L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat."

Il-Ħadd, 22 ta' Marzu 2015,   Il-Ħames Ħadd tar-Randan (Sena B): Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (12:20-33) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: "Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù." 

Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù. U Ġesù weġibhom: "Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat. Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa' weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta' dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ. "Issa qiegħed inħoss ruħi mħawwda. U x'naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa. Missier, agħti glorja lil ismek."

Dak il-ħin instama' leħen mis-sema: "Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa' nigglorifikah." 

In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: "Kellmu xi anġlu." Ġesù wieġeb: "Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikomIl-ġudizzju ta' din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta' din id-dinja. U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja." 

Hu qal dan biex jurihom b'liema mewt kien sejjer imut.