L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Kollox għamel tajjeb"

Il-Ħadd, 6 ta' Settembru 2015:  

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (7:31-37) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mill-inħawi tal-belt ta' Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli.

U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f'widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Mbagħad refa' għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu:"Effata," jiġifieri, "Infetaħ!" U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta' lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa. 

Ġesù wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh. U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: "Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin."