L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

L-Amoris Laetitia dwar ir-Raġel u l-Mara

 

FITTEX ...

Aktar kwotazzjonijiet mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġsku, Amoris Lætitia.

Ejjew nirfsu l-għatba ta din id-dar kollha sliem, bil-familja tagħha bilqiegħda madwar il-mejda tal-ikel. Fil-qalba tagħha nsibu lill-koppja tal-missier u l-omm bl-istorja kollha ta mħabbithom. Fihom jitwettaq dak il-pjan oriġinali li Kristu nnifsu jfakkar bmod hekk qawwi: Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara? (par. 9)

 

Ħadd ma jista jaħseb li jekk indgħajfu l-familja bħala soċjetà naturali msejsa fuq iż-żwieġ, dan ħa jiswa ta xi ġid għas-soċjetà. Jiġri bil-maqlub: jippreġudika l-maturazzjoni tal-persuni, il-ħarsien tal-valuri komunitarji u l-iżvilupp etiku tal-bliet u l-irħula. Ma nibqgħux naraw ċar kif hi biss l-għaqda esklussiva u indissolubbli bejn raġel u mara li għandha funzjoni soċjali sħiħa, għax hi impenn stabbli u minnha jista joħroġ il-frott fl-ulied. (par. 51)

 

Sfida oħra ġejja mill-bosta xejriet ta ideoloġija, ġenerikament imsejħa tal-ġeneru, li tiċħad id-differenza u r-reċiproċità naturali bejn raġel u mara. Li għandha f’moħħha hi soċjetà bla differenzi ta’ sess u li trid tbattal il-bażi antropoloġika tal-familja. Din l-ideoloġija twassal għal proġetti edukattivi u orjentamenti leġislattivi li jippromovu identità personali u intimità affettiva li minn għeruqhom huma maqtugħa mid-diversità bijoloġika bejn raġel u mara. (par. 56)

 

Meta [Ġesù] jirriferi għall-pjan oriġinali għall-koppja umana, jerġa’ jagħfas fuq ir-rabta li ma tinħallx bejn raġel u mara. (par. 62)

 

Skont l-ordni tal-ħolqien, l-imħabba konjugali bejn raġel u mara u t-trasmissjoni tal-ħajja huma orjentati lejn xulxin. (par. 81)

 

Iż-żwieġ Nisrani, mera tar-rabta bejn Kristu u l-Knisja tiegħu, jitwettaq bmod sħiħ fl-għaqda bejn raġel u mara, li jingħataw lil xulxin fi mħabba esklussiva u fil-fedeltà ħielsa, jibqgħu ta xulxin sal-mewt u miftuħa għat-trasmissjoni tal-ħajja, ikkonsagrati mis-sagrament li jsawwab fuqhom il-grazzja biex jinbnew bħala Knisja tad-dar u ħmira ta ħajja ġdida fis-soċjetà. (par. 292)