VESTIS HONORIS

LIBSA TA' ĠIEĦ LILL-MADONNA BIL-KANT

Kien il-11 ta’ Ottubru 1954 meta l-Papa Piju XII ħareġ enċiklika AD CAELI REGINAM fejn wera kif Marija, Omm vera ta’ Ġesù l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, hija wkoll tista’ tissejjah bir-raġun ir-’Reġina tal-ħolqien kollu’. Tletin sena qabel, San Ġorġ Preca kkompona talba kantata li antiċipat dak li ħabbar il-Papa fl-enċiklika. Hi t-talba tal-VESTIS HONORIS, (LIBSA TA’ ĠIEĦ), fejn Dun Ġorġ isejjaħ lill-Madonna ‘Sinjura tal-ħolqien kollu’.

ARA WKOLL: Salve Filia Patris u Vestis Honoris, l-Istorja. Kitba ta' Joe Galea ...