L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Kuntatt

 

Il-Kelma tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP

Ara wkoll mill-Isqfijiet l-oħra ....

L-ARĊISOF TA’ MALTA

MONSINJUR PAWLU CREMONA OP

Monsinjur Pawlu  Cremona O.P., S.Th.D., twieled il-belt Valletta nhar il-25 ta’ Jannar 1946 minn Joseph u Josephine nee Cauchi. Ħa l-Edukazzjoni Primarja tiegħu fl-iskola tal-Montessuori fil-belt Valletta stess, imbagħad l-Edukazzjoni Sekondarja fil-Liceo, il-Ħamrun. 

Daħal fl-Ordni Dumnikan f’Settembru tal-1962 u għamel il-Professjoni fl-istess Ordni nhar id-29 ta’ Settembru 1963. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat u ġie ordnat  saċerdot nhar it-22 ta’ Marzu 1969. 

Wara l-Ordinazzjoni Saċerdotali ntbagħat jistudja t-Teoloġija Morali fl-Universita’ Pontifiċa ta’ San Tumas ta’ Akwinu f’Ruma (Angelicum) minn fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-Teżi "The Concept of Peace in Pope John XXIII".  

Bejn l-1974 u l-1980 hu kien Pirjol fil-Kunvent ta’ Sidtna Marija tal-Għr fir-Rabat.  Reġa’ kien Pirjol fl-istess kunvent bejn l-1997 u l-2003.   Fl-1981 intgħażel bħala Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija.  Hu serva f’dan l-uffiċċju għal  żewġ perijodi ta’ erba’ snin.   Mat-tmiem tal-ħidma tiegħu bhala Provinċjal hu ntbagħat bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima, Gwardamangia.   Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-Formazzjoni tan-Novizzi u l-Istudenti dumnikani fir-Rabat - uffiċċju li reġa’ kellu għal   żmien ieħor asir bejn l-2004 u l-2005.  Fl-2005,  huwa inħatar Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu, f’Tas-Sliema.  

Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu, Monsinjur Cremona beda f’diversi uffiċċji oħrajn ta' l-Arċidjoċesi, fosthom Delegat ta’ l-Arċiqsof għall-Ħajja Konsagrata, Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, membru fil-Kunsill Presbiterali, kif ukoll kien President tal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin.

  

Matul is-Sena 2016

 

Matul is-Sena 2015

 

 

Matul is-Sena 2014

 

Matul is-Sena 2013

 

Matul is-Sena 2012

 

Matul is-Sena 2011

 

Matul is-Sena 2010

 

Matul is-Sena 2009

 

Matul is-Sena 2007