Talba ta’ Père Claude Wittock, b’pittura tal-'Madonna tal-Ġnus', ta’ Federico Barocci.

Miġjuba għall-Malti minn Joe Galea.


O Verġni, qed jidlam, kollox qed jorqod fuq l-art.

Issa hu l-ħin tar-rqad. Tħallinix.

Qiegħed idek fuq għajnejja, bħal omm ħanina.

Agħlaqhom bil-ħlewwa għall-ħwejjeġ tad-dinja.

Ħsibijiet, dwejjaq, ruħi għajjiena.

Ix-xogħol hu hemm, jistennieni, qrib ħafna tiegħi.

Qiegħed idek fuq moħħi, waqqfu milli jaħseb.

L-irqad tiegħi ikun ħelu u mbierek minnek.

Hekk li għada, iktar b’saħħtu, it-tfajjel umli tiegħek jistenbah

u kollu ferħan isib il-ħidma ta’ jum ġdid.

Qiegħed idejk fuq qalbi.

Biex tħares biss lejn Alla u ttennilu l-imħabba eterna tagħha.