L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

 

Il-Ħadd, 17 ta' Jannar 2016

It-Tieni Ħadd matul is-Sena (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Gwann (2:1-12) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. 

Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: «Ma għandhomx inbid.» U Ġesù qalilha: «X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.» Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: «Agħmlu kulma jgħidilkom hu.» 

Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, imqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru. Ġesù qal lill-qaddejja: «Imlew il-ġarar bl-ilma.» U dawk imlewhom sax-xifer. Imbagħad qalilhom: «Issa ħudu minnu u newluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda.» U huma marru jagħtuhulu. 

Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus u qallu: «Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb. Imma int l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa.»

Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.