Laikos

 

Mulej,

Alla taż-żmien u tal-istorja,

Alla tal-ħajja u tal-ġmiel,

Alla tal-ħolma u tar-realtà,

ismagħna, nitolbuk:

għallimna ninsġu u ngħaqqdu

stejjer u rakkmu ta’ mħabba qawwija u veri,

miegħek u għalik,

mal-oħrajn u għall-oħrajn;

 

għaddasna fl-għemil ta’ jdejk,

fil-kreatività tal-ħsibijiet tiegħek,

fl-arti kollha mħabba ta’ qalbek

biex kull ħajja tħabbar il-ġmiel

u kull ġmiel jitkellem dwarek.

 

Agħtina l-kuraġġ li ma noqgħodux kwieti,

il-pass imriegħed ta’ dawk li joħolmu,

il-konkretezza ferrieħa taċ-ċkejknin

biex waqt li ngħarfu fl-istorja s-sejħa tiegħek

ngħixu b’ferħ il-vokazzjoni tagħna.

 

Ammen.

 

Miġjuba għall-Malti minn Fr Paul Darmanin ofm conv

Preghiera per la 59a Giornata Mondiale di Preghiera per le Vocazioni ...