L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

Ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. 

Il-Ħadd, 27 ta' Settembru 2015:   Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (9:38-43,45,47-48) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f'ismek u ridna nżommuh, għax hu m'huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f'ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min m'huwiex kontra tagħna, huwa magħna.

Min jagħtikom tazza ilma x'tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. 

Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma' għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawwru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar. U jekk idek hija għalik okkażjoni ta' dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b'id waħda fil-ħajja, milli li tmur b'idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex. U jekk riġlek hu għalik okkażjoni ta' dnub, aqtgħu barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b'riġel wieħed fil-ħajja, milli tinxteħet b'riġlejk it-tnejn fl-infern. U jekk għajnek hi għalik okkażjoni ta' dnub, aqlagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b'għajn waħda fis-Saltna ta' Alla milli tinxteħet b'għajnejk it-tnejn fl-infern, fejn id-dud tagħhom ma jmutx u fejn in-nar ma jintefiex.”