RAJT RAĠEL

Poeżija ta' Giulia Madonna dwar il-Barka tal-Papa Franġisku fis-27 ta' Marzu 2020

Pjazza San Pietru

 

Rajt Raġel 

liebes l-abjad

u għajjien

taħt xita qalila

tiela' bil-mod

lejn l-artal

mgħobbi bit-tbatija

iżda anke bit-tama.


 

Rajt Raġel

xiħ

miexi bit-tbatija

tiela' ħafna taraġ

u fuq spallejh

it-tbatija tad-dinja kollha.


 

Rajt Raġel

mitluf

fis-skiet tiegħu

jirtogħod

fit-talb tiegħu

jitlob maħfra

tad-dnubiet kollha

tal-bnedmin

u jitlob għas-Salvazzjoni tagħhom.


 

Rajt Raġel

bniedem fost il-bnedmin,

iqum

quddiem kulħadd

u jitlob

għal kulħadd.


 

Rajt Raġel

jgħid

'ħadd ma jista' jsalva waħdu'

għax aħna

m'aħniex waħedna

jekk nemmnu

f'Alla

u fis-Salvazzjoni tiegħu.


 

Rajt Raġel

li,

flimkien man-nies kollha tad-dinja,

se jsalva

għaliex emmen

u jemmen

għal dejjem.

 

Miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Fr Roy Galdes.

 

Ara l-filmat bil-mużika biss ...