Laikos

 

Via Sagra għat-Tfal

 

 

 

Saret mill-

Kummissjoni Djoċesana Tfal

is-Sibt 1 ta' April 2017

fil-ġonna tal-Palazz Verdala

 

 


 

Ħafna aktar meditazzjonijiet tal-Via Sagra fil-Laikos  ...

 

 

 

Nimxu ma’ Ġesu`

 

Via Sagra mill-Kummissjoni Djoċesana għat-tfal

 

 

L-Ewwel stazzjon – Ġesù kkundannat għall-mewt

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 1 - ma nistax nifhem għala n-nies riedu jsallbu lil Ġesù, u kif Pilatu aċċetta ... ja beżżiegħ li hu  ...  u Ġesù baqa hemm sieket, lanqas biss ipprova jiddefendi lilu nnifsu.

 

Tifla 1 - u inti taħseb li kieku aħna konna hemm, konna nkunu kapaċi u mmorru kontra l-kurrent? Wara kollox Ġesù miet minħabba d-dnubiet tagħna lkoll, biex aħna nsalvaw ...  

 

Tifel 1 - Kemm għandek raġun, veru  ...  .naħseb li aħna għadna sa llum ngħajjtu sallbu sallbu, meta ma nimxux fuq il-passi tiegħu, fl-iskola, mal-ħbieb, il-mużew u d-dar.

 

Talba: Ġesù, ħafna drabi jien niddefendi lili nnifsi u nġib kull skuża possibli anke meta nkun naf li għamilt xi ħaġa ħażina.  għinni sabiex inkun onest, u qatt ma nivvinta fuq l-oħrajn u  agħtini l-kuraġġ biex meta jkolli tort nammetti. 

 

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

It-Tieni Stazzjon – Ġesù mgħobbi bis-salib

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 2 min jaf kif kien diġa għajjien bis-swat li qala minn għand is-suldati ...

 

Tifla 2 min jaf kemm qabbduh dwejjaq jisma lil istess nies li ftit qabel ferħu bih jgħajjtu sallbu sallbu ...  

 

Tifel 2 min jaf kemm kien imdejjaq  ...  u ħadd ma ta kas!

 

Tifla 2 – u sadanittant ġarr is-salib mingħajr ma qagħad igerger..mhux bħalna ngergru ma kull ħaġa li jkollna nagħmlu

 

Talba – Ġesù kultant jien ingerger għax ikolli nagħmel il-homework jew meta tad-dar iqabbduni xi biċċa xogħol x’nagħmel. Ġesù għinni biex ma noqgħodx ingerger, anzi nagħmel dak li jkun mitlub minni bil-qalb

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

It-Tielet Stazzjon –Ġesù jaqa għal-ewwel darba taħt is-salib

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 3 Waqa ... t-toqol tas-salib ma felħux  ... 

 

Tifla 3 u reġa qam  ...   

 

Tifel 3 kos ... li waqa ngħidu u li reġa qam ma ngħidux

 

Tifla 3 – u dan li għandu jagħmlilna kuraġġ lilna l-bnedmin li għalkemm Ġesù waqa taħt it-toqol tas-salib, reġa qam, u kompli miexi ...

 

Talba – Ġesù għinna nagħmlu l-kuraġġ, meta ma mmorrux tajjeb fl-iskola, jew meta nitilfu xi logħba mportanti.  għinna biex qatt ma nħossu ruħna telliefa u naqtgħu qalbna iżda għinna biex meta nħarsu lejk taħt it-toqol tas-salib nagħmlu l-kuraġġ li bħalek nerġgħu nqumu biex inkomplu l-mixja tagħna.

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

Ir-Raba' Stazzjon – Ġesù jiltaqa' m’ommu Marija

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 4 Min jaf x’ħasset Marija kif ratu hemm f’dik is-sura  ... 

 

Tifla 4 Min jaf kemm feraħ Ġesù meta raha  ... 

 

Tifel 4 jew tħassarha tarah hemm b’dak id-demm ma wiċċu 

 

Tifla 4 – min jaf kemm xtaqet li setgħet terfgħu u taħrab bih kif għamlet meta kien tarbija ... mma l-pjan t’Alla għaliha u għalina kien mod ieħor ... u Hi is-skiet reġgħet aċċettat dan kollu.

 

Talba – Ġesù inti taf li l-ġenituri tagħna u dawk li jieħdu ħsiebna jħobbuna ħafna ... iżda aħna kultant nirrabjaw magħhom u neħduha kontrihom, speċjalment meta jikkoreġuna. Ġesù filwaqt li nirringrazzjawk ta’ dawk li jieħdu ħsiebna, għinna nħobbuhom u nirrispettawhom dejjem iżjed

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

Il-Ħames Stazzjon – Ġesù mgħejjun minn Xmun iċ-Ċirinew

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 5 Dan Xmun min kien? Ħabib ta’ Ġesù?

 

Tifla 5 Le ta, t-teacher qaltilna li dak kien ġej mill-għalqa m’uliedu u s-suldati ġegħluh jgħin lil Ġesù jerfa s-salib

 

Tifel 5 u hu aċċetta? Hekk? Mingħajr ma kien jafu? 

 

Tifla 5 – iva mela  ...  jista jkun li għal ewwel m’għenux minn qalbu, imma għax beża mis-suldati ... u mbagħad forsi tħassru u għenu iżjed bil-qalb ... ħeqq bħal ma nagħmlu aħna hux xi kultant

 

Talba – Ġesù jien mhux dejjem ikolli aptit ngħin lil ħuti, lil sħabi jew lil ġenituri tiegħi, għalhekk Ġesù nixtieq nitolbok biex tgħinni nkun b’qalbi miftuħa biex ngħinhom, daqs li kieku qed ngħin lilek.  Irrid inkun persuna b’qalb tajba u t’għajnuna għal ta madwari.

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

Is-Sitt Stazzjon – Il-Veronika timsaħ wiċċ Ġesù

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 6 Ara din   ...   naħseb tħassritu b’dak id-demm ma wiċċu ...

 

Tifla 6 ma beżgħetx għandek tgħid, lanqas mis-suldati

 

Tifel 6 U Ġesù rringrazzja għal dak li għamlet, għax ħallilha marka ta wiċċu fuq il-maktur li kellha ...  kemm kienet xortiha tajba, qed ngħid

 

Tifla 6 – veru għandek raġun ... imma jaħasra Ġesù lilna ħallilna lilu nnifsu fit-tqarbin, u aħna bħal donnu lanqas napprezzaw ... għax kieku żgur ma nitlfux quddiesa kuljum

 

Talba – Ġesù kemm nixtieq ikolli l-kuraġġ li kellha l-Veronika, u ma nibżax quddiem min jiċħdek, għinni sabiex meta nara lil ħaddieħor li qed jiġi mżeblaħ speċjalment minħabba f’ismek ikolli l-kuraġġ li ngħinu.

Missierna, Sliema u Glorja

 

 


 

Is-Seba' Stazzjon – Ġesù jaqa għat-tieni darba taħt is-salib

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 7 Ara reġa waqa ...

 

Tifla 7 u għal darb’oħra reġa qam ...

 

Tifel 7 Qam, biex jurina li anke fit-tbatija jeħtieġ nagħmlu kuraġġ ...

 

Tifla 7 – iva veru, u ried jurina wkoll, li anke meta nagħmlu dnub ... nindmu  ...  u nerġgħu naqgħu ... dejjem nistgħu nerġgħu nqumu u nerġgħu nippruvaw inkomplu mexjin il-miexja tagħna

 

Talba – Ġesù kultant ngħejjew, naqtgħu qalbna ... għalhekk nitolbuk għinna biex nagħmlu kuraġġ. Ħbieb, nixtieq nistedinkom ... aħsbu f’xi ħaġa li ġġegħlkom tħossukom bla saħħa, u itolbu lil Ġesù jgħinkom biex ikollkom l-kuraġġ li tergħu tqumu ... anke meta tkun diffiċli!

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

It-Tmien Stazzjon – Ġesù jiltaqa man-nisa ta’ Ġerusalemm

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 8 Fl-aħħar  ...  kien hemm xi ħadd li bkieh ... minbarra ommu Marija

 

Tifla 8 min jaf kif twerwru dawk it-tfal  ...  qalb dak l-għajjat tas-suldati

 

Tifel 8 għandek tgħid dawn in-nisa kienu ħbieb ta veru ... baqgħu mexjin warajh anke meta kien imwarrab minn kulħadd

 

Tifla 8 – veru, kemm għandek raġun. U safrattant hu xorta ħaseb fina ... għax qalilhom tibkux lili ibku lilkom u lil uliedkom

 

Talba – Ġesù waqt it-tbatija tiegħek ukoll ħsibt fina  ...  għinna beix waqt it-tbatijiet tagħna aħna niftakru f’dawk li għadejjin mit-tbatija, speċjalment it-tfal li żgur ikunu innoċenti quddiem il-gwerer u nkwiet ieħor.

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

Id-Disa' Stazzjon – Ġesù jaqa għat-tielet darba

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 9 Uff reġa waqa  ... 

 

Tifla 9 imma reġa qam ... jeħtieġ li naraw il-pożittiv anke meta taħt is-salib

 

Tifel 9 Jien naħseb li kif ra kemm kien jonqsu jimxi   ...   bħal donnu qata qalbu, u ċeda  ...  waqa

 

Tifla 9 – imma mbagħad għalina lkoll reġa qam, biex ikompli t-triq sal-aħħar  ...  iħobbna wisq

 

Talba – Ġesù kultant ikun hemm min iweġġagħna b’għemilu u bi kliem, inkella meta l-iżjed li jkollna bżonn ma nsibux min jgħinna.  Ġesù għinni naħfer kif għamilt int, għinni biex ma nirrabjax u ma nżommx ir-rabja fija lejn xi ħadd li forsi jkun weġġgħani.

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

L-Għaxar Stazzjon – Ġesù mneżża minn ħwejjġu

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 10 Iss’isbaħ  ...  ara veru ma kellhomx mistħija dawn in-nies ta  ... 

 

Tifla 10 min jaf kemm staħa u ddejjaq Ġesù, f’dik is-sura quddiem kulħadd

 

Tifel 10 imma kien jaf li Alla kien miegħu anke f’dan il-mument,

 

Tifla 10 – u li fuq kollox kien iħobb kemm lilu kif ukoll lil dawk li għamluli daqs tant ħsara..u dan kien li tah il-kuraġġ

 

Talba – Ġesù għinna nifhmu dejjem iżjed kemm hi kbira l-imħabba tiegħek u t’Alla l-missier lejna, biex f’mumenti li jistgħu ikunu umiljanti nagħmlu il-kuraġġ.

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

Il-Ħdax-il Stazzjon – Ġesù msallab mas-salib

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 11 X’kull musmar dak  ...  aħħħ

 

Tifla 11 min jaf kemm weġġa  ... 

 

Tifel 11 mingħajr ma gerger  ...  meta dan kien l-Iben t’Alla

 

Tifla 11 – wara kedda bħal dik  ...  mixja bis-salib fuqu  ...  swat ... umiljazzjoni

 

Talba – Ġesù meta narawk imsallab fuq is-salib, ħsibijietna jduru lejn tant nies, speċjalment tfal li għadejjin minn ħafna nkwiet bil-gwerer li għandhom f’pajjiżhom, kun magħhom int O Ġesù, sabiex jagħmlu kuraġġ u jemmnu li int qiegħed magħhom anke f’mumenti daqshekk diffiċli.

Missierna, Sliema u Glorja

 

 

It-Tnax-il Stazzjon – Ġesù jmut fuq is-salib

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 12 Miet  ... 

 

Tifla 12 wara tlett siegħat jitħabat ma’ saħħtu biex jieħu l-aħħar nifsijiet

 

Tifel 12 lanqas hawn ma waqaf it-tgħajjir  ...  l-umiljazzjoni  ... 

 

Tifla 12 – u Hu ... ħafrilhom kollox  ...  u aħna  ...  aħna naslu li naħfru lil min jagħmlilna l-ħsara?

 

Talba – Ġesù meta narawk mejjet fuq is-salib ... narawk taħfer  ...  għinna O Ġesù biex naħfru lil kull min jgħamlilna d-deni, għinna niftakru li biex ħfirt int wara dak kollu li għamlulek għalina, f’mumenti diffiċli biex naħfru għinna niftakru biex induru lejk sabiex inti tagħtina s-saħħa biex nagħmlu kif għamilt int  ...  naħfru!

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

It-Tlettax-il Stazzjon – Ġesù mniżżel minn fuq is-salib

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 13 Miskina Marija  ...  kemm tidher imdejjqa

 

Tifla 13 Mhux bilfors imdejjqa ... tara lil binha f’dik is-sura

 

Tifel 13 Min jaf kemm xtaqet twerżaq u tgħajjat ma min kien ġab lil binha f’dik is-sitwazzjoni ...

 

Tifla 13 – imma le  ...  hi aċċettat kollox ... kif għamlet sa mill-bidu nett  ... 

 

Talba – Ġesù meta narawk mixħut bla ħajja fuq ommok Marija ma nistgħux ma naħsbux f’dawk l-ommijiet li għal raġunijiet diversi tilfu lil uliedhom. Kun magħhom int O Mulej f’sitwazzjonijiet bħal dawn, sabiex ikollhom il-kuraġġ li jkomplu bil-mixja ta’ ħajjithom.

Missierna, Sliema u Glorja

 


 

L-Erbatax-il Stazzjon – Ġesù midfun

 

Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

 

Tifel 14 Daqshekk spiċċa kollox  ...  kollox mitmum

 

Tifla 14 u le tgħidx hekk ... għalissa jidher kollox mitmum ... tinsiex Hu qam kif kien qal

 

Tifel 14 veru għandek raġun  ...  taf x’qed ngħid ... tgħid dawk li għajjtu sallbu u sallbuh indunaw li Hu kien bla ħtija?

 

Tifla 14 – Ma nafx  ...  jista jkun ... imma ssa kien tard wisq ...

 

Talba – Ġesù nitolbuk biex tgħinna, biex ma niġġudikawx lil ħaddieħor.  għinna biex qabel ma nippuntaw subgħajna u nagħmlu l-ħsara niftakru li INT mitt għal xejn b’xejn ... bla raġuni ... sempliċiment għax kliem seta dejjaq lil ċertu nies.  Ġesù għinna biex meta aħna inkunu għadejjin minn żmien diffiċli u nħossu li ma baqax tama għalina niftakru li int wara dan kollu ħriġt rebbieħ  ...  bir-rebħa fuq il-mewt.

Missierna, Sliema u Glorja