Home          |          Email          |             Blog          |                                                                                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

Il-Professur Joseph Ratzinger

illum il-Papa Benedittu XVI

 

 

It-Tifsira tal-Qawmien fit-taghlim ta’ Joseph Ratzinger

Sr. Daniela Micallef U.S.A.M.

 

Għaliex Alla poġġa fil-qalb tal-bniedem xewqa għall-immortalità, għamilha possibli li din ix-xewqa titwettaq. Il-mistoqsijiet  fuq it-tifsira tal-ħajja, għaliex il-mewt u x’hemm wara l-mewt, kollha jiġu mwieġba permezz tal-fidi. Infatti, Kristu stess qabel ma’ bata’ għalina qal lil dawk li kienu miegħu, “Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.”

Nistgħu nilqgħu din l-istedina  ta’ Ġesù jekk nużaw il-meżżi li tana, biex l-immortalità tkun tkomplija tar-relazzjoni li nkunu bdejna miegħu hawnhekk. Fid-dawl ta’ dan kollu qegħdin inġibu silta li tfiehem dan b’mod ċar, miktuba minn Joseph Ratzinger meta kien għadu professur fl-università ta’ Tubingen. Kienet is-sena 1967, żmien meta l-effetti tal-Konċilju kienu bdew jinħassu u jgħinu biex il-Knisja jkollha l-qawwa li tagħti forma ġdida lill-istorja tad-dinja. Għalhekk din il-kitba ġġedded kif inqisu l-ħajja ta’ dejjem skond il-fidi, u nagħtuha l-importanza li jixirqilha.

 

Qam mill-Imwiet. (1)

 

Għan-Nisrani, il-fidi fil-Qawmien ta’ Ġesù Kristu hi espressjoni taċ-ċertezza li l-għidut li qisha ħolma sabieħa hi fil-fatt vera : “ L-imħabba daqs il-mewt hi qawwija (Għan 8:6). Din is-sentenza fit-Testment il-Qadim tiġi f’nofs tifħir lill-qawwa ta’ l-eros. Iżda dan bl-ebda mod ma’ jfisser li nistgħu sempliċement nitfugħa fil-ġenb bħalha eżaġerazzjoni lirika. It-talbiet bla qies ta’ l-eros, l-ezaġerazzjonijiet u l-estravaganzi tiegħu, fir-realtà jesprimu problema bażika, tassew il-problema bażika ta’ l-eżistenza umana, fil-qies li jirriflettu n-natura u l-paradoss intrinsiku ta’ l-imħabba: l-imħabba titlob infinità, indistr-uttibiltà; tassew, huwa, biex ngħid hekk, sejħa għall-infinità. Iżda hu wkoll fatt li din il-karba ta’ l-imħabba ma’ tistax tiġi sodisfatta, li titlob l-infinità iżda ma tistax tagħtiha; li tippretendi l-eternità iżda fil-fatt hi nkluża fid-dinja tal-mewt, fis-solitudni tagħha u l-qawwa tagħha li teqred. Huwa biss minn dan  l-angolu li wieħed jista’ jifhem xi tfisser “il-qawmien”. Hi tassew l-akbar qawwa ta’ l-imħabba quddiem il-mewt. Fl-istess ħin hi prova ta’ dak li biss l-immortalità  jista’ joħloq li tkun fl-ieħor li għadu wieqaf meta jiena naqa’ biċċiet. Il-bniedem huwa esseri li minnu nnifsu ma’ jgħix għal dejjem iżda neċessarjament hu mgħoti għall-mewt. Għalih, li m’għandux kontinwità fih innifsu, is-sopravivenza mill-perspettiva purament umana, jista’ jkun possibli biss billi jkompli jeżisti f’ħaddieħor. L-istqarrijiet ta’ l-Iskrittura fuq il-konnessjoni bejn id-dnub u l-mewt għandhom jinftehmu minn dan l-angolu. Għaliex issa joħroġ ċar li l-isforz tal-bniedem li “jsir bħal Alla”, bit-tħabrik tiegħu għall-awtonomija, li permezz tiegħu jixtieq jieqaf fuq riġlejh waħdu, ifisser il-mewt tiegħu, għaliex ma jistax jieqaf waħdu biss.  Jekk il-bniedem – u din hi n-natura vera tad-dnub – madankollu jirrifletti li jirrikonoxxi l-limita-zzjonijiet tiegħu u jipprova jkun kompletament suffiċjenti fih in-nifsu, preċiżament billi jaddotta din l-attitudni jagħti lilu nnifsu għall-mewt.

Ħaġa min awl id-dinja l-bniedem jifhem li ħajtu biss ma’ ddumx u għalhekk irid jirsisti li jeżisti fl-oħrajn, ħalli permezz tagħhom u fihom jibqa’ fl-art tal-ħajjin. Ġew ippruvati żewġ modi b’mod partikolari. L-ewwel, li tibqa’ tgħix f’uliedek : għalhekk f’popli primi-tivi li ma tiżżewwiġġ u li tibqa’ bla tfal huma meqjusa bħalha l-aktar saħħta terribli; ifiss-ru qerda bla tama, mewta finali. Bil-maqlub, l-ikbar numru ta’ tfal possibli joffri fl-istess ħin l-ikbar ċans possibli ta’ għixien, tama ta’ l-immortalità, għalhekk l-akbar barka li l-bniedem jista’ jistenna. Tiġi murija mod ieħor meta l-bniedem jiskopri li f’uliedu jgħix biss b’mod li mhux minnu; irid li jibqa’ iżjed minnu. Għalhekk ifittex il-kenn fl-idea tal-fama, li għandu jagħmlu verament immortali jekk jibqa’ ħaj matul iż-żminijiet fil-memorja ta’ l-oħrajn. Iżda dan it-tieni attentat li jakkwista l-immortalità għalih innifsu billi jeżisti fl-oħrajn ifalli daqs l-ewwel wieħed : dak li jibqa’ mhux il-persuna iżda biss  l-eku tiegħu, ħjiel ta’ dell. Għalhekk immortalità magħmula mill-persuna hija biss sheol : iżjed mhux esseri milli esseri. In-nuqqas ta’ adegwatezza taż-żewġ modi jistrieħ ftit fuq il-fatt li l-persuna l-oħra li żżom l-eżistenza tiegħi wara mewti ma’ tistax iġġorr din l-esseri iżda biss l-eku tiegħu; u wisq iżjed fil-fatt li anke l-persuna l-oħra li jien afdajt, biex ngħid hekk, il-kontinwazzjoni tiegħi ma jibqax – anke hu jispiċċa.

Dan iwassalna għall-pass li jmiss. S’issa rajna li l-bniedem m’għandux permanenza fih innifsu u b’konsegwenza ta’ dan jista’ biss jibqa’ jeżisti f’ieħor iżda li l-eżistenza fl-ieħor hija mdella u għal darb’oħra mhix finali, għaliex l-ieħor jispiċċa wkoll. Jekk dan hu minnu, mela huwa biss wieħed li jista’ jagħti stabilità li jibqa’ : dak li hu, li ma jidħolx fl-eżisteza u jerġa’ jispiċċa iżda jibqa’ f’nofs dak li jgħaddi : l-Alla tal-ħajjin, li mhux biss iżomm id-dell u l-eku ta’ l-eżistenza, li l-ideat tiegħu mhumiex kopja tar-realtà. Jiena nnifsu l-ħsieb tiegħu, li biex ngħid hekk jistabbilixxini b’mod iżjed żgur, milli jiena fija nnifsi; il-ħsieb tiegħu mhux id-dell ta’ wara l-mewt iżda l-għajn oriġinali u l-qawwa ta’ l-esseri tiegħi. Fih nista’ nieqaf iżjed minn dell, fih jien tassew eqreb lejja nnifsi milli kont inkun li kieku ppruvajt nibqa’ waħdi.

Qabel ma’ nerġgħu lura minn hawn għall-Qawmien, ħa nippruvaw nararw l-istess ħaġa għal darb-oħra minn aspett ftit differenti. Nistgħu nerġgħu nibdew mill-għajdut fuq l-imħabba u l-mewt u ngħidu: Huwa biss fejn xi ħadd jsitma l-imħabba iżjed mill-ħajja, jiġifieri, huwa biss fejn xi ħadd lest jagħmel il-ħajja fit-tieni post wara l-imħabba, ħtija ta’ l-imħabba, li l-imħabba tista’ tkun iżjed qawwija u ikbar mill-mewt. Jekk għandha tkun iktar mill-imħabba, trid l-ewwel tkun ikbar mill-ħajja biss. Iżda jekk jista’ jkun dan, mhux biss intenzjonatament iżda fir-rejaltà , imbagħad dan ikun ifisser fl-istess ħin li l-qawwa ta’ l-imħabba tela’ l-fuq mill-qawwa ta’ dak li hu biss bijoloġiku u ħadha fil-qadi tiegħu. Biex nużaw it-terminoloġija ta’ Tielhard de Chardin, fejn seħħ dan, il-komplessità deċiżiva jew “komplessifikazzjoni” ikun seħħ ; il-bios, ukoll, kien ikun imdawwar minn u nkorporat fil-qawwa ta’ l-imħabba. Kienet taqsam il-fruntiera – il-mewt – u toħloq għaqda fejn il-mewt jifred. Jekk il-qawwa ta’ l-imħabba għal ħaddieħor x’imkien kien tant qawwi li setgħet iżżomm ħaj mhux biss il-memorja, id-dell tal-“Jien” tiegħu, iżda l-persuna nnifisha, ikun intlaħaq stadju ieħor tal-ħajja. Dan ifisser li li stat tal-evoluzzjonijiet bijoloġiċi u t-tibdiliet ikunu tħallew u tkun saret qabża għall-pjan wisq idfferenti, li fuqha l-imħabba ma’ tkunx iktar suġġetta għall-bios iżda tkun għamlet użu minnha. Stadju finali ta’ bidla u evoluzzjoni bħal din ma tkunx aktar stadju bioloġiku; tkun tfisser it-tmiem tas-sovranità tal-bios, li hu fl-istess ħin is-sovranità tal-mewt; kienet tiftaħ li stat ta’ dak li l-Bibbja Griega jsejjaħlu zoe, jiġifieri, ħajja definittiva, li ħalla warajh is-saltna tal-mewt. L-aħħar stadju ta’ l-evoluzzjoni li għandha bżonn id-dinja iżda mill-ispirtu, bil-ħelsien, bl-imħabba. Ma’ tkunx aktar evoluzzjoni iżda deċiżjoni u għotja flimkien.

Iżda wieħed jista’ jsitaqsi, dan kollhu, x’għandu x’jaqsam mall-Qawmien ta’ Ġesù ? Tajjeb, qabel ikkunsidrajna l-kwistjoni ta’ l-immortalità possibli tal-bniedem minn żewġ naħat, li issa jsiru aspetti ta’ ħaġa waħda. Aħna għedna, kif il-bniedem m’għandux permanenza fih innifsu, is-sopravvivenza tiegħu setgħet biss issir jekk jibqa’ jgħix f’ħaddieħor. U għedna, mill-punto di vista ta’ dan “l-ieħor”, li hi biss l-imħabba li jieħu  l-maħbub fih innifsu, fl-esseri tiegħu stess, setgħet tagħmel possibli din l-eżistenza fl-ieħor. Dawn iż-żewġ aspetti kumplimentarji huma riflessi għal darb’oħra, kif jidhirli jien, fiż-żewġ modi tat-Testment il-Ġdid li jiddiskrivu l-Qawmien tal-Mulej: “Ġesù qam” u “Alla (l-Missier) qajjem lil Ġesù.” Iż-żewġ formuli jiltaqgħu fil-fatt li l-imħabba totali ta’ Ġesù għall-bnedmin, li jmexxih lejn il-Missier u b’hekk issir iżjed qawwija mill-mewt, għaliex f’dan huwa totalment “qed jinżamm” minnu.

Minn dan jirriżulta pass iżjed ‘il-quddiem. Issa nistgħu ngħidu li l-imħabba dejjem tistabbilixxi xi forma ta’ immortalità; anke fl-istadju pre-uman tiegħu, jimmira, fil-forma tal-preservazzjoni ta’ l-ispeċi, f’din id-direzżzjoni. Tassew, dan it-twaqqif ta’         l-immortalità mhuwiex xi ħaġa aċċidentali għall-imħabba, mhux ħaġa li jagħmel fost l-oħrajn, iżda dak li jtih il-karattru speċifiku tiegħu. Dan il-prinċipju jista’ jiġi mibdul ; imbagħad ifisser li l-immortalità dejjem jipproċedi mill-imħabba, qatt mill-awtokrazija ta’ dak li hu suffiċjenti fih innifsu. Jista’ anke jkollna l-ħila nasserixxu li dan il-prinċipju, meta mifhum kif għandu jkun, japplika anke lil Alla kif inhu muri mill-fidi Nisranija, Alla, wkoll, hu permanenza assoluta, kontra dak kollu li hu transitorju, li jgħaddi, għar-raġuni li hu r-relazzjoni ta’ tlett Persuni ma’ xulxin, l-inkorporazzjoni “ f’li jkunu għall-xulxin” ta’ l-imħabba, att – sustanza ta’ l-imħabba li hu assolut u allura kompletament “relativ”, tgħix biss f’relazzjoni ma”. Bħalma għedna qabel, mhuwiex autokrazija, li ma’ jaf b’ħadd ħlief bih innifsu, li hu divin, sibna li dak li hu rivoluzzjonarju f’l-idea Nisranija tad-dinja u ta’ Alla, kontra dak li kien hemm fl-antik, hu li jitgħallem jifhem “l-assolut” bħalha assolutament “relazjoni” bħalha relatio subsistens.

Biex nerġgħu lura għall-argument tagħna, l-imħabba hu l-pedament ta’ l-immortalità, u l-immortalità tipproċedi biss mill-imħabba. Din l-istqarrija li wasalna għaliha tfisser ukoll li dak li għandu l-imħabba għall-kulħadd waqqaf l-immortalità għall-kulħadd. Din hi preċiżament it-tifsira ta’ l-istqarrija biblika li l-Qawmien tiegħu huwa l-ħajja tagħna. Ir-raġunament – li hu għalina kurjuż – ta’ San Pawl fl-Ewwel Ittra tiegħu lill-Korintin issa tinftiehem, jekk hu qam, mela anke aħna wkoll, għaliex l-imħabba hi iktar qawwija mill-mewt ; jekk ma qamx, mela l-anqas aħna, għaliex imbagħad is-sitwazzjoni hi li l-mewt għad għandha l-aħħar kelma, xejn iżjed (cf 1 Kor 15:16 f). Ladarba din hi stqarrija ta’ mportanza ċentrali, ħa nerġgħu nispjegawha mod ieħor : Jew l-imħabba hi aktar qawwija mill-mewt, jew mihiex. Jekk sar hekk fih, mela sar hekk preċiżament bħalha mħabba għall-oħrajn. Dan ifisser ukol, verament, li l-imħabba tagħna, mħollija għaliha waħedha mhix biżżejjed biex tegħleb il-mewt ; fih innifsu ikollhu jibqa’ karba mhix mismugħa. Ifisser li biss l-imħabba tiegħu, li tiltaqa’ mal-qawwa t’Alla ta’ ħajja u mħabba, jista’ jkun il-bażi ta’ l-immortalità tagħna. Madankollu, xorta jibqa’ veru li  l-mod ta’     l-immortalità tagħna jkun jiddependi mill-mod tagħna kif inħobbu. Ikollna nirritornaw fuq dan fit-taqsima fuq l-Aħħar Ġudizzju.

Iqum punt iktar il-bogħod f’din id-diskussjoni. Mogħtija l-konsiderazzjonijiet ta’ qabel, m’hemmx għalfejn ngħidu li l-ħajja ta’ dak li qam mill-mewt mhuwiex għal darb’oħra bios, il-forma bioloġika tal-ħajja mortali tagħna fl-istorja ; huw zoe, ġdid, differenti, ħajja definittiva ; ħajja li għaddiet li ‘l hinn mill-istat mortali ta’ bios u storja, stat li hawnhekk kien mgħoddi minn qawwa akbar. U fil-fatt ir-rakkonti tal-Qawmine tat-Testment il-Ġdid iħalluna naraw ċar li l-ħajja ta’ Dak li Qam qiegħed, mhux fil-bios storiku, iżda ‘l fuq u li ‘l hinn minnu. Hu wkoll veru, naturalment, li din il-ħajja ġdida dehret fl-istorja u kellha tagħmel hekk, għaliex wara kollox hi hemm “għal” l-istorja, u l-mezz Nisrani bażikament mhu xejn għajr it-trasmissjoni tax-xhieda li l-imħabba rnexxilha tkisser il-mewt hawnhekk u b’hekk biddel b’mod fundamentali s-sitwazzjoni tagħna lkoll. Ladarba rrealiżżajna dan, m’għadux diffiċli li ssib il-mod tajjeb għax-xogħol diffiċli li tispjega      r-rakkonti bibliċi tal-Qawmien, jiġifieri, li takkwista fehema ċara tas-sens proprju li fih għandhom jiġu mifhuma. Huwa ovvju li hawnhekk ma’ nistgħux nippruvaw diskussjoni dettaljata tal-kwistjoni nvoluta, li llum jippreżentaw ruħhom b’mod aktar diffiċli minn qatt qabel; speċjalment l-istqarrijiet storiċi – u l-aktar mhux maħsuba kif għandu jkun – stqarrijiet filosofiċi qed isiru iżjed u iżjed mgħaquda b’mod li ma’ jinħallux, u l-istess eżeġeżi ta’ spiss tipproduċi l-filosofija tagħha, li hi ntenzjonata biex tidher lill-lajk bħalha distillazjoni raffinata sew tax-xhieda biblika. Hawnhekk ħafna punti ta’ dettalji dejjem jibqgħu miftuħin għad-diskussjoni, iżda huwa possibli li tagħraf linja bażika li tifred l-ispjega li tibqa’ spjega u l-adattament arbitrarju [ għall-mod ta’ ħsieb kontemporanju ].

L-ewwelnett huwa ċar ħafna li wara l-Qawmien tiegħu mill-imwiet Kristu ma’ marx lura għall-ħajja terrena tiegħu ta’ qabel, bħalma jgħidulna li għamlu ż-żagħżugħ ta’ Nain u Lażżru. Hu reġa’ qam għall-ħajja definittiva, li mhux immexxi min liġijiet kimiċi jew bioloġiċi u għalhekk hu barra l-possibiltà tal-mewt, fl-eternità mogħti mill-imħabba.

Għalhekk il-laqgħat miegħu huma “dehriet”, għalhekk dak li miegħu qagħdu n-nies għall-mejda jumejn qabel mhux mgħarraf  mill-ħbieb tal-qalb tiegħu u, anke meta mgħarraf, jibqa’ qisu barrani : huwa biss fejn hu jagħti l-viżjoni li hu muri ; huwa biss meta jiftaħ għajnejn il-bnedmin u jġiegħel li qlubhom jinfetħu tista’ l-wiċċ ta’ l-imħabba eterna li jirbaħ il-mewt tiġi mgħarrfa fid-dinja mortali tagħna, u, f’dik l-imħabba, id-dinja ġdida, differenti, id-dinja ta’ dak li għandu jiġi. Għalhekk huwa wkoll dawshekk diffiċli, tassew Assolutament impossibli, għall-Vanġeli li jiddiskrivu l-laqgħa ma’ Kristu rxoxtat; għalhekk jistgħu biss itemtmu meta jitkellmu min dawn il-laqgħat u jidhru li qed jagħtu deskrizzjonijiet kontradittorji tagħhom. Fir-realtà huma unanimi b’mod li jissorprendi fid-djalettika ta’ l-istarrijiet tagħhom, fis-simultanjetà tal-mess u n-nuqqas ta’ mess, fl-għarfien u n-nuqqas ta’ għarfien, ta’ identità kompleta bejn l-imsallab u l-Kristu rxoxtat u l-bidla kompleta. In-nies jagħrfu lill-Mulej u mbagħad ma’ jerġgħux jagħrfuh ; in-nies imissuh, u madankollu ma’ tistax tmissu huma l-istess iżda tant differenti. Bħalma għedna, id-djalettika hija dejjem l-istess; huwa biss il-mezz ta’ l-istil li bih hu espress li jinbidel.

Per eżempju, ħalli neżaminaw naqra iżjed mill-qrib minn din il-punto di vista l-istorja ta’ Emmaus, li diġà semmejna fil-qosor. Għall-ewwel jidher li hawnhekk għandna idea kompletament terrena u materjali tal-qawmien; bħallikieku xejn ma’ jibqa’ mill-elementi misterjużi u ndiskrivibbli tar-rakkonti Pawlini. Jidher li qisu t-tendenza lejn rakkont dettaljat, għall-konkretezza tal-leġġenda, miżmum mix-xewqa ta’ l-apoloġista għal xi ħaġa tanġibbli, rebaħ u ġab lill-Mulej irxoxtat lura għall-istorja terrena. Iżda din l-impressjoni hi kkontrastata malajr mid-dehra misterjuża tiegħu u l-mod mhux inqas misterjuż li bih jisparixxi. L-idea hi wisq iżjed ikkontrastata mill-fatt li anke hawnhekk, jibqa’ ma’ jingħarafx minn dawk imdorrija jarawh. Ma jistax jiġi miżmum tajjeb bħal fil-ħajja terrena tiegħu, hu skopert biss fid-dinja tal-fidi; jixgħel il-qlub taż-żewġ vjaġġaturi bl-interpretazzjoni tiegħu ta’ l-Iskrittura u billi jaqsam il-ħobż jiftħilhom għajnejhom. Din hi referenza għaż-żewġ elementi bażiċi tal-qima tal-bidu tal-Kristjaneżimu, li kienet iffurmata mill-liturġija tal-kelma (il-qari u l-ispjega ta’ l-Iskrittura), u l-qsim tal-ħobż ewkaristiku. B’dan il-mod l-evanġelista jagħmilha ċara li l-laqgħa ma’ Kristu rxoxtat tistrieħ fuq pjan kemmxejn ġdid; jipprova jiddeskrivi dak li ma’ jsitax jiġi deskritt fit-termini tal-fatti liturġiċi. B’hekk jipprovdi kemm teoloġija tal-Qawmien kif ukoll teoloġija tal-liturġija: wieħed jiltaqa’ ma’ Kristu rxoxt fil-kelma u fis-sagrament, il-qima huwa l-mod li bih jintmess minnha u magħruf bħalha Kristu ħaj. U bil-kontra, l-liturġija huwa bbażat fuq il-misteru ta’ l-Għid; għandu jiġi mifhum bħalha l-mod li bih il-Mulej jersaq lejna. Fih isir il-kumpann tal-vjaġġ tagħna, jixgħel il-qlub bierda tagħna, u jiftħilna l-għajnejn issiġillati tagħna. Għadu jimxi magħna, għadu jsibna nkwetati u qalbna sewda, u għad għandu s-setgħa li jġibna naraw.

Ċertament, dan kollu hu biss nofs l-istorja; li tieqaf s’hawn tkun qed tiffalsifika x-xhieda tat-Testment il-Ġdid. L-esperjenza ta’ Kristu rxoxt hija aktar minn laqgħa ma’ raġel fl-istorja tagħna, u ċertament ma’ jridx jiġi misjub f’konverżazzjonijiet madwar mejda u tifkiriet li fl-aħħar kellhom jiġu ċċarati fl-idea li għadu ħaj u jaqdi l-affarijiet tiegħu. Interpretazzjoni bħal din tirriduċi dak li ġara għal-livell purament uman u tisraqlu l-kwalità speċifika tiegħu. Ir-rakkonti tal-Qawmien huma xi ħaġ’oħra u iżjed minn xeni liturġiċi moħbija: jagħmlu viżibli l-ġrajja fundamentali li fuqha tistrieħ il-liturġija Nisranija. Huma jixhdu għall-viċinament li ma ġietx mill-qlub tad-dixxipli iżda li ġiehom minn barra, li kkonvinċiethom minkejja d-dubji tagħhom u għamlithom ċerti li l-Mulej kien qam tassew. Dak li kien mimdud fil-qabar m’għadux hemm ; hu – tassew hu nnifsu – jgħix. Dak li kien meħud fid-dinja l-oħra t’Alla wera lilu nnifsu tant setgħan li jagħmilha tassew ċara li hu nnifsu kien reġa’ wieqaf quddiemhom, li fih il-qawwa ta’ l-imħabba verament werea ruħu qawwi iżjed mill-qawwa tal-mewt.

Huwa biss billi tieħu dan bl-istess serjetà ta’ dak li għidna l-ewwel li wieħed jibqa’ fidil għax-xhieda miġjuba mit-Testment il-Ġdid; b’hekk biss, ukoll, hi ppreservata s-serjetà tiegħu fl-istorja tad-dinja. L-attentat komdu biex teħles lilek innifsek mit-twemmin fil-misteru ta’ l-azzjonijiet qawwija t’Alla f’din id-dinja u fl-istess ħin li jkollok is-sodisfazzjoni li tibqa’ fuq il-pedament tal-messaġġ bibliku ma’ jwassal imkien, la jlaħħaq ma l-onestà tar-raġuni u l-anqas ma’ l-kisbiet tal-fidi. Wieħed ma jistax ikollu kemm it-twemmin Nisrani kif ukoll “reliġjon mingħajr il-limitu tar-raġuni safja”; l-għażla hi inevitabbli. Dak li jemmen jara iżjed u iżjed ċar, verament, kemm hi ħaġa razzjonali li jkollok fidi fl-imħabba li rebħet il-mewt.

    

______

1.       Joseph Ratzinger / Benedict XVI, Introduction to Christianity, Ignatius Press 2004, pps. 301-310.

 

 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta