Pawlu VI flimkien mal-ħabib tiegħu Aldo Moro

 

 

IT-TALBA TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA PAWLU VI
GĦALL-ONOREVOLI ALDO MORO

Is-Sibt, 13 ta’ Mejju 1978

U issa xuftejna, magħluqa minn bħal ostaklu enormi, jixbaħ il-blata kbira mgerrba għad-dħul tal-qabar ta’ Kristu, iridu jinfetħu biex jesprimu d- «De profundis», il-karba jiġifieri u l-bikja tad-dulur li l-ebda kliem ma jistà jfisser li bih it-traġedja preżenti tifga l-vuċi tagħna.

Mulej, ismagħna!

U min jistà jismà l-krib tagħna, jekk mhux għal darb’oħra Int, o Alla tal-ħajja u tal-mewt? Int ma smajtx it-talba ħerqana tagħna għall-ħajja ta’ Aldo Moro, ta’ dan il-bniedem, umli, għaref, innoċenti u ħabib; imma Int, o Mulej, ma abbandunajtx l-Ispirtu mmortali tiegħu, immarkat mill-Fidi fi Kristu, li huwa l-qawmien u l-ħajja. Għalih, għalih.

Mulej, ismagħna!

Agħmel, o Alla, Missier ta’ ħniena, li ma tkunx interrotta l-għaqda li, għalkemm fid-dlam tal-mewt, għadha tinterċedi fost il-Mejtin minn din l-eżistenza temporali u aħna li għadna ħajjin f’dan il-jum ta’ xemx li nibgħajr ebda dubju ta’ xejn tinżel. Mhux  vojt il-programm tal-eżistenza tagħna ta’ mifdija: il-ġisem tagħna għad iqum, ħajjitna tkun eterna! Oh! Jalla l-fidi tagħna tegwalja sa minn issa din ir-realtà mwegħda. Lil Aldo u l-ħajjin kollha fi Kristu, beati  fl-infinit Alla, aħna għad nerġgħu narawhom!

Mulej, ismagħna!

U intant, o Mulej, agħmel li ikkalmata mill-virtù tas-salib tiegħek, qalbna tkun taf taħfer l-insult inġust u mortali impost fuq dan il-Bniedem tant għażiż u lil dawk li ġarrbu l-istess xorti krudila; agħmel li aħna lkoll niġbru fil-liżar pur tat-tifkira nobbli tiegħu l-wirt ħaj tal-kuxjenza dritta tiegħu, tal-eżempju tiegħu uman u kordjali, tad-devozzjoni tiegħu għall-fidwa ċivili u spiritwali tal-għażiż Nazzjon Taljan!

Mulej, ismagħna!

Fi tmiem it-talba, mismugħa mill-Kongregazzjoni f’ġabra siekta, Pawlu VI enfasizza mill-ġdid il-parteċipazzjoni paterna tiegħu fid-dulur ta’ kulħadd bl-espressjonijiet li ġejjin indirizzati lil dawk preżenti fil-Bażilika u lil dawk l-oħrajn li segwew iċ-ċelebrazzjoni mill-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika jew permezz tar-radju u t-televiżjoni.

Qabel ma jintemm ir-rit tas-sufraġju, li fih tlabna għall-paċi eterna ta’ dan ħuna, ngħollu dirgħajna biex inbierku li dawk kollha preżenti f’dan it-Tempju, u lil dawk li baqgħu fil-pjazza billi ma rnexxilhomx isibu post bejn dawn il-ħitan tiegħu, u lil dawk kollha li, għalkemm ‘il bogħod, kienu magħqudin magħna b’mod spiritwali: b’mod partikulari feħsiebna ngħannqu b’dan il-ġest patern tagħna wkoll lil dawk kollha li jġorru f’qalbhom turment u dulur għal xi qarib tagħhom, vittma ta’ vjolenza brutali simili. Ukoll għal dawn il-vittmi testendi ruħha t-talba mnikkta tagħna. Fuq kulħadd insejħu, kontributriċi ta’ serenità u ta’ tama, l-assistenza konfortatriċi tal-Mulej.

 

Miġjuba għall-Malti minn Emanuel Zarb.

 

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta