L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!"

Il-Ħadd, 8 ta' Marzu 2015:

It-Tielet Ħadd tar-Randan (Sena B): Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (2:13-25) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll 'il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta' dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed. U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: "Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!" Id-dixxipli ftakru f'dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, "Il-ħeġġa għal darek fnietni.' 

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: "X'sinjal se turina li inti tista' tagħmel dan?" Ġesù weġibhom: "Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa' ntellgħu." Għalhekk il-Lhud qalulu: "Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?" Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. 

Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f'dan li kien qal, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù.

Waqt li kien Ġerusalemm għall-festa ta' l-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f'ismu billi raw is-sinjali li kien jagħmel. Imma Ġesù, min-naħa tiegħu, ma kienx jafda fihom, għax hu kien jaf lil kulħadd u ma kellux bżonn min jagħtih xhieda fuq il-bniedem, għax hu stess kien jaf x'hemm fil-bniedem.