Laikos

 

Ara wkoll il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għat-Tieni Jum Dinji tan-Nanniet u tal-Anzjani (24 ta'Lulju 2022) ...

TALBA GĦALL-JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI

Imfakkra kull sena fir-Raba' Ħadd ta' Lulju

Nirringrazzjak, Mulej,

għall-konfort tal-preżenza tiegħek:

inti t-tama tiegħi, il-fiduċja tiegħi, anke meta nħossni waħdi;

sa minn żogħżiti, il-Blata u l-Qawwa tiegħi kont Int!

 

Nirringrazzjak li tajtni familja u li beriktni b’ħajja twila.

Nirringrazzjak tal-mumenti ta’ ferħ u ta’ qtigħ il-qalb,

għall-ħolm li għentni nwettaq u għal dak li għad irrid inwettaq.

Grazzi għal dan iż-żmien li fih qed issejjaħli biex niġġedded

ħalli nkompli nagħti l-frott.

 

Żid, Mulej, il-fidi tiegħi, agħmilni strument tal-paċi tiegħek; 

għallimni nilqa’ lil dawk li jbatu iktar minni,

biex ma nieqafx noħlom u nitkellem dwar l-għeġubijiet tiegħek

mal-ġenerazzjonijiet il-ġodda.

 

Ħares u mexxi lill-Papa Franġisku u lill-Knisja,

biex id-dawl tal-Vanġelu jasal sa truf l-art.

Ibgħat l-Ispirtu Tiegħek, Mulej, biex iġedded id-dinja,

ħalli l-maltemp tal-pandemija jittaffa,

il-foqra jitfarrġu u tintemm kull gwerra.

 

Weżinni fid-dgħufija, u agħtini ngħix bis-sħiħ kull mument li tagħtini,

żgur li inti tkun miegħi kuljum sal-aħħar tad-dinja.  Ammen

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Fr Roy Galdes