx kapaċi tgħix
mingħajrek; għax ukoll li kieku
l-qlub tal-ħlejjaq kollha
kellhom jiġu offruti lili, ma
jissodisfawx il-profondita’ ta’
qalbi.”
1543.
Illum għall-ħabta ta’
filgħaxija, il-Mulej qalli,
Intelaq f’idejja kollok kemm int
fis-siegħa tal-mewt, u Jiena
nippreżentak lil Missieri bħala
għarusa Tiegħi. U issa
nirrikkmandalek li inti
tgħaqqad, b’mod speċjali, ukoll
l-iċken għemejjel tiegħek
mal-merti Tiegħi, u mbagħad
Missieri jħares lejhom bi mħabba
bħallikieku kienu Tiegħi stess.
1544.
Tbiddilx l-eżami partikulari
tiegħek li Jiena tajtek permezz
ta’ Patri Andrasz; jiġifieri, li
Inti tingħaqad Miegħi l-ħin
kollu. Dan hu li Jiena qed
nitlob mingħandek b’mod ċar
illum. Kun tifla ċkejkna ma’
dawk li qegħdin f’ismi għax
Jiena nissellef xofftejhom biex
inkellmek, sabiex inti ma
jkollokx dubji fuq xejn.
1545.
Saħħti ġiet ‘l quddiem mhux
ħażin. Inżilt fir-refettorju u
fil-kappella llum. Għadni ma
nistax inkompli bid-dmirijiet
tiegħi u, għalhekk qed nibqa’
fiċ-ċella tiegħi naħdem bin-newl
li ninseġ bl-id (nagħmel
il-borduri għall-bċejjeċ
tal-għażel li jintużaw fuq
l-altar). Dan ix-xogħol
jogħġobni ħafna, imma wkoll
b’xogħol hekk ħafif, ngħejja
mill-ewwel. Nista’ nara kemm
jiena dgħajfa. M’hemmx waqtiet
li mhumiex importanti f’ħajti,
għax kull mument ta’ ħajti mimli
bit-talb, bit-tbatija u
bix-xogħol. Jekk mhux b’mod
wieħed b’xi ieħor, jiena nagħti
glorja lil Alla; u li kieku Alla
kellu jagħtini ħajja oħra, ma
nafx jekk kontx nużaha b’xi mod
aħjar . . .
1546.
Il-Mulej qalli, Kemm
togħġobni mħabbtek. L-imħabba
sinċiera tiegħek togħġob
lill-Qalb Tiegħi bħall-fwieħa
ta’ blanzun ta’ warda filgħodu,
qabel max-xemx tkun neħħiet
in-nida minn fuqha. Il-qalb
friska tiegħek issaħħarni; din
hi r-raġuni għaliex Jiena
ningħaqad miegħek iktar
mill-qrib milli mal-ebda
kreatura oħra . . .
1547.
Illum rajt l-isforzi ta’ dan
is-saċerdot (Dun Sopocko) dwar
l-affarijiet ta’ Alla. Qalbu
qiegħda tibda dduq dak li mela
l-Qalb ta’ Allla waqt il-ħajja
Tiegħu f’din l-art. Biex
ipattulu għal dawn l-isforzi
tiegħu – ingratitudni . . . Imma
hu ħerqan ħafna għall-glorja ta’
Alla . . .
1548.
30 ta’ Jannar 1938. Irtir ta’
ġurnata.
Il-Mulej tani x’nifhem, waqt
il-meditazzjoni li sakemm qalbi
tibqa’ tħabbat f’sidri, jiena
għandi nibqa’ dejjem nistinka
sabiex inxerred is-Saltna ta’
Alla fl-art. Jiena għandi
nissielet għall-glorja
tal-Ħallieq tiegħi.
Jiena naf li għad nagħti lil
Alla l-glorja li Hu jistenna
mingħandi jekk jiena nipprova
nikkopera bil-fedelta’
mal-grazzja ta’ Alla.
1549.
Irrid ngħix fl-ispirtu ta’ fidi.
Jiena naċċetta kollox li jiġrili
bħallikieku ġie mogħti lili
permezz tar-rieda ta’ Alla
mimlija mħabba, għaliex Hu
sinċerament iridni nkun ferħana.
U għalhekk naċċetta
b’sottomissjoni u gratitudni dak
kollu li Alla jibgħatli. Ma
nagħtix kas tal-vuċi tan-natura
u dak li jgħidli l-egoiżmu
tiegħi. Qabel kull azzjoni
importanti, jiena nieqaf naħseb
għal mument wieħed x’relazzjoni
għandha mal-ħajja eterna u
x’tista’ tkun ir-raġuni
prinċipali tiegħi biex jiena
nagħmilha: hija għall-glorja ta’
Alla, jew għall-aħjar ta’ ruħi,
jew għall-aħjar tal-erwieħ
tal-oħrajn? Jekk qalbi tgħid
iva, jiena mbagħad xejn ma
jċaqlaqni milli nwettaq dik
l-azzjoni, u ma nagħtix kas ta’
ostakli jew sagrifiċċji. Xejn ma
jbeżżgħani biex nabbanduna
l-intenzjoni tiegħi. Għalija
biżżejjed inkun naf li togħġob
lil Alla. Mill-banda l-oħra,
jekk insir naf li l-azzjoni
m’għandha xejn x’taqsam ma’ dak
li għadni kif semmejt, jiena
nipprova ngħolliha għal sfera
ogħla permezz ta’ intenzjoni
tajba. U jekk insir naf li xi
ħaġa ġejja mill-egoiżmu tiegħi,
jiena nikkanċellaha mill-bidu.
1550.
F’każijiet dubbjużi, ma nagħmel
xejn, imma nfittex bl-iktar mod
skrupluż kajrifika
mis-saċerdoti, u l-aktar
mid-direttur spiritwali tiegħi.
Ma nagħtix spjegazzjonijiet biex
niddefendi lili nnifsi meta xi
ħadd iċanfarni jew jikkritikani,
jekk xi ħadd ma jitlobnix
direttament nagħti xhieda
tal-verita’. B’paċenzja kbira,
noqgħod nisma’ meta xi ħadd
jiftaħ qalbu miegħi, naċċetta
t-tbatijiet tagħhom, nagħtihom
faraġ spiritwali, imma
t-tbatijiet tiegħi stess jiena
ngħarraqhom fil-Qalb l-iżjed
ħanina ta’ Ġesu’. Jiena qatt ma
nħalli l-profondita’ tal-ħniena
Tiegħu, filwaqt li nieħu d-dinja
kollha f’dak il-fond.
1551.
Fil-meditazzjoni fuq il-mewt,
jiena tlabt lill-Mulej jindenja
ruħu jimlieli qalbi b’dawk
is-sentimenti li jiena għad
ikolli filwaqt tal-mewt tiegħi.
U permezz tal-grazzja ta’ Alla
jiena rċevejt tweġiba ġewwa fija
li jiena kont għamilt dak kollu
li stajt nagħmel u għalhekk
kelli nkun fil-paċi. F’dak
il-waqt tant tqajmet gratitudni
profonda lejn Alla ġewwa ruħi,
li nfqajt nibki dmugħ ta’ ferħ
bħal tarbija ċkejkna. Ħejjejt
ruħi biex nitqarben l-għada
filgħodu bħala l- “vjatku”, u
għidt it-talb tal-moribondi
(nota223) għalija stess.
1552.
Imbagħad smajt dan il-kliem:
Bħalma inti magħquda Miegħi
fil-ħajja, hekk inti tkun
maqgħuda filwaqt tal-mewt.
Wara dan il-kliem, tant tqanqlet
ġewwa ruħi fiduċja kbira
fil-ħniena kbira ta’ Alla li,
ukoll li kieku kellhom jagħfsu
fuq il-kuxjenza tiegħi d-dnubiet
tad-dinja kollha kif ukoll
id-dnubiet tal-erwieħ kollha
kkundannati, ma kontx niddubita
mit-tjubija ta’ Alla imma, bla
ebda biża’, kont nintefa’
fl-abbiss tal-ħniena divina li
jinsab dejjem miftuħ għalina; u
b’qalb mgħaffġa li saret trab,
kont nintefa’ f’riġlejh u
nintelaq għal kollox fir-rieda
qaddisa Tiegħu, li hi l-istess
ħniena.
1553.
O Ġesu’ tiegħi, Ħajja ta’ ruħi,
ħajti, Feddej tiegħi, l-Għarus
l-iżjed ħelu tiegħi, u fl-istess
ħin l-Imħallef tiegħi, Inti taf
li f’din l-aħħar siegħa tiegħi
ma nistax inserraħ rasi bl-ebda
merti tiegħi stess, imma biss
bil-ħniena Tiegħek. Illum ukoll,
jiena nintefa’ għal kollox
fl-abbiss tal-ħniena Tiegħek, li
jinsab dejjem miftuħ għal kull
ruħ.
O Ġesu’ tiegħi, hemm ħaġa waħda
biss li jiena għandi nwettaq
matul ħajti, f’mewti u tul
l-eternita’ kollha, u din hi li
noqgħod nadura l-ħniena Tiegħek
li ħadd ma jista’ jifhimha.
L-ebda moħħ, la tal-anġli lanqas
tal-bnedmin, qatt ma jista’
jifhem il-misteri tal-ħniena
Tiegħek, O Alla. L-anġli
jintilfu fl-istagħġib quddiem
il-misteru tal-ħniena divina,
imma ma jistgħux jifhmuh. Kull
ma ġie minn id il-Ħallieq jinsab
f’dan il-misteru tal-għaġeb;
jiġifieri, fl-istess fond
tal-ħniena tenera Tiegħu. X’ħin
noqgħod nimmedita fuq din
il-ħaġa, l-ispirtu tiegħi
jintilef minn sensih, u qalbi
tinħall bil-ferħ. O Ġesu’, kien
permezz tal-Qalb l-iżjed ħanina
Tiegħek, bħal permezz ta’
kristall, li r-raġġi tal-ħniena
divina waslu għandna.
1554.
1 ta’ Frar (1938). Illum qiegħda
nħossni daqsxejn agħar,
fiżikament, imma xorta waħda
għadni nieħu sehem fil-ħajja
komunitarja (it-talb, l-ikel u
r-rikreazzjoni). Qiegħda nagħmel
sforzi kbar, li Inti biss taf
bihom, Ġesu’. Fir-refettorju
llum, ma ħsibtnix ser inwassal
sat-tmiem l-ikla. Kull darba li
bdejt inpoġġi l-ikel f’ħalqi
bdejt inħoss uġigħ kbir.
1555.
Meta ġimgħa ilu ġiet iżżurni
Madre S. (Irene) hija qaltli,
“Inti qiegħda tieħu dan il-mard
kollu, Sor, għax is-sistema
tiegħek hi tant fjakka, imma dik
mhix ħtija tiegħek. Fil-fatt, li
kieku xi soru oħra kellha dik
l-istess marda, żgur li kienet
tibqa’ għaddejja xorta waħda;
imma int, Sor, jkollok toqgħod
fis-sodda!!” Dan il-kliem ma
weġġgħanix, imma aħjar ma
tagħmilx paraguni bħal dawn ma’
persuni li huma morda ħafna,
għax it-tazza tagħhom tkun diġa’
mimlija biżżejjed kif inhi. Ħaġa
oħra: meta s-sorijiet iżuru
l-morda, m’għandhomx joqgħodu
jistaqsu bid-dettalji kollha
kull darba, “Fejn qed juġgħak, u
kif?” għax tgħajjik ħafna li
jkollok toqgħod tgħid lil kull
soru l-istess ħaġa fuqek
innifsek. U xi kultant jiġri li
wieħed ikollu jirrepeti l-istess
ħaġa ħafna drabi matul il-jum.
1556.
X’ħin mort fil-kappella għal
mument wieħed, il-Mulej tani
x’nifhem li, fost il-magħżulin
tiegħu, hemm xi wħud li huma
magħżulin b’mod speċjali, u li
Huwa jsejħilhom għal forma ogħla
ta’ qdusija, għal għaqda miegħu
eċċezzjonali. Dawn huma erwieħ
serafiċi u mingħandhom Alla
jistenna mħabba ikbar milli
mingħand l-oħrajn. Għalkemm
kollha jkunu jgħixu fl-istess
kunvent, imma Hu xi kultant
jitlob mingħand ruħ speċjali
grad ogħla ta’ mħabba. Ruħ bħal
din tifhimha din is-sejħa, għax
Alla jgħarrafielha b’mod
interjuri, imma r-ruħ tista’
tagħżel li timxi wara din
is-sejħa jew le. Jiddependi biss
mir-ruħ jekk hi tkunx fidila
għal dawn is-sejħat tal-Ispirtu
Qaddis, jew jekk tirreżistihomx.
Jiena sirt naf li hemm post
fil-Purgatorju fejn l-erwieħ
iridu jħallsu d-dejn li għandhom
ma’ Alla għal nuqqasijiet bħal
dawn; dan it-tip ta’ tortura hi
l-iktar waħda diffiċli minnhom
kollha. Ir-ruħ li hi mmarkata
b’mod speċjali minn Alla
tingħaraf kullimkien, kemm
fil-ġenna kif ukoll
fil-purgatorju jew fl-infern.
Fil-ġenna tingħaraf minn erwieħ
oħrajn għax ikollha glorja ikbar
u dija u għarfien iktar profond
ta’ Alla. Fil-purgatorju,
ikollha uġigħ kbir, għax tkun
taf lil Alla b’mod aktar profond
u tixtiequ b’ħerqa ikbar.
Fl-infern, hi tbati b’mod iktar
profond mill-erwieħ l-oħra, għax
taf b’mod iktar sħiħ min Hu dak
li hi tilfet. Din il-marka li ma
titħassarx tal-imħabba esklużiva
ta’ Alla fir- (ruħ) tibqa’ hemm
għal dejjem.
1557.
O Ġesu’, żommni f’biża’ qaddis,
biex ma naħlix il-grazzji.
Għinni nkun fidila
għall-ispirazzjonijiet
tal-Ispirtu Qaddis. Agħmel li
qalbi tfur bi mħabba għalik
ħalli ma nitraskurax lanqas att
wieħed ta’ mħabba Għalik.
1558.
2 ta’ Frar (1938). Dlam fir-ruħ.
Illum il-Festa ta’ Omm Alla, u
f’ruħi hemm tant dlam. Il-Mulej
inħeba, u jiena ninsab waħdi,
waħdi għal kollox. Moħħi hu tant
imdallam li nista’ nara madwari
fantażmi biss. Lanqas raġġ
wieħed ta’ dawl ma jinfed lil
ruħi. Ma nifhimx lili nnifsi
lanqas lil dawk li jkellmuni.
Tentazzjonijiet tal-biża’ dwar
il-fidi jaħbtu għalija. O Ġesu’
tiegħi, salvani. Ma nista’ ngħid
xejn iżjed. Ma nistax
niddeskrivi dawn l-affarijiet
bid-dettall, għax nibża’ li xi
ħadd jista’ jiskandalizza ruħu
meta jaqra dan. Nistagħġeb kif
turmenti bħal dawn jistgħu jiġu
fuq ir-ruħ. O urugan, x’inti
tagħmel lid-dgħajsa ta’ qalbi?
Din it-tempesta ilha għaddejja
llejl u inhar kollu.
Meta l-Madre Superjura (Irene)
ġiet tarani u staqsietni
“Tixtieq tieħu ġid għal ruħek
f’din l-okkażjoni, Sor, ladarba
ġej Patri An. (Andrasz) biex
iqarar?” Jiena weġibt, le.
Deherli lis-saċerdot ma kienx
ser jifhimni, u li jiena lanqas
ma kont nista’ nqerr.
Għaddejt il-lejl kollu ma’ Ġesu’
fil-Ġetsemani. Minn sidri ħarġet
karba waħda kontinwa. Mewta
naturali tkun ħafna iżjed faċli,
għax f’dan il-każ il-persuna
tkun fl-agunija u mbagħad tmut;
filwaqt li hawnhekk, wieħed
jinsab fl-agunija imma ma jistax
imut. O Ġesu’ qatt ma ħsibt li
tista’ teżisti tbatija bħal din.
Xejn: din hi r-realta’. O Ġesu’,
salvani! Jiena nemmen fik
b’qalbi kollha. Tant drabi jiena
rajt id-dija ta’ wiċċek u issa,
fejn Inti, Mulej?” . . . Jiena
nemmen, jiena nemmen, u nerġa’
ngħid jiena nemmen fik, Alla
Tliet Persuni, Missier, Iben u
Spirtu s-Santu, u fil-veritajiet
kollha li l-Knisja Qaddisa
Tiegħek tagħtini sabiex jiena
nemminhom . . . Imma d-dalma ma
terġax lura, u l-ispirtu tiegħi
jinżel f’agunija ikbar. U f’dak
il-mument, turment hekk
terribbli għafas fuqi li issa
nistagħġeb li dak ma kienx
l-aħħar nifs tiegħi, imma dan
seħħ għal waqt qasir biss.
1559.
F’dak il-waqt rajt lil Ġesu’, u
minn Qalbu ħarġu dawk l-istess
żewġ raġġi, li daru madwari,
kollni kemm jiena. Fl-istess
waqt, għebu t-turmenti tiegħi
kollha. Binti, il-Mulej
qal, kun af li minnek
innifsek inti preċiż dak li
għadek kif għaddejt minnu, u
hija biss permezz tal-grazzja
Tiegħi li inti tieħu sehem
fil-ħajja eterna u d-doni kollha
li Jiena nferra’ fuqek. U
ma’ dan il-kliem tal-Mulej,
irċevejt għarfien veru tiegħi
nnifsi. Ġesu’ qiegħed jagħtini
lezzjoni ta’ umilta’ profonda u,
fl-istess ħin, ta’ fiduċja sħiħa
fih. Qalbi spiċċat trab u rmied,
u wkoll li kieku l-bnedmin
kollha kellhom jirfsu fuqi,
xorta waħda kont inqisha bħala
pjaċir.
Inħossni, u fil-fatt jiena,
mimlija kollni kemm jiena
bl-għarfien tax-xejn tiegħi,
sabiex umiljazzjonijiet veri,
ikunu serħan għalija.
1560.
3 ta’ Frar (1938). Illum wara
t-Tqarbin, Ġesu’ reġa’ tani xi
ftit direttivi: L-ewwelnett,
toqgħodx tiġġieled kontra
tentazzjoni waħdek, imma wriha
lill-konfessur mill-ewwel, u
mbagħad it-tentazzjoni titlef
saħħitha kollha. It-tieni, matul
dawn il-provi titlifx il-paċi
tiegħek; għix fil-preżenza
Tiegħi; itlob lil Ommi u
l-Qaddisin biex jagħtuk
l-għajnuna. It-tielet, għandu
jkollok iċ-ċertezza li Jiena qed
inħares lejk u nwieżnek.
Ir-raba’, toqgħodx tibża’ la
mit-taqbid tar-ruħ u lanqas
mill-ebda tentazzjoni, għax
Jiena qed inwieżnek; jekk inti
għandek biss ir-rieda li
tiġġieled, kun af li r-rebħa
hija dejjem tiegħek. Il-ħames,
kun af li meta inti tiġġieled
bil-kuraġġ inti tagħtini glorja
kbira u tikseb ħafna merti
għalik innifsek. It-tentazzjoni
tagħtik ċans li turini kemm inti
fidila Lejja.
1561.
U issa ser ngħidlek xi ħaġa li
hi importanti ħafna għalik:
sinċerita’ bla ebda limitu
mad-direttur spiritwali tiegħek.
Jekk inti ma tiksibx il-ġid għal
ruħek minn din il-grazzja kbira
skont id-direttivi Tiegħi, jiena
neħodulek u mbagħad inti tisfa’
waħdek; u t-turmenti kollha, li
inti tafhom tajjeb ħafna,
jerġgħu jiġu lura għandek. Ma
niħux gost meta inti ma tieħux
ġid għal ruħek mill-opportunita’
li tkun tista’ tarah u titkellem
miegħu. Jiena nagħti direttur
spiritwali lir-ruħ. Ħafna erwieħ
jitolbuni din il-ħaġa, imma
jiena ma nagħtix din il-grazzja
lil kulħadd. Minn dak il-waqt
meta Jiena tajtek dan
is-saċerdot bħala direttur
spiritwali, jiena tajtu dawl
ġdid sabiex hu jkun jista’
faċilment isir jaf lil ruħek u
jifhimha . . .
1562.
O Ġesu’ tiegħi, l-unika ħniena
għalija, ħallini nara wiċċek
kuntent bħala sinjal ta’
rikonċiljazzjoni miegħi, għax
qalbi ma tistax tiflaħ
s-serjeta’ Tiegħek; jekk din
il-ħaġa tibqa’ sejra mument
ieħor, qalbi tinqasam bin-niket.
Inti tista’ tara li issa wkoll
jiena ninsab mgħaffġa trab.
1563.
U f’dak l-istess waqt rajt lili
nnifsi f’tip ta’ palazz; u Ġesu’
tani idu, poġġieni bilqiegħda
maġenbu, u qalli bi tjubija,
Għarusa Tiegħi, inti dejjem
togħġobni bl-umilta’ tiegħek.
L-ikbar miżerja ma żżommnix
milli ningħaqad ma’ ruħ, imma
fejn hemm is-suppervja, Jiena ma
nkunx hemm.
X’ħin ġejt f’tiegħi, qgħadt
naħseb f’qalbi fuq dak li kien
ġara u raddejt ħajr lil Alla
għal imħabbtu u għalll-ħniena li
Hu kien wera miegħi.
1564.
Ġesu’, aħbini bħalma Inti nħbejt
taħt l-ispeċi ta’ Ostja bajda,
hekk ukoll aħbini mill-għajnejn
tal-bnedmin, u b’mod speċjali
aħbi d-doni li Inti tagħtini
għax Inti Qalbek tajba. Jalla
minn barra ma nittradix dak li
Inti qiegħed tagħmel ġewwa ruħi.
Jiena ostja bajda quddiemek, O
Saċerdot divin. Ikkonsagrani
Inti stess, u ħalli
t-transustanzazzjoni tiegħi tkun
taf biha Inti biss. Kuljum
jiena ninstab quddiemek bħala
ostja tas-sagrifiċċju u nitlob
il-ħniena Tiegħek fuq id-dinja.
Fis-skiet, u fil-moħbi, jiena
niżżvojta lili nnifsi quddiemek;
l-imħabba safja u sħiħa tiegħi
qed taqbad, fi skiet profond
bħala olokaswtu. U jalla
l-fwieħa ta’ mħabbti titla’ sa
quddiem it-tron Tiegħek. Inti
s-Sid tas-sidien, imma titpaxxa
b’erwieħ innoċenti u umli.
1565.
X’ħin dħalt fil-kappella għal
mument, il-Mulej qalli,
Binti, għinni nsalva lil ċertu
midneb li jinsab fil-punt
tal-mewt. Għid il-kurunella li
Jiena għallimtek għalih.
X’ħin bdejt ngħid il-kurunella,
rajt lil dan ir-raġel qiegħed
imut fost turmenti terribbli u
taqbid. L-Anġlu Kustodju tiegħu
kien qed jiddefendih, imma hu
kien bħallikieku bla saħħa
kontra l-kobor tal-miżerja
tar-ruħ. Għadd kbir ta’ xjaten
kienu qegħdin jistennew lir-ruħ.
Imma waqt li kont qiegħda ngħid
il-kurunella, rajt lil Ġesu’
preċiż kif ġie mpenġi
fix-xbieha. Ir-raġġi li ħarġu
mill-Qalb ta’ Ġesu’ daru madwar
il-marid, u s-setgħat tad-dlam
ħarbu f’paniku sħiħ. Il-marid ħa
l-aħħar nifs tiegħu fil-paċi.
X’ħin ġejt f’tiegħi, jiena fhimt
kemm hi importanti l-kurunella
għall-moribondi. Hija ttaffi
l-korla ta’ Alla.
1566.
X’ħin kont qiegħda nitlob maħfra
lill-Mulej Ġesu’ għal ċerta
azzjoni tiegħi li iktar tard
saret imperfetta, Ġesu’ kkalmani
b’dan il-kliem: Binti, Jiena
nippremjak għas-safa
tal-intenzjoni li inti kellek
filwaqt meta inti għamilt
l-azzjoni. Qalbi ferħet li inti
kont qiegħda taħseb f’imħabbti
meta inti għamilt l-azzjoni, u
dan għamiltu b’mod hekk ċar; u
issa wkoll inti għadek tikseb
il-ġid minn din il-ħaġa
jiġifieri, mill-umiljazzjoni.
Iva, binti, irridek dejjem
ikollok safa hekk kbira
fl-intenzjoni tiegħek sa
fl-iċken ħaġa li inti tagħmel.
1567.
Kif qbadt il-pinna f’idi,
indirizzajt talba qasira
lill-Ispirtu s-Santu u għidt,
“Ġesu’, bierek din il-pinna
sabiex dak kollu li Inti qed
tikkmandani nikteb iservi
għall-glorja ta’ Alla.” Imbagħad
smajt vuċi: Iva, Jiena
nberikha, għax din il-kitba
għandha s-siġill tal-ubbidjenza
lejn is-superjur u l-konfessur
tiegħek, u b’dak l-istess fatt
Jiena diġa’ qed ningħata glorja,
u ħafna erwieħ għad jiksbu ġid
spiritwali minnha. Binti, Jiena
qed nordnalek li inti tiddedika
l-ħin liberu kollu tiegħek
sabiex inti tikteb fuq
it-tjubija u l-ħniena Tiegħi.
Dan huwa l-impenn u x-xogħol
tiegħek matul ħajtek kollha
sabiex inti tgħarraf lill-erwieħ
bil-ħniena kbira Tiegħi
għalihom, u sabiex inti
tħeġġiġhom biex ikollhom fiduċja
fil-ħniena Tiegħi bla tarf.
1568.
O Ġesu’ tiegħi, jiena nemmen fi
kliemek u ma baqagħlix l-ebda
dubju dwar dan għax waqt
konverżazzjoni mal-Madre
Superjura (Irene), hija qaltli
nikteb iktar dwar il-ħniena
Tiegħek. Din il-ħaġa taqbel
ħafna mat-talba Tiegħek. O Ġesu’
tiegħi, jiena issa qiegħda
nifhem li jekk Inti titlob xi
ħaġa minn ruħ, Inti wkoll
tnebbaħ is-superjuri sabiex huma
jħalluna nwettqu dak li Inti
tkun trid, għalkemm xi kultant
jiġri li ma nirċevux il-permess
mill-ewwel, u l-paċenzja tagħna
ta’ spiss tiġi ppruvata . . .
1569.
+ O Mħabba li qatt ma tispiċċa,
Ġesu’, li ngħalaqt ġewwa Ostja
U li hemmhekk Inti taħbi
d-divinita’ u s-sbuħija Tiegħek,
Int dan tagħmlu sabiex tagħti
lilek innifsek, kollok kemm Int
lil ruħi
U sabiex Inti ma tbeżżgħhiex
bil-kobor tiegħek.
O Mħabba li ma tispiċċa qatt,
Ġesu’, li ħbejt lilek innifsek
taħt sura ma’ ħobż,
Dawl Etern, Għajn li ħadd ma
jista’ jifhimha ta’ ferħ u hena,
Għax Inti trid tkun għalija
l-ġenna fuq l-art;
Inti verament dan, meta
mħabbtek, O Alla, tagħti lilha
nnifsha lili.
1570.
O Alla verament Ħanin, Tjubija
nfinita’, illum l-umanita’
kollha qiegħda ssejjaħ
mill-abbiss tal-miżerja tagħha
lill-ħniena Tiegħek –
lill-kompassjoni Tiegħek, O
Alla; u hija tgħajjat bil-vuċi
qawwija tal-miżerja tagħha. Alla
ħanin, tirrifjutax it-talba
tal-eżiljati ta’ din l-art! O
Mulej, Tjubija li ħadd ma
jifhimha, li Inti konxju
mill-miżerja tagħna hekk kif
inhi, u taf li bis-saħħa tagħna
biss aħna m’aħniex kapaċi
nitilgħu ‘l fuq sa għandek, aħna
qegħdin nitolbuk; agħmel li
l-grazzja Tiegħek tantiċipana u
kompli żid il-ħniena Tiegħek
fina, sabiex aħna nkunu nistgħu
bil-fedelta’ nwettqu r-rieda
qaddisa Tiegħek matul ħajjitna
kollha u fis-siegħa tal-mewt
tagħna. Ħalli s-Setgħa bla tarf
tal-ħniena Tiegħek tkun it-tarka
tagħna mill-vleġeġ tal-għedewwa
tas-salvazzjoni tagħna, sabiex
aħna nkunu nistgħu bil-fiduċja,
bħala wliedek nistennew l-aħħar
miġja Tiegħek – dak il-jum li
Inti biss taf meta. Nistennew li
niksbu dak kollu li Ġesu’
wegħedna minkejja l-miżerja
kollha tagħna. Għax Ġesu’ Hu
t-Tama tagħna. Minn ġol-Qalb
ħanina Tiegħu, bħal minn
rixtellu miftuħ, aħna nibqgħu
għaddejjin għall-ġenna.
1571.
Intbaħt li, l-istess waqt meta
jiena dħalt fil-kunvent,
akkużawni b’ħaġa waħda;
jiġifieri, li jiena qaddisa.
Imma din il-kelma dejjem ġiet
użata b’disprezz. Għall-ewwel,
din il-ħaġa kienet tweġġagħni
ħafna, imma meta rnexxieli
nissuperaha, ma tajtx kasha
iżjed. Iżda , meta darba ċerta
persuna (forsi Dun Sopocko) bata
minħabba l-qdusija tiegħi,
weġġajt ħafna li, minħabba fija,
ħaddieħor kellu jħoss xi ħaġa li
mhix pjaċevoli. U bdejt nilmenta
mal-Mulej Ġesu’, u staqsejtu
għaliex kellu jkun dan, u
l-Mulej weġibni, Qalbek sewda
minħabba dan? Dażgur li int
qaddisa. Dalwaqt Jiena stess din
il-ħaġa nuriha fik, u huma għad
ilissnu dik l-istess kelma,
qaddisa, imma din id-darba
jgħiduha bi mħabba.
1572.
Qiegħed infakkrek, binti, li
kull darba li inti tisma’
l-arloġġ idoqq it-tielet siegħa,
inti tidħol kollok kemm int
fil-ħniena Tiegħi, taduraha u
tigglorifikaha; sejjaħ is-setgħa
bla tarf tagħha għad-dinja
kollha, u l-aktar għall-imsejkna
midinbin; għax f’dak il-mument
il-ħniena nfetħet beraħ għal
kull ruħ. F’din is-siegħa inti
tista’ tikseb kollox għalik
innifsek u għall-oħrajn; din
kienet is-siegħa tal-grazzja
għad-dinja kollha – il-ħniena
rebħet fuq il-ġustizzja.
Binti, ipprova agħmel mill-aħjar
sabiex inti tagħmel il-Via Sagra
f’din is-siegħa, jekk
id-dmirijiet tiegħek
jippermettulek; u jekk inti ma
tkunx tista’ tagħmel il-Via
Sagra, almenu idħol fil-kappella
għal mument wieħed u adura,
fis-Sagrament Imqaddes, lil
Qalbi, li hi mimlija ħniena; u
jekk ma tkunx tista’ tmur
fil-kappella, inġabar fit-talb
hemm fejn tkun tinsab imqar għal
waqt wieħed qasir. Jiena rrid
qima għall-ħniena Tiegħi minn
kull ħlejqa, imma fuq kollox
mingħandek, għax lilek Jiena
tajt l-għarfien l-iktar profond
ta’ dan il-misteru.
1573.
+ O Alla tiegħi, qiegħda
tegħlibni x-xewqa kbira li
għandi għalik illum. Xejn iktar
m’hu qiegħed jimlieli qalbi.
Id-dinja m’għad fiha xejn
għalija. O Ġesu’, b’liema qawwa
inħoss dan l-eżilju, kemm hu
twil għalija! O mewt,
messaġġiera ta’ Alla, meta sejra
tħabbarli dak il-waqt tant
mistenni, li permezz tiegħu
jiena ser ningħaqad ma’ Alla
għal dejjem?
1574.
O Ġesu’ tiegħi, agħmel li
l-aħħar jiem tat-turufnament
tiegħi fuq l-art ngħaddihom
nogħġob lir-rieda l-iżjed
qaddisa Tiegħek. Jiena ngħaqqad
it-tbatija, id-dieqa, l-istess
agunija tal-mewt mal-Passjoni
mqaddsa Tiegħek, u noffri ruħi
għad-dinja kollha biex nikseb
mingħand Alla kotra ta’ ħniena
għall-erwieħ, u l-iktar
għall-erwieħ li jinsabu fid-djar
tagħna. Jiena nittama b’fiduċja
sħiħa, u nerħi ruħi għal kollox
f’idejn ir-rieda qaddisa
Tiegħek, li hi l-istess ħniena.
Il-ħniena Tiegħek tkun kollox
għalija f’din l-aħħar siegħa ta’
ħajti, bħalma Inti stess
wegħedtni . . .
1575.
+ Insellimlek, Imħabba Eterna.
Ġesu’ ħelu tiegħi, Inti ndenjajt
tiġi tgħammar ġewwa qalbi!
Insellilmek, O Alla li ndenjajt
tiċċekken daqshekk, u għax
tħobbni tant battalt lilek
innifsek, li ħadt il-forma bla
ebda siwi ta’ ħobż. Insellimlek,
Ġesu’, fjura li qatt ma tidbiel
tal-umanita’. Inti kulma għandi
bżonn għal ruħi. Imħabbtek hi
iktar safja mill-ġilju, u
l-preżenza Tiegħek togħġobni
iktar mill-fwieħa tal-ġjanċint.
Il-ħbiberija Tiegħek hi iktar
ħelwa u iktar fina mill-fwieħa
tal-warda, u xorta waħda hi
iktar qawwija mill-mewt. O
Ġesu’, sbuħija bla tarf, Inti
tikkomunika l-aħjar ma’ erwieħ
safja, għax huma biss kapaċi
jagħmlu atti ta’ erojiżmu u
sagrifiċċju. O demm ħelu ta’
Ġesu’ aħmar bħall-ward, agħmel
li demmi jsir nobbli u biddlu
f’demmek stess, u ħalli dan isir
fija skont ma jogħġob lilek.
1576.
Kun af, binti, li bejni u bejnek
hemm abbiss bla qiegħ, abbiss li
jifred il-Ħallieq mill-ħlejqa.
Imma dan l-abbiss jinsab mimli
bil-ħniena Tiegħi. Jiena
ngħollik sa ħdejja, mhux għax
għandi bżonnok, imma hija biss
permezz tal-ħniena Tiegħi li
Jiena nikkonċedilek il-grazzja
ta’ għaqda flimkien Miegħi.
1577.
Għid lill-erwieħ li m’għandhomx
ipoġġu ostakli għall-ħniena
Tiegħi f’qalbhom stess, għax din
il-ħniena tixtieq taħdem ġewwa
fihom bi kbir. Il-ħniena Tiegħi
taħdem ġewwa dawk il-qlub kollha
li jiftħu l-bibien tagħhom
Għalija. Kemm il-midneb kif
ukoll il-bniedem ġust li jagħmel
dak li hu moralment tajjeb
għandhom bżonn tal-ħniena
Tiegħi. Il-konverżjoni, kif
ukoll il-perseveranza, hija
grazzja tal-ħniena Tiegħi.
1578.
B’mod speċjali dawk l-erwieħ li
jinsabu mexjin fit-triq
tal-perfezzjoni għandhom jaduraw
il-ħniena Tiegħi, għax
l-abbundanza ta’ grazzja li
Jiena nagħtihom ġejja
mill-ħniena Tiegħi. Jiena
nixtieq li dawn l-erwieħ
jintgħarfu mill-fiduċja bla tarf
fil-ħniena Tiegħi. Jiena stess
nieħu ħsieb tal-qdusija ta’
erwieħ bħal dawn. Jiena
nipprovdilhom kulma huma
jeħtieġu sabiex isiru qaddisin.
Il-grazzji tal-ħniena Tiegħi
tistgħu tiġbduhom għal għandkom
b’mezz wieħed biss, u dik hi:
il-fiduċja. Iktar ma ruħ tafda,
iktar tirċievi. Erwieħ li jafdaw
bla ebda limitu huma ta’ faraġ
kbir Għalija, għax Jiena nferra’
ġo fihom it-teżori kollha
tal-grazzji Tiegħi. Jiena nifraħ
meta huma jitolbuni ħafna, għax
hija x-xewqa Tiegħi li nagħti
ħafna, ħafna. Mill-banda l-oħra,
Jiena nsewwed Qalbi meta
l-erwieħ jitolbu ftit, meta
l-qlub tagħhom jingħalqu.
1579.
+ L-iktar li nbati meta niltaqa’
mal-wiċċ b’ieħor. Issa nista’
nifhmek, Feddej tiegħi, għaliex
Inti ċanfart lill-Fariżej b’mod
tant sever għall-wiċċ b’ieħor
tagħhom. Inti sibtha iktar faċli
tagħmilha ma’ midinbin magħrufin
meta huma resqu lejk niedma.
1580.
Ġesu’ tiegħi issa jiena nista’
nara li jiena mxejt warajk
fl-istadji kollha ta’ ħajti:
it-tfulija, iż-żgħożija,
il-vokazzjoni, il-ħidma
apostolika, Tabor, Ġetsemani, u
issa diġa’ ninsab miegħek fuq
il-Kalvarju. B’rieda tajba
ħallejt lili nnifsi niġi
msallba, u fil-fatt diġa’ ninsab
minxura fuq is-salib, u nħoss
biċ-ċar li s-saħħa ġejja għandi
mis-Salib Tiegħek, li Inti u
Inti biss il-perseveranza
tiegħi. Għalkemm spiss nisma’
l-leħen tat-tentazzjoni
ssejjaħli, “Inżel minn fuq
is-salib!” il-qawwa ta’ Alla
tagħtini s-saħħa. Għalkemm
is-solitudni u d-dlam u
t-tbatijiet ta’ kull xorta
jaħbtu kontra qalbi, il-qawwa
misterjuża ta’ Alla tweżinni u
ssaħħaħni. Irrid nixrob it-tazza
sal-aħħar qatra. Jiena għandi
fiduċja sħiħa li l-grazzja
Tiegħek, li żammitni fil-Ġnien
taż-Żebbuġ, iżżommni issa wkoll
li ninsab fuq il-Kalvarju.
1581.
O Ġesu’ tiegħi, Mgħallem tiegħi,
jiena ngħaqqad ix-xewqat tiegħi
max-xewqat li Inti kellek fuq
is-salib: jiena nixtieq inwettaq
ir-rieda qaddisa Tiegħek, jiena
nixtieq il-konverżjoni
tal-erwieħ; jiena nixtieq li
tiġi adurata l-ħniena Tiegħek;
jiena nixtieq li t-trijonf
tal-Knisja jasal malajr; jiena
nixtieq li l-Festa tal-Ħniena
tiġi ċċelebrata fid-dinja
kollha; jiena nixtieq il-qdusija
tas-saċerdoti; jiena nixtieq li
jkun hemm qaddisa
fil-Kongregazzjoni tagħna; jiena
nixtieq li l-Kongregazzjoni
tagħna kollha jkollha spirtu
kbir ta’ ħeġġa għall-glorja ta’
Alla u għas-salvazzjoni
tal-erwieħ; jiena nixtieq li
dawk l-erwieħ li jgħixu fid-djar
tagħna ma joffendux lil Alla,
imma jipperseveraw fit-tajjeb;
jiena nixtieq il-barka ta’ Alla
tinżel fuq il-ġenituri tiegħi u
fuq il-familja tiegħi kollha
kemm hi; jiena nixtieq li Alla
jagħti dawl speċjali
lid-diretturi spiritwali tiegħi,
u b’mod speċjali lil Patri An. U
Dun So.; jiena nixtieq barka
speċjali għas-Superjuri
(nota234) li jiena kont taħt
id-direzzjoni tagħhom, u b’mod
speċjali għall-Madre Ġenerali
(Michael), għall-Madre Irene u
għad-Direttriċi tan-Novizzi,
Madre (Mary) Joseph.
1582.
O Ġesu’ tiegħi, jiena issa
ngħannaq miegħi d-dinja kollha u
nitolbok turi ħniena magħha.
Meta Inti tgħidli, O Alla, li
jkun biżżejjed, li r-rieda
qaddisa Tiegħek ġiet imwettqa
għal kollox, imbagħad, Feddej
tiegħi, flimkien miegħek, jiena
nerħi ruħi f’idejn il-Missier
tas-Sema, mimlija fiduċja
fil-ħniena Tiegħek bla tarf. U
meta noqgħod quddiem it-tron
Tiegħek, l-ewwel innu li
nkantalek ikun wieħed
lill-ħniena Tiegħek. Dinja
msejkna, minix sejra ninsiek.
Għalkemm jiena nħoss li malajr
ser negħreq f’Alla bħallikieku
f’oċejan ta’ hena, dan ma
jżommnix milli nerġa’ lura
fid-dinja sabiex nagħmel
il-kuraġġ lill-erwieħ u
nħeġġiġhom sabiex jafdaw
fil-ħniena ta’ Alla. Fil-fatt
din l-immersjoni tiegħi f’Alla
tagħtini l-possibilta’ li naħdem
kemm u kif irrid.
1583.
Filwaqt li qiegħda nikteb dan,
nista’ nisma’ lil Satana jheżżeż
snienu. Hu ma jiflaħx
għall-ħniena ta’ Alla, u l-ħin
kollu jsabbat l-affarijiet
fiċ-ċella tiegħi. Imma tant
inħoss il-qawwa ta’ Alla ġewwa
fija li lanqas biss jimpurtani
li l-għadu tas-salvazzjoni
tagħna jitlagħlu, u nkompli
nikteb bi kwieti.
1584.
O tjubija ta’ Alla li ħadd ma
jista’ jifhimha, li tħarisna ma’
kull pass li aħna nagħmlu, jalla
l-ħniena Tiegħek tiġi mfaħħra
bla heda. Il-fatt li Inti sirt
ħu l-bnedmin u mhux ħu l-anġli,
huwa miraklu tal-misteru
tal-ħniena Tiegħek li ħadd ma
jista’ jifhmu. Il-fiduċja tagħna
kollha qiegħda Fik, ħuna mwieled
l-ewwel, Ġesu’ Kristu, veru Alla
u veru Bniedem. Qalbi tibda
tferfer bil-ferħ meta tara kemm
Hu tajjeb Alla magħna, bnedmin
imsejkna u ingrati. Bħala prova
tal-imħabba Tiegħu, jagħtina
fil-persuna ta’ Ibnu, d-don li
qatt ma nistgħu nifhmu. Matul
l-eternita’ kollha, qatt m’aħna
ser naslu biex nifhmu dan
il-misteru ta’ mħabba. O
umanita’, għaliex taħseb hekk
ftit fuq il-fatt li Alla jinsab
tassew fostna? O Ħaruf ta’ Alla,
ma nafx x’għandi nammira l-ewwel
Fik: il-ħlewwa Tiegħek, il-ħajja
moħbija Tiegħek, il-fatt li Inti
battalt Lilek innifsek minħabba
l-bniedem, jew il-miraklu għadu
għaddej tal-ħniena Tiegħek, li
tbiddel lill-erwieħ u terfagħhom
‘il fuq għall-ħajja eterna.
Għalkemm Inti tinsab moħbi b’dan
il-mod, is-setgħa bla tarf
Tiegħek tidher iktar ċara
hawnhekk milli meta Inti ħlaqt
il-bniedem. Għalkemm is-setgħa
tal-ħniena Tiegħek qiegħda
taħdem fil-ġustifikazzjoni
tal-midneb, imma l-ħidma Tiegħek
hi tenera u moħbija.
1585.
Dehra ta’ Omm Alla, F’nofs dija
kbira, rajt lil Omm Alla liebsa
libsa bajda, imdawra b’ċinturin
tad-deheb; u kien hemm kwiekeb
żgħar, tad-deheb ukoll, fuq
il-libsa kollha, bi kmiem forma
ta’ V maqluba, infurrati
bid-deheb. Il-mantell tagħha
kien ikħal kulur is-sema,
mitfugħ ħafif fuq l-ispallejn.
Velu trasparenti kien qed
jgħattilha rasha ħafif ħafif,
filwaqt li xagħarha twil kien
imżejjen b’kuruna tad-deheb fuqu
li kienet tispiċċa fi slaleb
żgħar. Fuq ix-xellug kienet
qiegħda żżomm il-Bambin Ġesu’
f’dirgħajha. Kien għadni qatt ma
rajt il-Verġni Mbierka f’din
is-sura. Imbagħad hi ħarset
lejja u qaltli: Jiena Omm
Alla tas-Saċerdoti.
(nota235) Ma’ dan il-kliem,
Hija niżżlet lil Ġesu’ fl-art
minn fuq dirgħajha, għolliet
idha l-leminija lejn is-sema u
qalet: O Alla bierek
lill-Polonja, bierek
lis-saċerdoti. Imbagħad
reġgħet kellmitni għal
darb’oħra: Għid lis-saċerdoti
dak li inti rajt. Iddeċidejt
li mal-ewwel ċans (li jkolli) li
nara lil Patri (Andrasz) kont
sejra ngħidlu; imma waħdi ma
nista’ nifhem xejn minn din
id-dehra.
1586.
O Ġesu’ tiegħi, Inti tista’ tara
kemm jiena grata lejn Dun
Sopocko, li tant mexxa ‘l
quddiem l-Opra Tiegħek. Dik
ir-ruħ, li hi tant umli, kellha
tissaporti t-tempesti kollha. Ma
ħalliex lilu nnifsu jaqta’ qalbu
mill-kuntrarju, imma wieġeb
bil-fedelta’ għas-sejħa ta’
Alla.
1587.
+ Waħda mis-sorijiet kellha
d-dmir li ddur bil-morda, imma
tant kienet traskurata li wieħed
kellu verament jipprattika
l-mortifikazzjoni. Darba, kont
iddeċidejt li nkellem
lis-superjura dwar din il-ħaġa,
imma mbagħad smajt vuċi ġewwa
ruħi: Issaportiha
bil-paċenzja; xi ħaddieħor ser
jgħidilha. Imma s-servizz
baqa’ l-istess għal xahar sħiħ.
Meta sa fl-aħħar stajt ninżel
fir-refettorju u
għar-rikreazzjoni, smajt dan
il-kliem ġewwa ruħi: Issa xi
sorijiet oħrajn ser jitkellmu
dwar is-servizz traskurat ta’
dik is-soru, imma inti għandek
iżżomm is-skiet u titkellimx
dwar din il-ħaġa. U f’dak
il-ħin bdiet tinstema’ l-kritika
ħarxa dwar dik is-soru, imma hi
ma kellha xejn (xi tgħid) biex
tiddefendi lilha innfisha, u
s-sorijiet kollha flimkien qalu,
“Sor, aħjar tara kif se tagħmel
biex ittejjeb is-servizz tiegħek
mal-morda.” Jiena sibt li xi
kultant il-Mulej ma jkunx iridna
nitkellmu waħidna; Huwa għandu
l-mezzi Tiegħu u jaf meta għandu
jitkellem.
1588.
Illum jiena smajt dan il-kliem:
Fil-Patt il-Qadim Jiena
bgħatt il-profeti għand
il-bnedmin bis-sajjetti
f’idejhom. Illum Jiena qiegħed
nibgħatek bil-ħniena Tiegħi
għand in-nies tad-dinja kollha.
Jiena ma rridx nikkastiga
lill-umanita’ li qiegħda tbati,
imma nixtieq infejjaqha u
nrossha mal-Qalb Tiegħi mimlija
ħniena. Jiena nuża l-kastig meta
huma stess iġegħluni nġib ruħi
b’dan il-mod; idi ma tkunx trid
taqbad ix-xabla tal-ġustizzja.
Qabel Jum il-Ħaqq Jiena qed
nibgħat Jum il-Ħniena. Jiena
weġibt, “O Ġesu’, kellimhom Int
lill-erwieħ, għax kliemi ma
għandu l-ebda mertu.”
+
Ġ.M.Ġ
L-istennija tar-Ruħ għall-miġja
tal-Mulej.
1589.
Jiena ma nafx, O Mulej, x’ħin
ser tiġi Inti.
U għalhekk nishar il-ħin kollu u
nħejji ruħi
Bħala għarusa magħżula Tiegħek,
Għax naf li Int tħobb tiġi
mingħajr ma tavża minn qabel.
Imma ruħ safja tinduna bik
mill-bogħod, O Mulej.
Jiena qiegħda nistenniek, Mulej,
fil-kalma u s-skiet,
B’xenqa kbira ġewwa qalbi.
U b’xewqa li ma nistax nrażżanha
Inħoss li mħabbti għalik qiegħda
tinbidel f’nar
U li għad togħla sas-sema bħal
fjamma fl-aħħar ta’ ħajti,
U mbagħad naqta’ x-xewqat kollha
tiegħi.
Ejja, mela, sa fl-aħħar, Mulej
tiegħi l-iktar ħelu
U ħu din il-qalb għatxana tiegħi
Hemm, fid-dar Tiegħek
fil-postijiet għoljin tas-sema,
Fejn tibqa’ għaddejja l-ħajja
eterna Tiegħek.
Il-ħajja f’din l-art hi biss
agunija,
Ladarba qalbi tħoss li maħluqa
għal affarijiet għoljin.
Għax il-wita ta’ din il-ħajja ma
fiha l-ebda interess għalija,
Għax pajjiżi hu fis-sema – dan
jiena nemmnu bis-sħiħ.
(Tmiem tal-Ħames Pitazz)
Swor M. Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena
Il-Ħniena ta’ Alla jiena għad
infaħħar għal dejjem
Is-Sitt Pitazz
+
Ġ.M.Ġ.
1590.
Faħħar, O ruħ tiegħi
Il-ħniena ta’ Alla li ħadd ma
jista’ jifhimha.
Jalla kollox ikun għall-glorja
Tiegħu.
Krakovja, 10 ta’ Frar 1938.
Is-sitt pitazz.
Swor Fawstina tas-Sagrament
Imqaddes tas-sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena.
1591.
Qalbi tinġibed hemm fejn jinsab
moħbi Alla tiegħi,
Fejn hu jgħammar magħna lejl u
nhar,
Liebes l-Ostja Bajda;
Huwa jaħkem d-dinja kollha,
jikkomunika mal-erwieħ.
Qalbi tinġibed hemm fejn qed
jistaħba Alla tiegħi,
Fejn Imħabbtu tinsab
issagrifikata.
Imma qalbi tħoss li hawnhekk
hawn l-ilma ħaj;
Huwa Alla tiegħi ħaj, għalkemm
velu qed jaħbih.
1592.
10 ta’Frar 1938. Waqt
il-meditazzjoni, il-Mulej tani
għarfien tal-ferħ li jkun hemm
fil-ġenna u l-ferħ tal-qaddisin
meta aħna naslu hemm; huma
jħobbu lil Alla bħala l-uniku
oġġett ta’ mħabbithom, imma
għandhom ukoll imħabba tenera u
ġenwina għalina. Dan il-ferħ
joħroġ minn wiċċ Alla għal fuq
kulħadd, għax aħna narawh wiċċ
imb’wiċċ. Wiċċu tant hu ħelu li
r-ruħ terġa’ taqa’ mill-ġdid
f’esatasi.
1593.
Il-Mulej stess iqanqalni sabiex
nikteb talb u innijiet fuq
il-ħniena Tiegħu, u dawn
l-innijiet ta’ tifħir ifiġġu bla
ma rrid minn fuq xofftejja.
Innotajt li l-kliem ta’ tifħir
għall-ħniena ta’ Alla jidħol ġo
moħħi meta jkun diġa’ fformulat,
u għalhekk iddeċidejt li
niktibhom sakemm huwa possibli
għalija. Nista’ nħoss lil Alla
jħeġġiġni sabiex nagħmel dan.
1594.
Waħda mis-sorijiet ġiet
fiċ-ċella tiegħi għal ftit. Wara
taħdita qasira fuq is-suġġett
tal-ubbidjenza, hija qaltli,
“Issa nista’ nifhem kif kienu
jġibu ruħhom il-qaddisin.
Grazzi, Sor; dawl kbir daħal
ġewwa ruħi; u ħareġ ħafna ġid
spiritwali.”
1595.
O Ġesu’ tiegħi, dan huwa
xogħlok. Kont Int li tkellimt
b’dan il-mod ma’ dik ir-ruħ,
għax din is-soru daħlet għandi
x’ħin jiena kont ninsab mitlufa
f’Alla, u kien preċiż f’dak
il-mument meta ħareġ minn ġo
fija dan il-ħsieb profond. O
Ġesu’ tiegħi, jiena naf li, biex
wieħed ikun utli għall-erwieħ,
irid jagħmel mill-aħjar biex
ikollu għaqda mill-iżjed qrib
miegħek, li Int Imħabba Eterna.
Kelma waħda mingħand ruħ
maqgħuda ma’ Alla tagħmel iktar
ġid fl-erwieħ minn
diskussjonijiet elokwenti u
priedki ġejjin minn ruħ
imperfetta.
1596.
+ Rajt kemm kien sorpriż Patri
A. (Andrasz) bl-azzjonijiet
tiegħi, imma dan kollu seħħ
għall-glorja ta’ Alla. O, kemm
hi kbira l-grazzja Tiegħek. O
Mulej, grazzja li terfa’ lir-ruħ
iktar ‘il fuq fil-għoli. Jiena
nħossni grata ħafna lejn
il-Mulej li tani saċerdot
imdawwal, Inti stajt tibqa’
tħallini fl-inċertezzi u
d-dubji, imma it-tjubija Tiegħek
irranġat dan kollu. O Ġesu’
tiegħi, hija ħaġa mpossibli
għalija li jiena ngħodd
il-favuri Tiegħek . . .
1597.
Binti, it-taqbida tiegħek għad
tibqa’ sejra sal-mewt. Tiġi fi
tmiemha mal-aħħar nifs tiegħek.
Inti għad tirbaħ permezz
tal-manswetudni.
1598.
13 ta’ Frar 1938. Stajt nara
kemm il-Mulej Ġesu’ imur kontra
qalbu għand ċerti erwieħ
fit-Tqarbin Imqaddes. U qalli
dan il-kliem: Jiena nidħol
f’ċerti qlub qisni dieħel
għat-tieni Passjoni.
1599.
Kif kont qiegħda nipprova
nagħmel is-Siegħa tiegħi
tal-Adorazzjoni, rajt lil Ġesu’
qed ibati u Hu qalli dan
il-kliem: Binti, tagħtix
daqstant kas tal-mezz
tal-grazzja daqskemm tagħti
lill-grazzja stess li Jiena
nagħtik, għax lilek mhux dejjem
jogħġbok il-mezz, u mbagħad
saħansitra l-grazzji wkoll
jonqsu. Jiena rrid inħarsek minn
din il-ħaġa, u rridek li qatt ma
tagħti kas tal-mezz li Jiena
nuża biex nagħtik il-grazzja
Tiegħi. Agħmel li l-attenzjoni
kollha ta’ ruħek tkun
ikkonċentrata fuq it-tweġiba
tiegħek għall-grazzja Tiegħi
biex din tkun fidila kemm jista’
jkun.
1600.
+ O Ġesu’ tiegħi, jekk Inti
stess ma tkunx il-faraġ
għax-xenqa ta’ ruħi, mela ħadd
ma jista’ jsabbarha jew
ifarraġha. Kull darba li Inti
tersaq lejja din il-ħaġa tqajjem
estasi ġodda ta’ mħabba ġewwa
ruħi, kif ukoll agunija ġdida;
għax, minkejja d-drabi kollha li
Inti tersaq lejn ruħi, ukoll
bl-iktar mod eċċezzjonali,
jibqa’ l-fatt li jiena għadni
qiegħda nħobbok mill-bogħod, u
qalbi qiegħda tmut f’estasi ta’
mħabba; għax din għadha mhix
l-għaqda sħiħa u eterna,
għalkemm Inti tikkomunika miegħi
tant spiss mingħajr velu
(bħallikieku wiċċ imb’wiċċ);
madankollu, b’dan il-mod Inti
tiftaħ ġewwa ruħi u qalbi abbiss
ta’ mħabba u xenqa għalik, Alla
tiegħi; u dan l-abbiss bla
qiegħ, din ix-xewqa totali għal
Alla, ma tistax timtela bis-sħiħ
hawn fl-art.
1601.
Il-Mulej għarrafni kemm jixtieq
il-perfezzjoni tal-erwieħ
magħżulin.
L-erwieħ magħżulin huma,
f’idejja, dwal li Jiena nwaddab
fid-dlam tad-dinja u li permezz
tagħhom Jiena ndawwalha. Bħalma
l-kwiekeb idawlu l-lejl, hekk
ukoll l-erwieħ magħżulin idawlu
d-dinja. U iktar ma r-ruħ tkun
perfetta, iktar ikun qawwi u
jinxtered fil-bogħod id-dawl
imxerred minnha. Hija tista’
tkun moħbija u ħadd ma jkun jaf
biha, lanqas dawk li huma
l-iktar qrib tagħha, u xorta
waħda l-qdusija tagħha tiġi
riflessa fl-erwieħ ukoll
sat-trufijiet l-iktar imbiegħda
tad-dinja.
1602.
Illum il-Mulej qalli, Binti,
meta inti tmur tqerr, f’din
il-għajn tal-ħniena Tiegħi,
id-Demm u l-Ilma li ħarġu minn
Qalbi dejjem jinżlu fuq ruħek u
jagħmluha nobbli. Kull darba li
inti tmur tqerr, għaddas lilek
innifsek kollok kemm int
fil-ħniena Tiegħi, b’fiduċja
kbira, sabiex Jiena nkun nista’
nferra’ l-abbundanza tal-grazzja
Tiegħi fuq ruħek. Meta inti
tersaq lejn il-konfessinarju,
kun af dan, li Jiena stess inkun
qiegħed nistenniek hemmhekk.
Is-saċerdot ikun qiegħed biss
jaħbini, imma Jiena stess inkun
qiegħed naħdem f’ruħek. Hawnhekk
il-miżerja tar-ruħ tiltaqa’ ma’
Alla tal-ħniena. Għid
lill-erwieħ li minn din il-għajn
tal-ħniena l-erwieħ jiġbdu
fuqhom il-grazzji biss permezz
tal-fiduċja. Jekk il-fiduċja
tagħhom tkun kbira, m’hemm
l-ebda limitu għall-ġenerożita’
Tiegħi. L-erwieħ umli jegħrqu
fix-xmajjar tal-grazzja Tiegħi.
Is-suppervi jibqgħu dejjem fi
stat ta’ faqar u miżerja, għax
il-grazzja Tiegħi titbiegħed
minnhom biex iddur lejn l-erwieħ
umli.
1603.
14 ta’ Frar (1938). Waqt
l-adorazzjoni, smajt dan
il-kliem: Itlob għal waħda
mill-istudenti li teħtieġ ħafna
il-grazzja Tiegħi. U għaraft
lil N. Tlabt ħafna, u l-ħniena
ta’ Alla għannqet lil dik
ir-ruħ.
1604.
Meta, waqt l-adorazzjoni,
qgħadt nirrepeti t-talba, “Alla
Qaddis” diversi drabi, f’daqqa
waħda ġiet fuqi preżenza qawwija
ta’ Alla, u tteħidt fl-ispirtu
quddiem il-majesta’ ta’ Alla.
Rajt kif l-Anġli l-Qaddisin
tal-Mulej qegħdin jagħtu glorja
lil Alla. Tant hi kbira l-glorja
ta’ Alla li lanqas biss nażżarda
niddeskriviha, għax lanqas inkun
kapaċi nagħmilha din il-ħaġa, u
l-erwieħ forsi jaħsbu li kulma
hemm huwa dak li jiena ktibt.
San Pawl, issa nista’ nifhem
għaliex inti ma rridtx
tiddeskrivi l-ġenna, imma għidt
biss li għajn qatt ma rat, widna
qatt ma semgħet , lanqas tnissel
fil-qalb tal-bniedem dak li Alla
ħejja għal dawk li jħobbuh. (ara
1 Kor 2:9 Kor 12 1:7). Iva, dan
hu hekk tassew. U dak li ħareġ
mingħand Alla jerġa’ lura għandu
bl-istess mod u jagħtih glorja
perfetta. Issa rajt il-mod kif
jiena nadura lil Alla. O kemm hu
mod fqir! U kemm hi qatra żgħira
meta nqabbilha ma’ dik l-glorja
perfetta tas-sema. O Alla
tiegħi, kemm Inti tajjeb li Inti
tilqa’ t-tifħir tiegħi wkoll, u
li Inti ddawwar wiċċek lejja bi
tjubija u li tħallina nsiru nafu
li t-talba tagħna togħġbok.
1605.
Ikteb kollox li jiġrilek u li
għandu x’jaqsam mat-tjubija
Tiegħi.
Jiena weġibt “Xi trid tgħid,
Mulej, x’jiġri jekk jiena nikteb
iżżejjed?” U l-Mulej wieġeb,
Binti, ukoll li kieku kellek
titkellem fl-istess waqt
bl-ilsna kollha tal-bnedmin u
tal-anġli, xorta waħda ma tkunx
għidt ħafna, imma
għall-kuntrarju, kont tkun
kantajt xi ftit biss it-tifħir
tat-tjubija Tiegħi – tal-ħniena
Tiegħi bla tarf.
O Ġesu’ tiegħi, Inti stess trid
tpoġġili l-kliem fuq fommi,
sabiex jiena nkun nista’
nfaħħrek denjament.
Binti, kun fil-paċi; agħmel
bħalma ngħidlek Jiena.
Il-ħsibijiet tiegħek huma
maqgħudin ma’ Tiegħi, mela ikteb
dak li jiġi f’moħħok. Inti
s-segretarja tal-ħniena Tiegħi.
Jiena għażiltek għal din
il-missjoni f’din il-ħajja u
fil-ħajja l-oħra. Hekk irrid
minkejja l-oppożizzjoni kollha
li jagħmlulek. Kun af li
l-għażla Tiegħi mhix ser
tinbidel.
F’dak il-waqt jiena ntfajt
kollni kemm jiena f’umilta’
profonda quddiem il-majesta’ ta’
Alla. Imma iktar ma umiljajt
lili nnifsi, iktar nifditni
l-preżenza ta’ Alla . . .
1606.
O Ġesu’, l-uniku faraġ tiegħi!
Kemm hu tal-biża’ dan l-eżilju!
Kemm hu terribbli dan id-deżert
li rrid naqsam! Ruħi qiegħda
titqabad biex tgħaddi minn
masġar terribbli mimli b’kull
tip ta’ diffikulta’. Li kieku
Inti stess ma kontx qiegħed
tweżinni, Mulej, ma kienx ikun
hemm ċans li nimxi ‘l quddiem.
1607.
16 (ta’ Frar)1938. Filwaqt li
kont qiegħda nitlob lill-Qalb
ħajja ta’ Ġesu’ fis-Sagrament
Imqaddes għall-intenzjoni ta’
ċertu saċerdot, Ġesu’ f’daqqa
waħda għarrafni bit-tjubija
Tiegħu u qalli, Jiena minix
ser nagħtih xejn li hu ma jkunx
jiflaħ għalih.
1608.
+ X’ħin sirt naf bi ftit
mit-tbatijiet u l-inkwiet li
ċerta persuna (nota236)
kienet għaddejja minnu b’rabta
ma’ din l-opra kollha kemm hi
ta’ Alla, jiena staqsejt
lill-Mulej Ġesu’ qabel
it-Tqarbin li Hu jgħarrafni jekk
b’xi mod dawn it-tbatijiet kinux
ġejjin minni: “Ġesu’ tiegħi
l-iktar ħelu, jiena qiegħda
nitolbok permezz tat-tjubija
infinita’ u tal-ħniena Tiegħek,
għarrafni jekk hemmx xi ħaġa
f’din l-affari kollha li ma
togħġbokx jew jekk jiena għandix
xi ħtija f’din il-ħaġa. Jekk
hemm, nitolbok, meta Inti tiġi
ġewwa qalbi, imlieha bl-inkwiet
u għarrafni bil-fatt li jiena ma
nogħġbokx. U jekk ma naħtix
f’din il-ħaġa, ikkonfermani
fil-paċi.” X’ħin irċevejt
il-Mulej, ruħi mtliet b’paċi
kbira, u l-Muelj tani x’nifhem
li l-opra kienet għaddejja minn
prova imma xorta waħda baqgħet
togħġob lil Alla minħabba dan.
Jiena ħassejt ferħ kbir b’dan
imma rdoppjajt it-talb tiegħi
sabiex din l-opra tkun tista’
tgħaddi minn din il-prova bla
ebda ħsara.
1609.
O Ġesu’ tiegħi, kemm hi ħaġa
tajba li tkun fuq is-salib, imma
flimkien Miegħek! Imħabba
tiegħi, flimkien Miegħek, ruħi
tinsab il-ħin kollu minxura fuq
is-salib u qiegħda timtela
bl-imrar. Ħall u morr imissu ma’
xofftejja, imma din ħaġa tajba,
għax il-Qalb Divina Tiegħek
kienet mimlija mrar matul ħajtek
kollha, u bi ħlas għal imħabbtek
Inti rċevejt ingratitudni. Tant
kont miġugħ li tnehida mnikkta
ħarġet minn xofftejk meta Inti
għidt li kont qed tfittex lil xi
ħadd biex ifarrġek u ma sibt lil
ħadd. (ara Salm 68:21)
1610.
+ Meta tlabt lill-Mulej juri
tjieba u jitfa’ ħarstu fuq ċerta
ruħ (probabbilment Dun Sopocko)
li kien qed jissielet waħdu ma’
ħafna diffikultajiet, il-Mulej
tani x’nifhem, f’waqt wieħed, li
l-bnedmin kollha huma bħal trab
taħt riġlejh. Mela tinkwetax;
inti tista’ tara li waħedhom ma
jistgħu jagħmlu xejn. U jekk
Jiena nħallihom jidhru li qed
jittrijonfaw, dan nagħmlu
minħabba d-digrieti Tiegħi li
ħadd ma jista’ jifhimhom.
Kelli esperjenza ta’ paċi kbira
x’ħin rajt li kollox huwa mmexxi
mill-Mulej.
1611.
+
Meta l-kappillan (Dun Theodore)
iġibli l-Mulej Ġesu’, ikun hemm
waqtiet meta jiena nimtela’ bi
preżenza qawwija ħafna ta’ Alla,
u l-Mulej jgħarrafni bil-qdusija
Tiegħu. F’waqtiet bħal dawn,
inkun nista’ nara l-iċken traba
li jkun hemm fuq ruħi, u nkun
irrid insaffi ruħi qabel kull
Tqarbina. X’ħin staqsejt
lill-konfessur qalli li m’hemmx
bżonn inqerr qabel kull
Tqarbina. It-Tqarbina tneħħi
dawn l-affarijiet żgħar u hija
tentazzjoni toqgħod taħseb fuq
il-qrar waqt it-Tqarbin. Jiena
ma komplejtx infisser l-istat
ta’ ruħi f’dettall iktar, għax
hu ma kienx id-direttur tiegħi,
imma l-konfessur. (nota237)
Dan l-għarfien ma jaħlilix
il-ħin tiegħi, għax jgħaddi
mgħaġġel iktar mill-beraq;
iħeġġiġli mħabbti, u meta
jgħaddi nkun sirt naf lili
nnifsi . . .
1612.
+ 20 ta’ Frar (1938). Illum
il-Mulej qalli, Għandi bżonn
it-tbatijiet tiegħek biex
insalva l-erwieħ.
O Ġesu’ tiegħi, agħmel bija dak
li trid. Ma kellix il-kuraġġ
nitlob lill-Mulej Ġesu’ jagħtini
tbatijiet ikbar, għax tant kont
batejt il-lejl ta’ qabel li ma
kontx niflaħ qatra iżjed milli
tani Ġesu’ nnifsu.
1613.
Kważi l-lejl kollu kelli wġigħ
hekk qawwi li ħassejtni
bħallikieku imsarni kollha kienu
qed jiġu mbiċċrin. Irremettejt
il-mediċina li kont ħadt. X’ħin
baxxejt rasi mal-art, intlift
minn sensija, u bqajt f’dak
l-istat għal xi ħin, b’rasi
fl-art. X’ħin ġejt f’sensija,
indunajt li ġismi kollu kien qed
jagħfas fuq rasi u wiċċi, u li
kont miskija vomtu. Ħsibt li
kont wasalt fl-aħħar. L-għażiża
Madre Superjura (Irene) u Swor
Tarcisia (nota238) kienu
qedgħin jippruvaw jgħinnuni
mill-aħjar li setgħu. Ġesu’ kien
qed jitlob it-tbatija, imma mhux
il-mewt. O Ġesu’ tiegħi, agħmel
bija dak li trid. Agħtini biss
is-saħħa sabiex inkun nista’
nbati. Ladarba l-qawwa Tiegħek
tweżinni, nissaporti kollox. O
erwieħ, kemm inħobbkom!
1614.
Illum waħda mis-sorijiet
(probabbilment Swor Amelia)
(nota239) ġiet tarani u
qaltli, “Sor, għandi sensazzjoni
stramba, bħallikieku xi ħaġa
qiegħda tgħidli niġi għandek u
nirrikmandalek ċerti problemi li
jiena għandi qabel ma inti tmut,
u li forsi inti tkun tista’
titlob lill-Mulej Ġesu’ u
tirranġali dawn l-affarijiet. Xi
ħaġa qiegħda tgħidli li inti ser
tkun tista’ takkwistali din
il-ħaġa.” Jiena weġibtha
bl-istess sinċerita’ li, iva,
kont qiegħda nħoss ġewwa ruħi li
wara mewti jiena kont inkun
nista’ nakkwista aktar mingħand
il-Mulej Ġesu’ milli stajt
nakkwista fil-preżent. “Niftakar
fik, Sor, quddiem it-Tron
Tiegħu.”
1615.
X’ħin dħalt fid-dormitorju ta’
maġenbi biex inżur is-sorijiet
li kienu morda, waħda minnhom
qaltli. “Sor, meta inti tmut ma
nibża’ xejn minnek. Ejja arani
wara li tkun mitt, għax irrid
nafdalek sigriet dwar ruħi, xi
ħaġa li nixtieqek tirranġali
mal-Mulej Ġesu’. Naf li tista’
takkwistali din il-ħaġa
mingħandu.” Ladarba kienet
qiegħda titkellem fil-pubbliku,
weġibtha b’dan il-mod: “Il-Mulej
Ġesu’ prudenti ħafna. U għalhekk
qatt ma jittradixxi ma’ xi ħadd
sigriet li jkun hemm bejnu u
r-ruħ.”
1616.
+ O Mulej Ġesu’, grazzi li
kkonformajtni Miegħek permezz
tal-offerta tiegħi nnifsi bħala
ruħ vittma, Qiegħda nara li dan
il-ġisem tiegħi beda jitmermer.
Jiena nifraħ b’dan, għax dalwaqt
ser inkun fid-dar ta’ Missieri.
(ara Ġw 14:2)
1617.
27 ta’ Frar (1938). Illum, mort
inqerr għand Patri An.
(Andrasz). Għamilt dak li ried
Ġesu’. Wara l-qrar, raġġ ta’
dawl imlieli ruħi. Imbagħad
samjt vuċi: Għax inti bħal
tifla, se tibqa’ qrib ta’ Qalbi.
Is-sempliċita’ tiegħek togħġobni
iktar mill-mortifikazzjonijiet
tiegħek.
1618.
Il-kliem ta’ Patri An.
(Andrasz). Għix aktar bil-fidi.
Itlob li l-Ħniena Divina issir
magħrufa iktar, u li din l-opra
taqa’ f’idejn tajbin li jkunu
kapaċi jieħdu ħsiebha sew. U
inti, ipprova kun reliġjuża
tajba hawnhekk – għalkemm
l-affarijiet jistgħu jieħdu
xejra oħra wkoll – imma pprova
kun reliġjuża tajba hawnhekk
stess. U issa, jekk inti tħoss
dak it-tqanqil mill-Mulej u
tinduna li jkun Hu, imxi warajh.
Iddedika għat-talb il-ħin kollu
li hu ddedikat għalih, u agħmel
in-notamenti tiegħek wara . . .
1619.
+ L-aħħar jumejn tal-Karnival.
(nota240) It-tbatijiet
fiżiċi tiegħi saru iktar
qawwijin. Qiegħda ningħaqad
iktar mill-qrib mas-Salvatur li
qed ibati, u nitolbu ħniena
għad-dinja kollha, li tinsab
mitlufa fil-ħażen tagħha. Matul
il-jum ħassejt l-uġigħ
tal-kuruna tax-xewk. X’ħin mort
nimtedd, ma stajtx inserraħ rasi
fuq l-imħadda. Imma fl-għaxra
waqaf l-uġigħ u rqadt; imma
l-għada ħassejtni bla saħħa.
1620.
+ Ġesu’ Ostja, li kieku Inti
stess ma kontx qiegħed iżżommni,
ma kontx inkun kapaċi
nippersevera fuq is-salib. Ma
kont inkun kapaċi nissaporti
daqstant tbatija. Imma l-qawwa
tal-grazzja Tiegħek iżżommni fuq
livell ogħla u tagħmel
it-tbatijiet tiegħi jimmeritaw.
Inti tagħtini s-saħħa biex nimxi
dejjem ‘il quddiem u biex nikseb
il-ġenna bil-forza u biex
f’qalbi jkolli mħabba għal dawk
li minn għandhom insofri
kuntrarju u disprezz.
Bil-grazzja Tiegħek wieħed
jista’ jagħmel kollox.
1621.
1 ta’ Marzu 1938. Irtir ta’
ġurnata.
Fil-meditazzjoni, tgħallimt li
għandi ninħeba kemm jista’ jkun
fil-fond fil-Qalb ta’ Ġesu’,
nimmedita fuq il-Passjoni Ħarxa
Tiegħu u nibqa’ dieħla
fis-sentimenti tal-Qalb Divina
Tiegħu, li hi mimlija ħniena
għall-midinbin. Sabiex nikseb
ħniena għalihom, jiena rrid
inbattal lili nnifsi f’kull
mument, billi ngħix ir-rieda ta’
Alla.
1622.
Matul dan ir-Randan, jiena ostja
f’idejk, Ġesu’. Agħmel użu minni
sabiex Inti stess tkun tista’
tidħol fil-midinbin. Itlobni dak
kollu li Inti trid; l-ebda
sagrifiċċju ma jkun kbir wisq
għalija meta fin-nofs hemm
l-erwieħ.
1623.
+ Offrejt il-Quddies u t-Tqarbin
kollu tax-xahar għall-intenzjoni
ta’ Patri Andrasz, sabiex Alla
jagħtih għarfien dejjem iktar
profond tal-imħabba u l-ħniena
Tiegħu.
1624.
Matul dan ix-xahar ser
nipprattika it-tliet virtujiet
li Omm Alla rrakkomandatli:
umilta’ safa u l-imħabba ta’
Alla, billi naċċetta
b’sottomissjoni profonda
għar-rieda ta’ Alla dak kollu li
Hu jibgħatli.
1625.
2 ta’ Marzu (1938). Bdejt
ir-Randan Imqaddes bil-mod li
ried Ġesu’, billi għamilt mod li
niddependi għal kollox mir-rieda
qaddisa Tiegħu u naċċetta
b’imħabba dak kollu li jibgħatli
Hu. Ma nistax nipprattika
mortifikazzjonijiet ikbar għax
tant jien dgħajfa. Din il-marda
twila xorbitli saħħti kollha
kemm hi. Qiegħda ningħaqad ma’
Ġesu’ permezz tat-tbatija. Meta
nimmedita fuq il-Passjoni Ħarxa
Tiegħu, jonqsu t-tbatijiet
fiżiċi tiegħi.
1626.
Il-Mulej qalli, Ser nieħdok
fl-iskola Tiegħi għar-Randan
kollu. Irrid ngħallmek kif
għandek tbati. Jiena weġibt,
“Flimkien miegħek, Mulej, jiena
lesta għal kollox.” U smajt
vuċi, Int għandek permess
tixrob mill-kalċi li Jiena
nixrob. Qiegħed nagħtik dak
il-privileġġ esklussiv illum . .
.
1627.
Illum ħassejt il-Passjoni ta’
Ġesu’ f’ġismi kollu, u l-Mulej
għarrafni bil-konverżjoni ta’
ċerti erwieħ.
1628.
Waqt il-Quddiesa, rajt lil Ġesu’
minxur fuq is-Salib, u Hu qalli,
Studenta Tiegħi, għandek
ikollok imħabba kbira għal dawk
li jġegħluk tbati. Agħmel il-ġid
lil dawk li jobgħoduk. Jiena
weġibt, “O Mgħallem tiegħi, Inti
tista’ tara li jiena ma nħoss
l-ebda mħabba għalihom u din
il-ħaġa tinkwetani.” Ġesu’
wieġeb, Mhux dejjem ikollok
is-saħħa tikkontrolla dak li
tħoss. Inti tkun tista’ tinduna
li għandek imħabba jekk, wara li
jkollok l-esperjenza li jkunu
dejquk u kkuntlarjawk, inti ma
titlifx il-paċi tiegħek, imma
titlob għal dawk li jkunu
ġegħluk tbati u tixtiqilhom
il-ġid. X’ħin ġejt lura (. .
. )
+
Ġ.M.Ġ
1629.
Jiena ostja f’idejk
O Ġesu’, Ħallieq u Mulej tiegħi,
Fis-skiet u moħbija, bla ebda
sbuħija jew ħajr,
Għax is-sbuħija kollha ta’ ruħi
tinsab imnaqqxa ġewwa fija.
Jiena ostja f’idejk, O Saċerdot
Divin,
Agħmel bija dak li trid;
Niddependi għal kollox mir-rieda
Tiegħek, O Mulej
Għax din hi l-għaxqa u t-tiżjin
ta’ ruħi.
Jiena bħala ostja bajda f’idejk,
O Alla,
Nitolbok, ibdilni Fik.
Jalla nkun moħbija għal kollox
Fik,
Maqfula fil-Qalb ħanina Tiegħek
bħallikieku fil-ġenna.
Jiena bħal ostja f’idejk, O
Saċerdot Etern,
Jalla l-ostja ta’ ġismi taħbini
minn għajnejn il-bnedmin;
Jalla għajnejk biss ikejlu
l-imħabba u d-devozzjoni tiegħi,
Għax qalbi tinsab dejjem
maqgħuda mal-Qalb Divina
Tiegħek.
Jiena bħal ostja ssagrifikata
f’idejk, O Medjatur Divin,
U jiena qiegħda naqbad fuq
l-altar tal-olokawstu.
Mgħaffġa u mitħuna bit-tbatija
bħaż-żbul tal-qamħ,
U dan kollu minħabba l-glorja
Tiegħek, għas-salvazzjoni
tal-erwieħ.
Jiena ostja li tgħammar
fit-tabernaklu ta’ Qalbek.
Jiena ninsab għaddejja
mill-ħajja mgħarrqa fi mħabbtek,
U ma nibża’ minn xejn fid-dinja,
Għax Inti stess it-tarka tiegħi,
is-saħħa tiegħi u l-ħarsien
tiegħi.
Jiena ostja, poġġewni fuq
l-altar ta’ Qalbek,
Sabiex naqbad għal dejjem
bin-nar tal-imħabba,
Għax jiena naf li Inti
għollejtni biss minħabba
l-ħniena Tiegħek,
U għalhekk jiena nbiddel dawn
id-doni u l-grazzji kollha
għall-glorja Tiegħek.
Jiena ostja f’idejk, O Mħallef u
Salvatur,
Fl-aħħar siegħa ta’ ħajti,
Jalla s-setgħa bla tarf
tal-grazzja Tiegħek tmexxini
lejn l-għan tiegħi,
Jalla l-kompassjoni Tiegħek
f’din l-għamara tal-ħniena ssir
magħrufa.
1630.
Ġesu’, saħħaħ il-qawwiet ta’
ruħi sabiex l-għadu ma jirbaħ
xejn. Mingħajrek, jiena l-istess
dgħjufija. X’jiena mingħajr
il-grazzja Tiegħek jekk mhux
abbiss tal-miżerja tiegħi stess?
Il-miżerja hi l-ħaġa li jiena
nippossedi.
1631.
O Pjaga tal-Ħniena, Qalb ta’
Ġesu’, aħbini fil-fond Tiegħek
bħallikieku kont qatra minn
demmek stess, u tħallini qatt
noħroġ minn hemm ġewwa! Aqfilni
fil-fond Tiegħek, u kun Inti
stess li tgħallimni kif
inħobbok! Imħabba Eterna, kun
Inti stess li ssawwarli ruħi
sabiex hi ssir kapaċi li
tpattilek għal imħabbtek. O
Mħabba ħajja, agħmilni kapaċi li
nħobbok għal dejjem. Jiena
nixxennaq li nkun nista’ npatti
għal imħabbtek għal dejjem. O
Kristu, ħarsa waħda Tiegħek hi
iktar għażiża għalija minn elf
dinja, mill-istess ġenna kollha
kemm hi. Mulej, Inti tista’
tagħmel ruħi kapaċi tifhem għal
kollox Inti min Int. Jiena naf u
nemmen li Inti tista’ tagħmel
kollox; jekk Int indenjajt li
tagħti lilek innifsek lili
b’daqstant ġenerożita’, jiena
għalhekk naf li Inti tista’ tkun
iktar ġeneruż. Wassluni għal
intimita’ miegħek sakemm hu
possibbli għan-natura umana li
tasal . . .
+
Ġ.M.Ġ
1632.
Ix-xewqat ta’ qalbi tant huma
kbar u ħadd ma jista’ jifhimhom
Li xejn ma jista’ jimla l-abbiss
ta’ qalbi.
Ukoll l-isbaħ affarijiet,
miġburin mid-dinja kollha
Lanqas għal mument wieħed ma
jieħdu postok, O Alla.
B’ħarsa waħda, jiena nfidt
id-dinja kollha,
U ma sibt l-ebda mħabba oħra
bħall-imħabba ta’ qalbi.
Jiena għalhekk ħarist fid-dinja
tal-eternita’ –
għax din id-dinja żgħira wisq
għalija.
Qalbi xtaqet l-imħabba ta’ dak
li Hu Etern.
Qalbi ndunat li jiena wild
sultan,
Li jiena sibt ruħi fl-eżilju,
f’art barranija.
Jiena nista’ nara li l-palazz li
hemm fis-sema hu dari,
Hemmhekk biss inħossni li
qiegħda f’pajjiżi stess.
Inti stess ġbidt lil ruħi lejk,
O Mulej;
O Verb Etern, Inti stess
iċċekkint sa għandi,
U tajt lil ruħi għarfien iktar
profond Tiegħek innifsek.
Ara, il-misteru tal-imħabba li
għalih Inti ħalqtni!
Imħabba safja għamiltni qawwija
u kuraġġuża.
Ma nibżax la mis-serafini lanqas
il-kerubini, weqfin bix-xabla
f’idhom,
U fejn l-oħrajn jitriegħdu jiena
ngħaddi bla xkiel
Għax m’hemm xejn minn xiex
tibża’, hemm fejn l-imħabba hi
l-gwida.
U f’daqqa waħda l-għajnejn ta’
ruħi marru jistrieħu fuqek,
O Mulej Ġesu’ Kristu, minxur fuq
is-Salib.
Hawn hu Mħabbti, li miegħu ser
nistrieħ fil-qabar,
Dan hu l-Għarus tiegħi, il-Mulej
u Alla tiegħi li ħadd ma jifhmu.
(Hawnhekk hemm spajzu ikbar
fid-Djarju)
1633.
10 ta’ Marzu (1938). Tbatija
fiżika l-ħin kollu. Ninsab fuq
is-salib flimkien ma’ Ġesu’.
Darba, M. Superjura (Irene)
qaltli, “Min-naħa tiegħek hu
nuqqas ta’ mħabba lejn
il-proxxmu, Sor, li inti tiekol
u mbagħad toqgħod tbati u
ddejjaq lill-oħrajn x’ħin ikunu
jridu jistrieħu billejl.” Imma
jiena naf żgur li dan l-uġigħ li
nħoss fl-imsaren m’għandu
x’jaqsam xejn mal-ikel. It-tabib
(probabbilment Dr Silberg) qalli
l-istess ħaġa. Dawn it-tbatijiet
ġejjin mill-ġisem stess, jew
pjuttost huma żjara tal-Mulej.
Iżda, wara dik ir-rimarka
ddeċidejt li nbati fis-skiet u
ma nitlobx l-għajnuna, għax
xorta waħda kollu għal xejn,
ladarba nirrimetti l-mediċina li
jagħtuni.
Ħafna drabi , irnexxieli nbati
minħabba attakki li Ġesu’ biss
kien jaf bihom. L-uġigħ hu tant
qawwi u aħrax li nintilef minn
sensija. Meta nintilef minn
sensija u nixxarrab kollni kemm
jiena b’għaraq kiesaħ, imbagħad
jibda jispiċċa bil-mod il-mod.
Xi drabi jdum tliet sigħat jew
iktar. O Ġesu’ tiegħi, tkun
magħmula r-rieda qaddisa
Tiegħek; jiena nilqa’ kollox
minn idejk. Jekk jiena nilqa’
l-pjaċiri u l-estasi ta’ mħabba
li jwassluni li ma nkunx naf
x’qiegħed isir madwari,
bir-raġun kollu għalhekk li
jiena nilqa’ bi mħabba dawn
it-tbatijiet li jġegħluni
nintilef minn sensija.
1634.
X’ħin ġie t-tabib (nota241),
ma stajtx ninżel fil-parlatorju
biex narah, bħas-sorijiet
l-oħrajn, imma tlabt li jiġi
fiċ-ċella tiegħi, għax ma stajtx
ninżel minħabba ċerta
diffikulta’. Wara ftit, hu ġie
fiċ-ċella u x’ħin eżaminani
qalli, “Ser ngħid kollox
lis-Soru tal-Infermerija.” Meta
ġiet is-Soru tal-Infermerija,
wara li telaq it-tabib, jiena
għidtilha r-raġuni għaliex ma
stajtx ninżel fil-parlatorju,
imma hi tatni x’nifhem kemm
kienet iddispjaċuta. U x’ħin
staqsejt, “Sor, x’qal it-tabib
dwar dan l-uġigħ?” hija wieġbet
li hu ma kien qal xejn, li
kienet ħaġa ta’ xejn; hu biss
qalli li l-pazjenta kienet
qiegħda tagħmel f’qalbha. U
b’dan il-kliem telqet ‘l hemm.
Imbagħad jiena għidt lil Alla,
“Kristu, agħtini s-saħħa u
l-qawwa sabiex inkun nista’
nbati; agħti lil qalbi mħabba
safja għal din is-soru.” Wara
dan, hi ma reġgħetx ġiet tarani
għal ġimgħa sħiħa. Imma
t-tbatijiet reġgħu ġew b’qawwa
ikbar u damu għaddejjin kważi
l-lejl kollu, u donnu kien wasal
it-tmiem, dak il-ħin stess.
Is-superjuri ddeċidew li
jibagħtu għal tabib ieħor,
(nota242) u huwa kien ċert
li l-kundizzjoni tiegħi kienet
serja u qalli, “Mhux possibbli
nreġġgħuk lura għas-saħħa.
Nistgħu nirrimedjaw
il-kundizzjoni tiegħek
parzjalment, imma m’hemm l-ebda
ċans li terġa’ lura f’saħħtek
għal kollox.” Huwa ppreskriva
mediċina għall-uġigħ, u wara li
ħadtha, l-attakki l-kbar ma
reġgħux ġew. “Imma jekk inti
tiġi hawn, Sor, nippruvaw b’xi
mod nirranġaw xi ħaġa, jekk dan
għadu possibbli.” It-tabib
tassew riedni mmur hemmhekk għal
trattament. (nota243) O
Ġesu’ tiegħi, kemm huma strambi
d-digrieti Tiegħek.
1635.
Ġesu’ kkmandani nikteb dan kollu
għall-konsolazzjoni ta’ erwieħ
oħrajn li spiss huma esposti
għal tbatijiet bħal dawn.
1636.
Għalkemm kont qiegħda nħossni
dgħajfa ħafna, mort nara
lit-tabib (Silberg), għax hekk
riedet is-superjura. Is-soru li
akkumpanjatni ġiet kontra
qalbha. Dan qalituli diversi
drabi u fl-aħħar qaltli, “X’ser
nagħmlu? M’għandix flus
biżżejjed biex inħallas taxi.”
Jiena ma weġibt xejn. “U jekk ma
jkunx hemm taxi?” Kif ser naslu
hemm? Hu tant ‘il bogħod.” Dan
kollu qalitu u ħafna affarijiet
oħrajn sabiex tinkwetani, għax
is-superjuri għeżież tagħna
kienu tawna flus biżżejjed għal
kollox, u kellna kulma rridu. U
meta fhimt dan kollu ġewwa fija,
bdejt nidħak u għidt lis-soru li
jiena ma kont qiegħda ninkwieta
xejn: “Ejja nafdaw f’Alla.” Imma
ndunajt li l-kalma profonda
tiegħi kienet qiegħda
tinnervjaha, u għalhekk bdejt
nitlob għaliha.
1637.
O Mulejja, dan kollu għalik u
sabiex nikseb il-ħniena
għall-imsejkna midinbin. X’ħin
ġejt lura, tant kont għajjiena
li kelli mmur nimtedd fil-pront.
Imma dan kien il-jum tal-qrar
ta’ kull tliet xhur. Ippruvajt
immur inqerr, mhux biss għax
kelli bżonn, imma wkol biex
nitlob parir mingħand
id-direttur spiritwali tiegħi
(Patri Andrasz). Bdejt inħejji
ruħi; imma tant ħassejtni
dgħajfa li ddeċidejt li mmur
nitlob lill-Madre Superjura
(Irene) tħallini mmur qabel
in-novizzi. Il-Madre Superjura
wieġbet, “Mur fittex
lid-Direttriċi tan-Novizzi (Swor
Callista). Jekk hi tħallik tmur
qabel in-novizzi, għalija kollox
sew.” Iżda, kien hemm biss tliet
sorijiet qabli, jistennew
għall-qrar, u għalhekk qgħadt
nistenna għax ma kellix saħħa
biżżejjed immur infittex
id-Direttriċi tan-Novizzi. X’ħin
dħalt biex inqerr, tant kont
qiegħda nħossni ħażin li ma
stajtx nagħti rendikont
tal-kundizzjoni ta’ ruħi;
bilkemm inrexxieli naqgħmel
il-qrara tiegħi. F’dak il-waqt,
innotajt kemm hemm bżonn
il-ħeġġa tal-ispirtu; l-ittra
waħedha ma tħallix l-imħabba
tikber (ara 2 Kor 3:6).
1638.
Dak inhar, qam xi nuqqas ta’
ftehim bejn is-Superjura u
bejni. La hi u lanqas jien ma
konna naħtu, imma t-tbatija
morali baqgħet għax ma stajtx
infisser x’kienet il-ħaġa, għax
kienet sigriet. Din hi r-raġuni
għaliex bqajt inbati, għalkemm,
permezz ta’ kelma waħda, stajt
nirrivela l-verita’.
1639.
L-20 (ta’ Marzu). Illum
akkumpanjajt fl-ispirtu, ċerta
ruħ moribonda. Akkwistajt
għaliha fiduċja fil-ħniena ta’
Alla. Ir-ruħ kienet qrib
id-disperazzjoni.
1640.
Dan il-lejl Inti biss taf bih, O
Mulej. Offrejtu għal midinbin
l-aktar iebsin, sabiex nikseb
il-ħniena Tiegħek għalihom.
Ifflaġellani hawn, aħraqni hawn,
sakemm Inti tagħtini l-erwieħ
tal-midinbin, u speċjalment . .
. . O Ġesu’, miegħek xejn m’hu
mitluf; ħu kollox u agħtini
l-erwieħ . . . . . . midinbin.
1641.
Waqt l-adorazzjoni
tal-Kwaranturi, il-Mulej qalli,
Binti, ikteb li l-offiżi li
l-erwieħ jagħmluli mingħajr ma
jridu ma jfixklux l-imħabba li
Jiena għandi għalihom lanqas ma
jżommuni milli ningħaqad
magħhom. Imma offiżi volontarji,
ukoll dawk li huma l-iċken,
ixekklu l-grazzji Tiegħi, u
Jiena ma nkunx nista’ nferra’
d-doni Tiegħi fuq erwieħ bħal
dawn.
1642.
+ Ġesu’ tani x’nifhem li kollox
jiddependi mir-rieda Tiegħu u
b’dan il-mod tani paċi profonda
dwar is-sigurta’ tal-opra
Tiegħu.
1643.
Isma’,binti, għalkemm l-opri
kollha li jeżistu permezz
tar-rieda Tiegħi jiġu esposti
għal tbatijiet kbar, aħseb ftit
jekk hemmx xi waħda minnhom li
ġiet soġġetta għal
diffikultajiet ikbar minn dik
l-opra li hija Tiegħi b’mod
dirett- l-opra tal-Fidwa. Inti
m’għandekx tinkwieta żżejjed fuq
il-kuntrarju. Id-dinja
m’għandhiex daqshekk qawwa
daqskemm tidher li għandha;
saħħitha hi strettament
limitata. Kun af, binti, li jekk
ruħek tkun mimlija bin-nar
tal-Imħabba safja Tiegħi,
imbagħad id-diffikultajiet
kollha jgħibu bħalma jgħib
iċ-ċpar quddiem ir-raġġi
tax-xemx u ma jażżardawx imissu
lir-ruħ. L-għedewwa kollha
jibżgħu jibdew ġlieda ma’ ruħ
bħal din, għax jindunaw li hi
iktar b’saħħitha mid-dinja
kollha. . .
1644.
Binti, agħmel dak kollu li
tippermettilek l-ubbidjenza għal
din l-opra tal-ħniena, imma
ppreżenta b’mod ċar
lill-konfessur tiegħek sal-iċken
waħda mit-talbiet Tiegħi, u
ħallih jiddeċiedi hu. Inti
m’għandekx tiskarta bl-ebda mod,
imma wettaq kollox bil-fedelta’;
jekk ma tagħmilx hekk, Jiena ma
nsib l-ebda għożża fik . . .
1645.
25 ta’ Marzu 1938. Illum rajt
il-Mulej Ġesu’ qed ibati. Miel
lejja u qalli minn taħt
l-ilsien, Binti, għinni
nsalva l-midinbin. F’daqqa
waħda, xewqa ħerqana sabiex
insalva l-erwieħ daħlet ġewwa
ruħi. X’ħin erġajt ġejt
f’tiegħi, kont naf preċiżament
x’kelli nagħmel biex insalva
l-ewrieħ, u ħejjejt lili nnifsi
għal tbatijiet ikbar.
1646.
+ Illum (probabbilment
il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu 1938)
żdiedet it-tbatija tiegħi;
minbarra dan, ħassejt il-pjagi
f’idejja, f’saqajja u f’ġenbi.
Dan issaportejtu bil-paċenzja.
Ħassejt l-ostilita’ tal-għadu
tal-erwieħ, imma ma messnix.
1647.
1 ta’ April (1938). Għal
darb’oħra, illum qiegħda nħossni
agħar. Deni għoli beda
jikkonsmani, u ma nista’ nieħu
ebda ikel. Nixtieq kieku jkolli
xarba friska, imma m’hemm lanqas
qatra ilma fil-ġarra tiegħi. Dan
kollu, O Ġesu’, sabiex nikseb
il-ħniena għall-erwieħ.
Hekk kif kont qiegħda nġedded
l-intenzjoni tiegħi bi mħabba
ikbar ġiet waħda min-novizzi u
tatni larinġa kbira li kienet
bagħtitli d-Direttriċi
tan-Novizzi (Swor Callista).
F’din il-ħaġa jiena rajt id
il-Mulej. Reġgħet ġrat l-istess
ħaġa, diversi drabi. Waqt dan
iż-żmien, għalkemm kulħadd kien
jaf bil-bżonnijiet tiegħi, qatt
ma rċevejt xi ħaġa tajba
x’niekol, għalkemm kont staqsejt
għaliha. Iżda, kont naf li Alla
kien qed jitlob tbatija u
sagrifiċċji. Minix nikteb
fid-dettall dwar dawn
iċ-ċaħdiet, għax dawn huma
affarijiet delikati, u huwa
diffiċli li wieħed jemminhom.
Imma Alla jista’ jitlob ukoll
sagrifiċċju bħal dawn.
1648.
Kont sejra nitlob il-Madre
Superjura (Irene) permess biex
ikolli xi ħaġa fiċ-ċella tiegħi
biex intaffi l-għatx kbir
tiegħi, imma qabel ma rnexxieli
nitlobha, il-Madre stess bdiet
titkellem, “Sor, ejja nsibu tarf
ta’ din il-marda darba għal
dejjem, b’xi mod jew ieħor. Ser
ikollok tagħmel xi trattament
regolari jew xi ħaġa oħra. Ma
jistax ikun nibqgħu sejrin hekk
iżjed.” Ftit wara x’ħin kont
waħdi għidt, “Kristu, x’għandi
nagħmel? X’suppost nitolbok
saħħa jew mewt?” Ma rċevejt
l-ebda ordni speċifika, allura
nżilt għarkobbtejja u għidt,
“Isseħħ fija r-rieda qaddisa
Tiegħek. Agħmel bija, Ġesu’, dak
li trid.” F’dak il-waqt,
ħassejtni qisni kont kollni
waħdi, u bdew jattakkawni
diversi tentazzjonijiet. Imma
sibt il-paċi u d-dawl f’talb
ħerqan, u fhimt lis-superjura
xtaqet biss tippruvani.
1649.
Ma nafx kif tista’ tiġri ħaġa
bħal din, imma l-kamra fejn kont
mimduda tassew ittraskurawha. Xi
drabi, lanqas biss naddfuha għal
iktar minn ġimgħatejn. Ta’ spiss
ħadd ma kien iqabbad in-nar
fil-fuklar, u għalhekk is-sogħla
bdiet tmur għall-agħar. Xi drabi
kont nitlobhom iqabbdu n-nar, u
drabi oħra ma kienx ikolli
l-kuraġġ nitlobhom. Darba
minnhom, meta l-Madre Superjura
(Irene) ġiet tarani u staqsietni
jekk kienx hemm il-bżonn li
nsaħħan il-kamra iktar, jiena
weġibt, Le, għax diġa’ kien qed
jisħon it-temp barra, u t-tieqa
kienet miftuħa.
1650.
L-ewwel ġimgħa tax-xahar. X’ħin
ħadt f’idejja “Il-Messaġġier
tal-Qalb Imqaddsa” u bdejt naqra
r-rakkont tal-kanonizzazzjoni
ta’ San Indri Bobola, ruħi
fil-pront imtliet b’xewqa kbira
li l-Kongregazzjoni tagħna,
ukoll, ikollha xi qaddisa, u
bdejt nibki bħal tarbija li
fostna ma kien hemm l-ebda
qaddisa. U għidt lill-Mulej,
“Naf bil-ġenerożita’ Tiegħek ,
xorta waħda jidhirli li m’intix
daqshekk ġeneruż magħna.” U
rġajt bdejt nibki bħal tarbija.
Ġesu’ qalli, Tibkix, Inti dik
il-qaddisa. Imbagħad id-dawl
ta’ Alla mlieli ruħi, u sirt naf
kemm kelli nbati, u għidt
lill-Mulej, “Kif ser jiġri dan?
Inti kont qiegħed tkellimni fuq
il-Kongregazzjoni oħra.” U
l-Mulej wieġeb, Mhix ħaġa
tiegħek tkun taf kif dan ser
iseħħ. Id-dmir tiegħek hu li
tkun fidila mal-grazzja Tiegħi u
dejjem tagħmel dak li inti
tista’ tagħmel u dak li
tippermettilek l-ubbidjenza . .
.
1651.
+ Illum waħda mis-sorijiet ġiet
f’kamara tiegħi u qalet li
t-tali soru kienet inkwetata
ħafna fuq il-marda tagħha stess,
u din il-ħaġa kienet qiegħda
ddejjaqha ħafna u, li kieku ma
kenitx membru ta’ dan
il-kunvent, kienet tgħidilha
erba’ kelmiet sewwa. Jiena
weġibt li kont sorpriża li
kienet qiegħda taħseb b’dan
il-mod: “Sor, aħseb biss kemm
–il lejl għamlet mingħajr ma
raqdet din is-soru marida u kemm
dmugħ . . . “Is-soru mbagħad
bdiet taħsibha mod ieħor.
+
Ġ.M.Ġ
1652.
Adura, ruħi, il-ħniena
tal-Mulej,
O Qalbi, ifraħ bis-sħiħ fih,
Għax inti ntgħażilt minnu għal
dan il-għan,
Biex inti xxerred il-glorja
tal-ħniena Tiegħu.
It-tjubija Tiegħu ħadd ma jista’
jkejjilha,
M’hemmx kliem biex titfisser
il-kumpassjoni Tiegħu.
Kull ruħ li tersaq lejh ikollha
din l-esperjenza.
Huwa jħarisha u jħaddanha ma’
sidru.
Hienja dik ir-uħ li afdat fi
tjubitek
U ntelqet kollha kemm hi
fil-ħniena Tiegħek.
Ruħha mimlija bil-paċi
tal-imħabba.
Inti tħarisha kullimkien
bħallikieku kienet bintek stess.
O ruħ, inti min int f’din
id-dinja,
Ukoll li kieku dnubietek kienu
suwed bħal lejl
Tibżax minn Alla, għalkemm inti
tarbija dgħajfa,
Għax kbira hi l-qawwa tal-ħniena
ta’ Alla.
+
Ġ.M.Ġ
1653.
Id-dawl ta’ hemm fuq, fejn
isaltan Alla tiegħi,
Dan hu li tixxennaq għalih ruħi,
Din hi l-ħaġa li għaliha
tixxennaq qalbi,
U l-esseri tiegħi kollu jitlaq
jiġri għal ħdejk.
Jiena nitlaq niġri għad-dinja
l-oħra, għal għand Alla waħdu,
Għal ġod-dawl li ħadd ma jista’
jifhmu, l-istess nhar
tal-imħabba,
Għax ruħi u qalbi ġew maħluqin
għalih,
U qalbi ħabbitu sa miż-żgħożija
tenera tiegħi.
Hemmhekk, fid-dawl jiddi
ta’wiċċek
Għad tistrieħ imħabbti mifnija.
Għax il-verġni Tiegħek tagonizza
għalik f’dan l-eżilju tagħha,
Għax hi tgħix biss meta tkun
maqgħuda flimkien miegħek.
+
Ġ.M.Ġ
Il-jum tiegħi qed joqrob
għat-tmiem tiegħu,
Issa wkoll jiena nista’ nilmaħ
id-dija tad-dawl Tiegħek, O Alla
tiegħi.
Ħadd ma hu ser isir jaf dak li
qalbi qiegħda tħoss;
Xofftejja għad jiksru f’ umilta’
kbira.
Issa wkoll, jiena qiegħda noqrob
lejn iż-żewġ etern,
Lejn il-ġenna bla tarf, lejn
spazji bla limitu.
Jiena ma nixtieq l-ebda mistrieħ
jew premju;
L-imħabba safja ta’ Alla
tiġbidni lejn il-ġenna.
Issa, wkoll, jiena ġejja
niltaqa’ miegħek, Imħabba
eterna,
B’qalb mifnija bix-xewqa li
għandha għalik.
Jiena nħoss li l-imħabba safja
Tiegħek, Mulej, qiegħda tgħammar
f’qalbi,
U qiegħda nħoss li d-destin
etern tiegħi jinsab fil-ġenna.
Issa wkoll, jiena sejra għand
Missieri, fil-ġenna eterna,
Minn din l-art tal-eżilju, minn
dal-wied tad-dmugħ,
Id-dinja ma tistax iżżomm lura
lil qalbi safja,
U l-għoljiet tas-sema qedgħin
jiġbduni qribhom.
Jiena sejra, O Għarus tiegħi,
sejra sabiex nara l-glorja
Tiegħek,
Hemm fejn il-ġenna kollha tinsab
mitfugħa tadurak,
Jiena nħoss li l-qima tiegħi
togħġbok, minkejja x-xejn
tiegħi.
Fil-hena etern, jiena minix
sejra ninsa lil dawk li jinsabu
fl-art,
U jiena niftakar b’mod speċjali
f’dawk li kienu għeżież għal
qalbi,
U għalkemm inkun mitlufa għal
kollox f’Alla, xorta waħda ma
ninsihomx.
F’dawn l-aħħar mumenti ma nafx
kif għandi nitkellem ma’
l-oħrajn.
Fis-skiet jiena nistenna lilek
biss, O Mulej.
Jiena naf li għad iż-żmien meta
kulħadd għad jifhem il-ħidma ta’
Alla ġewwa ruħi.
Jiena naf li din hi r-rieda
Tiegħek. – Hekk ikun.
+
Ġ.M.Ġ
1654.
O verita’, O ħajja mimlija xewk,
Sabiex ngħaddi minnek u nirbaħ
Hemm bżonn li nserraħ fuqek, O
Kristu,
U li nkun dejjem qrib Tiegħek.
Ma nkunux naf kif inbati
mingħajrek, O Kristu.
Waħdi ma nkunx kapaċi nilqa’
l-kuntrarju.
Waħdi, ma jkollix il-kuraġġ li
nixrob mill-kalċi Tiegħek;
Imma Inti, Mulejja, tinsab
dejjem miegħi, u Inti tmexxini
minn mogħdijiet misterjużi.
Tifla dgħajfa, jiena bdejt
it-taqtigħa f’ismek.
Iġġelidt bil-kuraġġ, għalkemm
spiss bla suċċess,
U jiena naf li l-isforzi tiegħi
għoġbuk,
U jiena naf li Inti tagħti
premju etern għall-isforz biss.
O verita’, O taqbida tal-ħajja
mal-mewt,
X’ħin qomt biex nissielet, bħala
kavallier bla esperjenza
Jiena ħassejt li kelli demm ta’
kavallier, għalkemm għadni
ċkejkna,
U għalhekk, O Kristu, kelli
bżonn l-għajnuna u l-ħarsien
Tiegħek.
Qalbi mhix ser tistrieħ
mill-isforzi u t-taqbid tagħha
Sakemm Inti stess issejjaħli
mill-kamp tat-taqtigħa.
Jiena noqgħod quddiemek, mhux
biex nirċievi premju,
Imma biex nintlef fik, fil-paċi
għal dejjem.
1655.
+ O Kristu, li kieku ruħi kienet
taf, f’daqqa waħda, x’kien ser
ikollha tbati matul ħajjitha,
kienet tmut bil-biża’ malli
kienet tara x’kellu jiġri; ma
kenitx tmiss xofftejha mal-kalċi
tal-imrar. Imma ladarba hi
kellha tixrob qatra qatra, hi
battlet il-kalċi sakemm waslet
għall-qtiegħ. O Kristu, li kieku
Inti stess ma weżintx lir-ruħ,
kemm kienet tkun tista’ tagħmel
waħedha? Aħna b’saħħitna, imma
bis-saħħa Tiegħek; aħna
qaddisin, imma bil-qdusija
Tiegħek. Imma waħedna, aħna
x’aħna? – inqas mix-xejn . . . .
+ Ġesu’ tiegħi, Inti biżżejjed
għalija u ma neħtieġ xejn aktar
fid-dinja. Għalkemm it-tbatijiet
huma ħorox, Inti żżommni.
Għalkemm il-waqtiet meta jiena
nisfa waħdi huma terribbli, Inti
tagħmilhomli ħelwin. Għalkemm
id-dgħufija hija kbira, Inti
tibdilhieli f’saħħa.
1656.
Ma nafx kif niddeskrivi dak
kollu li jiena nbati, u dak li
jiena ktibt s’issa hu biss
qatra. Hemm waqtiet ta’ tbatija
li fil-fatt jiena ma nistax
nikteb dwarhom. Imma hemm ukoll
waqtiet f’ħajti meta xofftejja
jibqgħu siekta, u m’hemmx kliem
biex niddefendi ruħi, u jiena
nissottometti ruħi kollni kemm
jien għar-rieda ta’ Alla;
imbagħad il-Mulej stess iħarsini
u jaqbeż għalija. Iżda, meta
jiena nara l-interventi kbar
Tiegħu, li jidhru f’forma ta’
kastigi, imbagħad jiena nitolbu
bil-ħerqa għall-ħniena u
l-maħfra. Imma mhux dejjem
jismagħni. Il-Mulej jaħdem
miegħi b’mod misterjuż. Ikun
hemm żminijiet meta Hu stess
jippermetti tbatijiet terribbli,
u mbagħad hemm żminijiet meta ma
jħallinix inbati u jneħħi
min-nofs dak kollu li jista’
jnikket lir-ruħ. Dawn huma
l-metodi Tiegħu, li ħadd minna
ma jista’ jifhimhom. Il-parti
tagħna hi li aħna nissottomettu
ruħna kollna kemm aħna
għar-rieda qaddisa Tiegħu. Hemm
misteri li l-moħħ tal-bniedem
qatt m’hu ser jifhimhom hawn
fl-art; l-eternita’ għad
tirrivelahom.
1657.
10 ta’ April 1938. Ħadd il-Palm.
Mort il-Quddies, imma ma kellix
is-saħħa immur u nġib il-palm.
(nota244) Tant ħassejtni
dgħajfa li bilkemm stajt noqgħod
sal-aħħar tal-Quddiesa. Waqt
il-Quddiesa, Ġesu’ tani x’nifhem
l-uġigħ ta’ ruħu, u stajt inħoss
b’mod ċar kif l-innijiet ta’
Osanna kienu jinstemgħu bħal
eku ta’ uġigħ fil-Qalb Imqaddsa
Tiegħu. Ruħi, ukoll, kienet
mifnija f’baħar ta’ mrar, u kull
Osanna nifditli qalbi
wkoll sa ġewwanett. Ruħi kollha
kemm hi nġibdet qrib ta’ Ġesu’.
Smajt il-vuċi ta’ Ġesu’,
Binti, il-kompassjoni tiegħek
għalija sserraħni. Meta inti
timmedita l-Passjoni Tiegħi,
ruħek tikseb sbuħija ċara.
1658.
Tqarbint fuq, għax ma kienx hemm
dubju li ma stajtx ninżel
fil-kappella peress li kont
eżawrita minħabba li kont qed
negħreq ħafna, u wara telgħali
d-deni u bdejt inħoss il-bard.
Ħassejtni ma niflaħx iżjed.
Illum, wieħed mill-Ġiżwiti
(Patri Zukowicz) (nota245)
ġie biex iqarbinna. Huwa ta
l-Mulej lil tliet sorijiet
oħrajn u mbagħad lili; u peress
li ħaseb li jiena kont l-aħħar
waħda, tani żewġ Ostji. Imma
waħda min-novizzi kienet mixħuta
fis-sodda fiċ-ċella ta’ maġenbi,
u ma kienx baqa’ Ostja għaliha.
Is-saċerdot mar lura u ġabilha
l-Mulej, imma Ġesu’ qalli,
Jiena mmur ġo dik il-qalb kontra
Qalbi. Inti rċevejt żewġ Ostji,
għax Jiena bqajt lura milli mmur
għand din ir-ruħ li tirreżisti
l-grazzja Tiegħi. Iż-żjara
Tiegħi għand ruħ bħal din mhix
ħaġa li togħġobni. F’dak
il-waqt, ruħi nġibdet tant qrib
Tiegħu, u jiena rċevejt dawl
interjuri profond li tani
x’nifhem, fl-ispirtu, il-ħidmiet
kollha tal-ħniena. Kienet bħal
berqa, imma iktar ċara milli
kieku qgħadt nosservaha għal
sigħat sħaħ bl-għajnejn
tal-ġisem.
1659.
Iżda, sabiex nitkeb xi ħaġa,
bilfors irrid nuża l-kliem,
għalkemm dawn ma jistgħux jagħtu
renidkont ta’ dak kollu li ruħi
gawdiet filwaqt li kienet
qiegħda tara l-glorja tal-ħniena
ta’ Alla. Il-glorja tal-Ħniena
Divina qiegħda tidwi, issa
wkoll, minkejja l-isforzi
tal-għedewwa tagħha u ta’ Satana
nnifsu, li għandu mibgħeda kbira
għall-ħniena ta’ Alla. Din
l-opra għad taħtaflu minn idejh
għadd kbir ta’ erwieħ, u din hi
r-raġuni għaliex l-ispirtu
tad-dlam xi drabi jittanta
erwieħ twajba bil-vjolenza,
sabiex huma jfixklu l-opra. Imma
jiena rajt b’mod ċar li r-rieda
ta’ Alla diġa' qiegħda
titwettaq, u ser titwettaq
sal-iċken dettal ta’ dak li
ordna l-Mulej. Anqas l-ikbar
sforzi tal-għadu ma jirnexxilhom
ifixklu dak li l-Mulej ordna. Ma
jimpurtax jekk għad jiġu
żminijiet meta l-opra tidher
meqruda totalment; huwa f’dak
il-waqt li l-opra tkun qiegħda
tiġi msaħħa iżjed u iżjed.
1660.
Ruħi mtliet b’paċi iktar
profonda milli qatt kont ġarrabt
qabel, assigurazzjoni divina li
xejn ma jista’ jħassarha, paċi
profonda li xejn ma jista’
jfixkilha, għalkemm kelli
ngħaddi mill-provi l-iktar
ħorox. Jiena ninsab fil-paċi;
Alla nnifsu jrieġi kollox.
1661.
Għaddejt il-jum kollu f’radd
il-ħajr, u l-gratitudni kompliet
timlili ruħi. O Alla tiegħi,
kemm Inti tajjeb, kemm hi kbira
l-ħniena Tiegħek! Inti żżurni
b’tant grazzji, lili li jiena
farka trab mill-iżjed
miżerabbli. Ninxteħet minn tuli
f’riġlejk, O Mulej, u nistqarr
b’qalb sinċiera li jiena
m’għamilt xejn biex ikun
jistħoqqli wkoll l-iċken waħda
tal-grazzji Tiegħek. Hi
fit-tjubija Tiegħek li Inti
tagħti lilek innifsek lili
b’tant ġenerożita’. Għalhekk,
iktar ma jkunu kbar il-grazzji
li qalbi tirċievi, iktar hija
tintefa’ ‘l isfel fl-umilta’.
1662.
+ O Kristu, li nbati għalik hi
l-għaxqa ta’ qalbi u ta’ ruħi.
Tawwal it-tbatijiet tiegħi
sal-infinita’, sabiex jiena nkun
nista’ nagħtik prova ta’
mħabbti. Jiena naċċetta dak
kollu li idek għad tnewwilli.
Imħabbtek, Ġesu’, hi biżżejjed
għalija. Jiena nigglorifikak
fl-abbandun u fid-dlam,
fl-agunija u fil-biża’, fl-uġigħ
u fl-imrar, fid-diqa tal-ispirtu
u fin-niket tal-qalb. Tkun
imbierek f’kollox. Qalbi tant hi
ddistakkata mill-art, li Inti
stess biżżejjed għalija. M’għad
baqa’ l-ebda waqt f’ħajti meta
jiena naħseb fija nnifsi.
1663.
Ħamis ix-Xirka. (14 ta’ April
1938). Illum ħassejtni b’saħħti
biżżejjed biex nieħu sehem
fiċ-ċerimonji tal-Knisja. Waqt
il-Quddiesa, Ġesu’ qagħad
quddiemi u qalli, Ħares ġewwa
Qalbi u ara hemmhekk l-imħabba u
l-ħniena li Jiena għandi
għall-umanita’, u l-aktar
għall-midinbin. Ħares, u idħol
fil-Passjoni Tiegħi. F’waqt
wieħed, kelli esperjenza li
għext il-Passjoni kollha ta’
Ġesu’ f’qalbi. Kont sorpriża li
dawn it-torturi ma ċaħħdunix
minn ħajti.
1664.
Waqt l-adorazzjoni, Ġesu’ qalli,
Binti, kun af li l-imħabba
ħerqana tiegħek u l-kompassjoni
li inti tħoss għalija kienu
konsolazzjoni għalija fil-Ġnien
(taż-Żebbuġ).
1665.
Waqt is-siegħa Adorazzjoni
filgħaxija, smajt dan il-kliem,
Inti tista’ tara l-ħniena
Tiegħi mal-midinbin, li f’dan
il-waqt qiegħda tidher fil-qawwa
kollha tagħha. Ara kemm int
ktibt ftit fuqha; hi biss qatra
waħda. Agħmel dak kollu li inti
tista’ sabiex il-midinbin ikunu
jistgħu jsiru jafu bit-tjubija
Tiegħi.
1666.
Il-Ġimgħa l-Kbira. (15 ta’ April
1938). Rajt lill-Mulej Ġesu’
ittorturat, imma mhux imsammar
mas-Salib. Kien qabel ma ġie
mislub, u Hu qalli, Inti
Qalbi. Kellem lill-midinbin dwar
il-ħniena Tiegħi. U l-Mulej
tani għarfien interjuri
tal-abbiss sħiħ tal-ħniena
Tiegħu għall-midinbin , u sirt
naf li dak li jiena kont ktibt
hu tassew qatra.
1667.
Sibt il-Għid. (16 ta’ April
1938). Waqt l-adorazzjoni,
il-Mulej qalli, Kun fil-paċi,
binti. Din l-opra tal-ħniena hi
Tiegħi; m’hemm xejn minnek fiha.
Jiena ninsab kuntent li inti
qiegħda twettaq bil-fedelta’ dak
li Jiena kkmandajtek tagħmel,
mingħajr ma żżid jew tnaqqas
kelma waħda. U tani dawl
interjuri li permezz tiegħu sirt
naf li lanqas kelma waħda ma
kienet tiegħi; minkejja
d-diffikultajiet u l-kuntrarju,
jiena dejjem, dejjem wettaqt
ir-rieda Tiegħu, kif Hu kien
għarrafhieli.
1668.
Il-Qawmien mill-imwiet. Qabel
il-quddiesa tal-Għid, tant
ħassejtni dgħajfa li tlift kull
tama li nieħu sehem
fil-purċissjoni li jkun hemm
fil-knisja; u għidt lill-Mulej,
“Ġesu’, jekk it-talb tiegħi
jogħġbok, agħtini s-saħħa għal
dan il-mument sabiex inkun
nista’ nieħu sehem
fil-purċissjoni.” F’dak l-istess
waqt, ħassejtni b’saħħti u ċerta
li kont nista’ nakkumpanja
lis-sorijiet fil-purċissjoni.
1669.
X’ħin bdiet il-purċissjoni, rajt
lil Ġesu’ f’dija ikbar mid-dawl
tax-xemx. Ġesu’ ħares lejja bi
mħabba u qalli, Qalb ta’
Qalbi, imtela’ bil-ferħ.
F’dak il-ħin, l-ispirtu tiegħi
ntilef fih . . . X’ħin erġajt
ġejt f’tiegħi, kont qiegħda
miexja fil-purċissjoni
mas-sorijiet, filwaqt li ruħi
kienet mgħaddsa għal kollox fih
. . .
1670.
+ L-Għid. (17 ta’ April 1938).
Waqt il-Quddiesa, raddejt ħajr
lill-Mulej Ġesu’ talli għoġbu
jifdina u jagħtina dak l-ikbar
wieħed fost id-doni kollha,
jiġifieri, imħabbtu fit-Tqarbin
Imqaddes; jiġifieri, Hu stess.
F’dak il-waqt jiena nġbidt lejn
is-Santissima Trinita’, u ġejt
mgħaddsa fl-imħabba tal-Missier,
l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Dawn
il-mumenti diffiċli biex
niddeskrivihom.
1671.
F’dak il-waqt, jiena tlabt
lill-Mulej għal ċerta persuna, u
l-Mulej weġibni, Din ir-ruħ
hi għażiża għalija b’mod
speċjali. Din il-ħaġa
ferrħitni ħafna. Il-ferħ ta’
erwieħ oħrajn jimlieni b’ferħ
ġdid, u meta jiena nara doni
iktar għoljin f’xi ruħ, qalbi
ittir ‘il fuq lejn il-Mulej
f’innu ġdid ta’ adorazzjoni.
1672.
19 ta’ April (1938). Waqt il-ħin
tar-rikreazzjoni, waħda
mis-sorijiet (Swor Gajetan)
qalet, “Swor Fawstina tant
tinsab ħażin li bilkemm tista’
timxi, imma jalla ma ddumx ma
tmut għax hi ser tkun qaddisa.”
Imbagħad waħda mis-sorijiet
direttriċi, (Swor Casimir)
(nota246) qalet, “Li ser
tmut, nafuh; imma, jekk hix ser
tkun qaddisa, dik ħaġa oħra.”
Imbagħad bdew xi rimarki
malizzjużi fuq dan is-suġġett.
Jiena żammejt is-skiet; imbagħad
ippruvajt ngħid xi ħaġa, imma
rajt li l-koverżazzjoni kienet
sejra għall-agħar, għalhekk
erġajt qgħadt bi kwieti.
1673.
Bħalissa, qiegħda nirċievi ittri
mingħand sorijiet li jinsabu fi
djar oħra u li għamlu
n-novizzjat miegħi. (nota247)
Dawn spiss idaħħkuni, peress li
ħafna drabi jiktbuli hekk:
“Għażiża Swor Fawstina,
jiddispjaċina ħafna li tinsab
marida hekk serjament; imma aħna
ninsabu ferħanin ħafna li, meta
l-Mulej Ġesu’ jieħdok miegħu,
inti ser titlob għalina, għax
inti għandek influwenza kbira
mal-Mulej.” Waħda mis-sorijiet
poġġietha b’dan il-mod: “Meta
inti tmur Sor, jekk jogħġbok hu
ħsiebi b’mod speċjali, għax
ċerta li inti tista’ tagħmilha
din il-ħaġa għalija.” Soru oħra
kitbet hekk: “Kemm qiegħda
nistenna ż-żmien meta jieħdok
il-Mulej Ġesu’, għax naf x’ser
jiġri mbagħad; u jiena nixtieq
b’qalbi kollha l-mewt għalik.”
Jiena ridt nistaqsieha f’hiex
kienet qiegħda taħseb, dwar
il-mewt tiegħi, imma għamilt
mortifikazzjoni u weġibt,
“Tiġrili l-istess ħaġa, lili
midinba, bħalma tiġri
lill-midinbin kollha, jekk ma
tħarisnix il-ħniena ta’ Alla.”
1674.
20 ta’ April (1938). Tluq għal
Pradnik. Kont inkwetata ħafna li
kienu ser ipoġġuni f’sodda
f’sala fejn inkun esposta għal
kollox. Li kieku kien biss għal
ġimgħa jew tnejn . . . imma ser
indum żmien twil, xahrejn jew
forsi iktar. Filgħaxija, mort
nitkellem mal-Mulej Ġesu’. X’ħin
rajt lill-Mulej Ġesu’, ferrajt
qalbi quddiemu, l-inkwiet u
l-biżgħat kollha tiegħi. Ġesu’
qagħad jismagħni bi mħabba u
mbagħad qalli, Kun fil-paċi
binti, Jiena miegħek. Mur f’paċi
kbira. Kollox lest. Jiena
ordnajt, bil-mod speċjali
Tiegħi, sabiex kamra privata
tiġi mħejjija għalik. B’din
l-assigurazzjoni u mimlija
gratitudni, mort fis-sodda.
1675.
L-għada, Swor Felicia ħaditni
hemm. Mort f’paċi kbira u bi
spirtu kalm. X’ħin wasalna,
qalulna li kien hemm kamra
privata għal Swor Fawstina.
X’ħin dħalna fil-kamra, kellna
sorpriża għax kollox kien mħejji
sewwa: kollox kien nadif, miksi
bit-tvalji u mżejjen bil-fjuri;
is-Sorijiet kienu poġġew fuq
il-komodina ħaruf ħelu tal-Għid.
(nota248) Fil-pront,
tliet sorijiet tas-Sacro Cuor
(nota249) li kienu
jaħdmu fis-sanatorju li kien ili
nafhom, ġew biex jagħtuni merħba
bil-qalb. Swor Felicia baqgħet
sorpriża b’dan kollu. Sellimna
lil xulxin bil-qalb u hi telqet.
X’ħin kont waħdi, jiena biss
mal-Mulej Ġesu’, irringrazzjajtu
ta’ din il-grazzja kbira.
1676.
Ġesu’ qalli, Kun fil-paċi;
Jiena miegħek. Kont
għajjiena u rqadt. Filgħaxija,
is-soru (Swor David) li kellha
tieħu ħsiebi ġiet u qaltli,
“Għada m’intix sejra tirċievi
lill-Mulej Ġesu’, Sor, għax inti
għajjiena ħafna, imbagħad naraw,
iktar tard.” Din il-ħaġa
weġġgħatni ħafna, imma għidtilha
b’kalma kbira, “Tajjeb ħafna” u
b’rassenjazzjoni sħiħa mar-rieda
tal-Mulej, fittixt li norqod.
Filgħodu, għamilt
il-meditazzjoni tiegħi u ħejjet
ruħi għat-Tqarbin Imqaddes,
għalkemm ma kellix nirċievi
lill-Mulej Ġesu’. X’ħin mħabbti
u x-xewqa tiegħi laħqu grad
għoli, rajt maġenbi s-sodda
tiegħi Serafin, li qarbinni,
(nota250) filwaqt li qal dan
il-kliem “Ara s-Sid tal-Anġli.”
X’ħin irċevejt il-Mulej,
l-ispirtu tiegħi għereq
fl-imħabba ta’ Alla u fi
stagħġib. Din il-ħaġa rrepetiet
ruħha għal tlettax –il jum,
għalkemm minn jum għall-ieħor
qatt ma kont żgura li kien ser
jiġi jqarrbini l-għada. Imma
jiena poġġejt il-fiduċja sħiħa
tiegħi fit-tjubija ta’ Alla,
imma lanqas biss ma kont
nażżarda naħseb li kont sejra
nerġa’ nitqarben b’dan il-mod
l-għada.
Is-Serafin kellu madwaru dawl
kbir, id-divinita’ u l-imħabba
ta’ Alla kienu riflessi fih.
Kien liebes libsa tad-deheb u,
fuqha, spelizza trasparenti u
stola trasparenti. Il-kalċi kien
tal-kristall, miksi b’velu
trasparenti. Malli tani l-Mulej,
għeb.
1677.
Darba, meta nibet ġewwa fija
ċertu dubju ftit qabel
it-Tqarbin Imqaddes, is-Serafin
bil-Mulej Ġesu’ kien jinstab
quddiemi għal darb’oħra.
Staqsejt lill-Mulej Ġesu’ u meta
ma rċevejt l-ebda tweġiba, jiena
għidt lis-Serafin, “Tista’ forsi
tqararni?” U hu weġibni, “L-ebda
spirtu fis-sema m’għandu dik
is-setgħa.” U f’dak il-waqt,
l-Ostja Mqaddsa strieħet fuq
xofftejja.
1678.
Il-Ħadd (24 ta’ April 1938)
(nota251), is-soru li kienet
inkarigata mill-morda qaltli,
“Tajjeb, Sor, illum is-saċerdot
ser iġiblek lill-Mulej Ġesu’.”
Jiena weġibt, “Tajjeb”, u hu
ġabu. Wara xi ħin, irċevejt
il-permess li nqum mis-sodda.
Għalhekk mort il-Quddies u stajt
noqgħod xi ftit ħin mal-Mulej,
regolarment.
1679.
Wara l-ewwel eżami li għamilli,
it-tabib (Silberg) sab li
l-kundizzjoni tiegħi kienet
gravi. “Qegħdin nissuspettaw ,
Sor, li inti tassew għandek
il-marda li inti kellimtni
dwarha.” Imma Alla ta’ Setgħa
Kbira kollox jista’ jagħmel.”
X’ħin dħalt fil-kamra tiegħi,
għaddast lili nnifsi f’talb ta’
radd il-ħajr għal dak kollu li
l-Mulej kien bagħatli matul
ħajti kollha, u ssottometejt
ruħi bis-sħiħ għar-rieda l-iżjed
qaddisa Tiegħu. Ferħ u paċi
profonda mlewli ruħi. Ħassejt
paċi tant kbira li, li kieku
l-mewt ġiet f’dak il-ħin, ma
kontx ngħidilha, “Stenna, għax
għad baqagħli xi affarijiet
x’nagħmel.” Le, kont nagħtiha
merħba bil-ferħ, għax jiena
lesta li niltaqa’ mal-Mulej,
mhux biss illum, imma minn dak
il-waqt meta jiena poġġejt
il-fiduċja sħiħa tiegħi
fil-Ħniena Divina, u ntlaqt għal
kollox fir-rieda l-iżjed qaddisa
Tiegħu, mimlija ħniena u
kompassjoni. Jiena naf x’jiena
waħdi . . .
1680.
L-Ewwel Ħadd fuq l-Għid. Illum,
jiena rġajt offrejt lili nnifsi
lill-Mulej bħala olokawstu
għall-midinbin. Ġesu’ tiegħi,
jekk diġa’ qed joqrob it-tmiem
ta’ ħajti, jiena qiegħda
nitolbok bl-ikbar umilta’,
aċċetta mewti f’għaqda miegħek
bħala olokawstu li jiena qiegħda
noffrilek illum, filwaqt li
għadni f’pussess sħiħ
tal-fakultajiet tiegħi u
tar-rieda konxja tiegħi, u dan
għal tliet għanijiet:
L-ewwel: sabiex l-opra
tal-ħniena Tiegħek tinxtered
fid-dinja kollha u sabiex
il-Festa tal-Ħniena Divina tiġi
mxerrda u ċċelebrata
b’solennita’.
It-tieni: sabiex il-midinbin,
speċjalment midinbin moribondi,
jirrikorri għall-ħniena Tiegħek
u jkollhom esperjenza
tal-effetti ta’ din il-ħniena,
effetti li ma tistax tpoġġihom
fi kliem.
It-tielet: sabiex l-opra kollha
tal-ħniena Tiegħek isseħħ skont
ix-xewqat Tiegħek, u għal ċerta
persuna li hi nkarigata minn din
l-opra . . .
Aċċetta, Ġesu’ l-iktar ħanin,
is-sagrifiċċju tiegħi li mhux
biżżejjed, li Jiena qiegħda
noffrilek illum quddiem is-sema
u l-art. Jalla l-Qalb Imqaddsa
Tiegħek, hekk mimlija ħniena,
tkompli dak li hemm nieqes
fl-offerta tiegħi u offrih lil
Missierek għall-konverżjoni
tal-erwieħ. Jiena għandi għatx
għall-erwieħ, O Kristu.
1681.
+
F’dak il-waqt, id-dawl ta’ Alla
nifidni u ħassejt li jiena kont
il-propjeta’ eskulussiva ta’
Alla; u kelli esperjenza
tal-ikbar ħelsien spiritwali, li
qabel ma kellix idea tiegħu. U
fl-istess waqt, rajt il-glorja
tal-Ħniena Divina u għadd
infinit ta’ erwieħ li kienu
qegħdin ifaħħru t-tjubija
Tiegħu. Ruħi kienet għadha
tinsab mgħarrqa kollha kemm hi
f’Alla, u smajt dan il-kliem,
Inti binti l-iżjed għażiża.
Il-preżenza ħajja ta’ Alla
kompliet isseħħ matul il-jum
kollu.
1682.
+ 1 ta’ Mejju (1938). Illum
filgħaxija, Ġesu’ qalli,
Binti, jonqsok xi ħaġa? Jien
weġibt, “O Mħabba tiegħi, meta
jiena għandi Lilek għandi
kollox.” U l-Mulej wieġeb, Li
kieku l-erwieħ kellhom jintelqu
kollhom kemm huma f’idejja,
Jiena stess kont nidħol għalihom
biex inqaddishom, u kont
inferra’ grazzji ikbar fuqhom.
Hemm erwieħ li jfixklu l-isforzi
Tiegħi, imma Jiena għadni ma
qtajtx qalbi minnhom; kull darba
li huma jduru lejja, Jiena mmur
niġri biex ngħinhom, inħarishom
bil-ħniena Tiegħi, u nagħtihom
l-ewwel post fil-Qalb ħanina
Tiegħi.
1683.
Ikteb għall-benefiċċju ta’
erwieħ reliġjużi li Jiena nieħu
gost immur f’qalbhom fit-Tqarbin
Imqaddes. Imma jekk insib lil xi
ħaddieħor f’qalbhom, din il-ħaġa
ma nkunx niflaħha u nitlaq
malajr minn dik il-qalb u nieħu
Miegħi d-doni u l-grazzji kollha
li Jiena nkun ħejjejt għar-ruħ.
U r-ruħ lanqas biss tinduna li
Jiena nkun tlaqt. Wara xi ħin,
tibda tinduna li għandha ġewwa
fiha vojt u nuqqas ta’
sodisfazzjon. O, li kieku hi
mbagħad iddur lejja, Jiena
ngħinha tnaddaf lil qalbha, u
Jiena nwettaq kollox fir-ruħ
tagħha; imma jekk hi ma tkunx
trid taf u ma tkunx trid, Jiena
ma nistax inkun is-Sid tal-qalb
tagħha.
1684.
+ Jiena spiss nikkomunika
mal-moribondi u niksbilhom
il-ħniena divina. O, kemm hi
kbira t-tjubija ta’ Alla, ikbar
milli aħna nistgħu nifhmu. Hemm
mumenti u hemm misteri
tal-ħniena divina li bihom
jistagħġbu s-smewwiet. Ejjew
nieqfu milli niġġudikaw
lill-erwieħ, għax il-ħniena ta’
Alla fuqhom hi straordinarja.
1685.
Waqt is-siegħa Adorazzjoni llum,
staqsejt lill-Mulej Ġesu’ jekk
jogħġbux jgħallimni dwar
il-ħajja spiritwali. Ġesu’
weġibni, Binti, għix
bil-fedelta’ l-kliem li Jiena
qed ngħidlek. Tpoġġix valur
għoli fuq kull ħaġa esterna,
tkun xi tkun, ukoll jekk tkun
tidher prezzjuża ħafna
f’għajnejk. Intelaq għal kollox,
u għix flimkien miegħi l-ħin
kollu. Afdali kollox f’idejja, u
tagħmel xejn waħdek, u inti
dejjem ikollok ħelsien kbir
tal-ispirtu. L-ebda ċirkostanza,
l-ebda ġrajja qatt ma tkun
tista’ tinkwetak. Tagħtix kas
ta' dak li jgħidu n-nies. Ħalli
lil kulħadd jiġġudikak kif irid.
Tippruvax tiskuża lilek
innifsek; ma tiġrilek l-ebda
ħsara. Agħti kollox mal-ewwel
sinjal li xi ħadd ser jitolbok
xi ħaġa, ukoll jekk jitolbok
l-aktar affarijiet bżonnjużi.
Titlob xejn mingħajr ma
tikkonsultani. Ħallihom joħdulek
ukoll dak li għandek dritt
għalih – ir-rispett, isem tajjeb
għalik innifsek – ħalli
l-ispirtu tiegħek jogħla ‘l fuq
minn dan kollu. U hekk meħlusa
minn kollox, oqgħod strieħ qrib
Qalbi, u tħalli xejn itellfek
il-paċi tiegħek. Studenta
Tiegħi, oqgħod aħseb fuq
il-kliem li Jiena għidtlek.
1686.
O Mħabba tiegħi, Mgħallem etern
tiegħi, kemm hi ħaġa tajba li
wieħed jobdi; għax meta
l-ubbidjenza tgħaddas ir-ruħ
iġġib magħha l-qawwa u s-saħħa
sabiex wieħed ikun jista’
jaħdem.
1687.
Illum rajt lill-Mulej Ġesu’
Msallab. Perli prezzjużi u
djamanti kienu ħerġin
mill-ferita ta’ Qalbu. Stajt
nara kif qtajja’ ta’ erwieħ
kienu qegħdin jiġbdu dawn
id-doni, imma kien hemm ruħ
waħda li kienet tinsab l-iktar
qrib tal-Qalb Tiegħu u din,
peress li kienet taf kemm huma
kbar dawn id-doni, kienet
qiegħda tiġborhom bl-abbudanza,
mhux biss għaliha stess, imma
għall-oħrajn ukoll. Is-salvatur
qalli, Ara, it-teżori
tal-grazzja li niżlin fuq
l-erwieħ, imma mhux l-erwieħ
kollha jafu kif japprofittaw
mill-ġenerożita’ Tiegħi.
1688.
Illum, il-Mulej qalli, Binti,
ħares fil-Qalb Ħanina Tiegħi u
rrifletti l-kompassjoni tagħha
fil-qalb tiegħek u fl-għemejjel
tiegħek, sabiex inti, li qiegħda
xxandar il-ħniena Tiegħi
lid-dinja, inti stess tkun
qiegħda taqbad bin-nar tagħha.
1689.
8 ta’ Mejju (1938). Illum, rajt
żewġ kolonni enormi mwaqqfin fuq
l-art; jiena kont waqqaft waħda
minnhom, u ċerta persuna, S.M.,
kienet waqqfet l-oħra. Dan konna
għamilnieh bi sforz liema bħalu,
ħafna xogħol u diffikulta’. U
meta jiena kont waqqaft
il-kolonna, jiena stess bdejt
nistagħġeb minn fejn kont ġibt
dik is-saħħa straordinarja. U
ntbaħt li dan ma kontx għamiltu
bis-saħħa tiegħi stess, imma
bis-saħħa li ġietni mis-sema.
Dawn iż-żewġ kolonni kienu qrib
xulxin, fl-isfond tax-xbieha. U
rajt ix-xbieha, mgħollija ‘l fuq
ħafna u mdendla minn dawn
iż-żewġ kolonni. F’daqqa waħda,
kien hemm tempju kbir, imwieżen
minn ġewwa u minn barra, minn
dawn iż-żewġ kolonni. Rajt id
qiegħda tispiċċa (l-bini)
tat-tempju, imma ma stajtx nara
min kienet il-persuna. Kien
hemm għad kbir ta’ nies,
fit-tempju u barra mit-tempju, u
nixxigħat ħerġin bil-qawwa
jgelglu mill-Qalb kollha Ħniena
ta’ Ġesu’ kienu neżlin fuq
kulħadd.
1690.
Wara t-Tqarbin illum, Ġesu’
qalli, Binti, agħtini
l-erwieħ. Kun af li hi
l-missjoni tiegħek li tirbaħ
l-erwieħ għalija permezz
tat-talb u tas-sagrifiċċju, u
billi tħajjarhom jafdaw
fil-ħniena Tiegħi.
1691.
O, kemm nixtieq il-glorja
tal-ħniena Tiegħek – għalija,
imrar u tbatija! Meta jiena nara
l-glorja tal-ħniena Tiegħek,
il-ferħ tiegħi jkun bla qies.
Ħalli l-umiljazzjoni u
l-affarijiet kollha koroh jinżlu
fuqi, sakemm il-glorja u
t-tifħir tal-ħniena Tiegħek
jibqgħu jidwu kullimkien – dak
hu l-importanti.
Il-Ħallieq u l-Ħlejqa.
1692.
Jiena nadurak, Sid u Ħallieq,
moħbi fis-Sagrament Imqaddes.
Nadurak għall-għemejjel kollha
ta’ jdejk, li juruni daqshekk
għerf, tjieba, u ħniena. O
Mulej. Int xerridt tant sbuħija
fuq l-art, u din tkellimni fuq
il-ġmiel Tiegħek, għalkemm dawn
il-ħwejjeġ sbieħ huma biss dell
dgħajjef tal-ġmiel Tiegħek bla
tarf. U għalkemm Inti ħbejt
lilek innifsek u sbuħitek ma
tidhirx, għajnejja mdawlin
mill-fidi jarawk, u ruħi tagħraf
fik il-Ħallieq tagħha, l-ogħla
ġid tagħha; u qalbi tintilef
għal kollox f’talba ta’
adorazzjoni.
O Sid u Ħallieq tiegħi,
it-tjieba Tiegħek tagħmilli
l-qalb biex nitkellem miegħek.
Il-ħniena Tiegħek twarrab
l-abbiss li jifred il-Ħallieq
mill-ħlejqa. O Mulej, jiena
nitgħaxxaq nitkellem miegħek.
Fik insib kull ma’ qalbi tista’
tixtieq. Hawnhekk id-dawl
Tiegħek idawwalli moħħi, biex
ikun jista’ jagħrfek iżjed u
aħjar. Hawnhekk xmajjar ta’
grazzji jinżlu ġo qalbi. Min
hawnhekk ruħi tieħu l-ħajja ta’
dejjem. O Sid u Ħallieq tiegħi,
Inti biss, lil hinn minn dawn
id-doni kollha, tagħti lilek
innifsek lili u tingħaqad b’mod
sħiħ mal-imsejkna ħlejqa
Tiegħek. Hawnhekk, mingħajr ma
noqgħodu nfittxu l-kliem,
il-qlub tagħna jifhmu lil
xulxin. Hawnhekk, ħadd ma jista’
jwaqqaf it-taħdita tagħna. Dak
li fuqu nkellmek, Ġesu’, hu
s-sigriet tagħna, li l-ħlejjaq
ma jsirux jafu u l-Anġli ma
jażżardawx jistaqsu dwaru. Dawn
huma atti sigrieti ta’ maħfra,
li Ġesu’ u jiena biss nafu
bihom; dan hu l-misteru
tal-ħniena Tiegħu, li tgħannaq
lil kull ruħ waħedha, mhux
mal-oħrajn. Għal din it-tjubija
Tiegħek bla tarf, jiena nadurak,
O Mulej Ħallieq, b’qalbi kollha
u b’ruħi kollha. U, għalkemm
il-qima tiegħi hi hekk ċkejkna u
fqira, jiena ninsab fil-paċi
għax naf li Inti taf li hi
sinċiera, għalkemm mhix
biżżejjed . . .
1693.
Kif kont qiegħda nikteb dan
il-kliem, rajt lill-Mulej Ġesu’
jitqarreb lejja, u staqsieni,
Binti, x’inti tikteb? Jiena
weġibt, “Qiegħda nikteb fuqek,
Ġesu’, fuq kif Inti tinsab moħbi
fis-Sagrament Imqaddes, fuq
l-imħabba u l-ħniena Tiegħek bla
tarf li Inti għandek
għall-bnedmin.” U Ġesu’ qalli,
Segretarja tal-misteru
l-iżjed profond Tiegħi, kun af
li din tiegħek hi intimita’
esklussiva li inti għandek
miegħi. Ix-xogħol tiegħek hu li
inti tikteb dan kollu li Jiena
ngħarrfek bih dwar il-ħniena
Tiegħi, għall-benefiċċju ta’
dawk li meta jaqraw dawn
l-affarijiet jirċievu l-faraġ
f’ruħhom u jkollom il-kuraġġ
jersqu lejja. Għalhekk Jiena
rridek tiddedika l-ħin liberu
kollu tiegħek għall-kitba.”
Imma, O Mulej, jiena dejjem ser
ikolli xi mument, imqar wieħed
qasir, li fih jiena nkun nista’
nikteb? U Ġesu’ wieġeb,
M’għandekx toqgħod taħseb fuq
din il-ħaġa. Agħmel biss dak li
tista’ u Jiena dejjem nagħmel
b’mod li inti tkun tista’
faċilment tagħmel dak li Jiena
nkun qed nitlob mingħandek . . .
1694.
Illum ġiet tarani ċerta persuna
lajka, (probabbilment Stanislava
Kwietniewska) li ħolqot fija
ħafna dwejjaq u li abbużat
mit-tjubija tiegħi meta qalet
ħafna kliem b’ieħor. Malli
rajtha, demmi sar silġ fil-vini,
għax hemm quddiemi stajt nara
dak kollu li kelli nbati
minħabba fiha, għalkemm b’kelma
waħda stajt neħles lili nnifsi
minn kollox. U ġieni f’moħħi
ngħidilha l-verita’, fil-pront u
b’mod sod. Imma fl-istess waqt,
ġiet quddiem għajnejja l-ħniena
ta’ Alla, u ddeċidejt li nimxi
magħha bħalma Ġesu’ kien jimxi
kieku kien minfloki. Bdejt
inkellimha bil-ġentilezza, u
x’ħin esprimiet ix-xewqa li
tkellimni waħdi, jiena mbagħad,
bid-delikatezza kollha,
għarraftilha b’mod ċar l-istat
ħażin tar-ruħ tagħha. Stajt nara
li kienet emozzjonata ħafna,
għalkemm dan kienet qiegħda
tipprova taħbi minni. F’dak
il-ħin, daħlet fil-kamra terza
persuna, u għalhekk
il-konverżazzjoni ta’ bejnietna
ġiet fit-tmiem. Hi talbitni
tazza ilma u xi żewġ affarijiet
oħra li jiena qdejtha fihom
bil-qalb. Iżda, li kieku ma
kenitx il-grazzja ta’ Alla, ma
kontx inkun kapaċi nġib ruħi
magħha b’dan il-mod. Meta huma
telqu, raddejt ħajr lil Alla
għall-grazzja li kienet weżnitni
dak il-ħin.
1695.
Imbagħad smajt dan il-kliem,
Jiena qed nieħu pjaċir li inti
ġibt ruħek bħala tassew binti.
Kun dejjem ħanina bħalma Jiena
ħanin. Ħobb lil kulħadd
għall-imħabba Tiegħi, ukoll
l-ikbar għedewwa tiegħek, sabiex
il-ħniena Tiegħi tkun tista’
tiġi riflessa bis-sħiħ ġewwa
qalbek.
1696.
O Kristu, għalkemm neħtieġu
ħafna sforzi, kollox jista’ jsir
bil-grazzja Tiegħek.
1697.
Illum kont qiegħda nħossni mhux
ħażin, u kont ferħana li stajt
nagħmel is-Siegħa Adorazzjoni.
Imma x’ħin bdejt nagħmel
is-siegħa Adorazzjoni,
it-tbatijiet fiżiċi tiegħi bdew
jiżdiedu, bir-riżultat li ma
stajtx nitlob. X’ħin spiċċajt
is-Siegħa Adroazzjoni,
it-tbatijiet tiegħi waqfu, u
lmentajt mal-Mulej li kont xtaqt
ngħaddas ruħi fil-Passjoni Ħarxa
Tiegħu, imma t-tbatijiet tiegħi
ma kinux ħallewni nagħmel dan.
Imbagħad Ġesu’ qalli, Binti,
kun af li jekk Jiena
nippermettilek tħoss u tkun taf
b’mod iktar profond it-tbatijiet
Tiegħi, din tkun grazzja
mingħandi. Imma meta moħħok
jiddallam u t-tbatijiet tiegħek
ikunu ikbar, ikun f’dak il-waqt
li inti tieħu sehem b’mod attiv
fil-Passjoni Tiegħi, u Jiena
nkun qiegħed nagħġnek iżjed
fix-xbieha Tiegħi. Huwa dmirek
f’waqtiet bħal dawn li
tissottometti ruħek għar-rieda
tiegħi, iktar milli f’waqtiet
oħra . . .
1698.
Ta’ spiss nassisti mal-moribondi
u permezz ta’ talb niksibilhom
fiduċja fil-ħniena ta’ Alla, u
nitlob lil Alla għal abbundanza
ta’ grazzja divina, li hi dejjem
rebbieħa. Il-ħniena ta’ Alla
tmiss lil midneb fl-aħħar waqt
b’mod tal-għaġeb u misterjuż.
Minn barra, jidher bħallikieku
kollox mitluf, imma mhux hekk
ikun. Ir-ruħ, imdawla b’raġġ
tal-grazzja qawwija ta’ Alla
fl-aħħar mument, iddur lejn Alla
f’dak l-aħħar waqt b’tant qawwa
ta’ mħabba li, f’waqt wieħed,
hija tirċievi mingħand Alla
l-maħfra tad-dnub u tal-kastig,
filwaqt li minn barra ma turi
l-ebda sinjal ta’ ndiema, għax
l-erwieħ, (f’dak l-istadju) ma
jibqgħux jirreaġixxu
għall-affarijiet esterni. O,
kif ħadd ma jista’ jifhem
il-ħniena ta’ Alla! Imma –
x’biża’! – hemm ukoll erwieħ li
minn jeddhom u konxjament
iwarrbu u jiddisprezzaw din
il-grazzja! Għalkemm il-persuna
tkun tinsab fil-punt tal-mewt,
Alla ħanin jagħti lir-ruħ dak
il-mument ta’ dawl interjuri,
sabiex jekk ir-ruħ tkun trid,
ikollha l-possibilta’ li ddur
lejn Alla. Imma xi kultant, tant
ikunu iebsin l-erwieħ li minn
jeddhom jagħżlu l-infern; (b’dan
il-mod) ikun kollu għalxejn
it-talb kollu li erwieħ oħra
joffru lil Alla għalihom kif
ukoll l-isforzi ta’ Alla nnifsu.
. .
1699.
Ġ.M.Ġ
Solitudni – waqtiet favoriti
tiegħi,
Solitudni – imma dejjem flimkien
miegħek, Ġesu’ u Mulej,
Qrib il-Qalb Tiegħek, il-ħin
jgħaddi ħelu għalija,
U qrib Tiegħu, ruħi ssib
is-serħan tagħha.
Meta l-qalb timtela bik sa ma
tfur bl-imħabba,
U r-ruħ taqbad bin-nar safi,
Imbagħad, fost l-ikbar
deżolazzjoni, ir-ruħ ma
tħosshiex waħedha,
Għax tkun qiegħda tistrieħ fuq
sidrek,
O Solitudni – mumenti ta’
kumpanija mill-aqwa,
Għalkemm jabbandunawni l-ħlejjaq
kollha,
Jiena nintilef għal kollox
fl-oċejan tad-divinita’ Tiegħek,
U Inti toqgħod tisma’ bil-ħlewwa
tas-sigrieti tiegħi.
1700.
Illum filgħaxija, il-Mulej
staqsieni, M’għandekx xi
xewqat f’qalbek? Jiena
weġibt, “Xewqa waħda kbira
għandi, u din hi li ningħaqad
miegħek għal dejjem.” U l-Mulej
weġibni, Dalwaqt. Binti
l-iżjed għażiża, kull ċaqliqa
tiegħek tinsab riflessa ġewwa
Qalbi. Ħarsti tistrieħ fuqek
bil-ħniena qabel kull ħlejqa
oħra.
1701.
Illum tlabt lill-Mulej biex
jogħġbu jgħallimni dwar il-ħajja
interjuri, għax waħdi la nista’
nifhem lanqas nimmaġina xejn
b’mod perfett. Il-Mulej weġibni,
Jiena kont l-Imgħallem
tiegħek, għadni u nibqa’;
ipprova agħmel mod li qalbek
tkun tixbah lill-Qalb umli u
tenera Tiegħi. Qatt tinsisti fuq
id-drittijiet tiegħek. Issaporti
b’kalma u paċenzja kbira dak
kollu li jiġrilek. Tiddefendix
lilek nnifsek meta jwaqqgħuk
għaċ-ċajt, għalkemm tkun bla
ħtija. Ħalli l-oħrajn
jittrijonfaw. Tiqafx milli tkun
twajba meta l-oħrajn jabbużaw
mit-tjubija tiegħek. Jiena stess
naqbeż għalik meta jkun hemm
bżonn. Kun grata għall-iżgħar
waħda mill-grazzji Tiegħi, għax
il-gratitudni tiegħek iġġegħelni
nagħtik il-grazzja ġodda . . .
1702.
Lejn it-tmiem tal-Via Sagra li
kont qiegħda nagħmel, il-Mulej
Ġesu’ beda jilmenta dwar
l-erwieħ tar-reliġjużi u
tas-saċerdoti u li ma kenitx
teżisti l-imħabba fl-erwieħ
magħżulin. Jiena ser
nippermetti li l-kunventi u
l-knejjes jiġu meqrudin.
Jiena weġibt, “Ġesu’ imma hemm
tant erwieħ qegħdin ifaħħruk
fil-kunventi.” Il-Mulej wieġeb,
Dak it-tifħir jagħmilli
ferita f’Qalbi, għax l-imħabba
għebet mill-kunventi. Erwieħ li
m’għandhomx imħabba u
devozzjoni; erwieħ mimlijin
egoiżmu, erwieħ mimlijin
suppervja u arroganza, erwieħ
mimlijin qerq u ipokrisija,
erwieħ berdin li għandhom
bilkemm biżżejjed sħana ġewwa
fihom biex iżżommhom ħajjin:
Qalbi dan ma tifilħux.
Il-grazzji kollha li Jiena
nferra’ fuqhom jibqgħu
għaddejjin fil-vojt bħalma
l-ilma jibqa’ nieżel fuq wiċċ
ta’ blata. Ma niflaħhomx, għax
la huma tajbin u lanqas ħżiena.
Jiena ridt li l-kunventi jibdew
jeżistu sabiex id-dinja
titqaddes permess tagħhom. Minn
ġo fihom għandha toħroġ fjamma
qawwija ta’ mħabba u
sagrifiċċju. U jekk huma ma
jindmux u ma jħossux jaqbad
ġewwa fihom in-nar tal-ewwel
imħabba tagħhom, Jiena
ngħaddihom f’idejn din id-dinja
. . .
Kif ser joqgħodu fuq it-tron
imwiegħed tal-ġudizzju sabiex
jiġġudikaw id-dinja, meta
l-ħtija tagħhom hi ikbar
mill-ħtija tad-dinja? La hemm
penitenza lanqas tpattija. O
qalb, li rċevietni filgħodu, u
f’nofs inhar diġa’ qed taqbad
bil-mibgħeda kontrija, mibgħeda
ta’ kull kwalita’! O qalb li
Jiena għażilt b’mod speċjali,
inti għal dan ġejt magħżula,
sabiex tweġġgħani iktar?
Id-dnubiet kbar tad-dinja huma
feriti tal-wiċċ fuq il-Qalb
Tiegħi, imma d-dnubiet ta’ ruħ
magħżula jinfduli Qalbi sa
ġewwanett. . .
1703.
X’ħin ippruvajt ninterċedi
għalihom, ma stajt nsib l-ebda
skuża għall-imġieba tagħhom, u
f’dak il-ħin ma stajt naħseb
f’xejn biex niddefendihom, qalbi
qabadha l-uġigħ, u bdejt nibki
bil-qalb. Imbagħad il-Mulej
tefa’ ħarsa ħanina fuqi u
farraġni b’dan il-kliem:
Toqgħodx tibki. Għad fadal għadd
kbir ta’ erwieħ li jħobbuni
ħafna, imma Qalbi tixtieq li
kulħadd iħobbha, u għax imħabbti
hi kbira, għalhekk Jiena
nwissishom u nċanfarhom.
1704.
+ Taqbida ma’ ċerta tentazzjoni.
Kien hemm persuna li kien il-ħin
kollu jwaqqafni bi kliem ta’
tmellis, u ladarba kien jaf
x’ħin kont noħroġ biex imur
fil-kappella jew fil-veranda,
kien joqgħod fin-nofs minn fejn
kont ngħaddi jiena. Peress li ma
kienx jażżarda jersaq lejja
waħdu, sab persuna oħra bħalu,
imma l-ebda wieħed minnhom ma
ażżarda jersaq lejja. Filwaqt li
kont fi triqti sejra
għad-devozzjonijiet ta’ Mejju,
diġa’ kienu qegħdin hemm minn
fejn kelli ngħaddi jiena. Kont
għadni ma wasaltx ħdejhom meta
smajt kliem indirizzat lejja
biex jiġbidni. U l-Mulej
ippermetthieli nsir naf
l-intenzjonijiet li kellhom
f’qalbhom, li ma kinux
intenzjonijiet tajbin. Ħassejt
ġewwa fija li kienu ser
jagħlquli l-passaġġ minn fejn
kelli ngħaddi wara li ħriġt
mill-kappella, u mbagħad kien
ikolli nkellimhom, għax sa dak
iż-żmien ma kontx għidt kelma.
X’ħin ħriġt mill-kappella, kienu
qegħdin hemm, ippreparati u
jistennewni ngħaddi. Din
id-darba, għelibni l-biża’.
Imbagħad Ġesu’ qagħad maġenbi u
qalli, Tibżax. Jiena qiegħed
miegħek. Imbagħad ħassejt
saħħa straordinarja ġewwa ruħi,
li ma nistax niddeskriviha u,
x’ħin kont ninsab ftit passi ‘l
bogħod minnhom, għidt bil-kuraġġ
u b’vuċi għolja, “Ikun imfaħħar
Ġesu’ Kristu.” U huma, filwaqt
li warrbu minn triqti, wieġbu,
“Għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.”
Bħallikieku laqtithom sajjetta,
baxxew rashom u lanqas biss
ażżardaw iħarsu lejja. Wara li
għaddejt stajt nisma’ xi
kummenti malizzjużi. Minn dak
iż-żmien ‘il hawn, meta dan
il-bniedem jarani, jitlaq jiġri
sabiex ma jiltaqax miegħi, u
jiena, grazzi lill-Mulej, bqajt
ngħix fil-paċi . . .
1705.
Wara l-Quddiesa, ħriġt fil-ġnien
sabiex nagħmel il-meditazzjoni
tiegħi, peress li kien għad
m’hemmx pazjenti fil-ġnien dak
il-ħin, u għalhekk ħassejtni
komda nagħmel hekk. Kont qiegħda
nimmedita fuq il-barkiet ta’
Alla, qalbi kienet qiegħda
taqbad bi mħabba hekk qawwija li
ħassejtni donnu sidri kien ser
jinqasam. F’daqqa waħda sibt lil
Ġesu’ quddiemi u qalli,
X’inti tagħmel hawnhekk hekk
kmieni? Jiena weġibt,
“Qiegħda naħseb Fik, fil-ħniena
Tiegħek u fit-tjubija Tiegħek
magħna. U Inti, Ġesu’, x’inti
tagħmel hawnhekk?” Ħriġt
niltaqa’ miegħek, biex inferra’
fuqek grazzji ġodda. Qiegħed
infittex erwieħ li jixtiequ
jirċievu l-grazzja Tiegħi.
1706.
Waqt il-Vespri llum, il-Mulej
urieni kemm togħġbu qalb li hi
safja u ħielsa. Ħassejt lil Alla
jitpaxxa jħares ġo qalb bħal din
. . . Imma qlub bħal dawn huma
qlub ta’ kavallieri; ħajjithom
hi taqbida waħda l-ħin kollu . .
.
1707.
Fi triqti lejn il-veranda, dħalt
fil-kappella għal waqt wieħed.
Qalbi ntilfet f’adorazzjoni
profonda, filwaqt li qgħadt
infaħħar it-tjubija u l-ħniena
bla tarf ta’ Alla. Imbagħad
smajt dan il-kliem ġewwa ruħi:
Jiena Hu u għad inkun għalik
dak li Inti qiegħda tfaħħarni li
Jiena. Inti għad ikollok
esperjenza tat-tjubija Tiegħi,
diġa’ f’din il-ħajja u mbagħad,
fil-milja kollha, fil-ħajja li
għad trid tiġi.
1708.
O Kristu, jiena nieħu tant gost
meta nara li Inti maħbub, u li
qed jidwi t-tifħir u l-glorja
Tiegħek, l-aktar it-tifħir
tal-ħniena Tiegħek. O Kristu,
sal-aħħar waqt ta’ ħajti, ma
niqafx nagħti glorja lit-tjubija
u l-ħniena Tiegħek. B’kull qatra
ta’ demmi, b’kull taħbita ta’
qalbi, jiena nigglorifika
l-ħniena Tiegħek. Nixtieq li
niġi mibdula kollni kemm jien
f’innu lill-glorja Tiegħek.
X’ħin insib ruħi fuq is-sodda
tal-mewt tiegħi, jalla l-aħħar
taħbita ta’ qalbi tkun innu ta’
mħabba u ta’ tifħir lill-ħniena
Tiegħek bla tarf.
1709.
Illum il-Mulej qalli, Qabel
il-miġja tal-Ispirtu s-Santu
għandek tagħmel irtir ta’ tlett
ijiem. Jiena stess inkun
id-direttur tiegħek. M’għandekx
issegwi r-regoli tal-irtiri jew
tuża kotba għall-meditazzjoni.
Li għandek tagħmel hu li toqgħod
tisma’ kliemi b’attenzjoni.
Għall-qari spiritwali għandek
taqra kapitlu wieħed
mil-Evanġelju ta’ San Ġwann.
(Hawnhekk fil-pitazz oriġinali
hemm spazju ta’ nofs paġna)
1710.
26 ta’ Mejju (1938 – Festa ta’
Tlugħ il-Mulej fis-sema). Illum
jiena akkumpanjajt lill-Mulej
Ġesu’ filwaqt li Hu tela’
s-sema. Kien għall-ħabta ta’
nofs inhar. Ġiet fuqi xewqa
kbira għal Alla. Hi ħaġa
stramba, iktar ma kont qiegħda
nħoss il-preżenza ta’ Alla,
bdejt nixxennaq għalih b’ikbar
ħerqa. Imbagħad rajt lili nnifsi
f’nofs ġemgħa kbira ta’ dixxipli
u appostli, flimkien ma’ Omm
Alla. Ġesu’ kien qed jgħidilhom
sabiex . . . Imorru fid-dinja
kollha u jgħallmu f’ismu.
Huwa firex idejh fuqhom u
berikhom u għeb fi sħaba. Rajt
lill-Madonna tixxennaq. Ruħha
kienet qiegħda tixxennaq għal
Ġesu’ bil-qawwa kollha ta’
mħabbitha. Imma tant kienet
fil-paċi u maqgħuda mar-rieda
ta’ Alla li ma kien hemm l-ebda
ċaqliqa f’qalbha ħlief għal dak
li Alla ried.
1711.
X’ħin ħallewni waħdi mal-Verġni
Mbierka, hija bdiet tgħallimni
dwar il-ħajja interjuri. Hija
qaltli, Il-vera kobor tar-ruħ
jinsab filli tħobb lil Alla u
tumilja ruħha fil-preżenza
Tiegħu, filwaqt li tinsa lilha
nnfisha għal kollox u temmen li
hi m’hi ħlief xejn; għax
il-Mulej Hu kbir, imma jogħġbuh
biss dawk li huma umli; Huwa
dejjem joħodha mas-suppervi.
1712.
Ċerta persuna li jiena diġa’
semmejtha qabel, reġgħet ġiet
iżżurni. X’ħin rajt li kienet
bdiet tinqabad fil-gideb tagħha
stess, ħallejtha tinduna li
jiena kont naf li hi kienet
qiegħda tgħid kliem b’ieħor.
Bdiet tħossha mbarazzata ħafna u
ma komplietx titkellem. Imbagħad
jiena kellimtha fuq il-ġudizzji
kbar ta’ Alla, u rrimarkajt
ukoll li hi kienet qiegħda
tmexxi erwieħ innoċenti fit-triq
il-ħażina u fil-periklu.
Ġibtilha quddiem għajnejha dak
kollu li kien hemm f’qalbha.
Peress li jiena wkoll kelli
nissielet mas-sentimenti tiegħi
stess biex inkellimha, sabiex
nagħti prova lil Ġesu’ li nħobb
lil għedewwa tiegħi, tajtha dik
ix-xi ħaġa żgħira li kelli
x’niekol wara nofs inhar. Meta
telqitni ruħha kienet imdawla,
imma għadha ‘l bogħod mill-fatti
. . .
1713.
Ikun hemm drabi meta l-Mulej
Ġesu’ jaqtagħli sal-iċken xewqa.
Illum għaddejt rimarka li xtaqt
nara xi żbul tal-qamħ, imma ma
jidhrux mis-sanatorjum tagħna.
Iżda, wieħed mill-pazjenti sema’
din ir-rimarka u l-għada ħareġ
fl-għalqa u ġabli xi żbul
tal-qamħ sbieħ. Il-kamra tiegħi
tkun dejjem imżejna bi fjuri
friski, imma l-ispirtu tiegħi ma
jista’ jistrieħ b’xejn. Ninsab
imxenqa, iktar u iktar, għal
Alla.
1714.
Illum offrejt talb ħerqan ta’
interċessjoni lill-Mulej Ġesu’
għad-dar tagħna, u tlabtu jekk
jogħġbu jneħħilna s-salib li
mess lill-kunvent tagħna.
(nota252) Il-Mulej weġibni,
It-talb tiegħek ġie milqugħ
għal intenzjonijiet oħrajn. Ma
nistax inneħħilkom dan is-salib
qabel ma jagħrfu t-tifsira
tiegħu. Imma xorta waħda,
bqajt nitlob.
1715.
Tentazzjoni qawwija. Il-Mulej
għarrafni kemm togħġbu qalb
safja, u b’dan il-mod ksibt
għarfien iktar profond
tal-miżerja tiegħi stess. X’ħin
bdejt inħejji ruħi għall-qrar,
bdew ġejjin jattakkawni
tentazzjonijiet qawwijin kontra
l-konfessuri. Lil Satana ma
stajtx narah, imma stajt
inħossu, il-korla terribbli
tiegħu. – “Iva, dak bniedem
komuni.” –“Mhux komuni, għax
għandu s-setgħa ta’ Alla.” –
Iva, ma nsibhiex ħaġa diffiċli
nakkuża lili nnifsi bi dnubieti.
Imma nikxef il-fond l-iktar
sigriet ta’ qalbi, li nagħti
rendikont tal-ħidma tal-grazzja
ta’ Alla, li nitkellem fuq kull
talba li jitlob minni Alla, fuq
dak kollu li jgħaddi bejni u
bejn Alla . . . li nitkellem
dwar dan ma’ xi ħadd hija ħaġa
li m’għandix saħħa nagħmilha.
Ħassejtni qiegħda nissielet
mal-qawwiet u bdejt ngħajjat: “O
Kristu, Inti u s-saċerdot, intom
ħaġa waħda; ser nersaq
għall-qrar bħallikieku kont
rieqsa mhux lejn raġel, imma
lejk.” X’ħin dħalt
fil-konfessinarju, bdejt billi
wrejt id-diffikultajiet tiegħi.
Is-saċerdot wieġeb li l-aħjar
ħaġa li stajt għamilt kienet li
nuri mill-bidu x’kienu dawn
it-tentazzjonijiet. Iżda, wara
l-qrar, dawn għebu u ruħi
qiegħda tgawdi l-paċi.
1716.
Darba waqt ir-rikreazzjoni,
waħda mis-sorijiet direttriċi
qalet lis-sorijiet lajċi kienu
bla ebda sentimenti, u għalhekk
wieħed seta’ jittrattahom
b’riżerva. Iddispjaċini nara li
s-sorijiet direttriċi ftit li
xejn jafu fuq is-sorijiet lajċi
u jiġġudikawhom biss minn dak li
jidher minn barra.
1717.
Illum kont qiegħda nitkellem
mal-Mulej u Hu qalli, Hemm
erwieħ li ma nista’ nagħmel xejn
magħhom. Dawn huma erwieħ li
l-ħin kollu joqgħodu josservaw
lill-oħrajn imma ma jafu xejn
x’inhu jiġri ġewwa fihom stess.
Il-ħin kollu jitkellmu fuq
l-oħrajn, ukoll fil-ħinijiet ta’
skiet assolut, li hu riżervat
sabiex huma jitkellmu miegħi
biss. Erwieħ imsejknin, huma ma
joqgħodux jismgħu kliemi;
jibqgħu vojta minn ġewwa. Ma
jfittxunix ġewwa l-qalb tagħhom
stess, imma fi tpaċpiċ vojt,
fejn lili qatt ma ssibni. Huma
jħossu vojt ġewwa fihom, imma ma
jagħrfux il-ħtija tagħhom stess,
filwaqt li erwieħ li fihom Jiena
nsaltan bis-sħiħ dejjem
iġegħluhom iħossu rimors.
Minflok ma jikkoreġu lilhom
infushom, il-qlub tagħhom
jintefħu bl-għira, u jekk ma
jiġux f’sensihom, jibqgħu
jgħoddsu iktar ‘l isfel. Qalb,
li s’issa hi għajjura, issa
tibda timtela bil-mibgħeda. U
huma jkunu diġa’ f’xifer
l-irdum. Jgħiru għar-rigali li
Jiena nagħti lill-erwieħ
l-oħrajn, imma huma stess la
huma kapaċi u lanqas iridu
jilqgħuhom.
1718.
Li noqgħod f’riġlejk, O Alla
moħbi,
Hi l-għaxqa u l-ġenna ta’ ruħi.
Hawnhekk, Int tgħarrafni, O Dak
li ħadd ma jista’ jifhmu,
U Inti tkellimni bi ħlewwa:
Agħtini, agħtini qalbek.
Djalogu fis-skiet, waħdi
flimkien miegħek,
Din hi l-esperjenza li jgawdu
l-ħlejjaq fil-ġenna,
U ngħid lil Alla, “Ser nagħtik,
ser nagħtik, qalbi, O Mulej.”
Filwaqt li Inti, O kbir li ħadd
ma jista’ jifhmek tilqa’
bil-qalb.
L-imħabba u l-ħlewwa huma
l-ħajja ta’ ruħi
U l-preżenza Tiegħek il-ħin
kollu ġewwa ruħi.
Jiena qiegħda ngħix f’din l-art
f’estasi kontinwa,
U bħal serafin intenni,
“Osanna!”
Inti li tinsab moħbi, ġisem, ruħ
u divinita’,
Taħt l-ispeċi fraġli tal-ħobż,
Inti ħajti li minnha tfawwar
abbundanza ta’ grazzji;
U għalija, Inti aqwa mill-hena
tal-ġenna.
Meta Inti tingħaqad miegħi
fit-Tqarbin, O Alla,
Jiena mbagħad inħoss il-kobor
tiegħi li ma nistax niddeskrivih
Kobor li ġej minnek, O Mulej,
jien nistqarr bl-umilta’,
U minkejja l-miżerja tiegħi,
bil-għajnuna Tiegħek, jiena
nista’ nsir qaddisa.
1719.
+ Waqt il-Quddiesa, sirt naf li
ċertu saċerdot ma jistax iħalli
effett wisq fl-erwieħ għax
jaħseb fih innifsu u għalhekk
jinsab waħdu. Il-grazzja ta’
Alla titlaq u taħrab; huwa
jiddependi minn affarijiet żgħar
esterni, li m’għandhom l-ebda
importanza f’għajnejn Alla; u,
peress li hu supperv, jaħli
l-ħin tiegħu u jgħejja filwaqt
li ma jaqbadx ħut.
1720.
Ikun hemm waqtiet meta Ġesu’
jagħtini għarfien ġewwa ruħi, u
mbagħad kulma jeżisti f’din
l-art ikun jinsab
għad-dispożizzjoni tiegħi;
ħbieb, għedewwa, suċċess,
kuntrarju . . . . kollox, irid
jew ma jridx, ikollu jaqdini.
Jiena ma naħseb xejn fihom;
nipprova nkun fidila lejn Alla u
nħobbu sal-punt li ninsa lili
nnifsi għal kollox. U Huwa stess
jieħu ħsiebi u jiġġieled kontra
l-għedewwa tiegħi.
1721.
Wara t-Tqarbin Imqaddes, x’ħin
kont tajt merħba lil Ġesu’ ġewwa
qalbi, jiena għidtlu, “Maħbub
tiegħi, saltan fl-irkejjen
l-iktar sigrieti ta’ qalbi, hemm
fejn jitnisslu l-ħsibijiet, fejn
Inti biss tista’ tidħol, f’dan
is-santwarju fil-fond fejn
il-ħsieb tal-bniedem ma jistax
jidħol u jinfed. Jalla Int biss
tgħammar hemm ġewwa, u jalla
kulma nagħmel minn barra jibda
fik u minnek. Bl-ikbar ħeġġa
nixtieq, u qiegħda nipprova
bis-saħħa kollha ta’ ruħi, li
nara li Inti, Mulej, tħossok li
qiegħed f’darek f’dan
is-santwarju.”
1722.
Smajt dan il-kliem: Li kieku
inti ma rbattlix idejja, kont
nibgħat ħafna kastigi fl-art.
Binti, il-ħarsa tiegħek
iżżarmali l-korla Tiegħi.
Għalkemm xofftejk siekta, inti
tgħajjatli b’tant qawwa li
l-ġenna kollha tiċċaqlaq. Ma
nistax naħrab mit-talb tiegħek,
għax inti tiġri warajja, mhux
mill-bogħod imma ġewwa qalbek
stess.
1723.
Meta ġiet iżżurni billejl ir-ruħ
ta’ ċerta żagħżugħa, hija
għarrfitni bil-preżenza tagħha,
u qaltli li kellha bżonn it-talb
tiegħi. Jiena qgħadt nitlob għal
ftit, imma l-ispirtu tagħha ma
telaqnix. Imbagħad jiena qgħadt
naħseb bejni u bejn ruħi, “Jekk
inti spirtu tajjeb, ħallini
fil-paċi, u l-indulġenzi li
nikseb għada jkunu għalik.”
F’dak il-waqt, l-ispirtu telaq
minn kamarti, u jiena ntbaħt li
hi kienet tinsab fil-purgatorju.
1724.
Illum ħassejt il-Passjoni
tal-Mulej f’ġismi iktar milli
ħassejtha fi żminijiet oħrajn.
Ħassejt li dan kien minħabba ruħ
moribonda.
1725.
Illum, il-Mulej reġa’ beda
jgħallimni, għal darb’oħra, kif
għandi nersaq lejn is-Sagrament
tal-Qrar: Binti, bħalma inti
tħejji ruħek fil-preżenza
Tiegħi, hekk ukoll inti tqerr
quddiemi. Il-persuna
tas-saċerdot hija biss għalija
paraventu. Qatt m’għandek
tanalizza x’tip ta’ saċerdot
Jiena nkun qiegħed nuża; iftaħ
ruħek fil-qrar bħallikieku
qiegħda tqerr għandi, u Jiena
nimlieha bid-dawl Tiegħi.
1726.
Kristu u Mulej, Inti qiegħed
tmexxini fuq tali preċipizzji
li, meta jiena nħares lejhom,
nimtela bil-biża’, imma
fl-istess ħin ninsab fil-paċi
hekk kif nitgeddes qrib il-Qalb
Tiegħek. Qrib il-Qalb Tiegħek,
ma nibża’ minn xejn. F’dawn
il-waqtiet ta’ periklu, jiena
nġib ruħi bħal tifla żgħira,
hekk kif tkun qiegħda ġġorrha
ommha; meta hi tara xi ħaġa li
tbeżżagħha, tiggranfa iktar ma’
għonq ommha biex tħossha li
tinsab fis-sod.
1727.
+
Ta’ spiss jiena nara nases
magħmulin għalija minn erwieħ li
mhux suppost jagħmluhom. Jiena
ma niddefendix ruħi, imma nafda
lili nnifsi iktar u iktar
f’idejn Alla, li jara ġewwa
fija. U nista’ nara kif dawn
l-erwieħ jinqabdu fin-nases
tagħhom stess. O Alla, kemm inti
ġust u twajjeb!
1728.
Ikteb: Jiena Qaddis, Qaddis,
Qaddis u Jiena nobgħod l-iċken
dnub. Ma nistax inħobb ruħ
imtebbgħa bid-dnub; imma meta
hija tindem m’hemmx limitu
għall-ġenerożita’ Tiegħi magħha.
Il-ħniena Tiegħi tgħannaqha u
tiġġustifika. Bil-ħniena Tiegħi,
Jiena niġri wara l-midinbin kull
fejn ikunu, u Qalbi tifraħ meta
huma jduru lura għandi. Ninsa
l-imrar li jkunu sqew lil Qalbi
u nifraħ li ġew lura.
Għid lill-midinbin li ħadd ma’
jista’ jaħrab minn taħt idejja;
jekk huma jaħarbu ‘l bogħod
mill-Qalb ħanina Tiegħi, huma
jaqgħu fl-idejn ġusti Tiegħi.
Għid lill-midinbin li Jiena
dejjem ninsab nistennihom, li
nkun qiegħed nissemma’
b’attenzjoni t-taħbit tal-qalb
tagħhom . . . meta ser tibda
tħabbat għalija? Ikteb, li Jiena
nkun qiegħed inkellimhom permezz
tar-rimors fil-kuxjenza tagħhom,
permezz tad-disfatti u
t-tbatijiet tagħhom, permezz ta’
maltempati, permezz tal-vuċi
tal-Knisja. U jekk huma jġibu
fix-xejn il-grazzji Tiegħi
kollha, tibda l-korla Tiegħi
għalihom, inħallihom waħedhom u
nagħtihom dak li huma jkunu
jridu.
1729.
O Ġesu’tiegħi, Inti biss taf
bl-isforzi tiegħi. Donni ninsab
daqsxejn aħjar, imma dan ifisser
biss li nista’ noħroġ
fil-veranda minflok ma noqgħod
mimduda fis-sodda. Nista’ nara u
konxja bis-sħiħ ta’ dak li
qiegħed jiġrili. Minkejja l-kura
diliġenti tas-superjuri tiegħi u
l-isforzi tat-tobba, saħħti
qiegħda tnin u sejra lura. Imma
jiena ninsab tassew ferħana li
Inti qiegħed issejjaħli; Alla
Tiegħi, Imħabba tiegħi, għax naf
li l-missjoni tiegħi ser tibda
filwaqt tal-mewt tiegħi. O, kemm
nixtieq li ninħeles mill-irbit
ta’ dan il-ġisem. O Ġesu’
tiegħi, Inti taf li, fix-xewqat
kollha tiegħi, jiena dejjem
nixtieq nara r-rieda Tiegħek.
Għal dak li jiddependi minni, la
nixtieq immut minuta qabel,
lanqas ngħix minuta iktar, la
nbati inqas, lanqas inbati
iżjed, imma jiena rrid biss li
nagħmel ir-rieda qaddisa
Tiegħek. Għalkemm għandi ħafna
entużjażmu, u x-xewqat li hemm
jaqbdu ġewwa qalbi huma kbar
ħafna, dawn qatt ma jisbqu
r-rieda tiegħek.
1730.
Jiena niġri lejn il-ħniena
Tiegħek, O Alla kollok
mogħdrija, li Inti waħdek
tajjeb. Għalkemm il-miżerja
tiegħi hija kbira, u dnubieti
huma bosta, jiena nafda
fil-ħniena Tiegħek għax Inti
Alla tal-ħniena, u qatt ma
nstema’ matul iż-żminijiet,
lanqas is-sema u l-art ma
jiftakru, li xi ruħ ittamat
fil-ħniena Tiegħek u baqgħet
imqarrqa.
O Alla kollok mogħdrija, Inti
biss tista’ tiġġustifikani, u
Inti qatt ma tkeċċini meta
nersaq niedma lejn Qalbek
ħanina, minn fejn qatt ħadd ma
ġie mwarrab, imqar jekk kien
l-akbar midneb.
1731.
Illum qajmitni maltempata kbira.
Ir-riħ kien qed ivenven, ix-xita
nieżla bil-qliel, sajjetti
jfaqqgħu l-ħin kollu. Bdejt
nitlob li l-maltempata ma
tikkawża l-ebda ħsara, meta
smajt dan il-kliem: Għid
il-kurunella li għallimtek, u
l-maltemp jieqaf. Bdejt
fil-pront ngħid il-kurunella u
kien għadni lanqas biss
spiċċajtha x’ħin il-maltempata
waqfet f’daqqa waħda, u jiena
smajt dan il-kliem: Permezz
tal-kurunella intom tistgħu
tiksbu kollox, jekk dak li intom
titolbu jkun skont ir-rieda
Tiegħi.
1732.
Kif kont qiegħda nitlob
għall-Polonja, smajt dan
il-kliem: Jiena għandi mħabba
speċjali għall-Polonja, u jekk
hi tkun ubbidjenti għar-rieda
Tiegħi, jiena ngħolliha
fil-qawwa u fil-qdusija. Minnha
għad toħroġ il-ġamra li għad
tħejji d-dinja għall-aħħar miġja
Tiegħi.
1733.
+ Merħba lilek, Imħabba moħbija,
ħajja ta’ ruħi! Jiena nagħtik
merħba, Ġesu’, taħt dawn
ix-xbihat umli tal-ħobż. Merħba,
Ħniena l-iktar ħelwa, li
titferra’ għall-erwieħ. Merħba,
Tjubija infinita, li tferra’
kullimkien ix-xmajjar
tal-grazzji Tiegħek. Merħba, O
Dija mgħottija b’velu, id-Dawl
tal-erwieħ. Merħba, O Għajn ta’
ħniena li ma tispiċċa qatt, O
Għajn l-iżjed safja li minnha
joħorġu jgelglu għalina l-ħajja
u l-qdusija. Merħba, Għaxqa ta’
erwieħ safjin. Merħba, Tama
waħdanija ta’ erwieħ midinbin.
1734.
O Ġesu’ tiegħi, naf li hemm
żminijiet meta jiena la jkolli
ħsibijiet għoljin lanqas spirtu
li jogħla ‘l fuq. Jiena
nissaporti lili nnifsi
bil-paċenzja u nammetti li jiena
dak li jiena, għax kulma hu
sabiħ hu grazzja mingħand Alla.
U għalhekk jiena numilja ruħi
profondament u nsejjaħ
l-għajnuna Tiegħek; u l-grazzja
taż-żjara ma ddumx ma tiġi
f’qalb umli.
1735.
O verġni, fjura sabiħa,
Int m’intix ser tibqa’ ħafna
iżjed f’din id-dinja.
O, xi ġmiel is-sbuħija tiegħek,
Għarusa safja tiegħi.
L-ebda numri ma jistgħu
jgħodduk.
Kemm hi għażiża l-fjura
verġinali tiegħek!
Id-dija tiegħek xejn ma jista’
jtellifha;
Hija kuraġġuża, b’saħħitha, ħadd
ma jirbħilha.
Id-dija tgħammex tax-xemx ta’
nofs inhar
Tiddallam fil-preżenza ta’ qalb
verġni.
Ma nista’ nara xejn ikbar
mill-verġnita’
Hija fjura meħuda mill-Qalb
Divina.
O verġni ġentili, warda tfuħ,
Għalkemm hemm ħafna slaleb f’din
l-art,
L-ebda għajn ma rat, lanqas qatt
daħal f’moħħ il-bniedem
X’hemm jistenna ruħ verġni
fil-ġenna.
O verġni, ġilju abjad bħas-silġ,
Inti tgħix għal kollox u biss
għal Ġesu’
U fil-kalċi safi tal-qalb
tiegħek
Hemm għamara li togħġob lil Alla
nnifsu.
O verġni, ħadd m’hu ser ikanta
l-innu tiegħek,
Fl-għanja tiegħek tinsab moħbija
l-imħabba ta’ Alla.
L-anġli stess ma jistgħux jifhmu
Dak li l-verġni jkantaw lil
Alla.
O verġni, il-fjura tiegħek
tal-ġenna
Tisboq il-ġmiel kollu ta’ din
id-dinja
U għalkemm id-dinja ma tistax
tifhmek,
Hija titbaxxa bl-umilta’ kollha
quddiemek.
Għalkemm il-mogħdija tal-verġni
hi mimlija xewk,
U ħajjitha kkuntlarjata b’ħafna
slaleb,
Min hu kuraġġuż bħalha?
Xejn ma jkissirha; xejn ma
jista’ jirbħilha.
O verġni, anġlu ta’ din l-art,
Il-kobor tiegħek taf bih
il-Knisja kollha.
Int toqgħod għassa quddiem
it-tabernaklu
U, bħal Serafin, issir imħabba
kollok kemm int.
1736.
Darba, x’ħin kont fuq
il-veranda, rajt li ċerta
persuna kienet inkwetata
b’tentazzjonijiet qawwijin dwar
il-qrar għax kienet tiddubita
kemm hu sigriet. Għalkemm kont
naf l-istat ta’ dik ir-ruħ, ma
bdejtx il-konverżazzjoni jiena
stess. X’ħin sibna ruħna
waħedna, hija fetħet qalbha
miegħi u qaltli kollox. Wara li
tkellimna xi ftit, hija qaltli,
“Issa ninsab fil-paċi; ruħi
rċeviet ħafna dawl.”
1737.
Illum Ġesu’ għarrafni li kelli
nitkellem ftit li xejn ma’ ċerta
soru reliġjuża. Grazzja speċjali
mingħand Alla weżnitni waqt li
konna qegħdin nitkellmu, li ma
kellhiex tkun għall-glorja ta’
Alla li kieku ma kenitx għal din
il-ħaġa.
1738.
Il-Mulej qalli, Idħol
fil-Purgatorju spiss, għax
jeħtiġuk hemmhekk. O Ġesu’
tiegħi, jiena qiegħda nifhem
x’ifissru dan il-kliem li Inti
qiegħed tgħidli, imma l-ewwel
ħallini nidħol fit-teżor
tal-ħniena Tiegħek.
1739.
Ikteb, binti li Jiena l-istess
ħniena mar-ruħ niedma. L-ikbar
miżerja tar-ruħ ma tqanqallix
ir-rabja; imma, pjuttost, Qalbi
titqanqal lejha bi ħniena kbira.
1740.
O Ġesu’ tiegħi agħtini s-saħħa
biex inkun niflaħ għat-tbatija
biex ma noqgħodx nitkerraħ meta
jkolli nixrob mit-tazza
tal-imrar. Għinni Inti stess
sabiex is-sagrifiċċju tiegħi
jkun jogħġbok. Tħallihx
jittebba’ bl-egoiżmu tiegħi,
ukoll jekk ikollu jtul għal
ħafna snin. Jalla l-intenzjoni
retta tagħmlu jogħġbok, frisk u
mimli ħajja. Din ħajti hija
taqbida kontinwa, sforz il-ħin
kollu sabiex nagħmel ir-rieda
qaddisa Tiegħek; imma jalla dak
kollu li hemm ġo fija, kemm
il-miżerja kif is-saħħa tiegħi,
ifaħħrek, O Mulej.
It-Tjubija Infinita’ ta’ Alla
fil-Ħolqien tal-Anġli.
1741.
O Alla, li Inti l-hena stess fik
innifsek u m’għandekx bżonn ta’
ħlejjaq biex iferrħuk, għax Int
minnek stess il-milja
tal-imħabba; iżda fil-ħniena
Tiegħek bla tarf Inti toħloq
il-ħlejjaq u tagħtihom sehem
fil-hena etern Tiegħek u
f’ħajtek, dik il-ħajja divina li
hemm ġewwa fik u li Int tgħix,
Alla wieħed fi tliet Persuni.
Fil-ħniena Tiegħek bla tarf,
Inti ħlaqt spirti anġeliċi u
daħħalthom fl-imħabba Tiegħek u
fl-intimita’ divina Tiegħek.
Inti għamilthom kapaċi li jħobbu
għall-eternita’. Għalkemm Int
ferrajt fuqhom bl-abbundanza, O
Mulej, lanqas ma żidulek xejn
l-imħabba u s-sbuħija tagħhom,
għax Inti kollox fik innifsek. U
jekk Inti ppermettejtilhom li
jieħdu sehem fil-hena Tiegħek u
jeżistu u jħobbuk, dan biss
grazzi għall-abbiss tal-ħniena
Tiegħek. Din hi t-tjubija
Tiegħek bla tarf, u huma għal
dejjem jigglorifkawk minħabba
fiha, u jumiljaw ruħhom
f’riġlejn il-majesta’ Tiegħek
filwaqt li jkantaw l-innu
tagħhom għal dejjem: Qaddis,
Qaddis, Qaddis . . .
1742.
Kun imfaħħar, Alla ħanin, Alla
wieħed fis-Santissima Trinita’,
Bla tarf, infinit, li ħadd ma
jista’ jifhmek,
Huma jintilfu fik imma xorta
waħda moħħhom ma jasalx li
jifhmek,
Għalhekk huma jtennu bla heda
għal dejjem: Qaddis.
Kun igglorifikat, O Ħallieq
ħanin tagħna, O Mulej,
Ta’ Setgħa bla tarf, imma mimli
kompassjoni, inkonċepibbli;
Li jiena nħobbok hija l-missjoni
tal-eżistenza tagħna,
Filwaqt li nkantawlek għal
dejjem: Qaddis . . .
Kun imbierek, Alla ħanin,
Imħabba Eterna,
Inti ‘l fuq mis-smewwiet,
miż-żaffiri, mill-ogħla.
L-armata ta’ spirti safja
tkantalek it-tifħir,
Bl-innu tagħha għal dejjem:
Qaddis, Qaddis, Qaddis.
U filwaqt li huma jħarsu lejk
wiċċ imb’wiċċ, O Alla,
Jiena nista’ nara li Inti stajt
sejjaħt ħlejjaq oħra qabilhom.
Għalhekk huma jumiljaw ruħhom
quddiemek b’umilta’ kbira,
Għax jistgħu jaraw sewwa li din
il-grazzja ġejja biss
mill-ħniena Tiegħek.
Wieħed mill-isbaħ spirti ma
riedx jagħraf il-ħniena Tiegħek,
U ġibed lill-oħrajn warajh meta
għamietu s-suppervja tiegħu.
Anġlu ta’ sbuħija kbira, huwa
sar Satana
U f’daqqa waħda ġie mitfugħ
mill-għoli tas-smewwiet għal
ġol-infern.
Imbagħad l-ispirti fidili
għajtu, “Glorja lill-ħniena ta’
Alla!”
U baqgħu sodi minkejja l-prova
tan-nar.
Glorja lil Ġesu’, ‘il Kristu li
ċċekken
Glorja lil Ommu, il-Verġni umli
u safja.
Wara din il-battalja, l-ispirti
safja għoddsu fl-oċejan
tad-Divinita’;
Huma kkontemplaw u faħħru
l-profondita’ tal-ħniena Tiegħu,
Għerqu fil-ħniena u fid-dawl
qawwi Tiegħu,
Għax kellhom l-għarfien
tat-Trinita’ tal-Persuni, Alla
wieħed.
1743.
+ It-Tjubija Infinita’ ta’ Alla
meta ħalaq il-bniedem.
Alla, li fil-ħniena Tiegħek
toħloq lill-bniedem mix-xejn,
Inti ferrajt fuqu
bil-ġenerożita’ n-natura u
l-grazzja. Imma fit-tjubija
infinita’ Tiegħek din il-ħaġa
dehret ftit wisq. Fil-ħniena
Tiegħek, O Mulej, Inti tajtna
l-ħajja ta’ dejjem. Inti
ddaħħalna fil-hena etern Tiegħek
u tagħtina sehem fil-ħajja
interjuri tiegħek. U dan Inti
tagħmlu biss għax Inti ħanin.
Inti tagħtina d-don tal-grazzja
Tiegħek u dan tagħmlu biss għax
Inti twajjeb u mimli mħabba.
Inti ma kellekx bżonn bl-ebda
mod sabiex tkun hieni, imma
Inti, O Mulej , trid taqsam
magħna l-hena Tiegħek stess.
Imma l-bniedem m’għaddiex
mill-prova. Inti stajt
ikkastigajtu, bħall-anġli, billi
ddawwar wiċċek minnu għal
dejjem, imma hawn dehret
il-ħniena Tiegħek, u fil-fond
Tiegħek qanqlitlek kompassjoni
kbira, u Int tajt wegħda li kont
se tagħtina s-salvazzjoni. Huwa
abbiss tal-kompassjoni Tiegħek
li ħadd ma jista’ jifhmu li Inti
ma kkastigajtniex bħalma kien
jistħoqqlina. Jalla l-ħniena
Tiegħek tkun igglorifikata, O
Mulej, aħna nibqgħu nfaħħruha
għal dejjem ta’ dejjem. U
l-anġli stagħġbu bil-kobor
tal-ħniena li Inti wrejt
mal-bniedem . . .
1744.
Jalla tkun adurat, O Alla tagħna
ħanin,
O Mulej u Ħallieq li tista’
kollox.
Bl-akbar umilta’ aħna nfaħħruk,
U nintefgħu fl-oċejan
tad-divinita’ Tiegħek.
Imma l-bniedem ma pperseverax
fis-siegħa tal-prova
Meta waqa’ fil-ħażin, ma baqax
fidil lejk.
Hu tilef il-grazzja u d-doni
Tiegħek; kien baqagħlu biss
il-miżerja,
U dmugħ, tbatija, niket u mrar,
sakemm imur jistrieħ fil-qabar.
Imma Int, O Alla ħanin, ma
ħallejtx lill-umanita’ tinqered,
U tajtha l-wegħda ta’ Feddej.
Ma ħallejtniex naqgħu
fid-disperazzjoni, minkejja
l-offiżi gravi tagħna,
U Inti bgħatt il-profeti Tiegħek
lil Iżrael.
Xorta waħda, lejl u nhar,
l-umanita’ baqgħet tgħajjatlek,
Mill-abbiss tal-miżerja,
tad-dnub u l-uġigħ kollu.
Isma’ l-krib u d-dmugħ, Inti li
ssaltan fis-sema,
Alla ta’ ħniena kbira, Alla ta’
kompassjoni.
Il-bniedem żbalja, imma ma
jistax jitlob maħfra,
Għax firda kbira dehret bejn
Alla u l-bniedem.
Bil-vuċi tal-miżerja tiegħu,
huwa jgħajjat, “Ħniena!”
Imma Jahwe jibqa’ sieket . . . u
seklu wara jibqa’ għaddej.
Imma x-xenqa tal-umanita’ kollha
tibqa’ tikber.
Xenqa għal Dak li ġie mwiegħed.
Ejja, Ħaruf ta’Alla, neħħi
d-dnubiet koroh tagħna,
Ejja, dawwal id-dlamijiet tagħna
bħal raġġ dawl.
L-umanita’ tibqa’ ssejjaħlek bla
heda, O Sid tas-sidien,
Issejjaħ lill-ħniena Tiegħek bla
tarf, il-kompassjoni Tiegħek.
O Jahwe kbir, agħmel li aħna
nagħmlu tpattija għal dnubietna.
Ftakar fit-tjubija Tiegħek, u
aħfrilna.
It-Tjubija Infinita’ ta’ Alla
meta bagħatilna lil Ibnu
l-Waħdieni.
1745.
Alla, Inti lill-bniedem ma
qridtux wara li waqa’, imma
fil-ħniena Tiegħek Inti ħfirtlu,
Int ħfirt b’mod divin;
jiġifieri, Inti mhux biss tajtu
l-assoluzzjoni mill-ħtija, imma
tajtu kull grazzja. Il-ħniena
qanqlitek sabiex Inti jogħġbok
tinżel fostna u terfgħana
mill-miżerja tagħna. Alla ser
jinżel fid-dinja; is-Sid
tas-sidien immortali ser
jiċċekken. Imma fejn ser tinżel,
Mulej; sat-tempju ta’ Salamun?
Jew ser ikollok tabernaklu ġdid
mibni għalik? Fejn għandek
intenzjoni li tinżel? O Mulej,
x’tip ta’ tabernaklu nistgħu
nħejjulek, ladarba l-art kollha
hija l-banketta fejn Inti tpoġġi
riġlejk?
Inti fil-fatt ħejjejt bħal
tabernaklu għalik: il-Verġni
Mbierka. Il-Ġuf Immakulat tagħha
hu l-għamara Tiegħek, u jseħħ
il-miraklu tal-ħniena Tiegħek li
ħadd ma jista’ jifhmu, O Mulej.
Il-Verb jinkarna; Alla jgħix
fostna, il-Verb ta’ Alla, Ħniena
Inkarnata. Meta Inti nżilt
fostna, Inti għollejtna
sad-divinita’ Tiegħek. Dawn huma
l-eċċessi ta’ mħabbtek, l-abbiss
tal-ħniena Tiegħek. Il-ġenna
tistagħġeb bl-abbundanza bla
tarf ta’ mħabbtek. Ħadd ma
jibża’ jersaq lejk issa. Inti
Alla tal-ħniena. Int turi
kompassjoni mal-miżerja. Inti
Alla tagħna, u aħna l-poplu
Tiegħek. Inti Missierna, u aħna
wliedek permezz tal-grazzja.
Tkun imfaħħra l-ħniena Tiegħek,
li Inti għoġbok tinżel fostna.
1746.
Tkun adurat, O Alla tal-Ħniena,
Għax Int għoġbok tinżel mis-sema
sal-art.
Bl-akbar umilta’ aħna nadurawk
Għax Inti ridt tgħolli
l-umanita’ kollha.
Ħadd ma jista’ jifhem il-ħniena
Tiegħek bla tarf,
Għax tħobbna Inti ħadt il-ġisem
Mill-Verġni Immakulata, qatt
mittiefsa mid-dnub,
Għax hekk Inti ridt sa minn
dejjem.
Il-Verġni Mbierka, dik il-Ġilju
abjad silġ,
Hi l-ewwel waħda li faħħret
is-Setgħa bla tarf tal-ħniena
Tiegħek.
Il-qalb safja tagħha tinfetaħ
bl-imħabba għall-miġja tal-Verb;
Hija temmen il-kliem
tal-messaġġier ta’ Alla u tiġi
kkonfermata fil-fiduċja tagħha.
Il-ġenna tistagħġeb li Alla sar
bniedem,
Li fl-art, tinstab qalb denja
ta’ Alla nnifsu.
Għaliex Inti ma tingħaqadx ma’
Serafin imma ma’ midneb, O
Mulej?
Għax, minkejja s-safa tal-ġuf
verġinali, dan hu misteru
tal-ħniena Tiegħek.
O misteru tal-ħniena ta’ Alla, O
Alla tal-kompassjoni,
Li inti għoġbok tħalli t-tron
Tiegħek fis-sema
U titbaxxa sal-miżerja tagħna,
sad-dgħjufija umana,
Għax mhux l-anġli, imma
l-bniedem li jeħtieġ il-ħniena.
Sabiex aħna nagħtu tifħir li
jistħoqq lill-ħniena tal-Mulej,
Aħna ningħaqdu mal-Omm
Immakulata Tiegħek,
Għax b’hekk l-innu tagħna jsir
iktar jogħġbok,
Għax Hi magħżula fost il-bnedmin
u l-anġli.
Permezz tagħha, bħal permezz ta’
kristall pur,
Il-ħniena Tiegħek tgħaddi għal
għandna.
Permezz tagħha, il-bniedem sar
jogħġob lil Alla;
Permezz tagħha, xmajjar ta’
grazzja niżlu jgelglu fuqna.
+ It-Tjubija nfinita’ ta’ Alla
meta feda lill-bniedem.
1747.
Alla, Inti stajt salvajt eluf
ta’ dinjiet b’kelma waħda;
tnehida waħda mingħand Ġesu’
kienet tkun biżżejjed
għall-ġustizzja Tiegħek. Imma
Inti stess, Ġesu’, sempliċiment
għall-imħabba tagħna,
issottomettejt ruħek għal
Passjoni hekk terribbli. Tnehida
waħda mingħandek kienet tkun
biżżejjed biex tpatti
għall-ġustizzja ta’ Missierek, u
dak kollu li Inti ċċekkint
għalih kien biss opra tal-ħniena
Tiegħek u tal-imħabba Tiegħek
bla tarf. Meta Inti ħallejt din
l-art, O Mulej, ridt tibqa’
magħna, u għalhekk ħallejtilna
lilek innifsek fis-Sagrament
tal-Altar, u ftaħt beraħ
il-ħniena Tiegħek għalina.
M’hemm l-ebda miżerja li tista’
tasal sat-tarf Tiegħek; Inti
ssejjħtilna lkoll kemm aħna sa
din il-għajn tal-imħabba, din
l-għajn tal-kompassjoni ta’
Alla. Hawn jinsab it-tabernaklu
tal-ħniena Tiegħek, hawn hu
r-rimedju għall-gwaj kollu
tagħna. Lejk, O għajn ħajja
tal-ħniena, jinġibdu l-erwieħ
kollha; xi wħud bħaċ-ċriev
għatxana għal imħabbtek, oħrajn
biex jaħslu l-ġrieħi ta’
dnubiethom, u oħrajn, għajjenin
bit-tiġrib tal-ħajja, sabiex
jiġbdu s-saħħa minnek. Filwaqt
tal-mewt Tiegħek fuq is-Salib,
Inti tajtna l-ħajja eterna; meta
Int ħallejthom jiftħulek il-ġenb
qaddis Tiegħek, Inti ftaħtilna
għajn tal-ħniena li ma tispiċċa
qatt meta Int tajtna l-egħżeż
ħaġa li għandek, id-Demm u
l-Ilma minn ġo Qalbek. Daqshekk
hija kbira s-Setgħa bla tarf
tal-Ħniena Tiegħek. Minnha
tinżel sa għandna l-grazzja
kollha.
1748.
Tkun adurat, O Alla , fl-opra
tal-ħniena Tiegħek,
Tkun imbierek mill-qlub fidili
kollha
Li fuqhom tistrieħ il-ħarsa
Tiegħek,
Li fihom tgħammar il-ħajja
immortali Tiegħek.
O Ġesu’ tiegħi, ikollok ħniena,
imnikkta kienet ħajtek f’din
l-art,
U f’turmenti terribbli waslet fi
tmiemha l-opra Tiegħek,
Meta Inti sfajt imdendel u
minxur fuq l-għuda tas-Salib,
U dan kollu għall-imħabba
tar-ruħ tagħna.
Fl-imħabba Tiegħek bla tarf, Int
ħallejt li ġenbek imqaddes
jinfetaħ,
U ħarġu jgelglu minn qalbek
xmajjar ta’ Demm u Ilma.
Hawn hi l-għajn ħajja tal-ħniena
Tiegħek,
Hanwhekk l-erwieħ jirċievu faraġ
u serħan.
Fis-Sagrament Imqaddes; Inti
ħallejtilna l-ħniena Tiegħek;
Imħabbtek ippermettietli li dan
jitwettaq,
Filwaqt li jiena ngħaddi minn
din il-ħajja, bit-tbatija u
t-taqbid tagħha,
Qatt ma nasal li niddubita
mit-tjubija u l-ħniena Tiegħek.
Għax ukoll jekk il-miżerji
tad-dinja kollha jagħfsu fuq
ruħi,
M’għandniex niddubitaw lanqas
għal waqt wieħed biss,
Imma għandu jkollna fiduċja
fil-qawwa tal-ħniena ta’ Alla,
Għax Alla jilqa’ għandu
bil-ħlewwa lir-ruħ niedma.
O ħniena ta’ Sidna li m’hemmx
kliem għaliha,
Għajn ta’ kompassjoni u ta’ kull
ħlewwa,
Afda, afda, O ruħ, għalkemm inti
mtebbgħa bid-dnub,
Għax meta inti tersaq lejn Alla,
inti ma dduqx imrar.
Għaliex Hu nar ħaj ta’ mħabba
kbira,
Meta aħna nersqu lejh
bis-sinċerita’
Jgħibu l-miżerji tagħna,
id-dnubiet u l-għemejjel ħżiena
tagħna;
Huwa jħallas id-djun tagħna meta
aħna nintelqu f’idejh.
1749.
+ It-Tjubija infinita’ ta’ Alla
meta Huwa żejjen lid-dinja
kollha bis-sbuħija sabiex
jagħmel ż-żmien tagħna f’din
l-art ikun żmien sabiħ.
O Alla, b’liema ġenerożita’
l-ħniena Tiegħek hi mxerrda ma’
kullimkien, u dan kollu Inti
għamiltu għall-bnedmin. O kemm
tħobbu Inti l-bniedem ladarba
mħabbtek hi tant attiva sabiex
tgħinu. O Ħallieq u Sid tiegħi,
kullimkien jiena nista’ nara
minn fejn għaddiet idek u
s-siġill tal-ħniena tiegħek, li
tgħannaq il-ħolqien kollu. O
Ħallieq Tiegħi mimli
kompassjoni, jiena rrid nagħtik
il-qima tiegħi f’isem il-ħlejjaq
kollha u f’isem il-ħolqien
l-ieħor kollu; qiegħda nsejjaħ
l-univers kollu biex jagħti
glorja lill-ħniena Tiegħek. O
kemm hi kbira t-tjubija Tiegħek,
O Alla!
1750.
Tkun adurat, O Ħallieq u Mulej
tagħna,
O univers, bl-umilta’ kollha
agħti glorja lil Alla Tiegħek;
Rodd ħajr lill-Ħallieq tiegħek
mill-aħjar li tista’
U faħħar il-ħniena ta’ Alla li
ħadd ma jista’ jifhimha.
Ejja, O art, fil-ħdura kollha
tiegħek sabiħa;
Ejja, inti wkoll, O baħar bla
qiegħ.
Ħalli l-gratitudni tiegħek issir
għanja ta’ mħabba
U kanta l-kobor tal-ħniena ta’
Alla.
Ejja, xemx sabiħa, li tiddi,
Ejja, żerniq jiddi li jiġi
qabilha.
Ingħaqdu f’innu wieħed, u ħallu
l-ilħna ċari tagħkom
Ikantaw flimkien il-ħniena kbira
ta’ Alla.
Ejjew, għoljiet u widien,
foresti u boskijiet jitniedhu,
Ejjew, fjuri sbieħ ta’ filgħodu;
Ħallu l-fwieħa unika tagħkom
Tadura u tigglorifika l-ħniena
ta’ Alla.
Ejjew, intom affarijiet kollha
sbieħ tal-art,
Li l-bniedem jibqa’ jiskanta
bihom.
Ejjew, aduraw lil Alla
fl-armonija tagħkom,
Agħtu glorja lill-ħniena bla
tarf ta’ Alla.
Ejja, sbuħija li ma titħassarx
tal-art kollha,
U, b’umilta’ kbira, adura
l-Ħallieq tiegħek,
Għax kollox jinsab imsakkar
fil-ħniena Tiegħu,
B’vuċi waħda qawwija kollox
jgħajjat; kemm hi kbira l-ħniena
ta’ Alla.
Imma ‘l fuq minn din is-sbuħija
kollha,
Tifħir li jogħġob iktar lil Alla
Hi r-ruħ li hi innoċenti u
mimlija fiduċja bħal tat-tfal,
U li, permezz tal-grazzja, tkun
maqgħuda Miegħu mill-qrib.
1751.
+
O Ġesu’, moħbi fis-Sagrament
Imqaddes tal-Altar, l-unika
mħabba u ħniena tiegħi, inpoġġi
f’idejk il-ħtiġijiet kollha ta’
ruħi u ta’ ġismi. Inti tista’
tgħinni, għax Inti l-istess
Ħniena. Fik tinsab it-tama
kollha tiegħi.
(Fl-oriġinal hawnhekk hawn paġna
kompletament vojta.)
+
Ġ.M.Ġ
Krakovja –Pradnik, 2 ta’ Ġunju
1938.
Irtir ta’ Tlett ijiem.
1752.
Taħt id-direzzjoni tal-Imgħallem
Ġesu’, li Hu stess ikkmandani
nagħmel dan l-irtir, u li għażel
il-ġranet meta kelli nagħmlu;
jiġifieri, it-tlett ijiem ta’
qabel Pentekoste u li, Hu stess,
mexxa dan l-irtir.
Iżda, jiena staqsejt
il-konfessur tiegħi
(probabbilment Patri Andrasz)
jekk kellix nagħmel irtir bħal
dan, u tani l-permess tiegħu.
Staqsejt ukoll lill-Madre
Superjura (Irene) u hi wkoll
tatni l-permess tagħha. Kont
iddeċidejt li ma kontx ser
nagħmel l-irtir mingħajr
il-permess tas-Superjuri. Bdejt
novena lill-Ispirtu s-Santu, u
stennejt it-tweġiba tal-Madre
Superjura.
Suppost li kelli nibda l-irtir
illum, imma għadni ma rċevejtx
l-aħbar tad-deċiżjoni tal-Madre
Superjura.
X’ħin mort il-Knisja
għad-devozzjonijiet ta’
filgħaxija, rajt lill-Mulej
Ġesu’ waqt il-Litanija.
Binti, ser nibdew l-irtir.
Jiena weġibt, “Ġesu’, Mgħallem
tiegħi l-iktar għażiż, nitolbok
maħfra, imma l-irtir ma nistax
nagħmlu, għax għadni ma rċevejtx
aħbar jekk il-Madre Superjura
tatnix il-permess jew le.”
Toqgħodx tinkwieta, binti,
is-Superjura tatek il-permess
tagħha. Għada filgħodu ssir taf.
Imma l-irtir ser nibdewh illum.
U fil-fatt, il-Madre Superjura
kienet ċemplet dak inhar
filgħaxija lis-soru li kienet
qiegħda tieħu ħsiebi fil-mard
tiegħi (Swor David), u qaltilha
tgħidli li kelli permess nagħmel
l-irtir, imma s-soru kienet
insiet tgħidli. Kien wasal
l-għada filgħodu x’ħin qaltli, u
damet tiskuża ruħha li ma kenitx
qaltli l-ġurnata ta’ qabel.
Jiena weġibtha, “Tinkwetax.
Jiena diġa’ bdejt l-irtir
tiegħi, skont ix-xewqa
tas-Superjura.”
+ L-ewwel Jum.
1753.
Filgħaxija, Ġesu’ tani s-suġġett
tal-meditazzjoni. Sa mill-ewwel
waqt, qalbi mtliet bil-biża’ u
l-ferħ. Imbagħad mort nitgeddes
qrib il-Qalb Tiegħu, u l-biża’
għeb; baqa’ biss il-ferħ.
Ħassejtni kollni kemm jiena
bħallikieku kont bint Alla, u
l-Mulej qalli, Tibża’ minn
xejn. Dak li ma ġiex permess
lill-oħrajn ġie mogħti lilek.
Dawk il-grazzji li l-erwieħ
l-oħrajn ma jistgħux jagħrfuhom,
lanqas mill-bogħod, lilek
qegħdin imantnuk, bħall-ħobż ta’
kuljum.
1754.
Aħseb ftit, binti, ma’ min hi
maqgħuda qalbek hekk mill-qrib
permezz tal-voti. Qabel ma Jiena
għamilt id-dinja, Jiena kont
inħobbok b’dik l-imħabba li
qalbek qiegħda tħoss illum u,
matul is-sekli, Imħabbti ma
titbiddel qatt.
1755.
Applikazzjoni għal ħajti: Meta
biss bdejt naħseb f’Dak li qalbi
hi miżżewġa miegħu, ruħi daħlet
f’ġabra profonda, u s-siegħa
għaddiet bħal minuta. Hekk kif
kont mitlufa f’din il-ġabra,
sirt naf x’inhuma l-attributi
ta’ Alla. Bdejt naqbad bin-nar
ta’ mħabba ġewwa fija u ħriġt
fil-ġnien biex niffriska; x’ħin
ħarist ‘il fuq lejn is-sema,
fjamma ġdida ta’ mħabba mlietni
qalbi.
1756.
Imbagħad smajt dan il-kliem:
Binti, ħsibt biżżejjed fuq
is-suġġett li Jiena tajtek? Jekk
iva, nagħtik ieħor. Jiena
weġibt, “O Majesta’ Infinita’,
l-eternita’ mhix biżżejjed
għalija sabiex insir nafek . . .
Imma mħabbti għalik saret iktar
qawwija. Bħala sinjal ta’
gratitudni jiena npoġġi qalbi
f’riġlejk, bħal blanzun ta’
warda. Jalla l-fwieħa tagħha
tpaxxilek il-Qalb Divina
Tiegħek, issa u għall-eternita’
. . . X’ġenna hi għar-ruħ meta
l-qalb tkun taf li hi daqshekk
maħbuba minn Alla . . .”
1757.
Illum, inti ser taqra kapitlu
ħmistax tal-Evanġelju ta’ San
Ġwann. Irridek taqrah bil-mod
ħafna.
It-Tieni Meditazzjoni.
1758.
Binti, aħseb ftit fuq il-ħajja
ta’ Alla li tinsab fil-Knisja
għas-salvazzjoni u għall-qdusija
ta’ ruħek. Aħseb ftit fuq l-użu
li inti tagħmel minn dawn
it-teżori tal-grazzja, minn dawn
l-isforzi ta’ Mħabbti.
1759.
Applikazzjoni għal ħajti : O
Ġesu’ l-iktar ħanin, jiena mhux
dejjem għaraft kif nikseb il-ġid
spiritwali minn dawn id-doni
prezzjużi, għax tajt ftit li
xejn attenzjoni lid-don u ħafna
attenzjoni lill-mezz li Inti
wżajt biex twassalli dawn
id-doni Tiegħek. Mgħallem tiegħi
l-iktar ħelu, minn issa ‘l
quddiem l-affarijiet ikunu mod
ieħor. Id-doni Tiegħek jiena ser
nużahom bl-aħjar mod li ruħi hi
kapaċi tużahom. Fidi ħajja
tweżinni. Tkun xi tkun il-forma
li Inti tuża biex tibgħatli
l-grazzja Tiegħek, jiena
nilqagħha bħallikieku ġejja
direttament mingħandek, mingħajr
ma noqgħod nagħti kas tal-mezz
li Inti tuża biex tibgħathieli.
Jekk ma jkunx dejjem possibli
għalija li nilqagħha bil-ferħ,
jiena dejjem naċċettaha
b’sottomissjoni għar-rieda
qaddisa Tiegħek.
Konferenza fuq it-Taqbid
Spiritwali.
1760.
Binti, irrid ngħallmek fuq
it-taqbid spiritwali. Qatt tafda
fik innifsek, imma ntelaq għal
kollox fir-rieda Tiegħi.
Fid-deżolazzjoni, fid-dlam u
f’diversi dubji, irrikorri
għandi u għand id-direttur
spiritwali tiegħek. Huwa dejjem
iwieġbek f’ismi. Toqgħodx
tinnegozja mat-tentazzjoni, tkun
xi tkun; mill-ewwel issakkar
fil-Qalb Tiegħi u, mal-ewwel
ċans, uri t-tentazzjoni
lill-konfessur. Poġġi l-egoiżmu
tiegħek fl-aħħar post, biex ma
jtebbagħlekx l-opri tiegħek.
Issaporti lilek innifsek
b’paċenzja kbira. Tittraskurax
mortifikazzjonijiet interjuri.
Dejjem iġġustifika
l-opinjonijiet tas-superjuri u
tal-konfessur tiegħek fik
innifsek biss. Aħrab minn dawk
li jgergru bħalma taħrab
mill-pesta. Ħalli lil kulħadd
jagħmel li jrid; inti trid
tagħmel dak li Jiena rrid.
Osserva r-regola bl-akbar
fedelta’. Jekk xi ħadd
jagħmillek id-deni, aħseb
fil-ġid li tista’ tagħmel
lill-persuna li ġegħlitek tbati.
Toqgħodx turi x’inti tħoss. Żomm
is-skiet meta jċanfruk. Toqgħodx
tistaqsi lil kulħadd x’jaħseb,
imma biss lill-konfessur; miegħu
iftaħ qalbek bl-ikbar
sempliċita’ bħat-tfal. Tħallix
l-ingratitudni taqtagħlek
qalbek. Toqgħodx teżamina
bil-kurżita’ t-toroq li Jiena
ngħaddik minnhom. Meta tħoss
id-dieqa u l-qtigħ il-qalb
jħabbat fuq qalbek, aħrab minnek
innifsek u nħeba ġewwa Qalbi.
Toqgħodx tibża’ mit-taqbid;
l-istess kuraġġ ħafna drabi
jxejjen it-tentazzjonijiet, u
huma ma jkollhomx saħħa jaħbtu
għalina.
Dejjem issielet b’konvinzjoni
soda li Jiena qiegħed miegħek.
Timxix skont ma tħoss, għax dan
mhux dejjem ikun taħt
il-kontroll tiegħek; il-mertu
kollu jinsab fir-rieda.
Iddependi dejjem mis-superjuri
tiegħek, ukoll fl-iċken
affarijiet. Minix ser nilludik
bi prospetti ta’ paċi u
konsolazzjonijiet;
għall-kuntrarju, hejji ruħek
għal battalji kbar. Kun af li
issa inti tinsab fuq palk kbir
fejn is-sema u l-art kollha
qegħdin iħarsu lejk. Issielet
bħal kavallier, sabiex Jiena
nkun nista’ nippremjak. Toqgħodx
tibża’ bla bżonn, għax m’intix
waħdek.
It-Tieni Jum.
1761.
Binti , illum aħseb fuq
il-Passjoni Ħarxa Tiegħi
fl-immesnita’ kollha tagħha.
Aħseb fuqha bħallikieku Jiena
batejtha għalik biss.
1762.
Applikazzjoni: Meta jiena bdejt
nitlef lili nnifsi fil-Passjoni
Divina, ġew irrivelati lili
l-valur kbir tar-ruħ tal-bniedem
u l-ħażen kbir li hu d-dnub.
Fhimt li jiena ma nafx kif
għandi nbati. Sabiex jiena
nikseb mertu għat-tbatija
tiegħi, ser ningħaqad iktar
mill-qrib, fit-tbatija tiegħi,
mal-Passjoni tal-Mulej Ġesu’, u
nitolbu l-grazzja għall-erwieħ
moribondi, sabiex il-ħniena ta’
Alla tkun tista’ tgħannaqhom
f’dan il-waqt hekk serju.
It-Tieni Meditazzjoni
1763.
Binti, aħseb fuq ir-regola u
l-voti li inti offrejtli. Inti
taf kemm napprezzahom ħafna;
il-grazzji kollha li Jiena
għandi għall-erwieħ
tar-reliġjużi għandhom x’jaqsmu
mar-regola u mal-voti.
1764.
Applikazzjoni: O Ġesu’ tiegħi,
inħossni ħatja ta’ ħafna
nuqqasijiet f’din il-ħaġa imma,
bil-għajnuna tal-grazzja
tiegħek, ma niftakar l-ebda
darba li, b’mod konxju u għax
irrid, jiena ksirt ir-regola jew
il-voti reliġjużi. Kompli
ħarisni, O Ġesu’ twajjeb tiegħi,
għax jiena minni nnifsi dgħajfa.
1765.
Illum, binti, il-qari tiegħek,
għandu jkun kapitlu dsatax
tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, u
aqrah mhux biss b’xofftejk, imma
b’qalbek . . .
1766.
Waqt dan il-qari, ruħi kienet
mimlija bi ndiema profonda. Rajt
l-ingratitudni kollha
tal-ħlejjaq lejn il-Ħallieq u
l-Mulej tagħhom; tlabt lil Alla
jħarisni mill-għama spiritwali.
Konferenza dwar is-Sagrifiċċju u
t-Talb
1767.
Binti, irrid ngħallmek kif
għandek issalva l-erwieħ permezz
tas-sagrifiċċju u tat-talb. Inti
ser issalva iktar erwieħ permezz
tat-talb u t-tbatija milli
missjunarju permezz tat-tagħlim
u l-priedki tiegħu biss. Irrid
narak bħala sagrifiċċju ta’
mħabba ħajja, li mbagħad biss
ikollu importanza f’għajnejja.
Inti trid tixxejjen, tiġi
meqruda, tgħix bħallikieku kont
mejta fl-iktar profondita’
sigrieta tiegħek. Inti trid
tinqered f’dak il-fond sigriet
fejn qatt ma nifdet għajn ta’
bniedem; imbagħad Jiena nsib fik
sagrifiċċju li jogħġobni,
olokawstu mimli ħlewwa u fwieħa.
U kbira tkun saħħtek meta inti
tinterċedi għal min trid int.
Is-sagrifiċċju tiegħek minn
barra jrid jidher hekk:
fis-skiet, moħbi, mimli mħabba,
mimli talb. Jiena qed nitlob,
binti, li s-sagrifiċċju tiegħek
ikun safi u mimli umilta’,
sabiex ikun jogħġobni. Jiena
nagħtik il-grazzja Tiegħi,
sabiex inti tkun tista’ twettaq
dak li Jiena nitlob mingħandek.
Jiena issa ser ngħallmek f’hiex
ser jikkonsisti l-olokawstu
tiegħek, fil-ħajja ta’ kuljum,
sabiex inħarsek
mill-illużjonijiet. Inti tilqa’
t-tbatijiet kollha bi mħabba.
Toqgħodx titnikket jekk qalbek
spiss tħoss stmerrija
għas-sagrifiċċju. Is-saħħa ta’
dan
(tas-sagrifiċċju) kollha
qiegħda fir-rieda, u għalhekk
dawn is-sentimenti kuntrarji
mhux talli ma jbaxxux il-valur
tas-sagrifiċċju f’għajnejja,
imma jżiduh. Kun af li ġismek u
ruħek spiss għad ikunu fin-nar.
Għalkemm il-preżenza Tiegħi ma
tħosshiex f’xi okkażjonijiet,
Jiena dejjem inkun miegħek.
Tibżax; il-grazzja Tiegħi tkun
miegħek . . .
It-Tielet Jum
1768.
Binti, f’din il-meditazzjoni,
aħseb ftit fuq l-imħabba
tal-proxxmu. L-imħabba tiegħek
għall-proxxmu hi mmexxija minn
imħabbti? Titlob int
għall-għedewwa tiegħek?
Tixtiqilhom il-ġid lil dawk li,
b’xi mod jew ieħor, nikktuk jew
offendewk?
Kun af li dak il-ġid kollu li
inti tagħmel mal-proxxmu, ikun
min ikun, Jiena nilqgħu
bħallikieku għamiltu miegħi.
1769.
Applikazzjoni: O Ġesu’, Imħabba
tiegħi, Inti taf li minn ftit
żmien ‘l hawn jiena mxejt
mal-proxxmu tiegħi b’mod li
mħabbtek kienet l-uniku gwida
tiegħi. Inti biss taf xi sforzi
kelli nagħmel biex nasal għal
din il-ħaġa. Issa qiegħed
jirnexxili iktar malajr, imma li
kieku Inti stess ma kebbistx dik
l-imħabba ġewwa ruħi, ma kontx
inkun kapaċi nippersevera f’din
il-ħaġa. Dan kollu nafu
lill-imħabba Ewkaristika Tiegħek
li kuljum tħeġġiġni.
It-Tieni Meditazzjoni
1770.
Issa rridek taħseb fuq Imħabbti
fis-Sagrament Imqaddes. Hawnhekk
ninsab Jiena, kollni kemm Jiena
tiegħek, ruħ, ġisem u divinita’,
bħala l-Għarus Tiegħek. Inti taf
x’titlob l-imħabba: ħaġa waħda
biss, li t-tnejn ikunu ta’
xulxin . . .
1771.
Applikazzjoni: O Ġesu’ Tiegħi,
Inti taf li jiena nixtieq
inħobbok bi mħabba li l-ebda ruħ
qatt ma ħabbitek biha. Nixtieq
lid-dinja kollha tinbidel fi
mħabba għalik. Għarus tiegħi,
Inti tagħtini niekol u nixrob
l-għasel u l-ħalib tal-Qalb
Tiegħek. Sa minn kmieni, Inti
kabbartni għalik biss, sabiex
jiena nsir naf kif nista’
nħobbok issa. Inti taf li jiena
nħobbok, għax Inti biss taf kemm
hu profond is-sagrifiċċju li
jiena noffrilek kuljum.
1772.
Ġesu’ qalli, Binti, kellek xi
diffikultajiet f’dan l-irtir?
Weġibtu li ma kellix. Matul
dan l-irtir, moħħi hu
bħall-beraq. Nista’ nidħol
fil-misteri kollha tal-fidi
bl-akbar faċilita’. Mgħallem u
Mexxej tiegħi, id-dlam kollu
jgħib minn moħħni taħt ir-raġġi
tad-dawl Tiegħek.
1773.
Illum il-qari spiritwali
tiegħek, irridek taqra
l-Evanġelju ta’ San Ġwann,
kapitlu wieħed u għoxrin. Ħallih
jimlielek qalbek iktar minn
moħħok.
1774.
+ Waqt id-devozzjonijiet ta’
Ġunju, il-Mulej qalli, Binti,
il-grazzja Tiegħi qiegħda
tistrieħ ġewwa qalbek. Meta
f’Ħamis ix-Xirka Jiena ħallejt
lili nnifsi fis-Sagrament
Imqaddes, kont qed naħseb ħafna
fik.
1775.
Wara dan il-kliem, imħabbti
bdiet tagħmel sforzi kbar biex
issib il-kliem li seta’ jurih Hu
x’kien ifisser għalija, imma
xorta waħda ma stajtx insib
il-kliem u bdejt nibki għax
ħassejtni ma niswa għal xejn. U
Ġesu’ qalli, Għalik, Jiena
l-istess ħniena; għalhekk Jiena
qed nitolbok toffrili l-miżerja
tiegħek u dan l-istess fatt li
inti ma tiswa għal xejn u b’dan
il-mod, int tpaxxili lil Qalbi.
1776.
Illum, daħlet ġewwa ruħi fjamma
ħajja ta’ mħabba divina; li
kieku damet ftit iktar, dak
inhar kien jikkunsmani, u
jeħlisni mill-irbit tal-preżent.
Deherli li kieku damet waqt
wieħed iżjed, kont negħreq
fl-oċejan ta’ mħabba. Ma nistax
niddeskrivi dawn il-vleġeġ ta’
mħabba li qegħdin jinfduli ruħi.
Konferenza fuq il-Ħniena
1777.
Binti, kun af li Qalbi hija
l-istess ħniena. Minn dan
il-baħar ta’ ħniena, jinżlu
jgelglu l-grazzji għal fuq
id-dinja kollha. L-ebda ruħ li
resqet Lejja qatt ma marret lura
mingħajr ma ġiet imfarrġa.
Il-miżerja kollha tiġi midfuna
fil-fond tal-ħniena Tiegħi, u
kull grazzja li ssalva u tqaddes
toħroġ minn din il-għajn. Binti,
Jiena nixtieq li qalbek tkun
post fejn tgħammar il-ħniena
Tiegħi. Jiena nixtieq li din
il-ħniena tgelgel fuq id-dinja
kollha permezz tal-qalb tiegħek.
L-ebda persuna li tersaq lejk
m’għandha titlaq mingħajr dik
il-fiduċja fil-ħniena Tiegħi li
Jiena nixtieq b’tant ħerqa
għall-erwieħ.
Itlob kemm tiflaħ
għall-moribondi. Permezz
tat-talb tiegħek, ikseb għalihom
fiduċja fil-ħniena Tiegħi, għax
huma l-iktar li għandhom bżonn
tal-fiduċja, u l-inqas li
għandhom. Kun żgura li l-grazzja
tas-salvazzjoni eterna għal
ċerti erwieħ fl-aħħar waqt ta’
ħajjithom tkun tiddependi
mit-talb tiegħek. Inti taf
l-abbiss sħiħ tal-ħniena Tiegħi,
għalhekk iġbed minnu għalik u
l-aktar għall-imsejkna midinbin.
Iktar hemm ċans li s-sema u
l-art jiġu fix-xejn milli
l-ħniena Tiegħi ma tgħannaqx
magħha ruħ mimlija fiduċja.
1778.
Ir-riżoluzzjoni tiegħi tibqa’
l-istess waħda: li jiena
ningħaqad ma’ Kristu – Ħniena.
Għeluq tal-Irtir
L-Aħħar Taħdita mal-Mulej.
1779.
Grazzi, Imħabba Eterna
tat-tjubija bla tarf li Int turi
miegħi, tal-fatt li Inti tieħu
ħsieb b’mod dirett tal-qdusija
tiegħi.
Binti, ħalli tliet virtujiet
iżejnuk b’mod partikulari:
l-umilta’, is-safa
tal-intenzjoni u l-imħabba.
Tagħmel xejn iktar milli Jiena
nitlob mingħandek, u aċċetta dak
kollu li Jiena nibgħatlek.
Agħmel mill-aħjar sabiex inti
tgħix ħajja ta’ ġabra sabiex
inti tkun tista’ tisma’ leħni,
li tant hu ġentili li erwieħ
miġburin biss jistgħu jisimgħuh
. . .
1780.
Illum ma stajtx norqod qabel
nofs il-lejl, tant kont
emozzjonata bit-tiġdid tal-voti
li kelli nagħmel l-għada.
Il-kobor ta’ Alla kien jinsab
madwari, kollni kemm jiena.
Pentekoste (5 ta’ Ġunju 1938).
Tiġdid tal-Voti.
1781.
Qomt iktar kmieni mis-soltu u
mort fil-kappella, filwaqt li
għaddast lili nnifsi fl-imħabba
ta’ Alla. Qabel ma tqarbint,
fis-skiet ġeddidt il-voti
reliġjużi tiegħi. Wara
t-Tqarbin, l-imħabba infinita’
ta’ Alla għaddiet minn fuqi.
Ruħi kienet tinsab f’għaqda
mal-Ispirtu s-Santu, li Hu
l-istess Mulej bħall-Missier u
bħall-Iben. In-nifs Tiegħu
mlieli ruħi b’tant hena li aħjar
ma naħlix żmien nipprova nagħti
mqar l-iċken idea ta’ dak li
kienet qiegħda tħoss qalbi.
Matul il-jum kollu, kont fejn
kont u tkellimt ma’ min
tkellimt, preżenza qawwija u
ħajja ta’ Alla akkumpanjatni;
ruħi għerqet fir-radd ta’ ħajr
għal dawn il-grazzji kbar.
1782.
+ X’ħin ħriġt fil-ġnien illum,
il-Mulej qalli, Erġa’ mur
f’kamartek, għax Jiena qed
nistenniek hemmhekk. Malli
mort lura, rajt lill-Mulej Ġesu’
bilqegħda mal-mejda qed
jistennieni. Huwa ħares lejja bi
tjubija u qalli, Binti,
irridek toqgħod tikteb issa,
għax dik il-mixja ma kenitx
skont ir-rieda Tiegħi. Bqajt
waħdi u bdejt nikteb fil-pront.
1783.
+ X’ħin intlift fit-talb u
ngħaqadt mal-Quddies kollu li
kien qed jiġi ċċelebrat
fid-dinja kollha f’dak il-ħin,
jiena tlabt lil Alla, minħabba
dak il-Quddies kollu, biex
ikollu ħniena mid-dinja kollha u
l-aktar mill-imsejkna midinbin
li kienu qegħdin imutu f’dak
il-waqt. Fl-istess waqt,
irċevejt tweġiba interjuri
mingħand Alla li elf ruħ kienu
rċevew grazzja permess tat-talb
tal-medjazzjoni li jiena offrejt
lil Alla. Aħna ma nafux kemm hu
l-għadd tal-erwieħ li aħna
għandna nsalvaw permezz tat-talb
u s-sagrifiċċju tagħna;
għalhekk, għandna dejjem nitolbu
għall-midinbin.
1784.
Illum, waqt li tkellimt fit-tul
mal-Mulej, Hu qalli, Kemm
nixtieq is-salvazzjoni
tal-erwieħ! Segretarja l-iktar
għażiża Tiegħi, ikteb li Jiena
rrid inxerred il-ħajja divina
Tiegħi fl-erwieħ tal-bnedmin u
nqaddishom, li kieku huma jridu
jilqgħu il-grazzja Tiegħi.
L-ikbar midinbin kienu jsiru
qaddisin kbar, li jafdaw
fil-ħniena Tiegħi. Il-fond ta’
ġewwanett tal-esseri Tiegħi hu
mimli u qed ifur bil-ħniena, u
din qiegħda tiġi mferrgħa fuq
il-ħolqien Tiegħi kollu.
L-għaxqa Tiegħi hu li naħdem
fir-ruħ tal-bniedem u li
nimlieha bil-ħniena Tiegħi u li
niġġustifikaha. Is-saltna Tiegħi
fl-art hi ħajti fir-ruħ
tal-bniedem. Ikteb, segretarja
Tiegħi, li Jiena stess il-gwida
spiritwali tal-erwieħ – u Jiena
mmexxihom indirettament permezz
tas-saċerdot, u mmexxi lil kull
ruħ lejn il-qdusija permezz ta’
triq li Jiena biss naf biha.
1785.
Il-Madre Superjura (Irene) ġiet
iżżurni llum, imma għal ftit.
X’ħin ħarset madwarha, qalet li
kollox kien sabiħ wisq hawnhekk.
Tassew, is-sorijiet qegħdin
jippruvaw biex iż-żmien li jiena
għadni ngħaddi fis-sanatorju
jkun żmien sabiħ. Imma din
is-sbuħija kollha ma tnaqqas
xejn mis-sagrifiċċju tiegħi, li
Alla biss jista’ jara u li
jispiċċa biss meta qalbi ma
tibqax tħabbat iżjed. La
s-sbuħija tad-dinja kollha,
lanqas dik tal-istess sema ma
tista’ ttaffi t-torturi ta’ ruħi
li huma tassew reali f’kull ħin
u f’kull mument għalkemm huma
interjuri u jinsabu fil-fond.
Jaslu fit-tmiem tagħhom meta
Inti stess, l-Awtur tat-tbatija
tiegħi, tgħid, “Biżżejjed.”
M’hemm xejn li jista’ jnaqqas
is-sagrifiċċju tiegħi.
L-Ewwel Ġimgħa wara Corpus
Christi
(17 ta’ Ġunju 1938).
1786.
Fil-pront , il-Ġimgħa wara
Corpus Christi, tant ħassejtni
ma niflaħx li ħsibt li kien
riesaq il-waqt tant mistenni.
Kelli ħafna deni u kont tellajt
ħafna demm matul il-lejl. Imma
xorta waħda mort nirċievi
lill-Mulej Ġesu’ filgħodu, imma
ma stajtx nibqa’ għall-Quddiesa.
Wara nofs inhar, it-temperatura
ta’ ġismi niżlet f’daqqa waħda
għal 35.8 C. Tant ħassejtni
fjakka li qiesu kollox ġo fija
kien qed imut. Imma meta tlaqt
lili nnifsi f’talb profond,
fhimt li kien għadu ma wasaltx
il-waqt tal-ħelsien, imma kelli
biss sejħa iktar mill-qrib
mingħand l-Għarus tiegħi.
1787.
X’ħin iltqajt mal-Mulej,
għidtlu, “Qiegħed tidħak bija,
Ġesu’; Inti turini l-bieb miftuħ
tas-sema, u terġa’ tħallini hawn
fl-art.” Il-Mulej qalli,
Meta, mis-sema inti għad tara
dawn il-jiem ta’ issa, inti għad
tifraħ u tkun trid tara kemm
jista’ jkun minnhom. Ma
neħodhiex bi kbira, binti, li
inti din il-ħaġa ma tistax
tifhimha issa, għax qalbek
qiegħda tfur bl-uġigħ u
bix-xewqa li għandek għalija.
Is-sahra tiegħek togħġobni.
Ħalli kelmti tkun biżżejjed
għalik; m’għadx baqa’ wisq issa.
U ruħi għal darb’ oħra reġgħet
sabet ruħha fl-eżilju. Jiena
ngħaqadt bi mħabba mar-rieda ta’
Alla, u ssottomettejt ruħi
għad-digrieti Tiegħu mimlijin
grazzja.
1788.
It-taħdit li jiena nisma’ f’dan
il-post fuq affarijiet ta’ din
id-dinja tant jgħejjuni li kważi
jħossni ħażin. Is-sorijiet li
jduru bija ndunaw b’din il-ħaġa,
għax hi ħaġa li tidher minn
barra.
1789.
Illum (nota253) jiena
rajt il-glorja ta’ Alla li
toħroġ mix-xbieha. Ħafna erwieħ
qegħdin jirċievu grazzji,
għalkemm ma jitkellmux fuq din
il-ħaġa. U għalkemm ix-xbieha
iltaqgħet ma’ kull xorta ta’
kuntrarju, Alla qiegħed jirċievi
glorja minħabba fiha. U
l-isforzi ta’ Satana u ta’ nies
ħżiena jitfarrku u jiġu
fix-xejn. Minkejja l-korla ta’
Satana, il-Ħniena Divina għad
tittrijonfa fid-dinja kollha u
għad tiġi meqjuma minn kulħadd.
1790.
Jiena sirt naf li r-ruħ trid
tieqaf milli taħdem għal rasha,
sabiex Alla jista’ jaħdem fiha;
jekk ma jkunx hekk, Alla ma
jwettaqx ir-rieda Tiegħu fiha.
1791.
X’ħin kienet riesqa maltempata
kbira, bdejt ngħid
il-kurunella. F’daqqa waħda
smajt vuċi ta’ anġlu: “Ma nistax
nersaq qrib f’din il-maltempata,
għax id-dawl li joħroġ minn ġo
ħalqha qiegħed jimbotta lura
kemm lili kif ukoll
it-tempesta.” Hekk beda jilmenta
l-anġlu quddiem Alla. Jiena
mbagħad indunajt kemm ħsara kien
ser jagħmel permezz ta’ din
it-tempesta; imma jiena ndunajt
ukoll li din it-talba kienet
togħġob lil Alla, u li din
il-kurunella kellha ħafna qawwa.
1792.
Sirt naf li ċerta ruħ kienet
togħġbu ħafna lil Alla u li,
minkejja kull xorta ta’
persekuzzjoni, Alla kien qed
ilibbes lil din il-persuna
b’dinjita’ ġdida u ogħla. Qalbi
ferħet ħafna b’din il-ħaġa.
1793.
Il-waqtiet li l-iktar jogħġbuni
huma dawk meta jiena nkun
qiegħda nitħaddet mal-Mulej
fiċ-ċentru tal-esseri tiegħi.
Nipprova nagħmel mill-aħjar biex
ma nħallihx waħdu. Hu jieħu gost
ikun dejjem magħna . . .
1794.
+ O Ġesu’, Alla etern, inroddlok
ħajr għall-grazzji u l-barkiet
li sawwabt fuqi bil-kotra. Ilqa’
kull taħbita ta’ qalbi bħala
għanja ġdida ta’ radd il-ħajr
lilek, O Alla. Ħalli kull qatra
ta’ demmi tiġri fil-vini tiegħi
għall-imħabba Tiegħek, Mulej.
Jiena inħobbok, O Alla, għalik
innifsek biss.
1795.
Alla tiegħi, għalkemm
it-tbatijiet tiegħi huma kbar u
qegħdin jieħdu fit-tul, jiena
nilqagħhom minn idejk bħala
rigali mill-aqwa. Jiena
nilqagħhom kollha kemm huma,
ukoll dawk li erwieħ oħrajn ma
ridux jilqgħuhom. Inti tista’
tiġi għandi b’kulma trid, Ġesu’
tiegħi; jiena ma nirrifjutalek
xejn. Nitolbok ħaġa waħda biss:
agħtini s-saħħa nissaportihom u
agħmel li jirbħu l-merti. Hawn
jiena, kollni hemm jiena; agħmel
bija dak li jogħġbok.
1796.
Illum, (nota254) rajt
il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’
fis-sema, f’nofs dija kbira.
Ir-raġġi kienu ħerġin mill-Pjaga
(f’ġenbu) u kienu qegħdin
jinfirxu fuq id-dinja kollha.
1797.
Illum, il-Mulej ġie għandi u
qalli, Binti għinni nsalva
l-erwieħ. Inti għandek tmur
għand midneb moribond, u kompli
itlob il-kurunella, u b’dan
il-mod inti tiksiblu fiduċja
fil-ħniena Tiegħi, għax hu diġa’
qed jiddispra.
1798.
F’daqqa waħda, sibt ruħi
f’razzett stramb fejn anzjan
kien qed imut fost turmenti
kbar. Madwar is-sodda kien hemm
qabda demonji u l-familja jibku.
X’ħin bdejt nitlob, l-ispirti
tad-dlam ħarbu, filwaqt li bdew
iwaddbu lejja ħsejjes u theddid.
Ir-ruħ ikkalmat, u mimlija
fiduċja, strieħet fil-Mulej.
Fl-istess waqt, erġajt sibt ruħi
f’kamarti. Kif jiġri dan . . .
jiena ma nafx.
+
1799.
Ġ.M.Ġ. Inħoss qawwa qiegħda
tiddefendini u tħarisni
mid-daqqiet tal-għadu. Hija
qiegħda tħarisni u tiddefendini.
Inħossha ċara ħafna; huwa
bħallikieku li d-dell ta’
ġwinħajh huwa t-tarka tiegħi.
1800.
Ġesu’ tiegħi, Int biss tajjeb.
Ukoll li kieku qalbi kellha
tagħmel sforz possibbli biex
tikteb dwar it-tjubija Tiegħek
almenu għal ftit, ma kontx nasal
biex nagħmel dan – din il-ħaġa
aħna ma nistgħux nifhmuha.
1801.
Jum minnhom waqt il-Quddiesa,
il-Mulej tani għarfien profond
tal-qdusija u l-majesta’ Tiegħu,
u fl-istess ħin stajt nara
l-miżerja tiegħi stess. Dan
l-għarfien ferraħni, u ruħi
għerqet kollha kemm hi
fil-ħniena Tiegħu. Ħassejtni
ferħana ħafna ħafna.
1802.
L-għada, kont konxja b’mod ċar
ta’ dan il-kliem: “Qiegħda tara,
Alla Hu tant qaddis, u inti
midinba. Tersaqx lejh, u mur
qerr kuljum.” U fil-fatt, kulma
stajt naħseb fih deher
f’għajnejja dnub. Imma ma tliftx
it-Tqarbina, u qtajtha li mmur
inqerr meta kelli mmur, għax ma
kelli l-ebda impediment ċar. U
meta wasal il-jum għall-qrar,
ħejjejt dawk id-dnubiet kollha
li kelli nakkuża lili nnifsi
tagħhom. Imma,
fil-konfessinarju, Alla
ppermettieli nakkuża lili nnifsi
biss ta’ żewġ nuqqasijiet,
minkejja l-isforzi tiegħi biex
nagħmel qrar skont ma kont
ħejjejt. X’ħin ħriġt
mill-konfessinarju l-Mulej
qalli, Binti, dawk id-dnubiet
kollha li inti kellek intenzjoni
li tqerr mhumiex dnubiet
f’għajnejja; u għalhekk ma
ħallejtekx tkun kapaċi tgħidhom.
Jiena fhimt li Satana ried
itellifni l-paċi u ġabli
ħsibijiet eseġerati. O Salvatur,
kemm hi kbira tjubitek!
1803.
Darba, meta kont qiegħda nħejji
ruħi għat-Tqarbin Imqaddes, u
ndunajt li ma kelli xejn
x’noffrilu, inżilt fl-art
quddiemu u bdejt insejjaħ
il-ħniena kollha tiegħu fuq ruħi
msejkna: “Jalla l-grazzja
Tiegħek, li tinżel fuqi
mill-Qalb ħanina Tiegħek,
issaħħaħni għat-taqbida u
għat-tbatijiet, sabiex jiena
nibqa’ fidila lejk. U, għalkemm
jiena miżerja bħal din, ma
nibżax minnek, għax il-ħniena
Tiegħek jiena nafha sewwa. Xejn
ma jista’ jbeżżgħani u jbegħidni
minnek, O Alla, għax kollox huwa
ħafna inqas minn dak li jiena
naf (li l-ħniena Tiegħek) – dan
jiena nista’ narah ċar.
(Hawnhekk jispiċċa s-sitt u
l-aħħar pitazz)
It-Thejjija Tiegħi
għat-Tqarbin Imqaddes
+
Ġ.M.Ġ
Krakovja, 10 ta’ Jannar 1938.
It-Thejjija Tiegħi għat-Tqarbin
Imqaddes
Swor Marija Fawstina
tas-Sagrament Imqaddes
Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena.
1804.
Il-mument l-aktar solenni ta’
ħajti hu dak il-waqt meta jiena
nitqarben. Nixxennaq għal kull
Tqarbina, u għal kull Tqarbina
rrodd ħajr lis-Santissima
Trinita’.
Li kieku l-anġli kienu kapaċi
jgħiru, kienu jgħiru għalina
għal żewġ affarijiet; waħda li
nistgħu nitqarbnu, u l-oħra li
nistgħu nbatu.
1805.
1. + Illum, jiena qed nħejji
ruħi għall-miġja Tiegħek bħalma
għarusa tħejji ruħha għall-miġja
tal-għarus tagħha. Dan l-għarus
tiegħi hu l-Mulej. Is-smewwiet
ma jesgħuhx. Is-serafini li huma
l-eqreb Tiegħu jgħattu wiċċhom u
jirrepetu bla heda: Qaddis,
Qaddis, Qaddis.
Il-Mulej hu l-għarus tiegħi.
Lilu jkantawlu l-kori. It-Troni
jqimuh. Id-dija Tiegħu tgħatti
x-xemx. U xorta waħda dan
il-Mulej kbir hu l-Għarus
tiegħi. Qalbi, tkomplix tagħmel
din il-meditazzjoni profonda fuq
kif jadurawh l-oħrajn, għax ma
baqagħlekx ħin għal dan, għax Hu
ġej u diġa’ jinsab fil-bieb.
1806.
Jiena noħroġ sabiex niltaqa’
miegħu, u nistiednu jiġi
fl-għamara ta’ qalbi, filwaqt li
numilja ruħi profondament
quddiem il-majesta’ Tiegħu. Imma
l-Mulej jerfagħni mit-trab u
jistedinni, bħala l-għarusa
Tiegħu, noqgħod bilqiegħda
maġenbu u ngħidlu dak kollu li
hemm f’qalbi. U jiena nħossni
komda miegħu la Hu daqshekk
qalbu tajba miegħi, inpoġġi rasi
fuq sidru u ngħidlu kollox.
L-ewwelnett, ngħidlu affarijiet
li qatt ma nasal li ngħidhom lil
ebda ħlejqa. U mbagħad nitkellem
fuq il-bżonnijiet tal-Knisja,
fuq l-erwieħ tal-imsejkna
midinbin u kemm huma jeħtieġu
l-ħniena Tiegħu. Imma l-ħin
malajr jgħaddi. Ġesu’, hemm
bżonn li jiena mmur inwettaq
id-dmirijiet li hemm
jistennewni. Ġesu’ jgħidli li
għad baqa’ waqt biex insellmu
lil xulxin. Nagħtu ħarsa
profonda lejn xulxin, u
fid-deher ninfirdu għal ftit;
imma, fir-realta’, qatt ma
ninfirdu. Il-qlub tagħna jinsabu
dejjem magħqudin. Għalkemm minn
barra jien inkun distratta
bid-dmirijiet tiegħi ta’ kull
xorta, il-preżenza ta’ Ġesu’
titfgħani l-ħin kollu f’ġabra
profonda.
1807.
2. + Illum, it-tħejjija tiegħi
għall-miġja ta’ Ġesu’ hi qasira,
imma mmarkata b’mod profond bi
mħabba qawwija. Il-preżenza ta’
Alla tinfidni u tqabbadni
bl-imħabba tiegħi għalih.
M’hemmx kliem; hemm biss ftehim
interjuri. Negħreq f’Alla kollni
kemm jien, permezz tal-imħabba.
Il-Mulej jersaq lejn l-għamara
ta’ qalbi. Wara li nitqarben,
għandi biżżejjed attenzjoni
f’moħħi biex nerġa’ lura
fil-ġinokkjatur tiegħi.
Fl-istess ħin, ruħi tinsab
mitlufa għal kollox f’Alla, u
jiena m’għadnix naf x’qed jiġri
madwari. Alla qed jagħtini
għarfien interjuri tal-Essenza
Divina Tiegħu. Tassew dawn
il-mumenti huma qosra, imma
jinfdu sa ġewwanett.
Ir-ruħ toħroġ mill-kappella
f’ġabra profonda, u ma tintilifx
malajr f’ħafna distarzzjonijiet.
F’ħinijiet bħal dawn, jiena nkun
qisni qiegħda mmiss ml-art
b’sieq waħda biss. L-ebda
sagrifiċċju f’jum bħal dan ma
jkun diffiċli jew tqil. Kull
sitwazzjoni titlob att ġdid ta’
mħabba.
1808.
3. + Illum, jiena nistieden lil
Ġesu’ ġewwa qalbi, bħala Mħabba.
Inti l-istess Imħabba. Il-ġenna
kollha taqbad mill-fjamma
tiegħek u timtela bl-imħabba. U
għalhekk ruħi tixxennaq għalik
bħalma fjura tixxennaq
għax-xemx. Ġesu’, ejja għaġġel
ġewwa qalbi , għax Inti tista’
tara li, bħalma l-fjura hi
ħerqana għax-xemx, hekk ukoll
qalbi għalik. Jiena niftaħ qalbi
bħal kalċi miftuħ sabiex
tirċievi mħabbtek.
1809.
Meta Ġesu’ ġie ġewwa qalbi,
kollox ġewwa ruħi kien qed
jirtogħod bil-ħajja u bis-sħana.
Ġesu’, ħu l-imħabba minn qalbi u
ferra’ ġewwa fiha mħabbtek,
imħabbtek li qed taqbad u tiddi,
li taf kif għandha tissaporti
kull sagrifiċċju, li taf kif
għandha tinsa lilha nnifisha
kollha kemm hi.
Illum, il-jum tiegħi hu mmarkat
bis-sagrifiċċju . . .
1810.
4. + Illum, jiena nħejji ruħi
għall-miġja tas-Sultan.
Jiena x’jiena, u Inti min Inti,
O Mulej, Sultan ta’ glorja
eterna? O qalbi, inti taf min
ġej għandek illum? Iva, naf imma
– ħaġa stramba – minix kapaċi
nifhimha. O, li kieku kien
sultan biss, imma dan hu
s-Sultan tas-Slaten, ir-Re
tar-Rejiet. Quddiemu, jitriegħdu
s-setgħat u l-qawwiet kollha. Hu
ġej ġewwa qalbi llum. Imma
qiegħda nisimgħu riesaq.
Noħroġ niltaqa’ miegħu u
nistiednu. X’ħin daħal
fl-għamara ta’ qalbi, tant
imliet b’qima li ħassha ħażin
bil-biża’ u waqgħet f’riġlejh.
Ġesu’ jnewlilha idu u bil-ħlewwa
jagħtiha permess tieħu postha
maġenbu. Hu jassiguraha u
jgħidilha, Ara, Jiena ħallejt
it-tron Tiegħi fis-sema sabiex
ningħaqad miegħek. Dak li
qiegħda tara hu biss ftit u
diġa’ ruħek qed tħossha tintilef
minn sensiha bl-imħabba. Kemm
għad tistagħġeb qalbek meta inti
għad tarani fil-glorja Tiegħi
kollha.
1811.
Imma Jiena rrid ngħidlek li
l-ħajja ta’ dejjem trid tibda
diġa’ hawn fl-art permezz
tat-Tqarbin Imqaddes. Kull
Tqarbina tagħmlek iktar kapaċi
tikkomunika ma’ Alla matul
l-eternita’.
U għalhekk, Sultan tiegħi, jiena
ma nitolbok xejn, għalkemm naf
li Inti tista’ tagħtini kollox.
Ħaġa waħda biss nitolbok: ibqa’
għal dejjem is-Sultan ta’ qalbi;
dak biżżejjed għalija.
1812.
Illum qiegħda nġedded l-att
tiegħi ta’ sottomissjoni lejn
is-Sultan tiegħi, permezz ta’
fedelta’ lejn l-ispirazzjonijiet
interjuri tiegħi.
1813.
5. + Illum, minix qiegħda
nisforza lili nnifsi biex
inħejji ruħi b’xi preparamenti
speċjali. Ma nista’ naħseb fuq
xejn, għalkemm qiegħda nħoss
ħafna affarijiet. Nixxennaq
għall-ħin meta Alla ser jiġi
ġewwa qalbi. Nintefa’ f’dirgħajh
u nkellmu dwar in-nuqqas ta’
kapaċita’ u l-miżerja tiegħi.
Inferra’ l-uġigħ kollu ta’
qalbi, għax minix kapaċi nħobbu
daqskemm irrid. Inħeġġeġ ġewwa
fija atti ta’ fidi, tama u
mħabba u matul l-ġurnata jiena
ngħix b’din il-ħaġa.
1814.
6. + Illum, it-tħejjija tiegħi
hi qasira. Fidi qawwija u ħajja
għoddha tqaċċat minn nofs
il-velu tal-imħabba. Il-preżenza
ta’ Alla tinfed lil ruħi bħalma
raġġ tax-xemx jinfed
il-kristall. F’dak il-waqt li
jiena nirċievi lil Alla,
l-esseri tiegħi kollni kemm
jiena jintilef fih. Stagħġib u
ammirazzjoni jimlewni kollni
kemm jiena meta nara l-majesta’
kbira ta’ Alla, li tinżel sa
ħdejja li jiena l-istess
miżerja. Minn ġo ruħi toħroġ
gratitudni mmensa lejh
għall-grazzji kollha li Hu
jagħtini, u l-aktar
għall-grazzja li ġejt imsejħa
sabiex inservi lilu biss.
1815.
7. + Illum, fit-Tqarbin
Imqaddes, jiena rrid ningħaqad
kemm jista’ jkun mill-qrib ma’
Ġesu’, permezz tal-imħabba. Tant
nixxennaq għal Alla b’ħerqa li
jidhirli li qatt m’hu ser jasal
il-waqt meta s-saċerdot
iqarbinni. Ruħi donna tintilef
minn sensiha tant kemm tixxennaq
għal Alla.
1816.
X’ħin irċevejtu f’qalbi,
iċċarrat il-velu tal-fidi. Rajt
lil Ġesu’ li qalli, Binti,
imħabbtek tpattili għall-kesħa
ta’ tant erwieħ. Wara dan
il-kliem, erġajt sibt ruħi
waħdi, imma matul il-jum kollu
għext f’att ta’ riparazzjoni.
1817.
8. + Illum, qiegħda nħoss abbiss
ta’ miżerja ġewwa ruħi. Irrid
nersaq lejn it-Tqarbin Imqaddes
bħallikieku lejn għajn ta’
ħniena u negħreq għal kollox
f’dan l-oċejan ta’ mħabba.
X’ħin irċevejt lil Ġesu’,
intfajt ġo fih bħal f’abbiss ta’
ħniena bla tarf. U iktar ma
ħassejt li jiena l-istess
miżerja, iktar kibret il-fiduċja
tiegħi fih.
Għaddejt il-jum kollu f’dan
l-istat.
1818.
9. + Illum, ruħi għandha
d-disposizzjoni ta’ tifla.
Ningħaqad ma’ Alla bħalma tifla
tingħaqad ma’ missierha.
Inħossni b’mod sħiħ bint Alla.
1819.
X’ħin tqarbint, kelli għarfien
iktar profond tal-Missier
tas-Sema u ta’ kif hu l-Missier
tal-erwieħ. Illum jiena qiegħda
ngħix filwaqt li nigglorifika
t-Trinita’ Qaddisa. Irrodd ħajr
lil Alla li ndejna jadottana
bħala wliedu, permezz
tal-grazzja.
1820.
10. + Illum, irrid ninbidel,
kollni kemm jiena, fl-imħabba
ta’ Ġesu’ u noffri lili nnifsi,
flimkien miegħu, lill-Missier
tas-Sema.
Waqt il-Quddiesa, rajt
lill-Bambin Ġesu’ fil-kalċi, u
Hu qalli, Qiegħed ngħammar
ġewwa qalbek bħalma qed tarani
f’dan il-kalċi.
1821.
Wara t-Tqarbin Imqaddes, ħassejt
it-taħbit tal-Qalb ta’ Ġesu’
ġewwa qalbi.
Għalkemm sirt konxja għal żmien
twil, li t-Tqarbin ikompli ġewwa
fija sat-Tqarbina ta’ wara,
illum – u matul il-jum kollu –
qiegħda nadura lil Ġesu’ ġewwa
qalbi u nitolbu, permezz
tal-grazzja Tiegħu, iħares
lit-tfal ċkejknin mill-ħażen li
qed jheddihom. Preżenza qawwija
ta’ Alla u li tinħass ukoll
fiżikament tkompli matul il-jum
u ma ttellifnix bl-ebda mod
id-dmirijiet tiegħi.
1822.
11. + Illum, ruħi tixtieq turi,
b’mod speċjali, imħabbitha lejn
Ġesu’. X’ħin il-Mulej daħal
ġewwa qalbi, intfajt f’riġlejh
bħal blanzun ta’ warda. Irrid li
l-fwieħa ta’ mħabbti titla’
l-ħin kollu quddiem it-tron
Tiegħek. Qiegħed tara, Ġesu’,
f’dan il-blanzun, qalbi kollha
(offerta) lilek, mhux issa biss
meta qalbi qiegħda taqbad bħal
faħam, imma wkoll matul il-jum,
meta jiena ser nagħtik provi ta’
mħabbti permezz ta’ fedelta’
lejn il-grazzja divina.
Illum, ser naħtaf, bħallikieku
kienu blanzuni, d-diffikultajiet
u t-tbatijiet kollha li niltaqa’
magħhom u nitfagħhom f’riġlejn
Ġesu’. Ma jimpurtax jekk l-id,
jew il-qalb, tnixxi id-demm . .
.
1823.
12. + Illum, ruħi qiegħda
titħejja għall-miġja
tas-Salvatur tiegħi, li Hu
l-istess tjubija u mħabba.
Tentazzjonijiet u
distrazzjonijiet jitturmentawni
u jħallunix inħejji ruħi
għall-miġja tal-Mulej. Għalhekk
jiena nixtieq b’ħerqa ikbar li
nirċevik, Mulej, għax naf li
meta Inti tiġi, Inti teħlisni u
ssalvani minn dawn it-turmenti.
U jekk hi r-rieda Tiegħek li
jiena nbati, għalhekk, ssaħħaħni
għat-taqbida.
Ġesu’ Salvatur, li ndenjajt li
tiġi ġewwa qalbi, keċċi dawn
id-distrazzjonijiet li mhumiex
qegħdin iħalluni nkellmek.
Ġesu’ weġibni, Irridek issir
bħal kavallier li għandu
esperjenza tal-battalja, li jaf
jagħti l-ordnijiet lill-oħrajn
meta jkun jinsab fil-qilla
tat-taqbida. Bl-istess mod,
binti, inti għandek tkun taf kif
tirbaħ lilek innifsek f’nofs
l-ikbar diffikultajiet, u ma
tħalli xejn ibiegħdek minni,
lanqas il-waqgħat tiegħek.
Illum, ili nitqabad il-jum kollu
ma’ċerta diffikulta’ li Inti,
Ġesu’ taf biha . . .
1824.
13. + Illum qalbi qiegħda
tirtogħod bil-ferħ. Nixtieq
ħafna li Ġesu’ jiġi ġewwa qalbi.
Qalbi mxenqa qiegħda taqbad bi
mħabba dejjem tiżdied.
X’ħin ġie Ġesu’, intfajt
f’dirgħajh bħal tifla żgħira.
Għidtlu bil-ferħ tiegħi. Ġesu’
qagħad jismagħni nferra’
mħabbti. X’ħin tlabt lil Ġesu’
jaħfirli li ma ħejjejtx ruħi
għat-Tqarbin Imqaddes, imma li
kont qiegħda l-ħin kollu naħseb
kif stajt naqsam Miegħu dan
il-ferħ malajr kemm jista’ jkun,
Huwa wieġeb li Togħġobni
ħafna din it-tħejjija li biha
inti lqajtni ġewwa qalbek.
Illum, b’mod speċjali Jiena
nbierek dan il-ferħ tiegħek.
Xejn m’hu ser itellfek dan
il-ferħ matul dan il-jum . . .
1825.
14. + Illum, qiegħda nħejji ruħi
għall-miġja tal-Mulej li jista’
kollox, li jista’ jagħmilni
perfetta u qaddisa. Qiegħda
nħejji ruħi bil-premura kollha
sabiex nirċevih, imma ġietni
d-diffikulta’ kif nista’
nippreżentalu din il-ħaġa.
Warrabtha (din id-diffikulta’)
fil-pront. Nippreżentaha bħalma
tgħidli qalbi.
1826.
X’ħin irċevejt lil Ġesu’
fit-Tqarbin Imqaddes, qalbi
bdiet tgħajjat kemm tiflaħ,
“Ġesu’, ibdilni f’ostja oħra!
Jiena rrid inkun ostja ħajja
għalik. Inti Mulej kbir u ta’
setgħa bla tarf; tista’ tagħtini
din il-grazzja.” U l-Mulej
weġibni, Inti ostja ħajja, li
togħġob lill-Missier tas-Sema.
Imma aħseb ftit: Ostja x’inhi?
Sagrifiċċju. U għalhekk . . .?
O Ġesu’ tiegħi, qiegħda nifhem
xi tfisser “ostja”, xi jfisser
sagrifiċċju. Nixtieq li nkun
quddiem il-Majesta’ Tiegħek
ostja ħajja; jiġifieri,
sagrifiċċju ħaj li kuljum ikun
qed jaqbad f’ġieħek.
Meta saħħti tibda tnin, hu
t-Tqarbin Imqaddes li jżommni u
jagħtini s-saħħa. Fil-fatt,
nibża’ minn dak il-jum li fih
jiena ma nitqarbinx. Ruħi tiġbed
saħħa barranija mit-Tqarbin.
O Ostja ħajja, dawl ta’ ruħi!
1827.
15. + Illum qiegħda nħejji ruħi
għat-Tqarbin Imqaddes
bħallikieku għal festa ta’ tieġ,
fejn dawk kollha li jieħdu sehem
jiddu bi sbuħija li ma
titfissirx bil-kliem. U jiena
wkoll, ġejt mistiedna għal din
l-ikla, imma ma nistax nara dik
is-sbuħija ġewwa fija, imma biss
abbiss ta’ miżerja. U għalkemm
ma nħossnix denja li npoġġi
bilqiegħda mal-mejda, nintefa’
f’riġlejn Ġesu’, u nittallab
għall-frak li jaqa’ minn fuq
il-mejda. Ladarba jiena naf
il-ħniena Tiegħek, jiena
għalhekk nersaq lejk, Ġesu’,
għax eħfef li tispiċċa l-miżerja
tiegħi milli tispiċċa l-ħniena
tal-Qalb Tiegħek. Din hi
r-raġuni għaliex matul il-jum
jiena ser inkompli nitħeġġeġ
bil-fiduċja fil-Ħniena Divina.
1828.
16. + Illum, hawn madwari
l-Majesta’ ta’ Alla. M’hemm
l-ebda mod kif jiena nista’
ngħin lili nnifsi biex nitħejja
aħjar. Ninsab kollni kemm jiena
mkebbsa f’Alla. Imħabbtu qiegħda
tkebbisli ruħi. Kulma naf hu li
jiena nħobb u li jiena maħbuba.
Dak biżżejjed għalija. Qiegħda
nipprova mill-aħjar li nista’
nkun fidila matul il-jum lejn
l-Ispirtu s-Santu sabiex
inwettaq dak li jitlobni.
Qiegħda nagħmel mill-aħjar biex
inżomm is-skiet interjuri sabiex
inkun nista’ nisma’ leħnu . . .
Tqassir ta’ Kliem
Kif ġew użati fin-noti
A.A.S Atti
tas-Sede Appostolika (Acta
Apostolicae Sedis)
A.SF Arkivji
ta’ Santa Fawstina
A.SF.Tif. Arkivji
ta’ Santa Fawstina
Tifkiriet tan-nies li kienu
jafuha
A. SJ-K Arkivji
tas-Soċjeta’ ta’ Ġesu’ –
Krakovja
A. SMDĦ-K Arkivji
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena
- Kronaki
A. SMDĦ-KuM Arkivji tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena
- Kronaki u Dokumenti tal-Mewt
A. SMDĦ-M Arkivji
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena
- Dokumenti tal-Mewt
cf. ara
Kost. Kongr.
Kostituzjonijiet
tal-Kongregazzjoni (tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena)
Noti
tad-Djarju ta’ Santa Fawstina
Kowalska tal-Kongregazzjoni
tal-Madonna tal-Ħniena
1.
Fit-22 ta’ Frar 1931, waqt li
kienet qiegħda Plock, Swor
Fawstina rċeviet ordni mingħand
Ġesu’ sabiex hija tpitter xbieha
skont mudell li Hu wrieha. (ara
Djarju Nru 47)
Il-Qaddisa ppruvat tagħmel dan,
imma peress li hi ma kenitx taf
it-teknika sabiex tpitter, ma
setgħetx tagħmel din il-ħaġa hi
stess. Baqgħet tipprova u
fittxet l-għajnuna mingħand
sorijiet oħrajn u mingħand
il-konfessur tagħha.
Wara xi snin is-superjuri tagħha
bagħtuha Vilnius (Wilno), fejn
il-konfessur tagħha, ir-Rev.
Prof. Michael Sopocko, li wera
interess kif kellha tkun
il-pittura b’tama li sa dak
iż-żmien ħadd ma kien jaf biha
talab lill-pittur Eugene
Kazimierowski jpitter ix-xbieha
skont l-istruzzjonijiet ta’ Swor
Fawstina. Il-pittura tlestiet
f’Ġunju 1934 u ġiet imdendla
fil-kurudur tal-kunvent
tas-Sorijiet Bernardini ħdejn
il-Knisja ta’ San Mikiel
f’Vilnius, fejn kien rettur Dun
Sopocko.
Fil-1935, waqt
iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena
tal-Ġublew tal-Fidwa tad-Dinja,
ix-xbieha tal-Ħniena Divina ġiet
trasferita f’Ostra Brama
(il-“Bieb tal-Lvant” tal-belt
ta’ Vilnius) u poġġewha f’tieqa
fil-għoli sabiex tkun tista’
tidher mill-bogħod. Damet hemm
mis-26 sat-28 ta’ April.
Bil-permess tal-Arċisqof Romuald
Jalbrzykowski, fl-4 ta’ April
1937, ix-xbieha ġiet imbierka u
poġġewha fil-knisja ta’ San
Mikiel f’Vilnius.
Fl-1944, twaqqaf kumitat ta’
esperti, bl-ordni tal-Arċisqof
Jalbrzykowski, sabiex jagħti
l-opinjoni tiegħu dwar
ix-xbieha. L-opinjoni
tal-esperti kienet li x-xbieha
tal-Ħniena Divina, kif impittra
minn E. Kazimierowski, kienet
xogħol artiskitu u
kontribuzzjoni importanti
fl-arti reliġjuża kontemporanea.
Din ix-xbieha oriġinali għandha
diversi karatteristiċi. Fuq
sfond sempliċi, u għajnejh
iħarsu kemmxejn ‘l isfel,
bħallikieku qed iħares minn fuq,
lejn min qed jarah. Idu
l-leminija hi merfugħa f’ġest
ta’ barka; filwaqt li idu
x-xellugija qiegħda tifraħ
il-libsa fejn tinsab Qalbu (li
ma tidhirx), minn fejn jidhru
ħerġin żewġ raġġi jiddu, waħda
bajda fuq il-lemin, oħra ħamra
fuq ix-xellug (meta tħares
lejha). Id-dawl minn dawn
ir-raġġi jiddi minn ġo idejh u
l-libsa Tiegħu.
Fl-1943, fi Lwow, fuq talba
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena, Stanley Batowski
pitter xbieha oħra, li poġġewha
fuq altar tal-ġenb fil-kappella
tal-komunita’ li tinsab f’numru
3/9 Triq Żytnia f’żVarsavja.
Waqt ir-rewwixta ta’ Varsavja,
din il-kappella (u flimkien
magħha x-xbieha) ġiet maħruqa.
Ix-xbieha li pitter Batowski
ntogħġbot minn kulħadd. Dan
il-fatt ta l-kuraġġ
lis-Superjura Ġenerali
tal-Komunita’ tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena sabiex
hija titlob lil Batowski biex
ipitter xbieha oħra għad-dar ta’
Krakovja, fejn kienet qiegħda
diġa’ tixtered il-forma ġdida
tad-devozzjoni tal-Ħniena
Divina. Ix-xbieha ġiet impittra
u ntbatgħet Krakovja fis-6 ta’
Ottubru 1943.
Sadattant, is-Superjura tad-dar
ta’ Krakovja ġiet avviċinata
mill-pittur Adolf Hyla, li offra
li jpitter xi tip ta’ xbieha
għall-kappella tas-sorijiet
bħala offerta votiva wara li hu
baqa’ ħaj fil-gwerra.
Is-Superjura, Madre Irene
Krzyzanowska, wara li kkonsultat
mas-sorijiet anzjani u ma’ Patri
Andrasz, SJ, issuġġeriet li
s-Sur Hyla kellu jpitter
ix-xbieha skont
l-istruzzjonijiet ta’ Swor
Fawstina. Għalhekk, hu ġie
mogħti d-deskrizzjoni (li ġiet
meħuda mid-Djarju ta’ Swor
Fawstina) flimkien ma’ kopja
żgħira tax-xbieha kif kienet
ġiet impittra minn Eugene
Kazimierowski.
Ix-xbieha kienet lesta
fil-ħarifa tal-1943 u ħaduha
fid-dar ta’ Krakovja. Ix-xbieha
ta’ Batowski waslet fl-istess
żmien. Minħabba dan inqalgħet
problema – liema waħda minn dawn
ix-xbiehat kellha tinżamm
fil-kappella tas-sorijiet? Din
il-ħaġa ddeċidieha l-Kardinal
Sapieha, li kumbinazzjoni nzerta
kien hemm. Huwa ħares sewwa lejn
iż-żewġ xbiehat u qal, “Ladarba
Hyla pitter ix-xbieha tiegħu
bħala offerta votiva, dik
ix-xbieha għandha tinżamm
fil-kappella tas-sorijiet.” Huwa
bierek ix-xbieha u ta ordni li
jdendluha. Sal-lum din ix-xbieha
għadha tinżamm fuq l-altar
tal-ġenb fuq ix-xellug tad-daħla
prinċipali, fil-Kappella
tal-Konfregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena f’numru
3/9 Triq Wronia fi Krakovja, u
hija meqjuma bħala x-xbieha li
ġiet impittra fuq
l-istruzzjonijiet ta’ Swor
Fawstina Kowalska. Nies
mill-Polonja kollha u minn
pajjiżi oħrajn jiġu quddiem din
ix-xbieha ta’ Kristu Ħanin
sabiex jitolbuh il-grazzji li
jeħtieġu. Ikun hemm ħafna
offerti votivi, u kopji ta’ din
ix-xbieha jinsabu mxerrdin
mad-dinja kollha.
ix-xbieha ta’ S. Batowski
poġġewha fil-Knisja tal-Ħniena
Divina fi Triq Smolensk fi
Krakovja. Matul is-snin ħafna
artisti oħrajn pittru xbiehat
tal-Ħniena Divina ibbażati fuq
xbiehat eżistenti jew mid-Djarju
ta’ Santa Fawstina.
2.
Jiġifieri; fil-pittura.
3.
Waqt li kienet qiegħda Vilnius,
il-konfessur tagħha, Dun Michael
Sopocko, qal lil Swor Fawstina
li kellha tikteb l-esperjenzi
interjuri tagħha.
Meta xi ħadd mill-Kongregazzjoni
staqsa għaliex Swor Fawstina
kienet qiegħda żżomm djarju, Dun
Sopocko wieġeb: “Jien kont
professur fis-Seminarju u
fl-Iskola tat-Teoloġija
fl-Universita’ Stefan Batory
f’Vilnius dak iż-żmien. Ma
kellix żmien noqgħod nisma’
l-qrar tagħha fit-tul
fil-konfessjonarju, għalhekk
għidtilha tikteb kollox u
mbagħad turihuli minn żmien għal
żmien. B’dan il-mod id-Djarju
beda jeżisti.” (Ittra ta’ Dun
Sopocko li ġġib id-data tas-6
ta’ Marzu 1972).
Swor Fawstina ssemmi din l-ordni
tal-konfessur f’numru 6 u 839
tad-Djarju.
Minbarra din l-ordni
tal-konfessur taghha, il-Qaddisa
ssemmi, f’ħafna paġni tad-Djarju
tagħha, kmand ċar sabiex hija
tikteb, mogħti lilha mill-Mulej
Ġesu’ nnifsu (ara Djarju numri
372, 459, 895, 965, 1142, 1457,
1665 u oħrajn).
4.
Aldona Lipszycowa f’dak iż-żmien
kienet qiegħda tgħix f’Ostrowek
fir-reġjun ta’ Radzymin. Hija
twildet fl-14 ta’ April 1896, fi
Tbilisi, fir-Russja, bint
Serafin Jastrzrebski u Mary
Lemke. Fl-1965/66 hija kienet
waħda mix-xhieda
fil-kumpilazzjoni tal-proċess
tal-Qaddisa.
Hija tiftakar, “żewġi kien talab
il-kappillan tal-parroċċa ta’
San Ġakbu fis-subborg ta’
Ochota, isib xi ħadd li jkun
jista’ jgħinni fix-xogħol
tad-dar. Ir-Reverendu Kanonku
James Dabrowski, Meta kien
kappillan fi Klebow, kien sar
il-ħabib ta’ żewġi. Huwa kien li
għammdu, bierek iż-żwieġ tagħna
u għammed it-tfal kollha tagħna.
Ir-Reverendu Kanonku bagħtilna –
fis-sajf tal-1924 – lil Helen
Kowalska b’nota magħha li hu ma
kienx jafha, imma kien qed
jispera likella taqdina sewwa.
(A.SF.Tif)
5.
Il-kunvent tal-Kongregazzjoni
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena li jinsab f’numru 3/9
Triq Zytnia f’Varsavja.
6.
Madre Michael – Olga Moraczewska
twieldet fl-1873. Għal dawk
iż-żminijiet kienu
jikkunsidrawha edukata ħafna.
Kienet kapaċi titkellem
b’diversi lingwi u kienet
spiċċat il-kors
fil-Konservatorju tal-Mużika.
Saret reliġjuża meta ma kenitx
tant żgħira fl-eta’. Wara li
għamlet l-aħħar professjoni
tal-voti tagħha, ġiet magħżula
superjura tad-dar ta’ Varsavja.
Hija baqgħet f’din il-kariga
sal-1928. Wara li temmet
il-kariga tagħha s-Superjura
Ġenerali M. Leonard Gelicka,
hija saret Amministratriċi
tal-Kongregazzjoni kollha. Waqt
l-amministrazzjoni tagħha bħala
Superjura Ġenerali, ġew
approvati l-Kostituzzjonijiet
tal-Kongregazzjonijiet. Kienet
tħobb ħafna l-komunita’ tagħha u
fittxet l-iżvilupp spiritwali u
materjali tagħha. Hija waqqfet
djar ġodda f’Varsavja
fis-subborg ta’ Grochow,
f’Robka, fi Lwow, u fi Biala,
dar affiljata mad-dar ta’ Plock,
10 kilometri ‘l bogħod.
Hija mietet fi Krakovja fil-15
ta’ Novembru 1966, u tinsab
midfuna fiċ-ċimiterju
tal-Kongregazzjoni (A.SMDĦ-K).
7.
Hija tradizzjoni tal-Komunita’
li s-sorijiet jgħixu taħt
l-istess saqaf flimkien
mal-Mulej Ġesu’ fl-Ewkaristija.
Ladarba l-kappella tad-dar ta’
Varsavja kienet tinsab f’bini
maqtugħ għalih ftit metri ‘l
bogħod mid-dar tas-sorijiet,
inbniet kappella oħra fit-tieni
sular tal-kunvent tas-sorijiet.
Bil-permess tal-Kurja
tal-Arċisqof, inżamm hemmhekk
is-Sagrament Imqaddes u, skont
il-liġi ekkleżjastika, kienet
titqaddes Quddiesa f’ċerti
ġranet. Il-kappella kienu
jsibuha bl-isem ta’ “Il-Kappella
ċ-Ċkejkna” jew “Ġesu’ ż-Żgħir”.
8.
Skont id-drawwa
tal-Kongregazzjoni, kien jinżamm
is-skiet kanoniku mid-9 ta’
filgħaxija ‘l quddiem. Talb
privat seta’ jiġi rreċitat
fis-skiet. Aktarx li l-Qaddisa
ħasbet li talb li kien isir
mill-persuna mixħuta minn tulha
mal-art, mhux talb fih innifsu,
kien imur kontra din id-drawwa.
9.
Is-“Superjuri” setgħu kienu
s-Superjura Ġenerali u
d-direttriċi tal-postulanti,
għax huma kienu jiddeċiedu jekk
il-Qaddisa kellhiex tirċievi
l-abitu u għalhekk tibda’
n-novizzjat fi Krakovja.
Is-Superjura Ġenerali dak
iż-żmien kienet Madre Leonard
Cielecka, imwielda fl-24 ta’
Diċembru, 1850 f’Paplin ziemi
Siedleckiej. Hi kienet ġejja
minn familja ta’ proprjetarji
tal-art, u rċeviet edukazzjoni
għolja f’diversi lingwi u
fil-mużika. Daħlet
fil-Kongregazzjoni fl-1 ta’
Settembru, 1885, għamlet il-voti
perpetwi f’Varsavja fl-1893, u
ta’ eta’ żgħira ġiet mogħtija
pożizzjonijiet ta’
responsabbilta’
fil-Kongregazzjoni. Fl-1908 hija
saret superjura tad-dar f’Derdy
qrib ta’ Varsavja. Mill-1912
hija saret superjura f’Varsavja,
u mill-1918, f’Walendow. Wara li
l-Kongregazzjoni nqatgħet
mid-Dar Ġeneralizja fi Franza,
fl-1922 fl-Ewwel Kapitlu
fil-Polonja, hija saret l-ewwel
Superjura Ġenerali tad-djar
kollha fil-Polonja. Hija żammet
din il-kariga għal 6 snin;
jiġifieri, sal-1928, u mbagħad
saret assistenta tas-Superjura
Ġenerali l-ġdida. Hija mietet
fl-1 ta’ Novembru 1933.
Id-direttriċi tal-postulanti,
Madre Jane Bartkiewicz, twieldet
fil-31 ta’ Lulju 1858. Daħlet
fil-Kongregazzjoni fl-10 ta’
Diċembru 1877, u għamlet il-voti
perpetwi tagħha f’Laval, fi
Franza fl-1885. Filwaqt li
l-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena kienet tiddependi
mid-Dar Ġeneralizja fi Franza,
Madre Jane kienet Vigarja
Ġenerali tad-djar fil-Polonja.
Kienet persuna b’saħħitha u
enerġika, xi drabi wkoll
despotika. Hija kienet tħobb
il-Kongregazzjoni ħafna u kienet
tixtiqilha l-ġid, u dan ippruvat
tagħmlu b’mod li ma kienx jaqbel
man-natura umana. Ir-relazzjoni
tagħha mal-kandidati u
maż-żgħażagħ li kienu pprofessaw
kienet waħda mill-aktar mimlija
mħabba u simpatija. Kienet taf
kif kella tkun qalbha tajba,
imma fl-istess ħin il-metodu
tagħha kif kienet tiddixxiplina
s-sorijiet kien joħloq atmosfera
ta’ biża’.
Wara li spiċċat iż-żmien tagħha
bħala Vigarja Ġenerali, għamlet
żmien bħala Direttriċi
tan-Novizzi u tat-tielet prova.
Għalhekk matul ħajjitha kollha
hija ħasset li kellha
l-privileġġ li tikkoreġi
lis-sorijiet iż-żgħażagħ. Hi
mietet f’Varsavja fl-1 ta’ Lulju
1940. (A.SMDĦ-KuM).
10.
Helen Kowalska waslet fi
Krakovja fit-23 ta’ Jannar 1926,
sabiex ittemm iż-zżmien tagħha
bħala postulanta. Dak inhar
stess mietet fi Krakovja Swor
Henry Losinska. Swor Henry
twieled fl-20 ta’ Jannar 1897.
Hija daħlet fil-Komunita’
fl-1920 u kiemet taħdem billi
tagħmel iż-żraben (A.SMDĦ-M).
11.
Swor Margaret – Anna Gimbutt,
twieldet fl-1857 u daħlet
fil-Kongregazzjoni fl-1893. Hija
tat servizz kbir
lill-Kongregazzjoni, meta
wettqet id-dmir ta’ direttriċi
tan-Novizzi, Superjura tad-dar
f’Vilnius, u mbagħad, Għalliema
tat-tielet prova. Kulħadd kien
jaf kemm kellha spirtu ta’ ċaħda
u mortifikazzjoni, għax kienet
tippretendi ħafna minnha
nnifisha. Kienet umli u
ubbidjenti, dejjem titlob,
tispikka fl-osservazzjoni tagħha
tar-regola, u b’hekk kienet ta’
eżempju għas-sorijiet, l-aktar
għal dawk li kienet tieħu
ħsiebhom hi.
12.
L-Isqof Stanislaus Rospond
twieled fit-30 ta’ Settembru
1877, f’Liszki qrib Krakovja.
Wara li ggradwa mill-iskola
sekondarja St. Ann fi Krakovja,
huwa daħal is-Seminarju jistudja
għas-saċerdozju. Sena wara
bagħtuh ikompli l-istudji tiegħu
f’Innsbruck u rċieva l-grad ta’
Duttur tat-Teoloġija fl-1904.
Ġie ordnat saċerdot fl-10 ta’
Awissu 1901. Sar prefett
tas-Seminarju fi Krakovja, u
mbagħad, rettur. Kien
l-konfessur ordinarju
tas-sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena. Ġie kkonsagrat Isqof
fit-12 ta’ Ġunju 1927. Għal
ħafna snin kien il-Vigarju
Ġenerali. Kellu relazzjoni
mill-iktar tajba
mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena. Darbtejn
fis-sena kien ikun ċelebrant
prinċipali fiċ-ċerimonja
tal-vestizzjoni u
tal-professjoni tal-voti. Miet
fl-14 ta’ Frar 1958, u ġie
midfun fil-qabar tal-familja
f’Liszki.
13.
Kien jum il-vestizzjoni – 30
ta’ April 1926. Swor Clemens
Buczek tiftakar li kienet
qiegħda tgħin lill-kandidati
jieħdu l-libsa. Kitbet hekk
fit-tifkiriet tagħha: “F’Mejju
(sic) 1926, kelli nlibbes lil
Helen Kowalska. Wara li rċeviet
il-libsa ħdejn l-altar, jiena
għidtilha: ‘ Helen, ejja
ngħaġġlu sabiex illibbsuk
il-libsa.’ Helen ħassha ħażin.
Mort niġri nġib vażett
tal-ammonia biex ixxommu, biex
ngħinha terġa’ tiġi f’tagħha...
Wara kont noqgħod nittantaha
kemm ma riditx titlaq lid-dinja.
Kien biss wara l-mewt tagħha li
skoprejt ir-raġuni għaliex kien
ħassha ħażin ma kienx swied ta’
qalb għax kienet ser tħalli
d-dinja warajha, imma ħaġa
oħra.”
14.
Swor Mary Joseph, Stephanie
Brzoza, twieldet fl-1889. Daħlet
fil-kongregazzjoni fl-1909 u
għamlet il-voti perpetwi tagħha
fil-5 ta’ Mejju 1917. Kienet
l-għalliema tal-grupp
tat-tfajliet fl-istitut ta’
Krakovja. Fl-1925 bagħtuha
fid-Dar Ġenerali
tal-Kongregazzjoni f’Laval,
Franza, sabiex tkun tista’
tosserva aktar mill-qrib
il-formazzjoni tan-novizzi u
sbaiex tassorbi l-ispirtu
tal-Kongregazzjoni. Meta ġiet
lura minn Laval, hija saret
direttriċi tan-novizzjat fl-20
ta; Ġunju 1926, sat-30 ta’
Ottubru 1934. Hija kienet
direttriċi eżemplari u kienet
turi dixxerniment kbir
fl-għarfien tal-erwieħ. Kienet
esiġenti, imma fl-istess ħin
kienet mimlija premura u tjubija
bħala omm ma’ kull novizza.
Fil-Kapitlu Ġenerali fl-1934,
ġiet magħżula membru tal-Kunsill
Ġenerali u fl-istess ħin,
superjura tal-Kunsill Ġenerali
f’Varsavja. Ħames snin wara hija
mietet bil-marda tal-kankru
fid-19 ta’ Novembru 1939.
(A.SMDĦ –K u M.)
15.
Dun Theodore Czaputa kien f’dak
iż-żmien il-konfessur
tan-novizzjat. Twieled fl-1884 u
ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’
Lulju 1907. Huwa spiċċa
l-istudji teoloġiċi tiegħu
fl-Universita’ Jagellonika fi
Krakovja. Mill-1916 huwa kien
jgħallem ir-reliġjon fl-iskejjel
sekondarji fi Krakovja. Imbagħad
sar rettur tas-Seminarju Minuri
u Imħallef tat-Tribunal. Minn
Novembru 1925, sar konfessur
tan-novizzi tal-Konsagrazzjoni
tal-Madonna tal-Ħniena. Huwa
baqa’ joffri dan is-servizz
sakemm miet, u n-novizzi kellhom
fiduċja kbira fih. Minħabba
problemi f’saħħtu, neħħewlu
d-dmirijiet ta’ rettur u bagħtuh
Lagiewniki biex isir kappillan
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena, Huwa miet fit-2 ta’
Marzu 1945. (A. Kurja ta’
Krakovja).
16.
Is-Superjuri tal-Kongregazzjoni
jistgħu jikkmandaw “f’isem
l-ubbidjenza qaddisa.”
lis-sorijiet professati biss.
Novizza mhix obbligata tobdi
kmand bħal dan. Jekk
id-direttriċi kienet tuża dan
il-kliem, kienet tkun tiddependi
mir-rieda tajba u l-virtu’
tan-novizza, li permezz
tas-sottomissjoni tagħha
għall-kmand stegħet tiġi mserrħa
minn dawn l- esperjenzi koroh.
(Ara Kost. Kongr. Art 96-99)
17.
Aktarx qiegħda tirreferi
għall-kliem tal-profeta Isaija
(49:15 Jb): “Tista’ mara tinsa
it-tarbija tagħha u ma tħennx
għal bin ġufha? Imqar jekk din
tinsa, jien ma ninsiek qatt!”
18.
Xi dettalji fit-test
jissuġerixxu li dan seħħ fid-dar
ta’ Varsavja. Is-Superjura
kienet Madre Raphael Buczynska.
Kienet waħda mis-superjuri li
l-iktar li kienu jispikkaw fiha
kienu ġudizzju ċar u sod dwar
in-nies u l-affarijiet, sens
prattiku ħafna, u fl-istess ħin
ħajja spiritwali profonda. Hija
kienet tħobb il-kongregazzjoni u
kien jimpurtaha mit-tkabbir
materjali u spiritwali tagħha.
Fir-relazzjonijiet tagħha
mas-sorijiet kienet mimlija
mħabba, kienet tolqot il-musmar
fuq rasu u kellha sens ta’
dixxerniment. Kienet kapaċi
tagħraf il-merti u tħaddem sewwa
id-doni li kull soru kellha.
Qatt ma kienet tbaxxi
lill-individwu, imma pjutost
kienet tipprova tferraħ u tgħin
lil kulħadd. M. Raphael –
Catherine Buczynska twieldet
fit-23 ta’ Diċembru 1879. Daħlet
fil-Kongregazzjoni fit-18 ta’
Ottubru 1900, u mietet fit-23
ta’ Diċembru 1956. (A.SMDĦ –K)
19.
Id-deskrizzjoni tindika li din
kienet id-dar ta’ Varsavja.
Il-kappella kienet tinsab f’bini
maqtugħ għalih. L-intrata kienet
mill-bitħa. F’dak iż-żmien
il-kappella kienu jużawha biss
is-sorijiet u l-istudenti
tagħhom. Il-lajċi rari kienu
jersqu ‘l hemm.
20.
Il-Komunita’ kienet qiegħda
tieħu ħsieb djar għal tfajliet
li kienu traskurati moralment u
“diffiċli”. Lil dawn kienu
ġeneralment isejħulhom
“studenti”, “tfajliet” jew
“tfal”. Kienu jibgħatuhom għand
is-sorijiet is-Servizzi
tas-Sigurta’ Soċjali jew
il-ġenituri, u xi wħud marru
hemm minn jeddhom biex jagħmlu
“penitenza”. Kien hemm mal-230
tfajla fid-dar ta Zytnia. Kienu
maqsumin fi tliet gruppi li
kienu jsejħula l-“Omm
tal-Klassi”. Id-deskrizzjoni
kollha kemm hi tad-dehra kienet
qisha tħabbira
tad-diffikultajiet li l-Qaddisa
kellha tħabbat wiċċha magħhom
fil-ħidma tagħha bħala appostlu
tal-Ħniena Divina. Tħabbar ukoll
it-trijonf finali ta’ din
l-opra, u s-sehem tagħha stess
fih.
21.
Il-konfessuri kienu Dun Kulesza
u Dun Roslaniec; il-konfessur
straordinarju kien Patri
Aloysius Bukowski, SJ.
22.
Ir-Rev. Prof. Michael Sopocko
twieled l-1 ta’ Novembru 1888,
f’Nowosady fir-reġjun ta’
Vilnius. Ġie ordnat saċerdot
fil-15 ta’ Ġunju 1914. Iktar
tard huwa ggradwa mill-iskola
tat-Teoloġija Pastorali
fl-Univerista’ ta’ Varsavja u
(fl-1924) mill-Istitut
Pedagoġiku ta’ l-Istat.
Fl-1928 il-Ministeru
tar-Reliġjon u Edukazzjoni
Pubblika appuntawh
għall-Kattedra tat-Teoloġija
Pastorali fl-Iskola
tat-Teoloġija fl-Universita’
Stefan Batory f’Vilnius.
Fl-1934 huwa sar għalliem
fl-Universita’ ta’ Varsavja,
delegat uffiċjalment
għall-Kattedra tat-Teoloġija
Pastorali fl-Universita’ ta’
Vilnius. Għal ħafna snin kien
konfessur ordinarju tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena mill-1
ta’ Jannar 1933, sal-1 ta’
Jannar 1942. Matul il-gwerra
kien professur fis-Seminarju
f’Bialystok, fejn kien ġie
trasferit is-seminarju ta’
Vilnius. (A.S.F.
Awtobiografija).
Il-kronaka tad-dar ta’ Krakovja
tgħid li Dun Sopocko kien fi
Krakovja fit-28 ta’ Awissu 1938.
X’aktarx li hu żar lil Santa
Fawstina fi Pradnik wara, imma
n-noti tagħha jieqfu qabel dik
id-data.
Ir-Rev. Mons. Dr Michael Sopocko
miet fil-jum ta’ l-isem ta’ Swor
Fawstina, fil-15 ta’ Frar 1976,
fit-8 ta’ filgħaxija
f’Bialystok. Il-funeral sar
fid-19 ta’ Frar. Iċ-ċelebrant
prinċipali kien l-Eċċelenza
tiegħu l-Wisq Reverendu l-Isqof
Henry Gulbinowiez, l-ordinarju
djoċesan. Ikkonċelebraw flimkien
miegħu 80 saċerdot. L-Eminenza
tiegħu l-Katidral Stephen
Wyszynski, Primat tal-Polonja,
bagħat telegram biex jesprimi
s-sobgħa tiegħu.
23.
Qabel ma waslet Vilnius, Santa
Fawstina kienet rat lid-direttur
spiritwali futur tagħha f’żewġ
dehriet. L-ewwel waħda seħħet
f’Varsavja waqt it-tielet prova,
it-tieni waħda fi Krakovja. (Ara
Djarju, par.53 u 61)
24.
Din ma kenitx it-tuberkulosi,
li iktar tard infirxet ma’
ġisimha kollu, imma eżawriment
ġenerali minħabba l-ħajja ġdida
tagħha, taqbid spiritwali
intensiv u esperjenzi li
għamluhielha diffiċli li taqdi
dmirijietha.
25.
Hija kienet qiegħda taħdem
fil-kċina tat-tfajliet, fejn
kienu jhejju l-ikel għal iktar
minn mitejn ruħ.
26.
Peress li t-tobba ma sabu
l-ebda marda organika fi Swor
Fawstina, is-sorijiet ħasbu li
kienet qiegħda tippretendi li
kienet marida, u li kienet
tippreferi titlob milli taħdem.
(A.SF.Tif).
27.
Hekk kif Sodoma u Gomorra ġew
distrutti bin-nar li niżel
mis-sema (Ara Ġenesi 19:24),
hekk ukoll Varsavja ġiet
attwalment distrutta waqt
it-Tieni Gwerra Dinjija, bħalma
ġralhom ħafna bliet Pollakki,
bil-bombi li twaqqgħu
mill-ajruplani u ġarrfu jew
ħarqu fejn laqtu.
28.
“Jozefinek”, dar ġdida
tal-komunita’ li kient tinsab
f’numru 44, Triq Hetmansak
fis-sezzjoni Grochow ta’
Varsavja. Id-dar il-ġdida kienet
ġiet amministrata mis-Superjura
tad-dar fi 3/9 Triq Zyntia.
29.
Il-konfessuri fi Plock kienu
r-Rev. Mons. Adolf Modzelewski,
ir-Rev. Mons. Louis Wikonski u
r-Rev. Waclaw Jezusek.
30.
Is-Superjura tad-dar ta’ Plock
kienet Madre Rose – Jane
Klobukowska li twieldet fl-1882.
Daħlet fil-kongregazzjoni
fl-1902, u għamlet il-voti
perpetwi tagħha fl-1909. Kienet
superjura f’ħafna mid-djar
tal-kongregazzjoni. Mill-1934
sal-1945 kienet Assistenta
tas-Superjura Ġenerali.
Mill-1946 sal-1952 kienet
Superjura Ġenerali.
31.
Patri Joseph Andrasz SJ,
twieled f’Zakopane fis-16 ta’
Ottubru 1981. Daħal mal-Ġiżwiti
fit-22 ta’ Settembru 1906, u ġie
ordnat fid-19 ta’ Marzu 1919.
Kien jaħdem fid-Dar
tal-Pubblikazzjonijiet
tal-Ġiżwiti (Wydawnictwo
Apostolstwa Modlitwy) għal tmien
snin. Fl-1930 sar il-kap tad-Dar
tal-Pubblikazzjonijiet u editur
tal-“Messaġġier tal-Qalb ta’
Ġesu” li kien joħroġ kull xahar
(Poslaniec Serca Jesuzowego).
Mill-1932 huwa kien il-konfessur
straordinarju tan-novizzjat
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena. Huwa miet fl-1 ta’
Frar 1963. (A.SJ –K).
32.
Tfulija spirtwali skont
il-kunċett ta’ Santa Tereża
tal-Bambin Ġesu’. (Ara
“Awtobiografija ta’ Ruħ”).
33.
Vilnius tinsab fuq ix-xmara
Wilia. Fuq in-naħa l-oħra
tax-xmara, il hemm mill-belt,
fuq l-għoljiet miksijin siġar,
kien hemm l-istazzjonijiet
tal-Via Sagra imsejħin
“Kalvarju” (bil-Pollakk
“Kalwaria”). Il-mixja minn
stazzjon għall-ieħor kienu
jsejħulha “il-Mixja
tal-Mogħdijiet”. Kien possibbli
tmur hemm mid-dar tas-sorijiet
bid-dgħajsa.
34.
Madre Irene Kryzanowska. Swor
Irene – Mary Kryzanowska.
Twieldet fil-25 ta’ Novembru
1889. Hija daħlet
fil-Kongregazzjoni fis-7 ta’
Diċembru 1916, u għamlet il-voti
perpetwi tagħha fit-30 ta’ April
1924. Kienet tħobb ħafna
liż-żgħażagħ u kienet mogħtija
bis-sħiħ għall-ħidma
appostolika. Hija serviet bħala
edukatriċi fl-istitut
ta-tfajliet, bħala assistenta
tad-direttriċi tan-novizzjat,
bħala Superjura, u assistenta
tas-Superjura Ġenerali. Wara
snin ta’ ħidma u sagrifiċċji,
hija mietet f’ Wroclaw fit-3 ta’
Diċembru 1971.
35.
Aktarx Swor Justine Golofit,
ħabiba minn żmien in-novizzjat.
Madre Irene xtaqet taqta’
x-xewqa ta’ Santa Fawstina u
appuntatha bħala seħbitha.
Swor Justine Golofit twieldet
fil-5 ta’ Lulju 1908, u daħlet
fil-Kongregazzjoni f’Awissu
1927. Hija għamlet il-voti
perpetwi tagħha fit-30 ta’
Ottubru 1934. Wara hija ħadmet
fil-kċina f’Varsavja, Vilnius u
Radom. Għax kienet marida
b’qalbha imbagħad għamlet xogħol
eħfef. Kienet waħda mix-xhieda
waqt il-Proċess ta’
Informazzjoni ta’ Santa
Fawstina.
36.
Biala, raħal qrib Plock (illum
magħruf għall-bjar taż-żejt)
fejn il-Komunita’ xtrat xi
rziezet u kienet waqqfet dar
l-mistrieħ għas-sorijiet u
għat-tfajliet tad-dar ta’ Plock.
Is-sorijiet kienu jgħixu
f’razzett żgħir li kien jinsab
fil-ġnien, bil-bieb prinċipali
fil-ġenb tal-ġnien. Kien hemm
daħla quddiem il-bieb
prinċipali.
37.
Aktarx Dun Peter Trojanczyk, li
kien qed jirkupra saħħtu f’Biala
u fl-istess ħin kien qed iservi
lis-sorijiet f’affarijiet
spiritwali bħala l-kappillan
tal-Komunita’. Filwaqt li kienet
qiegħda iżżejjen il-kappella
bil-fjuri, Swor Fawstina aktarx
riedet tpoġġi xi ftit minnhom
fil-kmamar tal-kappillan.
Ir-Reverendu Peter Trojanczyk
twieled fit-3 ta’ April 1887, u
ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’
Ġunju 1913. Fis-7 ta’ Mejju
1941, ġie arrestat
mill-Ġermaniżi u bagħtuh f’kamp
f’Dzialdow, fejn ġie maqtul dik
is-sena stess. (Pastorali ta’
kull xahar, Plock numru 9, 1949)
38.
It-Tfajliet kienu: Imelda,
Edwarda, Ignasia, Margaret u
Hedwig Owar (Ara A.SF u ittra
J.Owar). L-ewwel erbgħa mietu.
Hedwig Owar kienet waħda
mix-xhieda fil-Proċess ta’
informazzjoni. L-att li għandu
x’jaqsam mad-dehra ġie miktub
f’Vilnius fit-28 ta’ Novembru
1934, u ġie ffirmat minn Sowr
Fawstina, Swor Taida (li
dokumentat id-dikjarazzjonijiet
ta’ Swor Fawstina), u Imelda.
Madre irene, is-Superjura
tad-dar, ivverifikat
l-awtentiċita’ tiegħu.
39.
Dawk li kienu Direttriċi
tan-Novizzjat għamlu l-Manwal
tagħhom dwar il-voti, ibbażat
fuq ix-xogħol ta’ Patri Peter
Cotelle, SJ, “Katekiżmu
tal-Voti”. Kull novizza kellha
tikteb il-mistoqsijiet u
t-tweġibiet fil-pitazz tagħha u
tistudjhom bl-amment.
40.
Fil-komunita’ tal-Madonna
tal-Ħniena, is-sorijiet jgħixu
fi kmamar flimkien, xi wħud
minnhom f’kamra waħda. Il-post
li kienet tokkupa kull waħda
kien ikun mifrud mill-oħrajn
b’ħajt. Dawn il-postijiet
mifrudin minn xulxin kienu
jsejħulhom ċelel.
41.
Swor Stanislaus Stepczynska, li
kienet tinsab marida, kienet
qiegħda fid-dar ta’ Plock f’dak
iż-żmien. Meta hija rat li Swor
Fawstina kienet iktar miġbura,
umli u moħħha fit-talb, hija
qagħdet tispija fuqha u ċċekkjat
ukoll is-sodda tagħha filwaqt li
kienet qiegħda tfittex għal
għodda straordinarja ta’
penitenza (din l-informazzjoni
ġiet ipprovduta minn Swor
Kristina Korzeniowska).
42.
Dan qiegħed x’imkien ieħor
fid-djarju. Għal żmien twil Swor
Fawstinama kienitx iżżomm noti
tal-esperjenzi tagħha u
tal-grazzji li kienet taqla’.
Kien biss meta l-konfessur
tagħha, Dun Sopocko taha ordni
ċara, li hi bdiet tikteb
l-esperjenzi tagħha hekk kif
kienu jseħħu, u oħrajn li seħħew
qabel ukoll kif kienet
tiftakarhom hi. Wara xi żmien,
hija ħarqet in-noti tagħha. Dun
Sopocko jagħti dan ir-rapport,
“Meta kont fl-Art Imqaddsa għal
ftit ġimgħat, xi ħadd li suppost
kien anġlu pperswadiha taħraq
id-djarju. Bħala penitenza, jien
għidtilha terġa’ tibda mill-ġdid
dik il-parti li kienet qerdet.
Imma sadattant bdew ġejjin
esperjenzi ġodda, u hi bdiet
tikteb affarijiet ġodda u qodma
mħalltin. Għalhekk m’hemmx ordni
kronoloġiku fid-djarju.
43.
Hemm
indikazzjonijiet li dan seħħ
fid-dar fi Triq Zytnia
f’Varsavja. F’dak iż-żmien kien
hemm dawn is-superjuri: Madre
Jane Bartkiewicz. Madre Margaret
Gimbutt, Madre Raphael
Buczynska, Madre Michael
Moraczewska, is-Superjura
Ġenerali. Hemm probabblita’
kbira li dan għamlitu Madre Jane
Bartkiewicz. li kienet
tinteressa ruħha ħafna
fis-sorijiet iż-żgħar.
44.
Voti perpetwi.
Fil-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena, is-Superjura
Ġenerali, wara li tikkonsulta
mal-Kunsill tagħha, kienet jew
taċċetta soru professata biex
tagħmel il-voti perpetwi jew
tgħidilha itlaq wara ħames snin
ta’ voti temporanji. (Kost.)
45.
Swor Fawstina kkalmat waqt
irtir li kien qed imexxih Patri
Andrasz mill-20 ta’ Awissu
sat-30 ta’ April 1933. Huwa
fehemha u taha pariri siewja kif
għandha timxi fit-triq fejn
imexxiha Alla.
46.
Il-Qaddisa kellha f’moħħha
hawnhekk it-twettiq tax-xewqat
ta’ Alla dwar ix-xbieha mpittra
ta’ Kristu bir-raġġi ħomor u
bojod u l-firma: “Ġesu’, jiena
nafda Fik”; il-qima pubblika
tax-xbieha; u t-tagħrif dwar
il-kurunella u n-novena
tal-Ħniena Divina. Dawn
l-esiġenzi kollha twettqu bħala
riżultat ta’ l-isforzi ta’ Dun
Sopocko.
47.
Swor Fawstina, li kienet
postulanta f’dak iż-żmien,
kienet qiegħda taħdem fil-kċina
ma’ Swor Marcianna Oswiecimska.
Swor Marcianna qaltilha taħsel u
tbattal il-platti, u telqet.
Helen (li iktar tard saret Swor
Fawstina) bdiet ix-xogħol imma
s-sorijiet baqgħu ġejjin
għat-tieni ikla, u kultant xi
waħda minnhom kienet titlob lil
Helen isserviha l-ikel jew
tagħmilha xi pjaċir. Helen ma
riditx tgħidilhom le, serviet
lil kulħadd, imma x-xogħol li
kien ġie assenjat lilha
m’għamlitux. Meta Swor Marcianna
ġiet lura u rat li l-platti
kienu għadhom hemm, ħasbet li
Helen ma kenitx tat kas
tal-ordni tagħha, u qaltlilha li
bħala penitenza kellha toqgħod
bil-qiegħda fuq il-mejda,
filwaqt li hi stess għamlet
ix-xogħol.
Swor Marcianna – Julia
Oswiecimska – twieldet fl-1879.
Daħlet soru fl-1919. Għal ħafna
snin kellha d-dmir ta’ koka.
Kienet mimlija enerġija; kienet
esiġenti imma mimlija mħabba
għall-proxxmu (Tifkiriet ta’
Swor Marcianna.)
48.
Is-superjuri biss jistgħu
jagħtu ordnijiet “b’ubbidjenza”,
u dan biss f’affarijiet serji.
Swor Marcianna, ma setgħatx
tagħmlu dan u ċertament
m’għamlitux. Hija qalet lil
Helen toqgħod bilqeda fuq
il-mejda bħala forma ta’
penitenza. Helen stagħġbet b’dan
it-tip ta’ penitenza u ħasbitha
darbtejn biex tobdi l-ordni.
Imbagħad Swor Marcianna staqsiet
lill-postulanta: “Din hi
l-ubbidjenza tiegħek, Helen?”
Swor Fawstina fehmet ħażin din
il-mistoqsija u ħasbet li kienet
ordni “b’ubbidjenza” (Tifkiriet
ta’ Swor Marċianna.)
49.
F’xi djar, inkluża d-dar ta’
Varsavja fi triq Zytnia,
is-Sorijiet kien ikollhom
l-għassa ta’ bil-lejl. Dawk
is-sorijiet li kien ikollhom dan
id-dmir kienu jduru mad-dar,
jixegħlu d-dawl fil-bitħa, u
jittawlu mit-twieqi biex iħarsu
d-dar mill-ħallelin.
50.
Dan hu l-isem popolari
tas-Sorijiet Franġiskani
tal-Familja ta’ Marija,
kongregazzjoni li ġiet imwaqqfa
mill-Arċisqof Felinski fl-1857.
Id-dar prinċipali
tal-Kongregazzjoni tinsab
f’Varsavja, fi Triq Zelazna u
qiegħda bieb ma’ bieb mad-dar
Ġenerali tal-Kongregazzjoni
tas-Sorijiet tal-Madonna
tal-Ħniena.
51.
Ara nota numru 7.
52.
Aktarx kienet qiegħda
tissostitwixxi lil Swor Modest
Rzeczkowska, li kienet marida u
kellha tmur għall-kura
f’Varsavja (Tifkiriet Swor
Pelagia.)
53.
Is-sorijiet kollha jiddedikaw
ġurnata fil-bidu tax-xahar
għat-tiġdid spiritwali, dak li
kienu jgħidulu rtir ta’ ġurnata.
F’dak il-jum ma kienx ikun hemm
rikreazzjoni. Is-sorijiet iżommu
s-skiet u jkollhom siegħa
meditazzjoni, it-Triq tas-Salib,
eżami tal-kuxjenza ta’ kull
xahar, u nofs siegħa
meditazzjoni fuq il-mewt (ara
Kost. Kongr.)
54.
Kull xahar, kull novizza kellha
tgħaddi ġurnata, magħżula
mis-Soru Direttriċi, bħala dak
li kienu jsejħulu l-jum
tal-kruċjata. F’dak il-jum hi
kienet obbligata tipprattika
iktar ġabra u għaqda mal-Mulej
Ġesu’ fl-Ewkaristija, titlob
lis-Soru Direttriċi għal xi
mortifikazzjonijiet żejda, u
toffri x-xogħol, talb u
tbatijiet tagħha kollha
lill-Mulej Ġesu’ bħala tpattija
għall-midinbin. Xi sorijiet
kienu jibqgħu għaddejjin b’din
il-prattika wkoll wara li jkunu
spiċċaw in-novizzjat.
55.
Swor Fawstina
ħalliet 4 faċċati vojta. Aktarx
kellha intenzjoni terġa; tmur u
timla’ xi esperjenzi
mill-passat, imma dan ma
għamlitux.
56.
“It-Tielet
Prova” kienet perjodu ta’
thejjija għas-sorijiet li
kellhom jagħmlu l-voti perpetwi.
Fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena, iddum
sejra għal ħames xhur.
Il-Qaddisa għamlet it-Tielet
Prova tagħha fl-1932/33
f’Varsavja. Id-Direttriċi kienet
Madre Margaret Gimbutt.
57.
Walendow, dar
tal-Kongregazzjoni, kienet
tinsab 20 kilometru ‘l bogħod
minn Varsavja. Is-sorijiet
kellhom dar għat-tfajliet
hemmhekk. Fl-1936, fuq
suġġeriment tal-Ministeru
tal-Ġustizzja, twaqqaf hemmhekk
riformatorju għal dawk
(it-tfajliet u nisa) li kienu
wettqu l-ewwel reat. Minbarra
l-irtir, Swor Fawstina kienet
Walendow mill-25 ta’ Marzu sa
Mejju 1936.
58.
L-irtir mexxieh
ir-Rev. Edmund Elter, SJ.
Twieled fl-14 ta’ Novembru 1887.
Sar Ġiżwita fil-15 ta’ Lulju
1905. Kien imżejjen b’doni
eċċezzjonali, studja l-klassiċi,
it-teoloġija, u (fl-1919/20)
il-liġi internazzjonali
fl-Universita’ ta’ Varsavja.
Imbagħad mar jistudja Ruma u
Franza. Fl-1926 sar Professur
tal-Etika fl-Universita’
Gregorjana f’Ruma. Mill-1932
sal-1935 kien Varsavja u mbagħad
reġa’ mar lura Ruma bħala
Professur tal-omelitikau
tar-retorika. Miet f’Ruma fis-27
ta’ Awissu 1955.
59.
Iċ-Ċentru ta’
dik li kienet biċċa art xi
kilometru ‘l bogħod minn
Walendow, fejn il-Kongregazzjoni
għandha dar tat-tfal. Hija parti
mill-fondazzjoni tal-Prinċipessa
Czetwertynska, li tat
lill-Kongregazzjoni biċċa art
agrikola, foresta u xi rziezet
bħala dar għal tfal li kienu
mheddin moralment. Sal-1947
id-dar kienet tiġi amministrata
mis-Superjura ta’ Walendow, imma
mbagħad saret entita’
indipendenti (Storja
tal-Kongregazzjoni).
60.
“Il-Vestjarju”,
jiġifieri post fejn kienu
jinżammu l-ħwejjeġ tas-sorijiet
u kamra fejn kienu jħituhom.
Is-sorijiet li kienu jaħdmu
hemmhekk kellhom id-dmir iħitu
ħwejjeġ ġodda u bjankerija,
isewwu u jqassmu lis-sorijiet
il-ħwejjeġ u l-bjankerija ġejjin
lura mill-ħasil, kif ukoll
jipprovdu lis-sorijiet
bil-ħwejjeġ meħtieġa.
60a.
Ara minn noti 122a.
61.
F’dak iż-żmien
il-Kongregazzjoni kienet maqsuma
f’żewġ korijiet, dawk li kienu
jseħulhom sorijiet direttriċi u
sorijiet koadjuturi. Li soru
tkun membru ta’ waħda jew
tal-oħra kien jiġi deċiż
mill-korp tal-gvernaturi
tal-Kongregazzjoni fuq il-bażi
tal-livell intellettwali, l-eta’
u l-kapaċitajiet tal-kandidata.
Is-sorijiet direttriċi kellhom
ix-xogħol li jmexxu
l-Kongregazzjoni u d-djar
tal-penitenti. Is-sorijiet
koadjaturi kienu jagħmlu
x-xogħol manwali u jservu billi
jgħinu lis-sorijiet direttriċi,
speċjalment f’dak li kellu
x’jaqsam ma’ xogħol fiżiku
(Kost. Kongr.)
62.
Iċ-“ċintorin
tal-ħadid” kien speċi ta’
ċintorin magħmul minn gożwajer,
li kienu jużawh bħala strument
tal-penitenza. Is-Sorijiet
setgħu jilbsu ċ-ċintorin
bil-permess tas-Superjura imma
biss għal ħin speċifiku.
63.
In-naħa
l-oħra tas-sala quddiem
“il-kappella ż-żgħira” kien hemm
is-sala tal-Kongregazzjoni, fejn
isiru l-laqgħat.
64.
“Rikreazzjoni”;
jiġifieri, il-ħin li s-sorijiet
kellhom għal rilassament wara
x-xogħol.
65.
Oħt
Santa Fawstina ż-żgħira, Wanda
Kowalska twieldet fl-1920. Skont
l-informazzjoni mogħtija minn
oħthom il-kbira, Josephine
Jasinska mwielda Kowalska, ftit
qabel it-Tieni Gwerra Dinija,
Wanda daħlet soru
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
Ursolini. Fil-gwerra ħaduha
l-Ġermanja biex taħdem f’kamp
tax-xogħol. Hi ma reġgħetx
marret lura l-Polonja, imma
żżewwġet Ingliż u marret miegħu
l-Ingliterra. Ftit żmien wara
r-raġel inqabad suldat u miet
fil-gwerra waqt il-qadi ta’
dmirijietu. Wanda reġgħet marret
il-Polonja, imma kellha terġa’
lura l-Ingliterra ftit jiem wara
minħabba s-sitwazzjoni politika
ta’ dak iż-żmien. Xi snin wara
saċerdot mhux magħruf għarraf
lill-familja tagħha li Wanda
kienet marida serjament u kienet
iddaħħlet l-isptar. Minn dak
iż-żmien ‘il hawn ħadd ma ħa
iżjed aħbarijiet tagħha.
66.
Probabilment wieħed
mill-konfessuri ordinarji
f’Varsavja.
67.
Assumiet li kellha permess:
meta soru kienet tagħmel xi ħaġa
mingħajr ma tkun taf biha
s-Superjura tagħha, għax kienet
tassumi li s-Superjura kienet
tagħtiha l-permess sabiex
tagħmel dik il-ħaġa.
68.
Is-sorijiet kienu jispiċċaw
it-Tielet prova fin-Novizzjat, u
b’dan il-mod jintemm il-perjodu
ta’ voti temporanji.
69.
Il-faldrappa- biċċa ċarruta
kbira sewda b’salib abjad
fin-nofs. Skont iċ-ċerimonjal
tal-Kongregazzjoni, qabel ma
jagħmlu l-voti perpetwi
is-sorijiet kienu jinżlu wiċċhom
mal-art quddiem l-altar u jiġu
miksijin bil-faldrappa bħala
simbolu li huma issa mietu
għad-dinja. Sadattant,
is-sorijiet l-oħrajn kienu
jirreċitaw Salm 129, u l-qniepen
kienu jdoqqu t-tokk solenni bħal
funeral. Is-saċerdot li jkun qed
jieħu ħsieb iċ-ċerimonjal,
normalment isqof, bl-ilma
mbierek iroxx is-sorijiet li
jkunu fl-art u mbagħad kien
jgħid: “Qumu bil-wieqfa, intom
li intom mejtin għad-dinja, u
Ġesu’ Kristu jdawwalkom.”
70.
Nistgħu nissoponu li Swor
fawstina qiegħda tirreferi
hawnhekk għal Patri Elter, SJ,
li waqt l-irtir qabel it-Tielet
Prova, ikkalmaha u ħeġġiġha li
tkun fidila mal-grazzji li Alla
kien qed jagħtiha.
71.
Ara
nota 32.
72.
Kien
hemm drawwa fil-Kongregazzjoni
li, kull xahar, is-sorijiet
kienu jitolbu lis-superjura
permess sabiex jipprattikaw
mortifikazzjonijiet
żgħar,
jgħidu xi talb
żejjed,
ikollhom xi affarijiet
żgħar
li jkunu jistgħu jiddisponu
minnhom, jiġu meħlusin għax xi
żmien
milli josservaw ir-regolamenti
li ma setgħux iżommu,
u ħafna affarijiet oħrajn skont
il-bżonnijiet
individwali tas-soru li tkun.
73.
L-isqof
Rospond, ħabib kbir
tal-Kongregazzjoni, li għal
ħafna snin ippresieda fuq
iċ-ċerimonji tal-għoti tal-libsa
u tal-voti, iċċelebra l-Quddiesa
u għamel l-omelija tal-okkażjoni.
Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti
tal-libsa huwa kien jippreżenta
lill-postulanta l-libsa u
l-velu; lin-novizzi kien jippreżentalhom
iċ-ċintura u r-Rużarju,
il-Kurċifiss u l-velu l-iswed;
lil dawk li kienu jipprofessaw
b’mod temporanju kien jippreżentalhom
xemgħa tixgħel u ċurkett sinjal
tal-għerusija perpetwa mal-Mulej
Ġesu’. (ara 12)
74.
Il-Ġiżwiti
jagħmlu rtir ta’ tletin jum waqt
it-tielet prova tagħhom, qabel
il-voti perpetwi.
75.
Is-Superjura f’Czestochowa
f’dak iż-żmien
kienet Madre Seraphina Kukulska.
Swor Seraphina, mgħammda
Salomea, twieldet fit-30 ta’
Novembru 1873. Daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fit-18 ta’
Lulju1894. Kienet għalliema ta’
grupp u mbagħad Superjura fi
Krakovja, F’Czestochowa u
f’Walendow. Hija mietet fl-10
ta’Ġunju 1964. (A.SMDĦ – K u M)
76.
Il-formazzjoni ta-Sorijiet
tal-Madonna tal-Ħniena hija bbażata
fuq l-axxetika ta’ Sant’ Inazju
ta’ Loyola, li jiddistingwi
tliet gradi ta’ umilta’.
77.
Ix-xbieha
ġiet impittra f’Vilnius
mill-artist Eugene
Kazimierowski. (ara1)
78.
Aktarx Swor Philomena Andreika,
mietet f’Varsavja fit-13 ta’
Lulju 1934 fil-4.45pm.
79.
Is-sorijiet
kollha li kienu f’sikkithom
kienu jagħmlu adorazzjoni ta’
tpattija, li kienu jsejħulha
siegħa adorazzjoni, kull Ħamis
mid-9 sal-10pm. Lejliet l-ewwel
Ġimgħa ta’ kull xahar,
l-adorazzjoni kienet tibqa’
sejra l-lejl kollu, bis-sorijiet
jinbidlu kull siegħa.
80.
Dr
Helen Maciejewska, li twieldet
fl-1888, kienet tabiba
tas-sorijiet f’Vilnius. Fi Frar
tal-1935 hija marret Wilejka
biex issir direttriċi tal-isptar
tal-provinċja. Kienet tabiba
tajba u stmata. Ta’ min jinnota
li kellha moħħ kapaċi jifhem u
qalb sensittiva u lesta li
tissagrifika ruħha għall-morda.
Hija mietet fil-21 ta’ Settembru
1965.
80a.
Ara numru 220a min-noti.
81.
Hemm
knisja tal-Ħniena Divina fi Triq
Smolensk fi Krakovja, li ġiet
mibnija fl-1629. Il-festa
tal-patrun tagħha tiġi
ċċelebrata fl-14 ta’ Settembru,
il-Festa ta l-Eżaltazzjoni
tas-Salib.
82.
Il-Kapitlu (bil-Pollakk
Kapitula) – laqgħa li fiha
s-superjura tad-dar kienet
tagħmel eżortazzjoni
żgħira
u xi kummenti fuq l-osservanza
tar-regola, u s-sorijiet kienu
jakkużaw
lilhom nnfushom b’xi nuqqasijiet
esterni.
83.
Is-superjura
f’Vilnius f’dan iż-żmien
kienet Swor Borgia – Hedwig
Tichy. Twieldet fil-25 ta’Jannar
1887. Daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fl-1913.
Kienet infermiera, u s-superjura
wkoll f’Vilnius u f’Walendow.
Hija mietet f’Wroclaw fis-26 ta’
April 1970. Hija xehdet
fil-proċess tal-informazzjoni.
84.
Aktarx
Swor Frances tas-Sorijiet
Bernardini, li fil-15 ta’ Jannar
1936, għamlet
żjara
mas-Superjura tagħha
lis-Sorijiet f’Vilnius. (A.SMDĦ
– K).
85.
“Il-Barka”
– funzjoni
żgħira
li kienet tispiċċa bil-barka
tas-Sagrament Imqaddes.
86.
Il-katina,
bħaċ-ċintorin (ara 62), kienet
magħmula mill-ġożwajer
f’forma ta’ brazzuletta u tintuża
bħala strument ta’ pentitenza.
87.
Nafu mill-ittra li Dun Sopocko
kiteb f’Novembru 1937, lil Swor
Faustina li hu kien tkellem
man-nunzju, l-Arċisqof Cortesi,
biex titwaqqaf il-festa
tal-Ħniena Divina. Hu kien qed
jispera li n-nunzju kien ser
jippreżenta
t-talba lill-Papa (ara Ittri
160)
88.
Il-mod
kif hi kienet iżżomm
ir-riżoluzzjonijiet
fuq paġni ġodda ġie riprodott
skont kif kien imdaħħal
fid-djarju oriġinali.
89.
Id-dehra
tikkonċerna lil Dun Sopocko, li
kellu jbati ħafna minħabba
l-qerda tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina. Il-profezija
seħħet kważi
litteralment. Id-Digriet Numru
65/52 tas-Sagra Kongerazzjoni
tas’Sant’ Uffizzju bid-data 28
ta’ Novembru 1958, u
n-notifikazzjoni tas-6 ta’ Marzu
1959 waqqfu it-tixrid
tad-devozzjoni tal-Ħniena
Divina, fil-forma kif ġiet
mogħtija minn Swor Fawstina.
B’riżultat
ta’ dan, ix-xbihat li kienu ġew
imdendlin f’ħafna knejjes
tneħħew. Is-saċerdoti ma baqgħux
jippridkaw fuq il-Ħniena Divina.
Dun Sopocko stess ġie mogħti
twissija severa mis-Santa Sede u
bata ħafna tbatijiet oħrajn
minħabba t-tixrid tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina.
Il-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena wkoll ġiet imwaqqfa
milli xxerred id-devozzjoni;
bħala konsegwenza ta’ dan,
ix-xbihat, il-kurunella,
in-novena u l-affarijiet
l-oħrajn kollha li setgħu jagħtu
xi ħjiel li kienet qiegħda
tixtered id-devozzjoni ma
tħallewx jitkomplew. Kien qed
jidher li l-opra tal-ħniena,
tant irrikmandata minn Swor
Fawstina, kienet inqerdet u se
tintesa.
Sakemm ħarġet in-notifikazzjoni,
ix-xbieha tal-Ħniena Divina
rċeviet qima kbira fid-dar
tal-Kongregazzjoni fi Krakovja,
fejn mietet Swor Fawstina u
kienet miksija b’offerti votivi.
Kienet issir Quddiesa solenni
fit-tielet Ħadd ta’ kull xahar,
u s-saċerdoti kienu jippridkaw
dwar il-Ħniena Divina. L-Ewwel
Ħadd fuq l-Għid kien jiġi
ċċelebrat bħala l-Festa
tal-Ħniena Divina, li l-Kardinal
Adam Sapieha fl-1951 kien
żejjinha
b’indulġenza plenarja għal seba’
snin.
Minħabba l-projbizzjoni
tas-Santa Sede, is-sorijiet
talbu l-Ordinarju
tal-Arċidjoċesi ta’ Krakovja,
l-Arċisqof Baziak, jiddeċiedi
x’kellu jsir bix-xbieha li
kienet imdendla fuq l-altar
tal-ġenb, miksija b’offerti
votivi, u x’kella tkun
l-attitudni lejn
iċ-ċelebrazzjonijiet ad unur
tal-Ħniena Divina. Bħala
tweġiba, l-Arċisqof Baziak ordna
li x-xbieha titħalla f’postha u
l-fidili jitħallew jitolbu
quddiem ix-xbieha għall-grazzji
li jkollkom bżonn.
Ordna wkoll li kellhom
jitkomplew iċ-ċelebrazzjonijiet
li kienu qed isiru sa dak iż-żmien.
B’dan il-mod id-devozzjoni
tal-Ħniena Divina baqgħet ħajja
fiċ-ċentru tal-Kongregazzjoni fi
Krakovja f’munru 3/9 Triq
Wronia, fejn jinsab midfun
il-ġisem tal-Qaddisa. Fil-preżent,
id-devozzjoni qed terġa’ tikber
u tiġbed u ġġedded l-interess
tat-teoloġi.
Ladarba l-ewwel parti
tal-profezija tagħha seħħet kważi
litterlament, nistgħu nissoponu
li l-bqija tagħha għad iseħħ
ukoll. Dawn il-fatti li ġejjin
jagħtu xhieda li l-profezija
tal-Qaddisa hi ġenwina:
Fit-30 ta’ Ġunju 1978, is-Sagra
Kongregazzjoni għad-Duttrina
tal-Fidi (A.A.S paġna 350)
ppublikat “Notifikazzjoni”
iffirmata fil-15 ta’ April 1978,
mill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal
Franjo Seper, Prefett, u
l-Arċisqof Jerome amer, OP,
Segretarju li tgħid hekk:
Minn diversi postijiet,
speċjalment mill-Polonja, ukoll
mill-awtoritajiet kompetenti,
qedgħin jaslu talbiet biex
jistaqsu jekk għadhomx jgħoddu
l-projbizzjonijiet li kienu
msemmija fin-“notifikazzjoni”
tas-Sagra Kongregazzjoni
tas-Sant’ Uffizzju, ippublikata
fil-Atti tas-Sede Apostolika
fis-sena 1959, paġna 271, li
kellhom x’jaqsmu mad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina fil-forom
proposti minn Swor Fawstina
Kowalska.
Din is-Sagra Kongregazzjoni, li
issa għandha f’idejha l-ħafna
dokumenti oriġinali, li ma
konniex nafu bihom fl-1959, issa
ħadet in konsiderazzjoni
ċ-ċirkustanzi li huma
profondament differenti u
l-opinjoni ta’ ħafna Ordinarji
Pollakki, u qiegħda tiddikjara
li m’għadhomx jgħoddu
l-projbizzjonjiet
fin-“Notifikazzjoni” diġa’
msemmija.
Fit-12 ta’ Lulju 1979, bi
tweġiba lis-Superjur Ġenerali
tal-Kongregazzjoni tal-Marjani
tal-Kunċizzjoni Immakluata
tal-Verġni Imbierka Marija li
f’isem is-Superjur Provinjċali
tal-Provinċja Amerikana ta’ San
Stanislaus Kostka ta’ din
il-kongregazzjoni, kien talab
spjegazzjoni ċara tal-iskop
tat-test fin-“Notifikazzjoni”
tal-1978 fejn twaqqfu
l-projbizzjonijiet biex
tinxtered id-devozzjoni
tal-Ħniena Divina kif kienet
ġiet proposta minn Swor Fawstina
Kowalska, il-Prefett tas-Sagra
Kongergazzjoni għad-Duttrina
tal-Fidi aċċerta dan:
B’referenza għal dik l-affari
(li ġiet imsemmija fl-ittra
tas-Superjur Ġenerali), għandi
l-unur ninfurmak li
bin-“Notifikazzjoni” l-ġdida
(A.A.S. 30 ta’ Ġunju 1978, paġna
350) li wasalna għaliha fid-dawl
ta’ dokumentazzjoni oriġinali li
ġiet eżeminata
wkoll permezz tal-intervent kawt
u informattiv ta’ dak li kien
Arċisqof ta’ dak iż-żmien
fi Krakovja, il-Kardinal Karol
Wojytla, kienet l-intezjoni
tas-Santa Sede li tneħħi
l-projbizzjoni li kien hemm
fin-“Notifikazzjoni” ta’ qabel,
tal-1959 (A.A.S. 1959 paġna
271). Bis-saħħa ta’ dan għandna
nifhmu li m’għadx hemm, min-naħa
ta’ din is-Sagra Kongregazzjoni,
l-ebda mpediment għat-txirid
tad-devozzjoni tal-Ħniena Divina
fil-forom atwentiċi proposti
mis-soru reliġjuża
msemmija qabel (il-Qaddisa Swor
Fawstina Kowalska).
Minbarra dan, id-direttur
spiritwali ta’ Santa Fawstina
għex biżżejjed
biex ikun jista’ jagħti xhieda
tiegħu taħt ġurament dwar
il-ħajja qaddisa tagħha kif
ukoll il-virtujiet erojċi tagħha
fil-bidu tal-proċess kanoniku
biex tiġi ddikjarata qaddisa.
Imbagħad kien biss tlett snin u
xahrejn wara mewtu (li ġrat
fil-15 ta’ Frar, 1975) li
nzertat il-ġurnata tal-festa
tal-isem ta’ Swor Fawstina, kif
ukoll il-ġurnata meta miet San
Claude Colombiere, S.J., li kien
id-direttur spirtwali ta’ Santa
Margherita Maria Alacoque, li
lilha ġiet irrivelta
d-devozzjoni tal-Qalb Imqaddsa
ta’ Ġesu’) li tneħħiet
il-projbizzjoni li kienet ilha
hemm għal 20 sena dwar
il-ktibiet ta’ Swor Fawstina, u
l-forom proposti tal-Messaġġ u
tad-Devozzjoni tal-Ħniena Divina
reġgħu bdew jixterdu b’interess
mill-ġdid mad-dinja kollha.
Eżatt
sitt xhur wara li l-Papa Pawlu
VI neħħa l-projbizzjoni,
l-Arċisqof li kien beda
l-proċess tal-beatifikazzjoni
tagħha ġie elett Papa. It-tieni
Enċiklika tal-pontifikat tiegħu
kienet Dives of Misericordia
(Alla għani fil-Ħniena).
Ġiet ippublikata f’Novembru
tal-1980. Dawk li mhumiex
Kattoliċi laqgħuha fil-pront
bħala l-ikbar waħda
mill-Enċikliki Papali, għalkemm
il-Kattoliċi damu kważi
sena biex indunaw kemm kien
f’waqtu dan it-tgħalim u kemm
kien hemm bżonnu.
F’dak iż-żmien,
il-Papa Ġwanni Pawlu II kien
għadu ma rax id-Djarju
spiritwali ta’ Swor Fawstina.
Ma kienx biżżejjed
li Swor Fawstina ġiet
ibbeatifikata fl-1993 u li
isimha kien fost il-lista
tal-qaddisin għas-sena 2000
tal-Ġublew, imma wkoll waqt
l-omelija fl-okkażjoni
taċ-ċerimonji
tal-kanonizzazzjoni tagħha
l-Papa ħabbar li fil-Knisja
kollha kellha tinxtered
il-Festa tal-Ħniena Divina,
li dwar it-twaqqif tagħha
l-Mulej Ġesu’ kien għamel
pressjoni fuq is-“Segretarja” u
l-“Appostlu” tal-ħniena Tiegħu
biex hi tagħmel ħilitha kollha.
(Il-permess biex it-Tieni Ħadd
tal-Għid jiġi ċċelebrat bħala
l-Festa tal-Ħniena Divina ġie
mogħti lill-Polonja fl-1995
bħala tweġiba għat-talba li
saret lis-Santa Sede
mill-ġerarkija Pollakka kollha).
Il-Ħadd tal-Ħniena Divina qed
jiġi ċċelebrat bil-ferħ u b’mod
dejjem jikber tista’ tgħid
fil-pajjiżi
kollha tad-dinja. Dan qed iseħħ
ftit iktar minn sittin sena wara
l-mewt ta’ Santa Fawstina;
filwaqt li kienu għaddew mitt
sena qabel ma kienet ġiet
stabbilita’ uffiċjalment
id-Devozzjoni tal-Qalb Imqaddsa
ta’ Ġesu’ fil-Knisja – f’dak
il-każ
kien ġara dan ukoll biss fuq
talba tal-isqfijiet kollha
tal-Polonja – u kellhom jgħaddu
mitt sena oħra qabel ma l-Festa
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ ġiet
estiża
għall-Knisja universali.
Dan mhux kollox. Qisha twettqet
il-profezija ta’ Santa Fawstina:
“U mbagħad Alla għad jaħdem
b’qawwa kbira, li tkun xiehda
tal-awtentiċita’ tagħha. Għad
tkun glorja ġdida
għall-Knisja, għalkemm
ilha teżisti
fiha mingħajr ma tidher minn
żmien
ilu.”
Il-Papa ddikjara fl-istess
omelija: “Ġesu’ qal lil Swor
Fawstina: ‘ L-umanita’ ma ssibx
il-paċi jekk hi ma ddurx
bil-fiduċja lejn il-ħniena
divina’.” Permezz tal-ħidma ta’
din ir-reliġjuża
Pollakka, dan il-messaġġ issa
ġie assoċjat għal dejjem
mas-seklu għoxrin, it-tmiem
tat-tieni millenju u l-pont li
jwassal għat-tielet millenju.
Mhux messaġġ ġdid imma nistgħu
nikkunsidrawh bħala don ta’ dawl
speċjali li jgħinna nerġgħu
ngħixu l-Evanġelju tal-Għid
b’mod iktar instensiv, biex
noffruh bħala raġġ ta’dawl
lin-nisa u l-irġiel ta’
żminijietna.
X’ser iġibu magħhom is-snin li
ġejjin? Kif ser inkun
il-ġejjieni tal-bniedem fuq din
l-art? Mhux mogħti lilna li
nkunu nafu dan. Iżda
hi ħaġa ċerta li minbarra
progress ġdid sfortunatament
mhux ser jonqsu l-esperjenzi
koroh. Imma d-dawl tal-ħniena
divina (glorja), li
l-Mulej ried b’xi mod jerġa’
jagħtih lid-dinja (ilha teżisti
fiha mingħajr ma tidher)
permezz tal-kariżma
ta’ Swor Fawstina għad idawwal
it-triq għall-irġiel u n-nisa
tat-tielet millenju
(enfasi miżjuda).
Din l-aħħar parti tal-profezija
wkoll ġiet ivverifikata: “Meta
għad jiġi dan it-trijonf, aħna
nkunu diġa’ dħalna fil-ħajja
ġdida fejn m’hemm l-ebda
tbatija. Imma qabel ma jseħħ
dan, ir-ruħ (tad-direttur
spiritwali) tiegħek għad timtela
bl-imrar meta jara l-isforzi
tiegħek jiġu meqruda... Imma
Alla wiegħed grazzja kbira
speċjalment lilek u lil dawk
kollha (hawnhekk hi tikkwota
l-kliem ta’ Ġesu’)...min
ixandar il-ħniena kbira Tiegħi.
Jiena stess inħarishom
fis-siegħa tal-mewt tagħhom,
daqslikieku l-glorja Tiegħi
stess.”
90.
L-irtir
f’Vilnius, mill-4 ta’ Frar
sat-12 ta’ Frar 1935, ġie
immexxi minn Patri Macewicz, SJ.
Fl-aħħar tal-irtir kien hemm
Quddiesa bir-Rit Orjentali, u
s-sorijiet tqarbnu biż-żewġ
speċi.
91.
Tiġdid
tal-voti. Il-kostituzzjinijiet
tal-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena kellhom klawsola li
darbtejn fis-sena, wara l-irtir
ta’ tmint ijiem, kull soru
kellha ġġedded il-voti
tal-kastita’, tal-faqar u
tal-ubbidjenza, flimkien
mal-komunita’ kollha, billi
tirreċita b’vuċi għolja formula
mqassra, li magħha kienu jżidu
din it-talba li ġejja: “Mulejja
agħtini l-grazzja li nosservahom
b’fedelta’ ikbar milli għamilt
s’issa.”
92.
Il-familja ta’ Swor Fawstina
kienet tgħix fir-raħal ta’
Glogowiec, distrett ta’ Turek,
provinċja ta’ Lodz.
93.
Swor Maria Salomea Olszakowksa
mietet f’Ġunju 1962.
94.
Ix-xbieha
tal-Ħniena Divina, b’żewġ
raġġi, wieħed abjad u l-ieħor
aħmar, ġiet impittra minn Eugene
Kazimierowski f’Vilnius.
Ix-xbieha ġiet esposta
għall-qima tal-pubbliku f’Bieb iż-Żerniq
fit-tmiem tal-Ġublew tal-Fidwa
tad-Dinja, 26 sat-28 ta’ April
1935. (Ara Djarju numru 49 u
nota 1).
94a.
Dwar din id-distinzjoni li nsibu
f’paragrafu 424 fid-Djarju,
l-interpretazzjoni ta’ din
it-teoloġija dottrinali nbidlet
fi
żmien
il-Konċilju Vatikan II, u għada
tiżviluppa.
95.
Swor Fawstina ħasbet li kellha
titlaq mill-Kongregazzjoni
tal-Madonna tal-Ħniena u tibda
komunita’ ġdida, li x-xogħol
tagħha kellu jkun li xxerred
id-devozzjoni tal-Ħniena Divina
u titlob għall-ħniena tad-dinja.
96.
Swor Fawstina kitbet li l-Mulej
Ġesu’ kien qed jitlob mingħandha
t-twaqqif ta’ Komunita’ ġdida,
li l-iskop tagħha kellu jkun li
titlob għall-Ħniena Divina
għad-dinja u li xxerred
id-devozzjoni tal-Ħniena Divina.
Peress li ma riedet tagħmel xejn
waħedha Swor Fawstina afdat dawn
l-ispirazzjonijiet f’idejn
il-konfessuer tagħha, Dun
Sopocko, fis-Superjura Ġenerali,
Madre Michael Moraczewska u,
wara li marret Krakovja, ukoll
f’Patri J. Andrasz, SJ.
Il-konfessuri ma setgħux
jiddeċiedu; Madre Michael tat
il-permess tagħha wara li damet
ittella’ u tinżel
għal ħafna
żmien,
imma għamlet enfasi li ma kienet
qiegħda tieħu l-ebda
responsabbilta’. Swor Fawstina
daret lejn l-Arċisqof Romuald
Jalbrzykowski
bl-ispirazzjonijiet tagħha. Huwa
ma rrifjutax imma qal li kien
meħtieġ li wieħed jistenna
sinjal iktar ċar mis-sema.
Minkejja sforzi kontinwi, Swor
Fawstina ma għexitx biżżejjed
biex tara it-twaqqif
tal-komunita’ ġdida. Kien biss
grazzi għall-isforzi ta’ Dun
Sopocko li l-affari tqajmet
f’laqgħa tas-“Siegħa tal-Bibbja”
li saret fl-1941; u fil-15 ta’
Ottubru 1941, l-ewwel kandidata
ħadet il-vot tal-kastita’
quddiem Dun Sopocko, u wegħdet
faqar u ubbidjenza. Fis-sena ta’
wara kandidati oħrajn ingħaqdu
magħha u għamlu voti u wegħdiet
simili. Fl-1946 l-ewwel
kandidati, Osinska u Nabrowska,
telqu minn Vilnius u marru
joqgħodu f’Mysliborz,
fid-djoċesi ta’ Gorzow. Xi wħud
oħrajn ingħaqdu magħhom, u
bil-mod il-mod bdiet tiżviluppa
l-Kongregazzjoni.
Fit-2 ta’ Awissu 1955,
l-Ordinarju ta’ Gorzow Zygmunt
Szelazek, fuq bażi
ta’ awtorizzazzjoni speċjali,
waqqaf il-Kongregazzjoni tal-iżjed
Qaddis Mulej Ġesu’ Kristu,
Feddej Ħanin, li kellha l-iskop
li xxerred il-kult tal-Ħniena
Divina u li tgħin il-ġerarkija
tal-Knisja. B’dan il-mod
twettqet ix-xewqa tal-Qaddisa
mingħajr il-parteċipazzjoni
personali tagħha. (Ara O. Izydor
Borkiewicz, OFM Con.,
il-manuskritt “Kowalska Helena”,
paġna 18)
97.
Swor Fawstina kellha f’moħħha
it-twaqqif tal-komunita’ l-ġdida
u kienet qiegħda titlob lil
Sant’ Injazju biex jgħinha.
98.
L-irtir ta’ tlett ijiem mit-12
sas-16 ta’ Awissu 1935, sar
f’Vilnius u kien imexxi minn
Patri Rzyczkowski SJ, li wara
laħaq provinċjal tal-provinċja
tan-Nord tas-Soċjeta’ li kienet
ibbażata
f’Varsavja.
99.
L-Arċisqof ta’ Vilnius f’dak iż-żmien
kien ir-Rev. Romuald
Jalbrzykowski (1876-1955). Huwa
ggradwa mis-seminarju ta’
Petersburg (1898-1902) u ġie
ordnat saċerdot fl-1901. Sar
professuer fis-seminarju f’Sejny
u kanonku tal-kapitlu ta’ Sejny.
Ġie evakwat fejn għal Petersburg
fl-Ewwel Gwerra Dinija u mbagħad
mar Minsk, fejn huwa mexxa
attivitajiet pastorali,
edukattivi u soċjali li kienu
mimljin ħajja. Wara xi snin idur
minn post għall-ieħor, huwa mar
lura f’Sejny fl-1917. Ġie
kkonsagrat Isqof fl-1918 u ħadem
bħala Awżiljarju
fis-sezzjoni Pollakka
tad-Djoċesi ta’ Sejny. Mill-1921
‘l quddiem kien Delegat
Apostoliku u fl-1926 sar l-ewwel
Ordinarju tad-djoċesi l-ġdida
ta’ Lomza. Meta miet
il-Metropolita’ ta’ Vilnius,
l-Arċisqof Jan Cieplak, huwa
assuma l-kmand tad-djoċesi ta’
Vilnius fit-8 ta’ Settembru
1926. Fit-13 ta’ Marzu 1940 ġie
arrestat mill-Ġermaniżi
u internat fil-monsasteru
tal-Patrijiet f’Mariampol
fil-Litwanja. Reġa’ lura
f’Vilnius fil-5 ta’ Awissu 1944.
F’Diċembru tal-istess sena,
reġa’ ġie arrestat u għal
darb’oħra ġie mitfugħ fil-ħabs
f’Vilnius. Wara li spiċċat
it-Tieni Gwerra Dinija, kellu
jitrassferixxi għal Bialystok,
fejn intefa’ b’ruħu u ġismu
għall-organizzazzjoni tal-Kurja
Metropolitana, appunta saċerdoti
f’parroċċi fejn ma kien hemm
ħadd u laħħaq ma’ ħafna
affarijiet bżonnjużi.
Fir-relazzjonijiet tiegħu
mal-oħrajn, l-Arċisqof
Jalbrzykowski kien bniedem ta’
paċenzja. Imma miegħu nnifsu
kien esiġenti ħafna. Huwa miet
f’Bialystok fid-19 ta’ Ġunju
1955.
100.
Dun Sopocko poġġa din
il-kurunella tal-Ħniena Divina
hekk kif tinsab hawnhekk
fid-Djarju ta’ Swor Fawstina,
fuq il-faċċata ta’ wara s-Santa
(kopja tal-pittura ta’
Kazimierowski f’Vilnius) u ġiet
ippublikata mid-Dar Editriċi
Cebulski fi Krakovja (Ara Ittri
#75, 87-90).
101.
Dun Sopocko, peress li ma kienx
ċert dwar l-ispirazzjonijiet ta’
Swor Fawstina dwar it-twaqqif
ta’ komunita’ ġdida, ried
jirreferi l-ħaġa lil saċerdot
għall-konsiderazzjoni tiegħu, u
għalhekk huwa qal lil Swor
Fawstina tagħti rendikont ta’
l-ordnijiet kollha li hi kienet
irċeviet lill-konfessur li hi
kellha qabel, Patri Andrasz, SJ,
fi Krakovja.
102.
Il-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena għandha ċ-ċimiterju
tagħha fi Krakovja, li jinsab fi
ġnien u hu mifrud mill-bqija
tal-Kunvent b’ħajt oħxon li fih
entratura wiesgħa. Is-sorijiet u
t-tfajliet kollha li kienu
fil-kura tagħhom jinsabu
midfunin hemmhekk. Swor Fawstina
ndifnet hawnhekk ukoll, u
ġisimha kien jinsab f’qabar
fiċ-ċimiterju sakemm ġie
eżaminat fil-25 ta’ Novembru
1966.
103.
Swor Vitalina Maslowska twieldet
fl-4 ta’ Diċembru 1852, u mietet
fis-6 ta’ Jannar 1939.
104.
Waqt laqgħat individwali ta’
kull xahar mas-Superjura,
is-sorijiet kienu jitolbuha
permess sabiex jgħidu talb
privat li ma kienx inkluż
fir-regolamenti
tal-Kongregazzjoni (ara72)
105.
M’hemm l-ebda drawwa
il-Kongregazzjoni li jiżdied
il-kunjom mal-isem reliġjuż.
Imma hemm il-possibbilta’ li
soru żżid ma’ isimha xi isem li
kellu x’jaqsam mad-devozzjoni
tagħha, bħalma għamlet, per
eżempju, Santa Fawstina meta
żieded “tas-Sagrament Imqaddes.”
106.
Fir-reffetorju tas-sorijiet kien
hemm tabella fejn is-Superjura
kienet tpoġġi l-ismijiet
tas-sorijiet li kellhom xi dmir
speċjali għall-ġimgħa ta’ wara.
F’dan il-każ, hemm referenza
għal dmir mal-bieb waqt l-ikel
tal-komunita’.
107.
Fil-Kostituzzjonijiet ta’ qabel,
it-titlu “Madre” kien riżervat
għall-membri tal-Kunsill
Ġenerali tal-Kongregazzjoni u
s-Superjura kollha tad-djar.
It-tfajliet ukoll kienu
jindirizzaw lill-edukaturi
tagħhom bħala “madre.”
108.
Iż-żmien tal-Postulanti huwa
l-ewwel perjodu ta’ prova
fil-Kongregazzjoni. Waqt dan
iż-żmien il-kandidata ssir taf
aħjar il-Kongregazzjoni li hija
tixtieq issir membru tagħha, u
l-Kongregazzjoni wkoll issir taf
lilha.
109.
Wara żmien li tgħaddi bħala
Postulanta, il-kandidata kienet
tagħmel irtir ta’ tmint ijiem.
Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti
tal-libsa hija kienet tirċievi
l-libsa ta’ reliġjuża, u
tingħata isem ġdid u hekk tibda
n-novizzjat tagħha. Dan kien
pass ieħor fil-prova biex
il-kandidata tagħraf jekk
tgħoddx għaliha l-ħajja
reliġjuża; u fl-istess żmien,
il-kandidata kien ikollha
l-opportunita’ ssir taf aħjar
il-Kongregazzjoni li tagħha hija
kienet ser issir membru.
Fil-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena n-novizzjat idum
sentejn. L-ewwel sena, magħrufa
bħala “l-kanonikali” hija
ddedikata sabiex il-ħajja
spiritwali ssir iktar profonda u
jindraw il-prattiki tal-kunvent.
Waqt dan iż-żmien in-novizza ma
kenitx tista’ tattendi skola
formali, tgħaddi iż-żmien
fl-istudju jew tagħmel xi xogħol
li joħdilha l-attenzjoni tagħha
kollha.
Fit-tieni sena tan-novizzjat,
in-novizzi kienu jistgħu,
minbarra l-prattiki reliġjużi
tagħhom, jistudjaw jew jaħdmu
taħt id-direzzjoni tas-sorijiet
professi.
Jekk, wara dan il-perjodu,
il-Kongregazzjoni u n-novizza
kienu ikunu sodisfatti,
in-novizza kienet tagħmel
il-professjoni tal-voti għal
sena u ġġeddidhom kull sena
għall-ħames snin ta’ wara. Waqt
dan iż-żmien, is-soru professa
kienet tista’ titlaq
mill-Kongregazzjoni jew
titkeċċa. Jekk kollox kien imur
sewwa, is-soru professa kienet
tingħata l-permess li tagħmel
il-voti perpetwi (Kost. Kongr.)
110.
Fil-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena s-sorijiet jagħmlu
voti sempliċi.
Fil-Kongregazzjoni proposta minn
Swor Fawstina, is-sorijiet
jagħmlu voti solenni.
111.
L-Uffiċċju – talba liturġika
tal-Knisja i tikkonsisti f’salmi
u versi qosra. Is-sorijiet
kollha obbligati jgħidu
l-Uffiċċju.
112.
Il-parti magħluqa, jew
il-kjostru, tfisser ċerta
parti tal-kunvent ristretta biss
għall-membri tal-Kongregazzjoni.
113.
Għal kull dar reliġjuża,
l-Ordinarju tal-post kien
jappunta konfessur regolari li
għandu kellha tmur kull soru
sabiex hija tqerr. Skont
il-proviżjoni tal-Liġi Kanonika,
l-Ordinarju tal-post suppost
kellu jappunta wkoll konfessur
straordinarju għal kull dar.
Id-dmir tiegħu kien li jżur
id-dar almenu erba’ darbiet
fis-sena sabiex iqarar.
Is-sorijiet kollha kellhom
immorru għandu, jekk mhux biex
iqerru, almenu biex jirċievu
l-barka tiegħu.
114.
Il-Qaddisa kellha dehra tad-dar
li l-komunita’ kellu jkollha
fil-futur. Kienet tinsab
f’Vilnius, f’numru 12, Triq
Sant’ Anna, u kienet tinsab fi
stat ta’ qerda totali. Dun
Sopocko ħa ħsieb biex id-dar
tiġi restawrata minn flusu stess
u kellu l-intenzjoni li xi darba
jpoġġi fiha l-komunita’ l-ġdida.
Minħabba l-gwerra dawn
il-pjanijiet ma seħħewx (Ara
l-ittra ta’ Dun Sopocko tal-31
ta’ Marzu, 1972).
115.
“Fit-trab” – mod figurattiv kif
il-Qaddisa kienet twieġeb
għas-sens ta’ ħtija li hi kienet
tħoss.
116.
Fardal
tista’ wkoll tfisser diversi
affarijiet. Għat-tfal kien
minflok qmis, u Swor Fawstina
dan li kellha f’moħħha.
117.
Swor Fawstina aktarx rat id-dar
tal-Kongregazzjoni tal-Feddej
l-Iżjed Ħanin f’Mysilborz.
118.
Probabilment Patri Ladislaus
Wantuchowski SJ, li ħa ħsieb
il-Kongregazzjoni tal-Feddej
l-Iżjed Ħanin għal għaxar snin
filwaqt li Dun Sopocko kien
mistoħbi.
119.
Frosta jew strument simili biex
jikkawża l-uġigħ użat
mir-reliġjużi bħala mezz ta’
penitenza.
120.
Probabilment, is-sawm f’Ras
ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira.
121.
Il-Knisja fil-Polonja aċċettat
il-prattika li f’kull kwart
tas-sena tliet ijiem – l-Erbgħa,
il-Ġimgħa u s-Sibt, magħrufin
bħala “ġranet tal-kwattru tempi”
– kienu dedikati għas-sawm u
l-penitenza, u kien jingħad talb
speċjali għas-saċerdoti u
għall-vokazzjonijiet
għas-saċerdozju u għall-ħajja
reliġjuża.
122.
F’dak iż-żmien is-sawm kien
obbligatorju lejliet dawn
il-festi: Pentekoste, Marija
mtellgħa s-Sema, u l-Qaddisin
kollha.
122a.
Il-qsim tal- wejfer – oplatek
bil-pollakk. Il-qsim
tal-wejfer hi tradizzjoni
Pollakka li tmur lura sal-10
seklu. Il-kelma Oplatek ġejja
mill-kelma Oblatum li
tfisser ħobż qaddis. Magħmula
minn għaġina mingħajr ħmira,
il-wejfer tkun minquxa b’disinji
b’tema tal-Milied. Il-qsim
tal-wejfer għadu sa llum
il-qalba u l-essenza
taċ-ċelebrazzjoni ta’ lejliet
il-Milied fil-Polonja, u wara
l-qsim, il-familja u l-ħbieb
jagħtu lil xulxin ix-xewqat
tajba għas-sena l-ġdida. Għal
aktar tgħarif ara wkoll:
Polish traditions and customs:
www.Polstore.com
Jew “The tradition of Christmas”
f’The Warsaw Voice, 17 Dec.
2003.
123.
Xi kommunitajiet, inkluża
l-Kongreagzzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena, permezz ta’ att
solenni kienu jagħżlu lil Omm
Alla bħala s-Superjura Ġenerali
tagħhom, u kienu jafdawlha
f’idejha l-affarijiet kollha li
għandhom x’jaqsmu ma’ din
il-ħajja u l-ħajja li ġejja.
L-att sar fil-5 ta’ Awissu 1937,
fid-Dar Ġenerali f’ Varsavja.
Ħadu sehem is-Superjuri kollha.
Imbagħad l-att ġie ripetut
fid-djar kollha fil-15 ta’
Awissu 1937, bis-sorijiet kollha
tal-Kongregazzjoni jieħdu sehem.
124.
Is-saċerdot kien Dun Sopocko, li
jikteb hekk it-tifkiriet tiegħu
ta’ Swor Fawstina: “. . .
il-gwaj li sibt ruħi fih laħaq
il-quċċata tiegħu f’Jannar 1936.
Qatt ma tkellimt dwar dan ma’
ħadd, u kien biss f’dak il-jum
kruċjali li tlabt lil Swor
Fawstina t-talb tagħha.
B’sorpriża kbira għalija,
il-gwaj tiegħi kollu għeb għal
kollox f’dak il-jum stess, u
Swor Fawstina qaltli li kienet
ħadet fuqha stess it-tbatija
tiegħi kollha u qatt ma kienet
għaddiet minn tant tbatija
tiegħi kollha u qatt ma kienet
għaddiet minn tant tbatija
daqskemm sofriet f’dak il-jum.
(A.SF, Tif).
125.
Te Deum,
innu ta’ radd il-ħajr, jitkanta
fil-festi prinċipali kollha u
fid-devozzjonijiet ta’ radd
il-ħajr. Il-Kongregazzjonijiet
reliġjużi jitolbu bih
fil-Matutin. Jgħidu li dan
l-innu għamlu Sant’ Ambroġ,
għalhekk spiss sejħulu l-“Innu
Ambrosjan.”
126.
Probabilment Swor Veronica
Rapisz. Twieldet fit-18 ta’
Marzu 1835, daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fis-16 ta’
Diċembru 1881. Għaddiet ħajjitha
kollha bħala reliġjuża taħdem
fil-ġnien. Fl-aħħar snin ta’
ħajjitha tat il-ħin kollu tagħha
għat-talb. Mietet f’Vilnius
fit-28 ta’ Jannar 1936. (A.SMDH
– K u M).
127.
“Il-Kongregazzjoni kollha”
aktarx tfisser is-sorijiet
kollha fid-dar, f’dan il-każ,
fid-dar ta’ Vilnius.
128.
Aktarx Dun Anthony Korcik,
kappillan tad-dar
tal-Kongregazzjoni f’Vilnius
mill-10 ta’ Awissu 1934
sal-1940. Dun Korcik twieled
madwar l-1892, u ġie ordnat
saċerdot fl-1920 għad-djoċesi
ta’ Luck u Zytomierz. Huwa
ggradwa mill-Iskola
tat-Teoloġija tal-Universita’
ta’ Varsavja, u speċjalizza
fil-filosofija. Mill-1929 huwa
kien jgħallem l-istorja
tal-filosofija fl-Universita’
ta’ Vilnius. Meta spiċċat
il-gwerra mar Lublin, fejn
għallem il-Loġika fl-Iskejjel
tat-Teoloġija u l-Filosofija
fl-Universita’ Kattolika ta’
Lublin. Huwa miet f’Lublin fl-24
ta’ Ottubru 1969.
129.
Din id-dehra jsemmiha Dun
Sopocko fl-ittra tiegħu tal-31
ta’ Marzu 1972.
130.
Bħal fid-djar l-oħrajn, fid-dar
ta’ Vilnius is-sorijiet kellhom
istitut għat-tfajliet. Dawn xi
kultant kienu jieħdu sehem
fl-adorazzjoni flimkien
mas-sorijiet biex ipattu
għad-dnubiet tagħhom stess u
tal-oħrajn.
131.
Kienet aktarx Swor Antonina
Grejwul, li kitbet hekk
fit-tifkiriet tagħha ta’ Swor
Fawstina: “Wara l-qrar kont
inkwetata u kelli dubju jekk
kienx ħafirli l-Mulej Ġesu’.
Mort nibki għand Swor Fawstina u
għidtilha titlob għalija.
L-għada hija qaltli, ‘Sor, inti
sibt grazzja ma’ Ġesu’, għax Hu
mill-ewwel weġibni li ma kienx
inkurlat miegħek minħabba
dnubietek, imma kien urtat
bil-fatt li inti ma wrejtx
fiduċja fil-maħfra Tiegħu. Jiena
ser nitlob biex inti terġa’
titħabbeb miegħu.’
Swor Antonina Grejwul twieldet
fit-13 ta’ Settembru 1877, u
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
f’Vilnius fid-29 ta’ Ġunju 1909.
Hija baqgħet Vilnius sakemm
għalqet id-dar fl-1945. Waqt
it-Tieni Gwerra Dinija, fl-1939,
inżammet priġuniera fil-ħabs ta’
Lubiszki f’Vilnius flimkien
mas-sorijiet l-oħrajn. Peress li
kienet nativa tal-Latvja wara
ftit inħelset. Meta s-sorijiet
telqu minn Vilnius, bagħtuha
fid-dar tal-Kongregazzjoni fi
Biala qrib Plock, fejn hija
mietet fit-22 ta’ Jannar 1960
(A.SMDĦ – K u M)
132.
Nistgħu nassumu li din kienet
Swor Petronela Basiura, li
kienet taħdem fil-ġnien qabel ma
Swor Fawstina ġiet mibgħuta
Vilnius, u għax kienet tiflaħ
aktar tawha l-inkarigu li tieħu
ħsieb il-baqar. Hija mietet
fil-5 ta’ Marzu 1959 f’
Czestochowa (A.SMDĦ – K u M).
133.
Din Kienet aktarx Swor Reġina
Jaworska, li kienet taf
lill-Qaddisa minn żmien
in-novizzjat. Swor Reġina –
Valeria Jaworska – twieldet
fit-28 ta’ Novembru 1905. Daħlet
soru mal-Kongregazzjoni fl-1926
u għamlet il-voti perpetwi
tagħha fit-30 ta’ Ottubru 1933.
Kienet waħda mix-xhieda
fil-proċess ta’ informazzjoni
tal-Qaddisa.
134.
Aktarx
dan kien il-konfessur regolari
tas-Sorijiet f’Walendow, Dun
Ceslaus Maliszewski.
135.
Ittra
ta’ Dun Sopocko, miktuba
f’Vilnius fl-10 ta’ Lulju 1936
(ara ittra 49)
136.
Aktarx il-fuljett ta’ Dun
Sopocko jismu “Il-Ħniena Divina”
(Studium
teologiczne-praytyczne), li ġie
ppubblikat f’Vilnius fl-1936.
L-imprimatur ingħata mill-Isqof
Romuald fit-30 ta’ Ġunju 1936,
Numru R. 298/36 (A.SF). Il-qoxra
tal-fuljett kienet kopja
bil-kulur tax-xbieha li kienet
ġiet impittra f’Vilnius minn
Eugene Kazimierowski.
137.
Dr Adam Silberg, mis-sanatorju
fi Pradnik. Dr Silberg, li kien
ikkonverta għall-Kattoliċiżmu,
dak iż-żmien kellu xi 40 sena.
Fis-snin 1937-1939 (sakemm
faqqgħet il-gwerra) kien
id-direttur tas-Sanatorji
(Pollakk: miejskie zaklaoy
sanitarne) tal-Belt fi Pradnik
Bialy fi Krakovja, li kienu
magħrufin b’mod popolari
Sanatorium (dan issa huwa sptar
speċjali tal-belt jismu ‘Sptar
Dr Anka’.) Huwa kien jgħix
fl-iptar stess flimkien ma’
martu u ibnu Kazimierz. Mhux
magħruf x’sar minnu wara li
bdiet il-gwerra. Skont ma qal
is-Sur Ludwik Spytkowski,
il-purtinar irtirat tal-isptar,
Dr Silberg ipprova jmur lejn
il-Lvant, flimkien ma’ martu u
l-Ġermaniżi spraw fuqu qrib
Lvov. Verżjoni oħra, skont Dr
Adamczewski, radjologu
fl-isptar, tgħid lil Dr Silberg
irnexxielu jmur Franza ma’ grupp
ta’ tobba, imbagħad mar
l-Iskozja u miet hemmhekk waqt
il-gwerra.
138.
Aktarx Swor Fabiola li kellha
t-tuberkolożi u għalhekk kienet
fl-infermerija. Swor Fabiola
Pawluk twieldet fl-1912, daħlet
soru mal-Kongregazzjoni fis-16
ta’ April 1934. Hija mietet
f’Czestochowka fil-25 ta’
Novembru 1947 (A.MDĦ – K).
139.
Il-Festa tal-Ħniena Divina –
bħalma qalet il-Qaddisa – skont
ix-xewqa ta’ Ġesu’ kelli tiġi
ċċelebrata fl-Ewwel Ħadd fuq
l-Għid (ara Djarju par.
49,88,280,299,420,570,699,742)
140.
Il-koka, Swor Bronislaus –
Julianna Jaworska, twieldet
fl-1886 u daħlet soru
tal-Kongregazzjoni fl-1908. Hija
mietet fil-11 ta’ Frar 1972.
141.
It-tabib fis-sanatorju ta’
Pradnik ikkonferma li Swor
Faustina kellha tuberkolożi
fil-pulmun. Huwa ordna li
tinżamm separata mill-oħrajn
biex ma jkunx hemm infezzjoni.
Lil Swor Fawstina poġġewha
fil-kamra riservata għal dawk li
kienu morda serjament, li kienu
jsejħulha l-infermerija.
142.
Dun Sopocko, fl-ittra tiegħu
tal-5 ta’ Ottubru 1936, talab
lil Swor Fawstina t-test
tal-Kurunella u tan-Novena
tal-Ħniena Divina.
143.
Dawn is-sorijiet ġew biex
jagħmlu l-vorti perpetwi f’dak
iż-żmien: Swor Boleslaus
Domagalska, imwielda fl-1902;
Swor Cyprian Rzad, imwielda
fl-1903; Swor Damiana Ziolek,
imwielda fl-1909; Swor Marceline
Kobrzyniecka, imwielda fl-1906;
Swor Pancratia Nalewajko,
imwielda fl-1908; Swor
Sebastiana Gabinowska
(1905-1942). Diffiċli tgħid
liema waħda mis-sorijiet fetħet
qalbha ma’ Swor Fawstina, imma
nistgħu nissopponu li kienet
Swor Sebastiana Gabinowska, li
spiss kienet tbati minn perjodi
ta’ dipressjoni. Hija saħansitra
kienet talbet lis-Superjuri
tagħha jipposponu d-data
tal-voti perpetwi tagħha. Ftit
wara l-professjoni perpetwa,
hija bdiet turi sintomi ta’ mard
mentali. Bagħtuha fl-isptar
mentali f’Kobierzyn ħdejn
Krakovja. Hija ġralha bħal
pazjenti l-oħra fl-okkupazzjoni:
ħaduhom u qatluhom il-Ġermaniżi.
Aktarx mietet fl-aħħar ta’ Ġunju
1942. (A.SMDĦ- K u M).
144.
F’dan il-każ il-predikatur kien
Patri Ladislaus Wojton SJ, li
mexxa l-irtir ta’ qabel il-voti
mill-20 sad-29 ta’ Ottubru 1936.
145.
Aktarx li Swor Gertrude
Budzinska (1875-1966) li għal xi
żmien kienet l-istess kamra ta’
Swor Faustina.
146.
Wara n-novizzjat is-sorijiet
jagħmlu l-voti temporanji għal
sena. Dawn jiġġeddu għal ħames
snin. Imbagħad jieħdu l-voti
perpetwi. Swor Fawstina għamlet
il-voti temporanji (li hi
ssejħilhom voti annwali) fit-30
ta’ April 1928.
147.
Din kienet ittra miktuba fil-21
ta’ Settembru 1936, fejn Dun
Sopocko informa lil Swor
Fawstina dwar l-iżviluppi
rigward it-tixrid tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina u t-twaqqif
tal-komunita’ l-ġdida.
148.
Aktarx dehra tad-dar
tal-Kongregazzjoni tal-Feddej
l-iżjed Ħanin f’Mysilborz.
Il-komunita’ twaqqfet minn Dun
Sopocko wara l-mewt ta’ Swor
Fawstina. Is-sorijiet ta’
Mysilborz jieħdu ħsieb
il-katekeżi tat-tfal.
149.
Aktarx Swor Fawstina hawnhekk
għamlet żball dwar l-eta’
tagħha; bħalma tikteb hi stess
fid-Djarju, hija rċeviet
il-grazzja fl-Ottava ta’ Corpus
Christi fl-1925. La hija
twieldet fl-1905, kellha 20
sena, mhux 18 fl-1925.
150.
Swor David – Antonina Cedro.
Twieldet fis-17 ta’ Settembru
1898, u daħlet soru
mal-Kongregazzjoni tas-servi
tal-Qalb Imqaddsa (Pollakk
Sercanki jew Pelczarki), li
kienet ġiet imwaqqfa mill-Isqof
Joseph Penczar fl-1894. Sorijiet
minn din il-kongregazzjoni kienu
jaħdmu fl-isptar ta’ Pradnik.
151.
Swor Felicia – Jane Zakowiecka.
Twieldet fl-1900, hija daħlet
soru mal-Kongregazzjoni fl-1926
u għamlet il-voti perpetwi
fl-1934. Hija kienet l-ekonoma
tad-dar f’Vilnius u fi Krakovja,
u mbagħad saret Superjura
tad-dar f’Rabka u fl-aħħarnett
f’Derdy. Hija ltaqgħet
mal-Qaddisa f’Vilnius u iktar
tard, mill-1936 sal-1938, fi
Krakovja. Kienet waħda
mix-xhieda fil-proċess ta’
informazzjoni ta’ Swor Fawstina.
Hija mietet fid-dar ta’ Wroclaw
fis-7 ta’ Novembru 1975.
152.
Id-dar tal-Kongregazzjoni fi
Krakovja kienet xi 10 kilometri
‘l bogħod minn Pradnik, fejn
kienet tinsab Swor Fawstina.
F’dak iż-żmien żjara
fis-sanatorju kienet tiswa ħafna
ħin u diffikulta’, u għalhekk
lil Swor Fawstina ma tantx kienu
jżuruha ta’ spiss.
153.
Dan jirreferi ghat-tbatijiet u
l-umiljazzjonijiet li sofra Dun
Sopocko fl-isforzi tiegħu biex
ixerred il-kult tal-Ħniena
Divina u jwaqqaf komunita’
ġdida. Swor Fawstina rċeviet
għarfien interjuri ta’ dawn
it-tbatijiet u kitbet dwar dan
fl-ittra lil Dun Sopocko (Nafu
dwar din l-ittra miktuba minn
Dun Sopocko fis-6 ta’ Marzu
1972).
154.
Swor
Chrysostom - Mary Korczak.
Twieldet fl-1892,
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1921.
Hija kienet taħdem bħala
għalliema tal-gruppi u bħala
infermiera. Kellha kuntatt ma’
Swor
Fawstina f’Vilnius,
u mbagħad fl-aħħar marda ta’
Swor
Fawstina
fi Krakovja. Hija ġiet magħżula
sabiex tkun xhieda fil-proċess
ta’ informazzjoni minħabba
fl-uffiċċju tagħha.
155.
Swor Cajetan - Mary Bartkowiak.
Twieldet fid-19
ta’ Jannar
1911,
u daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1933.
Hija kienet ma’ Swor
Fawstina
f’Varsavja u fi Krakovja.
Hija kienet waħda mix-xhieda
fil-proċess ta’
informazzjoni
fl-1965/66.
155a.
Il-qsim tal- wejfer – oplatek
bil-pollakk. Il-qsim
tal-wejfer hi tradizzjoni
Pollakka li tmur lura sal-10
seklu. Il-kelma Oplatek ġejja
mill-kelma Oblatum li
tfisser ħobż qaddis. Magħmula
minn għaġina mingħajr ħmira,
il-wejfer tkun minquxa b’disinji
b’tema tal-Milied. Il-qsim
tal-wejfer għadu sa llum
il-qalba u l-essenza
taċ-ċelebrazzjoni ta’ lejliet
il-Milied fil-Polonja, u wara
l-qsim, il-familja u l-ħbieb
jagħtu lil xulxin ix-xewqat
tajba għas-sena l-ġdida. Għal
aktar tgħarif ara wkoll:
Polish traditions and customs:
www.Polstore.com
Jew “The tradition of Christmas”
f’The Warsaw Voice, 17 Dec.
2003.
156.
Wara l-Milied, Swor
Damiana Ziolek
ħadet lil Swor Fawstina lura
fl-isptar ta’ Pradnik u kitbet
hekk dwar iċ-ċirkustanzi ta’ dan
il-vjaġġ:
“Billejl
ħallew tarbija ċkejkna ħdejn
il-bieb tal-kunvent. Filgħodu
sabitha Swor
Frances, ħadet ħsiebha, ħaslitha
u sqietha, u bdiet tara min kien
ser jieħu ħsieb it-tarbija. Ġara
li
ġara tagħhom li
ma kellhiex tfal
u li riedet tadotta tarbija,
saret taf b’din il-ħaġa. Hija
aċċettat fil-pront l-offerta
tal-Kongregazzjoni, ħadet
għandha t-tarbija abbandunata u
qablet li tagħtiha isimha stess.
Il-karozza tal-kiri li kienet
qiegħda tieħu lil Swor Fawstina
Pradnik,
ħadet ukoll lil din il-mara
sal-knisja parrokkjali ta’
Podgorze,
fejn għammdu lit-tarbija u dan
il-fatt ġie miktub
fid-dokumenti.
Swor Damiana - Sophia Ziolek:
twieldet fit-18
ta’ Ottubru
1911.
Hija daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fl-1927.
Hija kellha kuntatt ma’ Swor
Fawstina fi Plock fl-1932
u mbagħad fi Krakovja.
Hija kienet waħda mix-xhieda
fil-proċess ta’ informazzjoni.
157.
Il-knisja ta’ San Ġużepp f’Podgorze.
Dun
Joseph Niemczynski
kien il-kappillan dak iż-żmien.
158.
Swor Damiana Ziolek.
159.
Aktarx
Swor Alana - Caroline Wilusz,
tal-Kongregazzjoni tas-Servi
tal-Qalb Imqaddsa. Hija kienet
tbati bil-mard tas-sider u
kellha kamra ħdejn dik ta’ Swor
Fawstina.
Hija twieldet fl-1910
u daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1929.
160.
Il-Qaddisa ftakret fid-data
tat-2 ta’ Jannar 1934,
meta hija kienet marret iżżur
għall-ewwel darba l-pittur
Eugene Kazimierowski
biex tagħtih tagħrif dwar
il-pittura tax-xbieha tal-Ħniena
Divina.
161.
Is-Surepjura tas-Servi tal-Qalb
Imqaddsa fl-isptar ta’
Pradnik
kienet Swor
Sebastian - Helen Wasik
(1889-1952).
162.
Aktarx Patri
Andrasz,
imma seta’ kien ukoll Dun
Theodore Czaputa,
li żar lil Swor
Fawstina
fl-isptar u sema’ l-qrar tagħha.
163.
Aktarx
Stanislava Kwietniewska,
li qabel kienet tfajla li ħadu
ħsiebha s-sorijiet u kienet
pazjenta fis-sanatorju dak
iż-żmien.
164.
Swor
Fawstina
kienet fis-Sala numru
1
tat-Tuberkulożi, xi 70 pass ‘il
bogħod mill-kappella.
165.
Stanislava Kwietniewska (ara
163).
166.
Swor Fawstina
qiegħda titlob aktarx
għall-intenzjonijiet
tal-Arċisqof
Jalbrzykowski,
Dun
Sopocko, u Patri Andrasz.
167.
Kien hemm Kungress Ewkaristuku
mit-3 sas-7 ta’ Frar f’Manila
fil-Filippini.
168.
Patri
Andrasz
kien id-direttur spiritwali ta’
Swor Fawstina
f’dak iż-żmien, għalhekk nistgħu
nissopponu li l-ittra dwar
permess għal prattiki żgħar
penitenzjali kienet miktuba
lilu.
169.
Aktarx Swor
Fawstina
qed tirreferi għal Patri
Andrasz
peress li hu kien id-direttur
spiritwali tagħha f’dak
iż-żmien, għalkemm il-kliem ta’
tifħir jistgħu jirreferu wkoll
għal Dun
Sopocko.
170.
“Passjoni”
(Pasja)
–
servizz tar-Randan biex iqim
il-Passjoni ta’ Kristu. Kien
jitkanta kant (gorkie
zale)
speċjali tar-Randan waqt
is-servizz.
171.
Fuq il-bażi tal-invokazzjonijiet
li jsegwu, Dun
Sopocko
kkompona Litanija lill-Ħniena
Divina, ikkoreġa xi ftit
mill-invokazzjonijiet u żied xi
ftit minn tiegħu. (ara ittra ta’
Dun
Sopocko bid-data tal-14 ta’
Mejju
1972).
172.
Bħala d-direttur spiritwali ta’
Swor Fawstina, Dun
Sopocko
kien ordnalha biex toqgħod
attenta tiġbed linja fid-djarju
tagħha taħt dak kollu li hi
kienet taħseb li kien ġej minn
Alla, u b’mod speċjali dak kollu
li kellu x’jaqsam mat-twaqqif
tal-Festa tal-Ħniena u
l-komunita’ l-ġdida.
173.
Swor Cornelia Trzaska
mietet fi
Plock
fil-15 ta’ Frar.
Hija twieldet fl-1888, daħlet
soru fl-1905 u ħadmet
fil-Kongregazzjoni bħala
skarpan.
174.
Parti
Bonaventura Kadeja
tal-Ordni
Piarist, Krakovja, Triq
Pijariska.
Twieled fl-1906,
ġie ordnat saċerdot fl-1932.
Fil-ħajja reliġjuża kellu
d-dmirijiet ta’ Superjur
tad-Dar, Kunsillier Ġenerali u
Provinċjal. Fl-1965/66
kien imħallef fil-proċess ta’ informazjoni.
175.
Ara nota
65
u l-ittra ta’ Swor
Fawstina
lil ħutha Natalie u Wanda li
ġġib id-data tal-10 ta’ Ġunju 1938
(Ittri #296, 297).
176.
Aktarx profezija li seħħet waqt
l-okkupazzjoni Ġermaniża, meta
ħafna saċerdoti kienu
jiċċelebraw l-Ewkaristija b’mod
sigriet fi djar privati u
kantini, mingħajr ilbies
liturġiku u wkoll f’kampijiet
tal-konċentrament bl-ilbies ta’
ħabsin.
177.
Swor
Fawstina,
filwaqt li kienet qiegħda
tagħmel il-jum tagħha ta’
riflessjoni ta’ kull xahar,
approfittat mill-konferenzi li
Patri Bonaventura
Kadeja
kien qiegħed jagħti waqt irtir
għall-istaff tas-sanatorju.
178.
Il-kelma “konfessuri”
donnha turi li lill-Qaddisa
qalilha tikteb id-Djarju mhux
biss Dun
Sopocko,
imma wkoll Patri
Andrasz.
179.
Id-direttur spiritwali ta’ Swor
Fawstina, Dun Michael Sopocko,
ftakar fid-doni speċjali li hi
kellha: dehriet,
illuminazzjonijiet, dawl
speċjali li kien idawlilha
moħħha, kienet tisma’ vuċijiet
interjuri, eċċ. Hawnhekk hija
qiegħda tirreferi għal wieħed
minn dawn id-doni; jiġifieri,
għarfien ta’ ġrajjiet li kellhom
x’jaqsmu ma’ nies li kienu jiġu
minnha. (ara A.SF.
l-ittra ta’ Dun
Sopocko’s
tas-7 ta’
Marzu
1972).
180.
Fl-aħħar professjoni tal-voti
temporanji s-sorijiet kienu
jirċievi velu iswed, salib
żgħir, kuruna u ċintorin. Swor
Fawstina
qed tirreferi għal dan is-salib.
181.
Il-Festa tal-Ħniena Divina,
fl-Ewwel Ħadd fuq l-Għid.
182.
F’dak iż-żmien il-kappella
tal-Kongregazzjoni kienet
miftuħa biss għas-sorijiet u
t-tfajliet. Kien biss waqt
l-okkupazzjoni Ġermaniża li
nfetħet għall-pubbliku.
183.
Din id-dehra aktarx tirreferi
għall-investigazzjonijiet
tal-kitbiet ta’ Swor
Fawstina
u l-interpretazzjoni żbaljata
tagħhom.
184.
Il-kelma Pollokka
“ciemnica”,
li tfisser litteralment
“ċella
mudlama,”
tirreferi kemm għall-altar ta’
Ħamis ix-Xirka (tar-Repożizzjoni)
kif ukoll il-ħabs fejn Ġesu’
għadda l-lejl tal-Passjoni
Tiegħu.
185.
Aktarx partijiet tal-Liturġija
tal-Ġimgħa Mqaddsa.
186.
Dun
Theodore Czaputa,
bħala l-kappillan
tal-Kongregazzjoni kien jagħmel
omelija fil-kappella kull nhar
ta’ Ħadd.
187.
Id-Direttriċi tan-Novizzjat
f’dak iż-żmien kienet Swor
Callista - Helen Piekarczyk.
Hija twieldet fit-30
ta’
Marzu
1900 u daħlet
soru mal-Kongregazzjoni fl-1920.
Hija kienet is-suċċessura ta’
Swor
Mary Joseph Brzoza
bħala direttriċi fl-10 ta’
Diċembru
1934,
u kompliet sat-8 ta’ Settembru
1945.
Hija mietet fil-11 ta’ Settembru
1947 (A. SMDM-C).
188.
L-artiklu ta’ Dun
Sopocko
fuq il-Ħniena Divina li ġiet
ppubblikat fil-Vilnius
Catholic Weekly (Tygodnik
Katolicki, nasz przyjaciel)
fl-4 ta’ April
1937, Numru 14.
189.
Fid-dar ta’ Krakovja,
il-kappillan, Dun Theodore
Czaputa,
kien jagħmel lezzjonijiet kull
ġimgħa lis-sorjiet fuq suġġetti
axxetiċi. Dawn kienu jsejħulhom
b’mod familjari “Katekiżmu.”
Swor Fawstina
aktarx qiegħda tirreferi għal
waħda minn dawn il-lezzjonijiet.
190.
Kull sena, minbarra l-irtir ta’
tmint ijiem, is-sorijiet kien
ikollhom irtir ta’ tlett ijiem..
191.
Kien qed isir irtir ta’ tmint
ijiem fid-dar, qabel
il-professjoni tal-voti u
l-għoti tal-velu
(20-29
April).
Kien qed imexxeh Patri
Plaza, S.J., Superjur
tad-dar provinċjali li kienet
tinsab f’numru
8 Maly Rynek, Krakovja (A.
SMDĦ-K).
192.
Ma nafux għal liema taħdidiet
qiegħda tirreferi d-dehra. Imma
nafu li Dun
Sopocko
bagħat memorjal fuq il-Ħniena
Divina lil dawk li ħadu sehem
fl-Ewwel Sinodu Plenarju, li sar
f’Czestochowa
fis-26-27
ta’ Awwissu
1936.
Il-Legat tal-Papa,
Mons. Marmaggi,
ippresieda fis-Sinodu. Aktarx
huwa semma l-affari tat-tixrid
tal-Festa tal-Ħniena Divina
fir-rapport tiegħu fuq is-Sinodu
lis-Santa Sede. Dan seta’ wassal
għal xi nuqqas ta’ qbil. Nistgħu
nissopponu li r-rapport qanqal
l-intress tal-Kardinal
Eugenio Pacelli, Secretarju
tal-Istat (u iktar tard, Papa
Piju XII).
Imma diffiċli tgħi x’setgħet
kienet il-biċċa xogħol. Il-fatt
li n-notifikazzjoni li kienet
tipprojbixxi d-devozzjoni ma
nħarġitx mis-Santa Sede qanel ma
miet (28 ta’ Novembru
1958)
jista’ jkun jindika li
l-attitudni tal-Kardinal
Pacelli
għall-Ħniena Divina kienet waħda
favorevoli.
193.
Iċ-ċerimonja tal-għoti
tal-ilbies, il-Professjonijiet
Temporali u Finali kienu jsiru
fil-Kongregazzjoni darbtejn
fis-sena f’dak iż-żmien:
fir-rebbiegħa fl-aħħar jum ta’
April jew l-ewwel ta’ Mejju, u
fil-ħarifa fit-30 ta’ Ottubru.
194.
Is-Santa Sede biss għandha
d-dritt teħles lil xi ħadd
mill-voti perpetwi.
195.
Dan il-kliem tal-Mulej Ġesu’
lill-Qaddisa jixhed li, minkejja
t-talbiet Tiegħu sabiex hija
twaqqaf Kongregazzjoni ġdida, hi
kellha tibqa’ fil-kongregazzjoni
tal-Madonna tal-Ħniena.
Id-djalogu tal-Qaddisa mal-Mulej
Ġesu’ ikkwotat f’paġna oħra
tad-Djarju (ara Djarju par.
1649), fejn Swor Fawstina
tilmenta mal-Mulej Ġesu’ li
l-Kongregazzjoni tagħha
m’għandha l-ebda qaddisa u fejn
hija tirċievi din it-tweġiba:
inti ser tkun dik il-qaddisa,
huwa prova oħra ta’ dan. Huwa
fatt li Swor Fawstina
baqgħet fil-Kongregazzjoni
tal-Madonna tal-Ħniena sakemm
mietet, u b’referenza
għall-kongregazzjoni l-ġdida
hija tat biss linji gwida.
196.
Il-purċissjoni ta’
Corpus Christi
lejn l-erba’ altari.
Il-purċissjoni kienet tibda
mill-knisja parrokkjali ta’
Borek Falecki
u kienet tispiċċa fir-raba’
altar, li kien jinsab fil-ġnien
tal-Kongregazzjoni. Imbagħad
is-Sagrament kien jibqa’
fil-kappella tas-sorijiet.
197.
Il-purċissjoni tas-sorijiet
kienet issir dejjem fl-Ottava
ta’
Corpus Christi.
Kienu jarmaw u jżejnu l-altari
fil-ġnien.
198.
Ara
dak li kiteb
Isidore Borkiewicz, “O stosunku
siostry Faustyny do Zgromadzenia
Najmilosierniejszego
Odkupiciela” (“Il-Konnessjoni
ta’
Swor Fawstina
mal-Kongregazzjoni tal-Feddej
l-Iżjed Ħanin”),
paġna
25.
199.
Swor Jolanta, għalliema
tal-gruppi fid-dar tal-Vilnius,
kienet qiegħda tattendi kors
fil-pedagoġija
fi Krakovja f’dak iż-żmien
(mit-3 ta’ Lulju
1937). Swor Jolanta - Aleksandra
Wozniak
twieldet fl-1909.
Hija daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fl-1929.
Kienet għalliema tal-gruppi, u
mbagħad saret Superjura fid-djar
ta’
Radom, Czestochowa u Krakovja.
200.
Il-qaddisin patruni
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-madonna tal-Ħniena:
Il-Madonna tal-Ħniena 5
ta’Awissu
Sant’ Inazju ta’ Loyola
31 ta’ Lulju
San
Ġużepp
19 ta’ Marzu
San Mikiel Arkanġlu
29 ta’ Settembru
Santa Marija Maddalena 22
ta’ Lulju
Santa Tereża ta’ Ġesu’ 15
ta’ Ottubru
Sant’Antnin ta’ Padova 13
ta’ Ġunju
201.
Kienu qedgħin jidhru ħafna
artikli fil-gazzetti Kattoliċi
tal-Polonja f’dak iż-żmien dwar
kemm in-nazzjon Pollakk ma kienx
grat lejn Alla u lejn il-Knisja.
202.
Post fil-għoljiet Karpazji, fejn
il-Kongregazzjoni kellha dar
żgħira tal-btajjel għas-sorijiet
u għat-tfajliet.
203.
Aktarx Swor Helen, li kienet
is-Superjura tad-dar ta’ Rabka.
Swor Helen – Mary Urbanska
twieldet fl-1884, daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fl-908.
Kienet infermiera u fl-1932
ħadet f’idejha t-treġija tad-dar
li kienu għadhom kif akkwistaw
f’Rabka. Mietet f’Rabka fis-6
ta’ Awissu 1940.
204.
“Ftakar” – talba lil San Ġużepp
li l-Kongregazzjoni kollha
kienet tgħid kuljum.
205.
Forsi kien wieħed mill-patrijiet
Benedittini, Kazimerz Ratkiewicz
(1906- 1965), li kien ħabib
tas-sorijiet f’Rabka. L-ewwel
grupp tal-Benedittini wasal
fil-Polonja fl-1936 u mar
joqgħod fil-villa “Jaworzyna”
f’Rabka, mhux bogħod mid-dar
tal-Kongregazzjoni tal-Madonna
tal-Ħniena jisimha “Loretto”.
Il-patrijiet kienu jqaddsu
hemmhekk regolarment, u x-xogħol
ta’ Patri Ratkiewicz kien li
jqarar is-sorijiet. Kien ħbieb
sewwa ma’ “Loretto”, u aktarx
ħafna, li kien hu li qarar lil
Swor Fawstina.
206.
In-novena li tinsab fid-Djarju
ġiet ippublikata fl-1937, b’xi
tibdil, f’fuljett li kien jismu
Chrystus Krol Milosierdzia
(Kristu Sultan tal-Ħniena)
mid-dar editriċi J.Celbuski,
Krakovja. Il-qoxra kellha stampa
bil-kulur ta’ Kristu Ħanin
bir-raġġi u l-kliem “Jezu, ufam
Tobie” (“ Ġesu’, jiena nafda
Fik”). Il-fuljett kien jinkludi
n-novena tal-Ħniena Divina,
il-Litanija u l-Kurunella.
Is-superjura tad-dar ta’
Krakovja, Madre Irene
Krzyzanowska kienet tibgħat
il-fuljett lid-djar l-oħra
tal-Kongregazzjoni. Is-sorijiet
kieneu jgħidu t-talb fil-privat,
imma ma kinux jafu minn fejn
kienu qed joriġinaw.
207.
Skont id-drawwa
tal-Kongregazzjoni, kienu
jistgħu jidħlu fil-parlatorju
s-Superjuri jew sorijiet li
kellhom dik il-funzjoni.
Is-sorijiet l-oħrajn kienu
jistgħu jitlaqgħu mal-mistednin
tagħhom biss bil-permess
tas-Superjura tad-dar.
208.
Hawn riferenza għall-Imprimatur
ta’ żewġ pubblikazzjonijiet: 1.
Xbieha ta’ Ġesu’ bil-Kurunella
tal-Ħniena Divina fuq wara, li
Dun Sopocko akkwista permess
għaliha f’Vilnius fl-1 ta’
Settembru 1937 (Numru R.
200/37); 2. Fuljett żgħir
bl-isem Chrystus Krol
Milosierdzia (Kristu Sultan
tal-Ħniena), li kien jinkludi
n-novena, il-kurunella u
l-litanija tal-Ħniena Divina.
L-imprimatur ġie mogħti
mill-Kurja Metropolitana ta’
Krakovja. (L. 671/37). It-tnejn
li huma ġew ippubblikati mid-dar
editriċi J. Celbuski, 22 Triq
Szewska, Krakovja.
209.
Aktarx min kiteb ħa żball u qal
Awissu minflok Settembru.
210.
Swor Fawstina qalet li l-kanċell
kien “deżert” għax min kien ikun
għassa mal-kanċell kien jibqa’
mifrud mill-bqija
tal-Kongregazzjoni ħafna
mill-ġurnata.
211.
Il-Qaddisa kellha żewġ ħutha
subien,
Stanley u Mecislaus. Iktar
tard ħareġ biċ-ċar li kien
Stanley
li mar iżurha.
Huwa
twieled fi
Glogowieċ
fis-26 ta’ Marzu
1912.
Iktar tard hu mar jgħix Lodz
fejn kien jaħdem ta’
mastrudaxxa, kien jagħmel
l-għamara u kien organist.
212.
Poslaniec Serca Jezusowego (Il-Messaġġier
tal-Qalb Imqaddsa),
ġurnal ta’ kull xahar iddedikat
għad-devozzjoni lejn il-Qalb
Imqaddsa ta’ Ġesu’, u ppubblikat
mill-Ġiżwiti fid-Dar Wydawnictwo
Apostolstwa Modlitwy, 26
Triq
Kopernik,
Krakovja.
213.
Aktarx fil-ħanut ta’
Cebulski,
fejn kienu jinbiegħu oġġetti
reliġjużi.
214.
Kopja tax-xbieha ta’ Ġesu’ li
kien pitter
Eugene Kazimirowski
magħmula b’mod mhux daqstant
tajjeb mis-Sinjorina
Balzukiewicz
f’Vilnius
għall-partirijiet
Redentoristi.
Iktar
tard tfaċċat fi Krakovja.
215.
Kull soru kienet obbligata tieħu
sehem darba f’sena f’irtir ta’
tmint ijiem (l-hekk imsejjaħ
irtir
“kbir”
biex jintgħaraf mill-irtir ta’
tliet ijiem). Fid-dar ta’
Krakovja s-sorijiet professi
kienu japprofittaw mill-irtiri
li kienu jsiru qabel
iċ-ċerimonji tal-għoti tal-velu
u l-professjoni tal-voti.
Fl-1937 l-irtir sar mill-20
sad-29 ta’ Ottubru, u kien
immexxi minn Patri Nitka SJ. Dan
kien l-aħħar irtir li Swor
Fawstina
għamlet flimkien mas-sorijiet.
216.
Kien hemm drawwa
fil-Kongregazzjoni li jinżammu
rikordji bil-miktub tar-rebħiet
u tal-waqgħat interjuri ta’ dak
li jkun.
217.
L-għoti tal-velu u l-voti.
218.
Is-salib aktarx
kien il-mard tas-sorijiet u
tas-Superjura stess. Kien hemm
epidemija fit-tul tal-influwenza
fid-dar u, minbarra minn dan,
dawn is-sorijiet imsemmijien
hawnhekk kienu morda serjament:
Swor
Clemens Buczek,
li kienet inkarigata mill-ġnien
kienet marida b’gastrite
u ulċeri; Swor Virginia
Narkiewicz ittieħdet l-isptar
minħabba nkwiet serju f’qalbha
kkawżat mir-rewmatiżmu; Swor
Dominic Szymanska,
li kienet marida serjament,
mietet fil-15 ta’ Novembru
1937.
219.
Swor Dominic - Josephine
Szymanska.
Twieldet fit-28 ta’ Novembru
1875, u daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fl-1897. Hija
ħadmet fid-dar ta’ Krakovja għal
30 sena bħala skarpan, u tant
saret esperta f’din is-sengħa li
kienet tgħallem lis-sorijiet
żgħażagħ. Hija mietet fil-15 ta’
Novembru
1937.
220.
Swor Damiana Ziolek,
li riedet tagħżel l-Isqof S.
Rospond
bħala l-konfessur tagħha.
220a.
Il-qsim tal- wejfer – oplatek
bil-pollakk. Il-qsim
tal-wejfer hi tradizzjoni
Pollakka li tmur lura sal-10
seklu. Il-kelma Oplatek ġejja
mill-kelma Oblatum li
tfisser ħobż qaddis. Magħmula
minn għaġina mingħajr ħmira,
il-wejfer tkun minquxa b’disinji
b’tema tal-Milied. Il-qsim
tal-wejfer għadu sa llum
il-qalba u l-essenza
taċ-ċelebrazzjoni ta’ lejliet
il-Milied fil-Polonja, u wara
l-qsim, il-familja u l-ħbieb
jagħtu lil xulxin ix-xewqat
tajba għas-sena l-ġdida. Għal
aktar tgħarif ara wkoll:
Polish traditions and customs:
www.Polstore.com
Jew “The tradition of Christmas”
f’The Warsaw Voice, 17 Dec.
2003.
221.
Din hija kwotazzjoni
mill-Martiroloġju Ruman, li kien
jinqara fir-refettorju wara
t-talba ta’ qabel l-ikel.
222.
“Pastirka”
hija l-Quddies ta’ nofs il-lejl,
bejn l-24 u l-25 ta’ Diċembru.
Skont id-drawwa
tal-Kongregazzjoni, is-sorijiet
kienu jmorru jorqdu wara l-ikla
ta’ filgħaxija lejliet
il-Milied. Dawk li kienu jkunu
jridu joqogħodu jitolbu
fil-kappella sa nofs il-lejl
kienu jitolbu permess biex
jagħmlu dan.
223.
Aktarx il-Qaddisa kellha
għarfien interjuri dwar meta
kellha tmut. Kienet
taf li din kellha tkun l-aħħar
sena ta’ ħajjitha.
224.
Fl-aħħar tas-sena is-sorijiet
kienu jieħdu sehem f’servizz ta’
radd il-ħajr għall-grazzji li
kienu rċevew, u kien jitkanta
t-Te Deum. Ġeneralment
is-sorijiet kollha kienu jieħdu
sehem fis-servizz.
225.
Il-Kappillan (tal-isptar) kien
imur iqarben lis-sorijiet li ma
setgħux jieħdu sehem
fil-Quddiesa tal-komunita’ għax
kienu morda. Dawk li ma kienux
daqshekk morda kienu jimxu
sal-infermerija x’ħin kien jasal
il-waqt tat-Tqarbin biex
il-kappillan ma kienx ikollu
joqgħod imur jżur kull ċella.
226.
Patri
Matzanger, S.J.,
kien qed jissostitwixxi għal
ftit żmien lill-kappillan Dun
Theodore Czaputa,
li kien mar għal ftit jiem iżur
lil ħuh, li kien saċerdot ukoll.
227.
Id-dehra ta’
Swor Fawstina
dwar Madre
Irene Krzyzanowska
seħħet fis-sens li Madre
Krzyzanowska
kienet waħda mix-xhieda
fil-proċess ta’ informazzjoni u
aktarx sarulha mistoqsijiet dwar
Swor
Fawstina
u l-kitbiet tagħha. Madre Mary
Joseph Brzoza,
iżda, mietet fid-9 ta’ Novembru
1939,
u ma nafux jekk xi ħadd
staqsihiex dwar Swor
Fawstina.
228.
Aktarx Swor
Gertrude li kienet dak iż-żmien
flimkien ma’
Swor Fawstina f’sala żgħira
iżolata mill-oħrajn. Swor
Gertrude Budzinska
twieldet fl-1876,
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1895.
Hija mietet fi Krakorvja fil-11
ta’ Awwissu
1966.
229.
Aktarx Swor
Liguoria Poznanska,
is-sagristana u esperta
fix-xogħol tal-idejn, marret
sabiex tgħallem lil Swor
Gertrude
kif tagħmel il-borduri
tal-bjankerija tal-altar. Swor
Liguoria Poznanska
twieldet fil-15 ta’ Jannar
1880,
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-4 ta’ Diċembru
1919.
Kważi ħajjitha kollha bħala
reliġjuża għaddietha bħala
sagristana. Fl-1953
ġie mogħtija l-inkarigu ta’
assistenta tas-Superjura tad-dar
ta’ Krakovja. Hija mietet fi
Krakovja fit-2 ta’ Mejju
1960.
230.
Jista’ jkun li f’dan iż-żmien
partikolari l-Qaddisa kellha
għarfien tal-jum tal-mewt
tagħha.
231.
M’hemm l-ebda data mogħtija,
imma nistgħu nissopponu li
d-dehra seħħet bejn it-8
u l-15
ta’ Jannar
1938.
232.
Swor
Fawstina
kienet sensittiva ħafna fuq
id-diviżjoni f’korijiet. F’dan
il-każ, Swor
Seraphina
tabilħaqq ma tatx kas
tad-diviżjoni, imma peress li
rat li Swor Fawstina
kienet diġa’ imxarba, hija
ħasbet li kienet ħaġa eħfef li
Swor Fawstina tmur sal-kanċell
milli xi soru oħra tixxarrab hi
wkoll. Meta tat l-ordni kienet
ħaġa ovvja li ma ndunatx li Swor
Fawstina ma kienitx tiflaħ, għax
kieku kienet taf ma kienitx
iġġib ruħha b’dan il-mod. Swor
Seraphina
kienet soru twajba u qaddisa.
Qatt ma ġie magħruf li għamlet
xi differenzi fil-mod kif kienet
timxi mas-sorijiet.
233.
Kienet id-drawwa
fil-Kongregazzjoni li jitolbu
għall-persuni moribonda,
“O
Ġesu’ l-iżjed twajjeb”
... u Salm 129
“Minn
qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej.”
234.
Is-Superjuri ta’
Swor Fawstina
tul ħajjitha bħala reliġjuża:
M. Margaret Gimbutt –
fil-bidu tan-novizzjat u
t-tielet prova qabel il-voti
perpetwi;
M. Raphael Buczynska –
fi Krakovja u f’Varsavja;
M. Rose Klobukowska-
fi
Piock; M. Xavier Olszamowska –
f’Kiekrz; M. Borgia Tichy –
f’Vilnius; M. Seraphina Kikulska
– f’Walendow. Sister Xavier -
Jane Olszamowska,
twieldet fl-1883,
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1912.
Kienet is-superjura f’Kiekrz
u f’Varsavja, u mbagħad laħqet
segretarja ġenerali. Hija mietet
fil-11
ta’ Marzu
1970, fi Krakovja.
235.
Ara
l-Isqof
Zbigniew Kraszewski, “Udzial
Matki Bozej w Dziele Odkupienia”
(“Ir-Rwol
ta’ Omm Alla fl-Opra tal-Fidwa’)
in Gratia Plena, Poznan, 1965.
236.
Aktarx Dun
M. Sopocko,
għax hu l-iktar li kien attiv
fit-tixrid tad-devozzjoni
tal-Ħniena Divina u fl-isforzi
għat-twaqqif tal-komunita’
l-ġdida; imma Swor
Fawstina
jista’ jkun li kienet qiegħda
tirreferi wkoll għal Patri Andrasz
jew Madre Irene Krzyzanowska,
għax huma wkoll ippruvaw ixerrdu
d-devozzjoni tal-Ħniena Divina.
237.
Dun Theodore Czaputa
kien il-konfessur tan-novizzjat.
Xi wħud mis-sorijiet professi
wkoll kienu jqerru għandu.
Id-direttur spiritwali
tal-Qaddisa kien Patri
Andrasz. Swor Fawstina
qagħdet attenta li tagħmel din
id-distinjoni.
238.
Swor Tarcisia - Casimira
Piotrowicz.
Hija twieldet fl-1891,
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1912.
Għal ftit żmien hija kienet
infermiera fid-dar ta’ Krakovja.
239.
Aktarx
Swor
Amelia,
li kienet ħabiba tal-qalb ta’
Swor
Fawstina.
Swor Amelia – Stanislava Socha
twieldet fil-15 ta’ Mejju 1911.
Hija daħlet soru
mal-Kongregazzjoni fl-1930.
It-tobba mill-ewwl indunaw li
kienet qiegħda ssofri minn
tuberkolożi fl-għadam ta’
idejha. Swor Amelia kienet
tibża’ li kienet ser tkun ta’
piż fuq il-Kongregazzjoni u
talbet lil Swor Fawstina titlob
għaliha sabiex ma ddumx ma tmut.
Swor Fawstina wegħditha li, fi
żmien sena wara mewtha, Swor
Amelia wkoll kienet ser tmut. U
hekk ġara, għax Swor Amelia
mietet fl-4 ta’ Ottubru 1939.
240.
Il-Karnival –
żmien ta’ xalar u briju qabel
żmien ir-Randan.
241.
Ġie tabib jara s-sorijiet li
kienu morda. Diffiċli tgħid min
kien. Ċertu
Dr. Stoch
kien imur iżurhom ta’ spiss.
242.
Aktarx Dr. Silberg,
li kien jaf bil-kundizzjoni ta’
Swor
Fawstina.
243.
Fl-isptar għall-mard li
jittieħed li kien hemm fi
Pradnik
ħdejn Krakovja,
magħruf bħala s-“sanitorju.”
244.
Hemm kuridur mid-dar
għall-gallarija tal-kor
fil-kappella. Swor
Fawstina
kienet qiegħda fil-gallarija
tal-kor u għalhekk setgħet
tisma’ l-Quddiesa, imma ma
kellhiex saħħa biżżejjed biex
tinżel u tieħu parti
fil-purċissjoni bil-palm.
245.
Parti
Zukowicz, S.J.,
kien qed iqaddes dak in-nhar.
Kien assistent tal-provinċjali
għal ħafna snin. Kien ħabib
mill-qrib tal-Kongregazzjoni
tal-Madonna tal-Ħniena. Bħala
benefattur kbir tal-ħidma
appostolika tagħhom, kien iżur
lit-tfajliet ta’ spiss u kien
iġibilhom rigali żgħar.
246.
Swor
Casimir - Irene Twarowska.
Twieldet fl-1911,
daħlet soru mal-Kongregazzjoni
fl-1933.
Kienet taħdem bħala għalliema
tal-gruppi u iktar tard bħala
l-kap tad-dar tat-tfajliet. Hija
mietet fi Krakovja fit-18 ta’ April
1969.
247.
Dawn is-sorijiet għamlu
n-novizzjat ma’ Swor
Fawstina:
Novizzi kbar:
Swor Alice Dabrowska, Swor
Cherubim Kowieska, Swor Ernest
Szczyrba, Swor Yvonne Goebel,
Swor Joachim Glue, Swor Kinga,
Swor Crescentia Bogdanik, Swor
Laurenta Kosinska, Swor Longina
Suchomska, Swor Lucine, Swor
Natalie Fiszer, Swor Placida
Putyra, Swor Renata Jodlowska,
Swor Simon Nalewajko, Swor
Valentina Leszczynska.
Novizzi żgħar:
Swor Anunciata Peraj, Swor
Bernarda Wilczek, Swor Celine
Bronikowska, Swor Felicia
Zakowiecka, Swor Justine
Golofit, Swor Clementine Glue,
Swor Louise Gadzina, Swor
Martina, Swor Regina Jaworska,
Swor Severina Marciniak, Swor
Teresita, Swor Zenobia Saja.
Sorijiet li rċevew il-libsa ta’
reliġjuża flimkien ma Swor
Fawstina:
Swor Bernadette Federowicz, Swor
Bonaventure Edelmann-Glowacka
(d. Dec. 17, 1936), Swor
Florentine Pajak (d. Jan. 2,
1950), Swor Henry Skulimowska
(d. Oct. 20, 1974).
Sorijiet li kkorispondew ma’
Swor Fawstina:
Swor Justine Golofit, Swor
Louise Gadzina, Swor Regina
Jaworska;
forsi kien hemm oħrajn, imma
fil-preżent ma nafux bihom.
248.
Sorijiet
tal-Kongregazzjoni tas-Servi
tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’, li
kienu jaħdmu fl-isptar ta’
Pradnik.
Il-Kongregazzjoni kienet ġiet
imwaqqfa fi Krakovja fl-1894
mill-Isqof
Peiczar.
249.
Swor David Cedro; Swor Alana -
Caroline Wilusz,
twieldet fl-20 ta’ Lulju
1910; Swor Medarda - Caroline
Podrazik,
twieldet fis-16 ta’ Ġunju
1910,
u mietet fl-1966.
250.
Ġrajjiet bħal dawn insibuhom
fil-ħajjiet tal-qaddisin; per
eżempju, San
Stanislaus Kostka u San
Bonaventura.
251.
L-Ewwel Ħadd fuq l-Għid. Il-Ħadd
imsemmi minn Swor
Fawstina
kien l-ewwel Ħadd ta’ wara
l-Għid; jiġifieri il-jum li
kellu jsir il-Festa tal-Ħniena
Divina.
252.
Aktarx referenza għall-epidemija
tal-influwenza li kienet bdiet
fi Frar u kompliet għaddejja
għal xhur. F’xi ġranet kien hemm
daqs 22 soru marida.
253.
Diffiċli nkunu nafu d-data. Swor
Fawstina
ma baqgħetx tagħmel id-data imma
kienet tikteb biss
“illum.”
Ħaġa hi żgura, li kien wara l-Pentekoste;
jiġifieri, wara l-5 ta’ Ġunju.
254.
Nistgħu nissopponu li Swor
Fawstina
kellha d-dehra tal-Qalb ta’ Ġesu
l-Ġimgħa wara l-Ottava ta’
Corpus Christi;
jiġifieri fl-24
ta’ Ġunju
1938.
INDIĊI
PARAGRAFI SKONT IS-SUĠĠETT
1.
ATTI TA’
ĦNIENA
Fawstina u, 280, 1312, 1694,
1695
Talba għall-għajnuna sabiex
jitwettqu
l-,
163, 1242
Modi
kif jistgħu jitwettqu,
742, 1156, 1157, 1158, 1316,
1317
2. L-EWKARISTIJA
Il-kundizzjoni sabiex wieħed
jirċievi ħniena u maħfra, 699,
1108
Meta wieħed ma jitqarbinx ta'
spiss, 1447
Raġġi mill-
Ewkaristija, 344, 370, 420, 657
Xbieha li tinfed l-Ostja Mqaddsa,
441
Simbolizzata bir-Raġġi tax-Xbieha, 299
Imħeġġin viżti lis-Sagrament
Imqaddes, 1572
3. FESTA TAL-ĦNIENA
Kjarifika minn
Ġesu’
dwar il-,
341
Kmand
sabiex tiġi ċċelebrata l-,
280
Maħfra sħiħa tad-dnubiet u
l-kastig fil-,
300
Għeluq
tas-Sena tal-Ġublew tal-Fidwa,
1935, 420
Kundizzjonijieti għal maħfra
sħiħa
fil-,
699, 1109
Opri tal-ħniena flimkien mal-,
742
Ix-xewqa ta’
Ġesu’ għall-,
49, 299
It-tjubija ta’ Alla u l-,
458
Il-fejqan u
t-tisħiħ ta’ erwieħ li jkollhom
bżonn fil-, 99
Il-Qalb ta’ Ġesu’ tifraħ fil-,
998
L-importanza f’għajnejn il-Mulej
Ġesu’ tal-,
1517
Tispira fiduċja l-,
570
“L-aħħar tama”
tas-salvazzjoni l-,
687,
965, 998, 1228
Meta tiġi traskurata l-,
341
Kenn
għal kulħadd, l-aktar
għall-imsejkna midinbin,
699
L-Ewwel Ħadd
fuq
l-Għid bħala l-Festa tal-Ħniena,
49, 88, 280, 299, 420, 570, 699,
742
4. FIDUĊJA
Xbieha u kliem, “Ġesu’,
jiena nafda Fik,”bħala mezz
għall-grazzji,
341
Ġesu’ u n-nuqqas ta’, 50, 300,
379, 1076, 1447
Nuqqas ta’, fl-erwieħ magħżulin,
731
L-ammont ta’ ġenerożita’
jiddependi mill-, 548, 1602
Is-Setgħa bla tarf tal-, 1777
Tiftaħ il-bieb għall-immensita’
ta’ grazzji, 1074
Mewta fil-paċi garantita mill-,
1520, 1798
Qawwa ta’ ruħ mimlija, 198
Talba ta’, 84, 187
Mezz sabiex niksbu l-grazzji,
1485, 1578
5. FIDUĊJA FIL-ĦNIENA
Kurunella bħala mezz sabiex
niksbu,
1797
Kundizzjoni għal qrara tajba,
1602
Xewqa ta’
Ġesu’ li l-ħlejjaq Tiegħu
jkollhom,
718, 1059
Li jagħti grazzji bla tarf
lill-erwieħ li juru, 687
L-obbligu ta’
Fawstina
li tħeġġeġ l-erwieħ kollha li
juru,
294, 1059, 1182
Ta’
Fawstina, 283
Il-missjoni ta’
Fawstina
li tikkonvinċi n-nies juru,
1452
L-ikbar midinbin għandhom
priorpita’
ta’,
723, 1146
Garanzija ta’
mewta fil-paċi permezz ta’,
1520
Meta nħajru lill-oħrajn juru,
1540
Ġesu’
u l-ewrieħ li juru,
isejħilhom
l-iktar fortunati,
1273
jitpaxxa jaħdem fihom,
1784
jagħtihom prijorita’
għall-ħniena Tiegħu,
1541
iħobbhom,
294, 453, 1541
iwegħdhom kollox,
294, 453
Ġesu’
u n-nuqqas ta’,
300, 379
Il-ġustifikazzjoni tar-ruħ
tiddependi minn, 570
Ħniena li jirċievu l-erwieħ li
għandhom, 420
Bżonn ta’, 1577, 1777
Nistgħu niksbu permezz ta’ Swor
Fawstina, 1777
Hemm bżonnha biex nimxu ‘l
quddiem fil-perfezzjoni,
1578
Hemm bżonnha għall-paċi
għall-umanita’, 300
Rigali ta’,
salvazzjoni,
723
qdusija,
1784
Għajn tal-grazzji,
1577, 1777
L-erwieħ u, 1577, 1578
6. ĦNIENA
Ma tħalli barra lil ħadd,
1182
Ħierġa mill-Pjagi ta’ Kristu,
1190
Alla bħala, 281, 1148
L-akbar ttribut
ta’ Alla,
301
Is-siegħa tal-, 1320, 1572
Sultan tal-, 83, 88, 367, 378
Għarfien tal-ħniena mezz ta’
salvazzjoni,
1396
Opra ta’
Ġesu’, mhux ta’
Fawstina, 1667
7. ĦNIENA DIVINA
Abbiss mimli bil-, 1576
Tista’
tintlaħaq fil-qrar,
1448
Ktieb miktub bid-Demm fih l-ismijiet
tal-erwieħ li
jigglorifikaw
il-,
689
Kurunella, mezz qawwi
biex takkwista l-,
848
Kastig u, 1588
Ma tikkundanna lil ħadd, 1452
Ikkomfermatha f’kull opra ta’
Alla,
u tilħaq il-qofol tagħha fil-maħfra
tal-midinbin, 723
Difiża tal-erwieħ, 1516
Kulma jeżisti
jinsab maqful fil-,
1076
Fawstina u
l-,
Messaġġi minn Ġesu’
fuq il-,
1074
“Segretarja” tal-, 965, 1160,
1275, 1605, 1784
biex
tgħarraf
bil-,
635
biex tħabbar
il-ħin kollu l-,
1521
biex tħabbarha
lid-dinja kollha, 1142
biex tgħid lis-saċerdoti
bil-,
177
biex tikteb u titkellem dwar
il-, 1448
biex tikteb għall-erwieħ
itturmentati dwar
il-,
1146
L-ewwel attribut ta’ Alla, 180
Fl-ewwel post tal-esperjenza
ta’
Fawstina fil-preżenza
tas-Santissima Trinita’,
1073
Bla tarf,
1273
Ġesu,
l-istess
Imħabba u Ħniena, 1074
Il-kliem mhux biżżejjed biex
jesprimi l-,
359
“L-aħħar tama tas-salvazzjoni”
998
Litanija ad unur tal-, 949
Ħafna ewrieħ jigglorifikaw
il-,
1073
Il-miżerja m’għandhiex
x’taqsam mal-,
1273
Tgħaddi minn ġo l-erwieħ
bħalma
x-xemx
tgħaddi
minn ġol-kristall, 528
Imferra mill-Qalb ta’ Ġesu’
permezz tal-qalb
ta’
Fawstina, 1777
Talb għall-, 1570
Is-saċerdoti u
l-,
1521
Reċita tal-kurunella u
l-,
687
Is-Sagrament
tar-Rikonċiljazzjoni (Qrar) u
l-,
975, 1602
Midinbin u
l-,
1146, 1728, 1777
erwieħ niedma u
l-,
1739
li l-aktar għandhom bżonn tal-,
1275, 1397
erwieħ li jappellaw
lill-, 11 46
erwieħ li
jirriflettu
l-, 1148
żmien il-ħniena qabel żmien
il-ġustizzja,
83
Tribunal tal-, 1448
8.
KURUNELLA
Assistenza lill-moribondi, 810,
811, 1035, 1565, 1798
Iġġib
lill-umanita’
eqreb
lejn Ġesu’, 929
Konverżjoni u
l-,
687
Kollox nistgħu niksbu permezz tal-,
1128, 1541
Formula għall-, 476
Il-ħniena u
l-,
848
Novena qabel il-festa tal-Ħniena,
796, 1059
Biex tinkiseb
il-ħniena
għall-Polonja, 714
Bidu tal-, 474
9. MARIJA, OMM ALLA
Il-parir ta’ Ġesu’ biex nitolbu
lil Marija għall-għajnuna
fit-tentazzjonijiet, 1560
Fawstina flimkien ma’,
fis-Santwarju ta’ Czestochowa,
160
tistenna fl-Avvent, 793
Don tas-safa, 40
Issaħħaħ lil Fawstina
fit-tbatija, 25
Tgħallem lil Fawstina
abbandun għar-rieda ta’ Alla,
1437
fuq il-ħajja interjuri flimkien
ma’ Ġesu’, l-aktar fit-Tqarbin
Imqaddes, 840
kif tgħix għal Alla, 620
biex tikkomunika ma’ Alla, 454
Tkellem lil Fawstina,
dwar kongregazzjoni ġdida biex
tħejji lid-dinja għat-tieni
miġja, 625
dwar is-sebat isjuf li nifdulha
lil Qalbha, 786
sabiex tħejji d-dinja għat-tieni
miġja, 635
Dehriet lil Swor Fawstina,
sabiex tqawwilha qalbha, 449
sabiex tħeġġiġha
titlob għall-Polonja, 325
toffri wegħdiet għall-Polonja,
468
sabiex tinterċedi għall-Polonja,
1261
Ġesu’ u Marija, 88, 330
f’Ostrabrama, 529
f’kappella żgħira li saret
tempju kbir, 561
Ġesu’, Marija, u Ġużeppi, 608,
846, 1442
Marija u l-Bambin, 677, 846
Marija u l-konfessur, 330, 597
Marija bħala Omm Alla
tas-Saċerdoti, 1585
tas-saċerdot li jħobb lil
Marija, 806
fil-festa tal-Kunċizzjoni
Immakulata, 564, 805, 1414-1415
fil-festa tat-Tlugħ fis-Sema,
1711
fil-festa ta’ Marija Mtellgħa
s-Sema, 1244
sabiex tħejjiha għal ħajja
interjuri iktar profonda
flimkien ma’ Ġesu’, 785
raġġi ħerġin mill-Qalb tagħha,
33
iżżur il-Purgatorju, 20
twissi dwar tbatijiet, 316
b’qalbha minfuda, tħares
lill-Polonja mill-kastig, 686
10. NOVENA
Qabel il-Festa tal-Ħniena, 1059,
1209-1229
Tal-kurunelli
Qabel il-Festa tal-Ħniena,
796
Sabiex tikseb il-Ħniena Divina
għall-Polonja, 714
Tat-talb,
“O
Demm u Ilma”
...
33
darba għall-Qdusija tiegħu
il-Papa,
341
11. OPRI TAL-ĦNIENA
Effett fuq l-erwieħ, 1379
Dun Sopocko u l-, 421, 1608
Fawstina
u l-,
154, 281, 1401, 1530, 1643,
1644
Riżultati fil-futur tal- of,
1300
Marbuta mal-opra tal-Fidwa, 89
Modi kif wieħed jista’
jkollu sehem fl-,
1155-1158
Opra ta’
Ġesu’,
1667
12. PRIEDKI DWAR IL-ĦNIENA
DIVINA
Mis-saċerdoti, 50
Mis-saċerdoti dwar il-Festa
tal-Ħniena, 570
Qawwa misterjuża għas-saċerdoti
sabiex jikkonvertu
lill-midinbin, 1521
Traskuraġni ta’, 341
Għad-dinja kollha, 300
13. SAGRAMENT
TAR-RIKONĊILJAZZJONI (QRAR /
PENITENZA)
Parir ta’
Ġesu’
lil
Fawstina fuq is-, 1602, 1725
lill-erwieħ li jixtiequ
jibbenifikaw mis-,
113, 132, 1784
Kundizzjoni sabiex nirċievu
ħniena u maħfra,
300, 699, 1108
Għajn tal-ħniena, 1602
Il-post fejn jiltaqgħu Ġesu’
u l-erwieħ,
1602
Miraklu tal-Ħniena Divina, 225,
1448
Priedki fuq il-Ħniena Divina u
s-, 1521
Tribunal tal-Ħniena, 975, 1448
Fiduċja u s-, 1602
14. IS-SIEGĦA TAL-ĦNIENA DIVINA
(IT-TLIETA TA’ WARA NOFS
IN-NHAR)
It-talba
ta’
Ġesu’
biex jiġu pprattikati ċerti
devozzjonijiet kuljum,
1572
biex nitolbu ħniena b’mod
speċjali għall-midinbin,
1320, 1572
Wegħdiet li għandhom x’jaqsmu
mas-,
1320, 1572
Dehra
ta’ Ġesu’ Msallab fis-,
648
15. TĦABBIR TAL-ĦNIENA TA’ ALLA
Eżortazzjoni
ta’ Ġesu’ lil
Fawstina
dwar it-,
164, 300, 687, 1074, 1142, 1190,
1396, 1521, 1665, 1666
Grazzji mwiegħda lil dawk li
jħabbru, 377, 378, 379, 1075,
1540
M’hemmx
biżżejjed,
1273
16. IT-TIENI MIĠJA
Il-Verġni Mbierka,
Fawstina
u t-,
635
Opri tal-Ħniena u t-, 1158
Tinsab fil-qrib it-, 965
Talba ta’ Fawstina għat-, 1570
Sinjali tat-
Jiem tad-dlam,
83
Thejjija tal-Ħniena Divina għat-,
848, 1146, 1588
17. XHIEDA TAL-ĦNIENA DIVINA
Tberik tax-, 49, 341
Kawża ta’
estasi,
1299-1300
Il-parir tal-konfessur dwar
il-pittura,
49
Disappunt dwar il-pittura tax-,
313
Wirja tax-xbieha l-Ewwel Ħadd
fuq l-Għid, 88
Effett tax-, 1379
Espożiżżjoni
tax-xbieha, fil-knisja,
570
Is-saċerdot Andrasz u Sopocko
f’riġlejn ix-,
675
Il-ħarsa ta’
Ġesu’ mix-,
326
Kobor
tax-,
313
Fir-ruħ ta’ Fawstina, 49
Kitba fuq ix-, 47
Kjarifikazzjoni dwar ix-,
327
Preokkupazzjoni dwar ix-,
88
Mod kif tiġi mpittra x-, 49
Obbligazzjoni
għall-pittura,
154
Fil-festa ta’ Corpus Christi,
441
Parti
mill-Opra kollha tal-Ħniena,
1 54
Talba b’konnessjoni
max-,
187
Poeżija forma ta’
talba dwar ix-,
1
Wegħdiet marbutin mal-qima tax-,
48, 570
Tixrid tax-, 47
Qima pubblika tax-, 414, 742
Raġġi tal-Ħniena fuq ix-, 50
Spjegazzjoni tar-raġġi ħomor u
bojod fuq ix-,
299
ħerġin għal fuq moribond
– b’mewta fil-paċi wara,
1565
mill-Qalb ta’ Kristu qed imut
fuq is-Salib,
414
mill-Ostja fl-Ostensorju,
336, 344, 657, 1046
mix-Xbieha,
540
mix-Xbieha għall-Ostja
fl-Ostensorju, jiksu d-dinja
kollha,
441
mill-Ostensorju, jimlew
il-knisja,
370
mill-Qalb Imqaddsa,
177, 1796
fil-Festa tal-Ħniena Divina,
420
jinfirxu fid-dinja kollha,
87
Niġu mfakkra nagħmlu opri
tal-ħniena,
742
Talba mingħand Ġesu’ sabiex tiġi
mpittra x-,
1, 47
Responsabbilta’
għall-pittura tax-,
154
Firma fuq ix-, 47
Oriġini tax-, 47, 67
Tron
tal-Ħniena Divina,
1
Trijonf
tal-Ħniena Divina u x-,
1789
Qima tax-xbieha, għajn ta’ ħafna
grazzji,
742
Mezz ta’
grazzji,
327
Dehra
tax-,
U r-raġġi fl-Ewwel Ħadd fuq
l-Għid,
420
ħadet il-ħajja,
416, 417, 851
fuq il-kappella f’Vilnius,
87
|