L

A

I

K

0

S

 

 

Il-Ħadd, 31 ta' Lulju 2016

It-Tmintax-il Ħadd Matul is-Sena (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (12:13-21) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: "Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi." "Ħabib," wieġbu Ġesù, "min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?" 

Imbagħad qal lin-nies: "Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu." 

U qalilhom parabbola: "Wieħed raġel għani ġabar kotra ta' frott mir-raba' tiegħu. U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu, 'X'se nagħmel? Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu! Ara x'nagħmel,' qal, 'inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi. Mbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta' ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!" Iżda qallu Alla, 'Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta' min ikunu?' Hekk jiġrilu min jiġma' l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla."