L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

Mulej, jekk trid tista' tfejjaqni!

Il-Ħadd, 15 ta' Frar 2015:  

San Mark 1:40-45

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (1:40-45) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, nxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu: "Jekk trid, tista' tfejjaqni."  Mqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: "Irrid, kun imnaddaf."  

U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: "Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta' xhieda."  

Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma' kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f'ebda belt ma sata' iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa' barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.