Laikos

Aktar riżorsi għaż-żjara tal-Papa f'Malta ...

TALBA GĦAŻ-ŻJARA APPOSTOLIKA

TAL-PAPA FRANĠISKU F'MALTA

2 u 3 ta' April 2022

Mulej Ġesù Kristu,

għalik tixxennaq ruħna.

Agħmel, nitolbuk,

li ż-żjara tal-Papa Franġisku fostna

tkun waħda li tlaqqagħna miegħek

biex nitgħaxxqu bi mħabbtek

u, fl-Ispirtu tiegħek,

nagħrfu lkoll li aħna

wlied ta’ Missier wieħed,

u ngħixu r-rabta tagħna ma’ xulxin

fis-sliem

Ammen.