L

A

I

K

0

S

 

 

Il-Ħadd, 14 ta' Awwissu 2016

L-Għoxrin Ħadd Matul is-Sena (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (12:49-53) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad ! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x'diqa għandi sa ma dan iseħħ! 

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum 'il quddiem ħamsa minn nies f'dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha."