L-ISTAĠUN TAL-ĦOLQIEN 2023

Il-​Profeta Għamos jgħajjat: “Ħallu l-ġustizzja tgelgel bħall-ilma u s-sewwa bħal wied ta' dejjem" (Għamos 5:24)

L-Istaġun tal-Ħolqien jibda kull sena fl-1 ta' Settembrt, li huwa l-Jum Dinji tat-Talb għall-Ħolqien,  u jibqa' sejjer sal-4 ta' Ottubru, Festa ta' San Franġisk ta' Assisi, li huwa l-Qaddis Patrun tal-Ekoloġija.

Għalhekk fl-2023, aħna msejħin biex ningħaqdu max-xmara tal-ġustizzja u l-paċi, biex nieħdu ġustizzja klimatika u ekoloġika, u biex nitkellmu ma’ u għall-komunitajiet l-aktar milquta mill-inġustizzja fil-klima u t-telf tal-bijodiversità. Bħala l-poplu ta’ Alla, irridu naħdmu flimkien f’isem il-Ħolqien kollu, bħala parti minn dik ix-xmara qawwija ta’ paċi u ġustizzja.

Ix-Xbieha għall-2023 hija Xmara Qawwija u b'Saħħitha

"Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida: feġġet issa; għadkom ma ttendejtux? Se niftaħ triq fix-xagħri, xmajjar fid-deżert." [Is:43:19]

Il-bijodiversità qed tintilef b'rata li ilha ma tidher żmien twil. Il-futur taż-żgħażagħ huwa mhedded mill-impatt tat-telf tal-bijodiversità u ta' klima li qed tinbidel.

L-urġenza qed tikber u rridu nagħmlu paċi li tidher u tinħass tassew mad-Dinja u fid-Dinja.

Fl-istess waqt il-ġustizzja qed ssejħilna għall-indiema u biex nibdlu l-attitudni u l-azzjonijiet tagħna. Hekk ningħaqdu max-xmara tal-ġustizzja u l-paċi mal-oħrajn u allura, minflok id-disprament, terġa tinbet mill-ġdid it-tama.