L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

Tħobbha r-riħa ta’ żebgħa friska?

Il-Ħadd, 7 ta' Diċembru 2014:

Il-Bidu ta' l-Evanġelju ta' Ġesù Kristu l-Iben ta' Alla.  Bħalma hu miktub fil-ktieb ta' Isaija l-profeta: “Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbar tiegħi biex iħejji triqtek. Leħen ta' wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħi,”


Hekk Ġwanni deher jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija ta' ndiema għall-maħfra tad-dnubiet. U kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta' Ġerusalemm, jitgħammdu minnu fix-xmara Ġordan waqt li jistqarru dnubiethom.


Ġwanni kien jilbes libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u kien jiekol ġradijiet u għasel selvaġġ. U kien ixandar u jgħid: "Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu."  Evanġelju ta' San Mark (1:1-8)