Il-Ħadd, 19
ta' April 2015:
It-Tielet Ħadd tal-Għid (Sena B).
Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (24:35-48)
minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u
editjat minn George Palmier. Iżjed
riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom
fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.
F’dak iż-żmien, iż żewġ dixxipli li reġgħu
lura Ġerisalemm minn Għemmaws kienu qegħdin
itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu
magħhom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu
għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż.
Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu
waqaf f'nofshom u qalilhom: "Is-sliem
għalikom!" Huma twerwru bil-biża' għax ħasbu
li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu
qalilhom: "Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan
it-tħassib kollu f'qalbkom? Araw idejja u
riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu
ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin
taraw li għandi jien." Huwa u jgħidilhom dan,
uriehom idejh u riġlejh. Iżda billi huma,
fil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux
jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom: "Għandkom
xi ħaġa ta' l-ikel hawn?" Huma ressqulu
quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u
kielha quddiemhom.
Imbagħad qalilhom: "Meta kont għadni magħkom
għedtilkom dawn il-kelmiet, 'Jeħtieġ li
jseħħ kull ma nkiteb fuqi fil-Liġi ta' Mosè,
fil-Profeti u fis-Salmi.' "
Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura.
U qalilhom: "Hekk kien miktub, li l-Messija
jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u
li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet
tixxandar f'ismu lill-ġnus kollha, ibda minn
Ġerusalemm. Intom xhud ta' dan. U Jiena,
araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed
Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma
Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu."
|