Ara l-ktejjeb b'aktar dettalji -

       

IR-RUŻARJU GĦALL-MEJTIN

  Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.

Nużaw il-kuruna tar-rużarju.  Fil-bidu ta’ kull posta l-ewwel nitolbu l-Missierna u Sliema:

Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen.

 

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.  

Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

 

Imbagħad nitolbu din it-talba ...

O Ġesu' Sagramentat, ikollok ħniena u karità mill-erwieħ tal-Purgatorju, taffilhom il-pwieni u n-nar u ħudhom il-ġenna miegħek biex igawduk għall-eternitá.

 

Wara tintalab din it-talba qasir għal għaxar darbiet.

Sinjur, agħti lill-erwieħ,

id-dawl ta' dejjem u l-mistrieħ. (x10)

 

Fl-aħħar ta’ kull posta, minflok il-Glorja ngħidu ...

Jistrieħu huma fil-paċi. Ammen.

 

Wara l-ħames posta ...

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fil-paċi. Ammen.