Talba

Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Lisbona 2023

 

O Verġni taż-Żjara,

li mort tħaffef lejn l-għoljiet

biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta,

ħeġġiġna nimxu biex noħorġu niltaqgħu

ma’ dawk kollha li qed jistennewna

nwasslulhom il-Vanġelu ħaj:

Ġesù Kristu, Ibnek u Sidna!

 

Immorru nħaffu

bla distrazzjoni jew dewmien,

imma minnufih u bil-ferħ.

 

Immorru bis-sliem,

għax min għandu lil Kristu għandu l-paċi,

u aħjar “tagħmel it-tajjeb” milli “toqgħod tajjeb int”.

 

Verġni taż-Żjara,

ħalli dan il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ,

imnebbaħ minnek,

ikun ċelebrazzjoni reċiproka ta’ Kristu

li aħna nġorru magħna, kif għamilt int.

Agħmel li jinbidel f’okkażjoni ta’ xhieda

u qsim, ta’ fraternità u gratitudni,

aħna u nfittxu ’l-oħrajn li wkoll qed jistennew.

 

Miegħek inkomplu nterrqu

f’din il-mixja tal-laqgħa,

biex id-dinja tista’ tingħaqad

fil-fraternità,

fil-ġustizzja u fil-paċi.

 

Għinna,

Verġni taż-Żjara,

biex inwasslu lil Kristu għand kulħadd,

f’ubbidjenza lejn il-Missier,

fl-imħabba tal-Ispirtu!