IL-KONĊILJU EKUMENIKU VATIKAN II

Seħħ u għad irid iseħħ.

Ruma. Il-11 ta’ Ottubru 1962: It-tħejjijiet kienu ilhom għaddejjin kważi tliet snin, imma fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan kienu għadhom qed isiru l-aħħar irtokki. Matul dawk il-jiem, mal-elfejn u ħames mitt isqof inġabru minn madwar id-dinja kollha biex flimkien jagħtu bidu għal ġrajja li la l-Knisja u lanqas id-dinja moderna kienu għadhom qatt ma raw waħda tal-kobor tagħha. Dak li beda jseħħ dakinhar, madwar il-qabar tal-Appostlu Pietru, għad għandu messaġġ qawwi u ħaj għalina llum.

Il-Konċilju Ekumeniku Vatikan it-Tieni.  Seħħ u għad irid iseħħ.