L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

 

Il-Ħadd, 13 ta' Diċembru 2015  

It-Tielet Ħadd ta’ l-Avvent (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (3:10-18) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: "Mela x'għandna nagħmlu?" U huwa kien iweġibhom: "Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma' min ma għandu xejn, u min għandu x'jiekol jagħmel l-istess." 

Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: "Mgħallem, x'għandna nagħmlu aħna?" U huwa weġibhom: "Tissikkaw lil ħadd biex jagħtikom taxxi iżjed milli jmisskom tieħdu." 

Staqsewh ukoll xi suldati u qalulu: "U aħna, x'għandna nagħmlu?" U huwa weġibhom: "Tisirqu lil ħadd bit-tehdid jew bil-qerq tagħkom, u kkuntentaw ruħkom bil-paga li għandkom."

Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: "Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar. Il-midra qiegħda f'idu, biex iderri l-qiegħa u jiġbor il-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma t-tiben jaħarqu b'nar li ma jintefiex." 

U b'ħafna twissijiet oħra kien ixandar lill-poplu l-bxara t-tajba.