|
Supplika għall-paċi
lill-Verġni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema
O Glorjuża Omm ta’ Alla, mgħollija ’l fuq mill-kori tal-anġli, itlob għalina flimkien ma’ San Mikiel Arkanġlu, mal-qawwiet kollha tal-anġli tas-sema u mal-qaddisin kollha, quddiem l-Iben qaddis u maħbub tiegħek, Sid u mgħallem tagħna.
Ikseb għall-Art Imqaddsa, għal uliedha kollha u għall-familja sħiħa tal-bnedmin id-don tar-rikonċiljazzjoni u tal-paċi.
Agħmel li sseħħ il-profezija tiegħek: ħa jixterdu dawk li huma mkabbra f’qalbhom; ħa jitniżżlu s-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u sa fl-aħħar jitgħollew iċ-ċkejknin; dawk li huma bil-ġuħ jimtlew bil-ġid, dawk li jġibu s-sliem jingħarfu bħala wlied Alla, u ta’ qalbhom ħelwa jkollhom b’wirthom l-art.
Ħa jaqlgħalna dan kollu Ġesù Kristu, Ibnek, li llum għolliek ’il fuq mill-kori tal-anġli, inkurunak bil-kuruna tas-Saltna, u qegħedek fuq it-tron tal-ġmiel etern. Lilu kull ġieħ u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen.
Il-Kardinal Pierbattista Pizzaballa Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm
|
|