laikos.org

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

L-Isfidi fid-Dinja tal-Lum

L-Aspetti Socjali u Ekonomici fl-Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku

 

Ara l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku bil-Malti u b’linwi oħra flimkien ma’ riżorsi dwarha  ikklikkja ...

It-Tlieta, 22 ta’ April 2014: Il-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, organizzat seminar fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù dwar l-aspett soċjali u ekonomiku tal-Ezortazzjoni Appostolika tal-Papa Frangisku, ‘Evangelii Gaudium’.  Is-seminar kien indirizzat minn Fr Paul Pace S.J., Provincjal tal-Ġiżwiti, mis-sur Michael Bonello, ex-Gvernatur tal-Bank Centrali u minn Dr Sue Vella, lecturer tal-Politika Socjali fl-Università ta’ Malta. L-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. ghamel diskors tal-għeluq. Is-seminar tmexxa mis-Sur Joseph F.X. Zahra, ko-ordinatur tal-Fondazzjoni.

Ritratti mill-Photocity, Valletta.