Is-Seba`Kelmiet tal-Mislub
Talba għall-Mewta Tajba
(Kitba Kardinal Valeri)
O Ġesù, il-Kelma ta`Alla magħmula bniedem, li għall-fidwa
tagħna għoġbok titwieled ġo għar, tgħix ħajtek fil-faqar u fit-tbatija,
U tmut taħt il-ħruxija tas-Salib.
Fis-siegħa ta` mewti għid, nitolbok, lil Alla Missierek: `Missier, aħfirlu! `.
Għid lil Ommok l-għażiża: `Ara dan huwa Ibnek:
Għid lil ruħi: `Illum tkun il-ġenna miegħi`,
O Alla tiegħi, Alla tiegħi, terħinix f`dik is-siegħa.
`Għandi l-għatx`. Iva O Alla tiegħi, ruħi għandha l-għatx għalik.
Int li inti l-għajn tal-ilma ħaj. Ħajti tgħaddi bħal dell.
Ftit ieħor u `kollox ikun mitmum.
Għalhekk, Feddej tiegħi li jistħoqqlok kull qima,
minn dan il-waqt għal dejjem ta` dejjem `
`F’idejk jien nerħi ruħi!
Mulej Ġesù, ilqa`lil ruħi. Ammen.