Xi tfisser li nkunu dixxipli ta’ Ġesù illum?

 

F’dan il-filmat qasir bi produzzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, Fr Martin Cilia jitkelem dwar it-tifsira tad-dixxipulat nisrani fil-ħajja tal-lum.  Xi tfisser li nkunu dixxipli ta’ Ġesù illum?   Kif nistgħu nikbru fid-dixxipulat tagħna?  X’qawwa tagħtina l-ħajja tad-dixxipulat? 

 

 

Inwasslu l-imħabba ta’ Ġesù lill-oħrajn

Mill-Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku

 

Li nkunu dixxipli jfisser li jkollna dispożizzjoni permanenti biex inwasslu l-imħabba ta’ Ġesù lill-oħrajn, u dan iseħħ b’mod spontanju kullimkien, fit-triq, fil-pjazza, fuq ix-xogħol, tul vjaġġ."

[Minn paragrafu 127]

 

 

Naf li Alla jeżisti minħabba l-effett li ħalla fil-ħajja tiegħi.

“Lil Alla qatt ma rajtu, però għamel effett kbir fil-ħajja tiegħi. …  Meta bdejt ngħix bħal ma jgħidilna Hu, ħajti inbidlet ta’ taħt fuq. …  Jiena naf li jeżisti minħabba l-frott li qed iħalli fil-ħajja tiegħi.  … Kemm jien iffurtunat li għandi din il-fidi!”

 

◄  Kompli isma’ x-xhieda taż-żagħżugħ Nicky Portelli.  Ikklikkja fuq l-istampa.

 

Minn missjunarju mormon għall-seminarista kattoliku.

Thomas Smith trabba f’familja ta’ twemmin Mormon.  F’din l-intervista li saritlu minn Marcus Grodi tal-EWTN huwa stqarr li t-twemmin tiegħu kien kollox għalih; kien ħajtu kollha, tant li bħala żgħażugħ huwa mar jagħmel sentejn ħidma missjunarja biex jipperswadi lill-insara biex huma wkoll isiru Mormons.  Allura x’wasslu li huwa stess mhux biss isir kattoliku imma wkoll jidħol f’seminarju biex iħejju ruħu għas-saċerdozju? 

◄  Ara l-filmat fuq ix-xellug.

“Qtilt erbgħa minn uliedi”

Ġrajja ta’ koppja li wettqu abort fuq erbgħa minn uliedhom.  Wara konverżjoni straordinarja, huma kellhom żewġ subien li rabbewhom b’għożża u mħabba kbira, imma   “Kull meta nħares f’wiċċhom niftakar li hemm erbgħa oħra li mhu se nara wiċċhom qatt … ħlief meta mmur hemm, ħdejhom.”

◄   Ara l-filmat fuq ix-xellug.

 

Id-droga ma tintrebaħx bid-droga! Id-droga hi xi ħaġa ħażina.

Il-Ġimgħa, 20 ta' Ġunju 2014: Il-flaġell tad-droga qed ikompli jinxtered f’forom u f’dimensjonijiet  li jimpressjonawk; hu sostnut minn suq moqżież li ma jafx  bi  frunitieri nazzjonali u kontinentali. ...  Irrid ngħid b’mod ċar ħafna li d-droga ma tintrebaħx bid-droga! Id-droga hi xi ħaġa ħażina, u fejn hemm  dak li hu ħażin  la tista’ ċċedi u lanqas tagħmel kompromessi.  Żgur li  l-problema ma ssolvix ruħha  billi wieħed jaħseb li ser inaqqas il-ħsara jekk jagħti permess   li jintużaw psikofarmaċi  minn dawk il-persuni li jkomplu jagħmlu użu mid-droga.  Il-legalizzazzjoni ta’ dawk  li jissejħu “drogi ħfief”, anki jekk din tkun parżjali,  mhux biss hi xi ħaġa diskutibbli fuq livell leġiżlattiv, iżda  lanqas ma twassal għall-effetti maħsuba.

Aqra bil-Malti d-diskors kollu tal-Papa

Sar Kattoliku għall-Ewkaristija.

Wara 42 sena bħala Pastor ta' komunità protestanta, Cliff Bajema u martu saru kattoliċi. "Ridt niltaqa' ma' Kristu. Ridt immissu u narah.  Ridt induqu fl-Ewkaristija u fil-liturġija."

Kompla jgħid … “Qatt aktar ma nista’ ngħid li mort il-Knisja għalxejn għax l-omelija kienet fqira.  Il-liturġija tpatti biżżejjed għan-nuqqasijiet tas-saċerdot.”

Dak li qal dwar l-Ewkaristija u l-liturġija jista' jkun ta' ċanfira għalina li mhux dejjem napprezzaw biżżejjed dan is-Sagrament kbir tal-Imħabba ta' Alla.

◄      Ara l-filmat fuq ix-xellug

 

 

Ara l-filmat direttament fil-YouTube

L-Isfida ta’ Nisrani fil-politika u fil-ħajja biex jgħix il-fidi ..."

Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2014: Fiċ-Ċentru Pastorali tal-parroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, saret, diskussjoni publika dwar l-isfidi ta’ Nisrani fil-politika u fil-ħajja biex jgħix il-fidi f’kull ħin u f’kull post..

Ħadu sehem Fr Joe Galea Curmi flimkien mal-Onorevoli Membri Parlamentari, Robert Cutajar, Marlene Farrugia, Tonio Fenech u Silvio Parnis.  Mexxa d-diskussjoni Andrea Pace.  Kienet kordinata mis-Segretarjat għal-Lajċi.

Ara aktar  

 

Ara l-filmat direttament fil-YouTube

Il-Knisja f’Malta wieġbet għas-sejħa tal-Papa biex isir talb għall-paċi.

Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2014: Il-Knisja f’Malta wieġet għas-sejħa tal-Papa Franġisku (ara filmat fuq ix-xellug) biex l-insara jingħaqdu fit-talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa.  Dan hekk kif nhar il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju 2014, il-Papa Franġisku ser ilaqqa’ l-President Palestinjan Mahmoud Abbas u l-President Iżraeljan Shimon Peres fil-Vatikan, għal mument ta’ talb għall-paċi.  Din l-istedina twasslet direttament liż-żewġ mexxejja mill-Papa Franġisku, waqt iż-żjara li huwa għamel fl-Art Imqaddsa bejn l-24 u s-26 ta’ Mejju 2014.

Kompli ara l-istqarrija tal-Kurja  

 

Il-Papa Franġisku: “Nitlobkom biex ma tħalluniex waħidna.”

Erbgħa, 28 ta’ Mejju 2014: Fl-Udjenza Ġenerali, waqt li tkellem dwar il-pellegrinaġġ tiegħu fl-Art Imqaddsa, il-Papa Franġisku fakkar fl-istedina li huwa għamel lill-Mexxejja tal-Palestina u ta’ Iżrael biex imorru l-Vatikan biex jitolbu miegħu għall-paċi. 

Imbagħad kompla, “U jekk jogħġobkom, nitlobkom biex ma tħalluniex waħidna: itolbu intom ukoll, itolbu ħafna biex il-Mulej jagħtina l-paċi, jagħtina l-paċi f’dik l-Art imbierka!  Se nserraħ fuq it-talb tagħkom.  Bil-qawwa, itolbu, f’dan iż-żmien, itolbu ħafna biex tasal il-paċi.”  Aħna se nwieġbu għal din is-sejħa imqanqla tal-Papa?  Jew forsi nippretendu li din ma tgħoddx għalina?

 

Netanyahu lill-Papa, “Aħna nitolbu għalik u inti itlob għalina!”

It-Tnejn, 26 ta' Mejju 2014: Matul dan il-vjaġġ tiegħu fl-Art Imqaddsa, il-Papa Franġisku stieden lill-President Abbas tal-Istat Palestinjan u lill-President Peres tal-Iżrael biex imorru fir-residenza tiegħu fil-Vatikan ħalli jitolbu flimkien miegħu. Dan huwa pass kbir fit-triq tal-paċi. 

Imbagħad fi tmiem dan il-pellegrinaġġ, huwa u jsellem lill-Papa, il-Prim Ministru ta’ Iżrael Netanyahu qallu, “We pray for you and you pray for us”. 

Aħna lesti nagħmlu l-istess?  Bħala nsara u bħala Knisja f’Malta, lesti nitolbu flimkien aħna wkoll?

Memorja u Identità - Diskussjoni dwar ktieb ta' Ġwanni Pawlu II

Il-Ħamis, 8 ta’ Mejju 2014: Fl-okkazjoni tal-kanonizzazzjoni tal-Papiet Ġwanni XXIII U Ġwanni Pawlu II, iċ-ĊAK, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għal-Lajċi organizza laqgħa li biha fakkar il-memorja ta’ dawn il-Papiet u fl-istess waqt għinna naraw x’inhi l-identità tagħna fid-dawl tal-ktieb ta’ Ġwanni Pawlu II, “Memorja u Identità.

Ħadu sehem Dr Eddie Fenech Adami, Mons. Anton Gouder, u l-Onor. Parlamentari George Vella u Claudette Buttigieg.  Id-diskussjoni tmexxiet minn Ms Sara Portelli u Mr Andrea Pace.

Ara l-filmat u aktar dettalji

 

Sehmna fil-Bini tas-Soċjetà

Il-Ħamis, 24 ta’ April 2014, 7.30pm: Is-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta organizza laqgħa ta’ diskussjoni bit-tema, “L-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet għal żmien ir-Randan: Sehmna fil-Bini tas-Soċjetà”. Il-laqgħa saret fil-Katekumenju tal-Mosta u fiha ħadu sehem l-Onorevoli Membri Parlamentari Carmelo Abela, David Agius, Charlo Bonnici u Luciano Busutill, flimkien mas-Saċerdot ir-Reverendu Dun Joe Galea Curmi.  Fi tmiem il-laqgħa kien hemm ħin qasir għall-interventi minn dawk preżenti.  Il-laqgħa tmexxiet Sinjuri Matteos Galea u Benjamin Camilleri.

Ara l-Ittra Pastorali tal-Isqfiiet Maltin

Ara l-filmat u aktar dettalji