‘POPULORUM  PROGRESSIO’

 Ittra Enċiklika.

tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Pawlu VI

 

 

LILL-ISQFIJIET, LIS-SAĊERDOTI, LIR-RELIĠUŻI, LILL-INSARA TAD-DINJA KATTOLIKA KOLLHA

KIF UKOLL LILL-BNEDMIN KOLLHA TA’ RIEDA TAJBA DWAR L-IŻVILUPP TAL-POPLI

 

Ħuti venerabbli u wlied maħbubin,

Saħħa u Barka Apostolika.

 

ŻVILUPP TAL-POPLI

 

1.  L-iżvilupp tal-popli, l-aktar ta’ dawk li qegħdin jisfurzaw biex jeħilsu mill-madmad tal-ġuħ, tal-faqar, tal-marad tal-pajjiz, tal-injoranza; ta’ dawk li qegħdin  ifittxu sehem akbar tal-ġid li ġej, iċ-ċivilta’  u jitolbu li l-kwalitajiet tagħhom ta’ bnedmin ikunu bil-fatti stmati aktar, ta’dawk, li aħħarnett, li għandhom fehma sħiħa li jiksbu l-kobor tagħhom:  l-iżvilupp ta’ dawn il-popli qiegħed quddiem l-għajnejn attenti tal-Knisja Kattolika.  Għaliex, billi, wara l-Koniċilju Ekumeniku Vatikan II, il-Knijsja iġġudikat  u studjat b’manjiera aktar ċara  u profonda x’jitlob fuq din il-ħaġa l-Evanġelju ta’ Ġesu’ Kristu, hija ħasbet li kien dmir tagħha li tagħti l-għajnuna nobbli tagħha lill-bnedmin,biex  huma mhux biss jeżaminaw b’kull mod l-importanza ta’ din il-kwistjoni l-aktar iebsa, imma jkunu wkoll konvinti f’din is-siegħa deċisiva, illi teħtieġ  b’urġenza l-ħidma komuni ta’ kulħadd.

 

 

TAGĦLIM SOĊJALI TAL-PAPIET

 

 2.  Il-Papiet ta’ qabilna, Ljuni XII, bl-enċiklika “Rerum Novarum˝ [1], Piju XI, bl-  Enċiklika  “Quadragesimo Anno” [2], u  -- biex ma nsemmux il-messaġġi mogħtija fuq ir-radju għan-nazzjonijiet kollha minn Piju XII  [3] --  Ġiovanni XXIII, bl-Enċikliki “Mater et Magistra”  [4] u “Pacem in terries”  [5], ma naqsux mid-dmir proprju tal-offiċċju tagħhom li jdawlu l-kwistjonijieit soċjali ta’ dwn iż-żminijiet bid-dawl tal-Evanġelju.

 

 

L-AKBAR  FATT

 

3.  Illum il-fatt li l-aktar   jolqotna hu li lkoll jafu u donnhom iħossu li l-kwistjoni soċjali llum hija ħaġa tal-għaqda kollha tal-bnedmin.  U dan qalu mingħajr ħabi l-Papa Ġiovanni XXIII  [6] , u ikkonfermah il-Konċilju Vatikan li bil-Kostituzzjoni pastorali dwar il-Knijsa fid-dinja ta’ llum [7].  Billi dan it-tagħlim huwa ta’ serjeta u importanza  kbira jeħtieġ mill-aktar  fis nimxu fuqu.  Il-popli li qegħdin ibatu l-ġuħ jitolbu b’leħen ta’ ħniena lill-popli  mogħnija bil-ġid.  Għalhekk il-Knisja, kważi mkexkxa minn dan l-għajjat ta’ qtiegħ il-qalb, tistieden lil kull wieħed biex, imqanqlin mill-imħabba, jagħtu lil ħuthom li qegħdin jitolbu għajnuna.

 

 

 

 

IL-VJAĠĠI  TAGĦNA

4.   Qabel ma ġiet mogħtija lilna t-tmexxija tal-Knisja, bil-vjaġġi li għamilna sew fl-Amerika t’Isfel, fis-sena 1960, sew fl-Afrika, fis-sena 1962, rajna aħna stess id-diffikultajiet ħorox li bihom kienu imdejqin u kważi maħnuqin dawk il-kontinenti, li mill-bqija huma għonja bil-qawwiet tal-ġisem u tar-ruħ.  Imbagħad, wara li ġejna mgħollijin għax-xogħol ta’ Papa u sirna l-Missier ta’ kulħadd, meta morna fil-Palestina u fl-Indja, rajna b’għajnejna u kważi missejna b’idejna kemm toqol u tbatija għandhom isofru dawk il-popolazzjonijiet, imżejnin  b’ċivilta antika, biex jiksbu  l-iżvilupp  tagħhom.  Inżiedu  wkoll li kważi fit-tmiem tal-Konċilju Vatikan II, b’dispożizzjoni t’Alla, stajna nżuru s-Sede tal-Ġnus Magħquda u hemm, qisu f’Areopagu l-aktar nobbli niddefendu l-kawża tal-popli foqra.

 

 

ĠUSTIZZJA  U  PAĊI

5.   Fl-aħħarnett, biex inwettqu x-xewqa tal-Konċilju u fl-istess ħin nuru kemm is-Santa Sede tgħin il-kawża importanti tal-popli li qegħdin jaħdmu għall-progress tagħhom dan l-aħħar ħassejna li hija biċċa  mid-dmir tagħna li nżidu  Kummissjoni Pontifiċja mad-Dikasteri ewlenin l-oħra tal-Kurja Rumana, illi “għandha taħseb biex tħeġġeġ il-poplu kollu t’Alla ħalli jikseb kuxjenza sħiħa  tax-xogħol mogħti lilu miż-żminijiet ta’ llum, b’manjiera li min-naħa waħda jitmexxa ‘l quddiem il-progress tal-popli aktar fqar, u tiġi favorita fost in-nazzjonijiet il-ġustizzja soċjali u, min-naħa l-oħra, lin-nazzjonijiet inqas żviluppati jingħataw għajnuniet, li bihom huma stess ikunu jistgħu jaħsbu għall-progress tagħhom˝ [8] .  Din il-Kummissjoni ħadet l-isem u l-programm tagħha mill-ġustizzja u l-paċi.  Aħna ċerti li flimkien ma’ wliedna l-kattoliċi u ma’ ħutna l-insara, jogħġobhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom il-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, biex dan il-programm jitwettaq.  Għalhekk aħna solennement inħajru l-bnedmin kollha  kemm huma, biex jgħaqqdu flimkien l-idejiet u l-ħidmiet tagħhom u jagħmlu minn kollox biex kull bniedem jiżviluppa ruħu kollu kemm hu, u l-għaqda tal-bnedmin timxi ‘l quddiem kollha kemm hi.

 


 

L-EWWEL TAQSIMA

 

GĦALL-IŻVILUPP AĦJAR TAL-BNEDMIN KOLLHA KEMM HUMA

 

1 X’JIDĦOL F’DIN IL-KWISTJONI

 

XEWQAT TAL-BNEDMIN

6.   F’dawn iż-żminijiet tagħna naraw li l-bnedmin jixtiequ jsibu aktar malajr l-għejxien, il-fejqan mill-mard, xogħol stabbli, biex, żguri minn kull oppressjoni u meħlusin minn kull diżordni li jċekknu d-dinjita tal-bniedem, ikunu jistgħu dejjem aktar jagħtu minnhom infushom sehem akbar, biex jikbru fil-għerf: jiġifieri biex jaħdmu, jitgħallmu u jippossjedu aktar, biex hekk ikunu jiswew aktar.  U b’dan kollu naraw li biċċa kbira minnhom jinsabu f’ċirkostanzi ta’ ħajja, li jġibu fix-xejn dawn ix-xewqat leġittimi tagħhom.  Min-naħa l-oħra l-popli, li dan l-aħħar kisbu l-indipendenza dwar liġijiet u tribunali, kważi bilfors iħossu x-xewqa li mal-liberta ċivili li kisbu, iżidu progressi soċjali  u ekonomiċi, li jkunu jixirqu l-bniedem u li jkunu ġejjin mill-istess sforzi tagħhom, l-ewwelnett biex iċ-ċittadini, bħala bnedmin, ikollhom il-kobor li jistħoqqilhom, u mbagħad biex huma jkollhom il-post li jistħoqqilhom fl-għaqda tan-nazzjonijiet.

 

KOLONIZZAZZJONI U KOLONJALIŻMU

7.   Għad illi quddiem dan ix-xogħol iebes u importanti li għandu jsir, il-mezzi li waslu qishom wirt miż-żminijiet li għaddew, mhumiex biżżejjed, b’danakollu ma għandniex ngħidu li huma neqsin għal kollox.  Jeħtieġ tassew nistqarru li n-nazzjonijiet li mexxew xi popli is-sistema ta’ kolonja, xi drabi ma fettxewx ħlief  l-interessi tagħhom;  il-ħakma tagħhom u l-prestiġju tagħhom, u wara li rħew it-tmexxija tagħhom ħallew dawk l-artijiet f’kondizzjoni ekonomika mhux xierqa, li tikkonsisti, biex inġibu xi eżempju, f’xorta ta’ kultura waħda, li s-siwi tal-effetti tagħha, hu soġġett għal tibdil kbir u ta’ malajr.  Imma għad li għandna nammettu li minn dak li jissejjaħ kolonjaliżmu ġie xi deni, li minnu wara ħarġu xi ħsarat oħra, jeħtieġ b’dan kollu li nagħarfu, b’sentiment ta’ ħajr, il-meriti tal-kolonizzaturi li, permezz tax-xjenza u tat-teknika, ġiebu tassew benefiċċji f’għadd mhux żgħir ta’ artijiet abbandunati li tagħhom għadhom jidhru l-vantaġġi.  Għaliex, għad li ċerti  strutturi lil-istess nazzjonijiet ħallew, ma għandhomx jingħaddu bħala kompluti u perfetti, b’dan kollu bihom sar possibbli li l-injoranza u l-mard jitbegħdu minnhom, li tinfetah komunikazzjoni ma’ dawk il-popli, li l-kondizzjoni tal-ħajja titjieb.

 

DIFFERENZI   LI   DEJJEM   JIKBRU

8. Issa, għad li għandna nammettu dak li għedna, hu ċar li dawk l-istrutturi mhumiex biżżejjed għall-istat serju ta’ ekonomija ta’ żminijietna. Għaliex jekk il-mekkaniżmu ta’ llum ma jiġix moderat b’ċertu għaqal minn metodi ċivili, jiġri bilfors li d-differenzi bejn il-popli fil-livell ta’ l-għixien flok li jitneħħew, aktar jiħraxu  u għalhekk in-nazzjonijiet aktar għonja jimxu ‘l quddiem  bil-għaġġla filwaqt li dawk li huma aktar fqar jimxi bil-mod.  U dawn id-differnezi bejn il-popli  jikbru  kuljum, billi xi wħud, jipproduċu ħwejjeġ ta’ l-ikel aktar mill-jeħtieġ għalihom, u oħrajn huma neqsin minn dawn il-ħwejjeħ b’manjiera li ma tixraqx, jew jaraw l-esportazzjoni tagħhom issir inċerta.

 

IL-BNEDMIN  SARU  JĦOSSU  AKTAR IL-QAGĦDA  TAGĦHOM

9.   Fl-istess ħin il-kwistjonijiet soċjali xterdu kważi mad-dinja kollha.  U t-taħwid li fil-pajjiżi li qegħdin  jindustrijalizzaw irwieħhom laħqu l-klassijiet l-aktar fqar tal-popolazzjoni, waslu wkoll fil-pajjiż fejn l-ekonomija tiddependi kważi biss mix-xogħol tar-raba’; u hekk l-istess bdiewa llum saru jħossu “l-miżerja tagħhom li ma jistħoqquhiex“ [9]  Ma’ dan inżidu wkoll id-differenzi, li ma jixirqux u jġibu l-għira, għandhom x’jaqsmu   mhux biss mal-ġid materjali, imma wkoll mal-eżerċizzju tas-setgħa.  Għaliex f’xi pajjiżi  jiġri li,  fil-waqt li ftit nies igawdu ċivilta raffinata, fl-istess ħin il-bqija tal-popolazzjoni fqira u mhux magħquda, kważi  "lanqas jistgħu jħaddmu inizjattivi u responsabilita tagħhom u  ħafna drabi għandhom jgħixu f’kondizzjonijiet ta’ħajja u ta’ xogħol li ma jixirqux lil persuna tal-bniedem" [10].

 

ĊIVILTAJIET,  WAĦDA  KONTRA  L-OĦRA

10. Barra minn dan, billi ċ-ċivilta tradizzjonali ma taqbilx maċ-ċivilta li ġiebet magħha dan l-aħħar l-industrija, jiġri li l-istrutturi soċjali li ma jaqblux mal-bżonnijiet ta’ llum kważi jaqgħu biċċa  biċċa.  Għalhekk, filwaqt li n-nies li daħlu fiż-żmien jaħsbu li l-ħajja tagħhom u tal-familja għandha tibqa’ fl-ambjent, aktarx  riġidu, taċ-ċivilta antika, u li huma ma għandhomx issa jitbegħdu  minnha, fl-istess ħin iż-żgħażagħ jitilquha għax jarawha bħala xkiel bla  bżonn, biex ma jimxux  ‘il quddiem kif jixtiequ lejn metodi ġodda ta’ ħajja soċjali.  Minn din il-kontrarjeta bejn iż-żewġ ġenerazzjonijiet tiġi lill-bniedmin  din is-sitwazzjoni kerha, jiġifieri; jew iżommu l-istituzzjonijiet ta’ nies, missirijiethom u jħallu fil-ġenb il-progress, jew iħaddnu t-teknika u użanzi  aktar perfezzjonati  ta’ l-imgħoddi, ir-rikkezza umana kollha tagħhom.  Fil-fatt bosta drabi naraw li qed iċedi l-qafas li kien isostni l-ħajja morali, spirtwali, u reliġjużja ta’ l-imgħoddi mingħajr ma b’daqshekk  isseħħ id-daħla tieghu fid-dinja l-ġdid.

 

KONKLUŻJONI

11. F’din il-qagħda hekk diffiċli, xi wħud jitqarrqu ħafna mill-wegħdiet ta’ dawk li jiftaħru bħallikieku  kienu xi messija.  Minn hawn min ma jarax kemm perikoli jiġu ta’ reazzjonijiet, ta’ tixwix, ta’ ġibdiet lejn il-ħakma f’idejn wieħed (totalitariżmu)?   Dawn huma l-punti li jidħlu f’din il-kwistjoni, li kulħadd jifhem  id-diffikulta u l-importanza tiegħu.

 

2  --  IL-KNISJA U L-IŻVILUPP

 

IL-ĦIDMA TAL-MISSJUNARJI

12.   Il-Knisja Kattolika, li tħares dejjem il-kmadamenti u l-eżempji ta’ Kristu Fundatur tagħha, illi, bħala prova tal-missjoni  mogħtija lilu minn Alla, semma li l-aħbar it-tajba kienet  imħabbra lil-fqar  [11],   qatt ma naqset li tmexxi ‘l quddiem il-progress bħala bnendmin ta’ dawk il-popli li fosthom żergħat il-fidi nisranija.  Għaliex il-missjunarji kattoliċi ħasbu biex f’dawk l-artijiet, flimkien ma’ knejjes,  jibnu wkoll sptarijiet, djar ta’ assistenza, skejjel u universitajiet.  Meta huma għallmu lin-nies ta’ dawk il-pajjiżi kif jiksbu mill-ġid tal-art tagħhom l-akbar vantaġġi, bosta drabi ħarsuhom mir-rebgħa tal-barranin.   Ma niddubitawx li l-ħidma tagħhom, bħala bnedmin li huma, setgħet xi drabi tkun nieqsa u li xi wħud minnhom setgħu jħalltu, mal-veru  messaġġ ta’ Kristu, xi użanzi ta’ ħajja u ta’ ħsibijiet ta’ pajjiżhom.  Imma fl-istess ħin huma mhux biss ħadu  ħsieb tal-istituzzjonijiet tal-post imma wkoll mexxewhom ‘il quddiem; hekk mhux ftit minnhom għandhom jinżammu bħall-aqwa bnedmin li l-aktar ħadmu għall-progress materjali u kulturali.  Biex dan  jidher sewwa, biżżejjed insemmu l-eżempju ta’ Patri Charles de Foucauld,  li għall-imħabba tal-għaġeb stħoqqlu jissemma  ˝Ħu kulħadd,” u li kiteb dkzzjunaru mitqlu deheb tal-ilsien tuariġ.   Għal dawn ir-raġunijiet naħsbu li huwa dmir tagħna nagħtu ġieħ sew lil dawn il-qalbiena li, imqanqlin mill-imħabba tal-Feddej divin, għandhom jinżammu bħala ħabbara tiegħu, sew lil dawk li jfittxu jagħmlu bħalhom, mixjin fuq il-passi tagħhom u lllum ukoll qegħdin jagħtu ruħhom biex jaqdu bla ħlas u bil-qalb lil dawk il-popli li fosthom qegħdin ixandru l-Evanġelju.

 

IL-KNISJA U D-DINJA

13. Imma llum dawn ix-xogħlijiet, li jsiru minn uħud jew minn ħafna mhumiex aktar biżżejjed, billi l-qagħda tad-dinja ta’ llum titlob il-ħidma flimkien ta’ dawk kollha li jaraw ċar l-aspetti kollha, ekonomiċi, soċjali, spirtwali u dottrinali.  Għalhekk il-Knisja ta’ Kristu, li għandha esperjenza kbira ta’ dak li għandu x’jaqsam mal-bnedmin,  ‘il bogħod  ħafna milli tippretendi tindaħal fil-politika tal-Istati, tissokta x-xogħol ta’ Krsitu nnifsu, li ġie fid-dinja biex jagħti  xhieda lis-sewwa (Cfr Gw 18,57), biex isalva mhux biex jikkundanna, biex  jaqdi, mhux biex ikun moqdi (Cfr Gw, 3,17); Mt 20,28; Mk 10,45) [12].  Il-Knisja mwaqqfa biex minn issa twaqqaf f’din l-art ˝is-saltna tas-smewwiet,” u mhux biex tikseb setgħa tal-art, tistqarr fil-beraħ li ż-żewġ setgħat huma differenti minn xulxin, u li kull waħda minnhom, jiġifieri l-ekklesljastika u ċ-ċivili, hija fil-qasam tagħha, suprema [13].   Imma billi fil-fatt il-Knisja tinsab  qalb il-bnedmin għalhekk għandha ˝l-obbligu li teżamina s-sinjali taż-żminijiet u li tfissirhom fid-dawl tal-Evanġelju [14].  Minn hawn, l-aħjar xewqat tal-Knisja huma magħqudin ma’ dawk tal-bnedmin, u hija tħoss ħafna li dak li huma jittamaw bosta drabi jisfa fix-xejn u minħabba f’hekk tgħinhom biex jiksbu l-aqwa kobor tagħhom; u għal dan l-għan  toffrilhom dak li hija għandha, jiġifieri dehra sħiħa tal-bniedem u tal-ħwejjeg li għandhom x’jaqsmu mal-bniedem.

 

DEHRA NISRANIJA TA’ L-IżVILUPP

14.  L-iżvilupp, li fuqu qegħdin nitkellmu, mhux biss il-kobor tal-ġid materjali.  Għaliex biex jista’ jissejjaħ żvilupp tassew għandu jkun sħiħ, jiġifieri għandu jaħseb għall-ġid ta’ kull bniedem u tal-bniedem kollu.  Wieħed għaref u mħarreġ f’dawn il-ħwejjeġ iżomm dan:  ˝Aħna ma napprovawx li l-idea ta’ l-ekonomija għandha tinfired mill-idea ta’ bniedem, jew li tkun konsiderata mifruda miċ-ċivilta li għaliha tappartjeni.  Skond kif naħsbuha aħna, għandu jkun stmat ħafna l-bniedem, kull bniedem, anzi l-għaqda tal-bnedmin kollha˝ [15].

 

IL-VOKAZZJONI U L-IŻVILUPP

15. Skond il-ħsieb t’Alla, kull bniedem jitwieled  biex jiżviluppa ruħu, għax il-ħajja ta’ kull bniedem hija minn Alla destinata għal xi missjoni.  Sa mit-twelid jingħataw lil kull wieħed  prinċipji ta’ segħat u qawwiet, li għandhom ikunu mħaddma, biex jistgħu jagħtu frott, u l-iżvilupp tagħhom, li l-bniedem jikseb sew bl-edukazzjoni fl-ambjet tiegħu soċjali, sew bl-isforzi tiegħu nnifsu, imexxi id kull bniedem biex jersaq  lejn il-fini mogħti lilu minn Alla meta ħlaqju.   Imżejjen bid-dehen u bil-liberta, il-bniedem huma responsabbli kemm ta’ l-iżvilupp tiegħu nnifsu, kemm tas-salvazzjoni tiegħu.   Megħjun u xi drabi wkoll imfixkel minnn dawk li jedukawh u jgħixu miegħu, kull bniedem, ikunu x’ikunu l-influwenzi esterni fuqu, huwa l-awtur ta’ xortieh, jew tajba jew ħażina; u kull bniedem meta jħaddem biss il-qawwiet tad-dehra u tar-rieda jista’ jikber bħala bniedem, jiswa aktar, u jipperfezzjona lilu nnifsu.

 

DMIR  PERSONALI

16. Dan l-iżvilupp mhux imħolli fir-ragħaj tagħna.  Kif il-ħlejjaq kollha huma ordinati għal Alla li ħalaqhom, hekk il-kreaturi raġjonevoli għandha  d-dmir li tindirizza minn rajha ħajjietha lejn Alla, l-ewwel verita u l-ogħla ġid.   Għalhekk dan l-iżvilupp tal-persuna tal-bniedem għandujinżamm bħala ġabra tad-dmirijiet tiegħu kollha.  Inżidu li din l-armonija sabiħa  tan-natura tal-bnedmin, perfezzjonata dejjem akbar bil-ħidma u bir-responsabbilta tagħhom, hija destinata għal grad ta’ dinjita’ ogħla.  Il-bniedem magħqud ma’ Kristu li jagħti l-ħajja, jikseb kobor ġdid u umaniżmu (kif isejħulu) li jiżboq in-natura tiegħu u jagħtih l-akbar milja tal-ħajja : lejn din il-ħajja, bħala  l-ogħla fini, għandu jħares l-iżvilupp tal-bniedem.

 

ĦIDMA  TA’ FLIMKIEN

17. Imma kull bniedem huwa membru tas-soċejta u għalhekk jappartjeni lill-għaqda kollha tal-bnedmin.   Mela mhux dan jew dak il-bniedem biss, imma l-bnedmin kollha huma msejħin, biex jaħdmu għall-iżvilupp sħiħ  tas-soċjeta kollha tal-bnedmin.  Kull għamla ta’ ċivilta titwieled, tikber u tgħib.  Imma kif il-mewġiet tal-baħar, hija u tikber il-marea, jolqtu x-xatt waħda ogħla mill-oħra, hekk ukoll fil-mixja ta’ l-istorja jimxi l-ġens tal-bnedmin.  Aħna li ġejna  wara ż-żminijiet li għaddew bħala werrieta, u li ksibna ġid mill-ħidma tal-bnedmin tal-lum, għandna obligazzjonijiet lejn il-bnedmin  kollha.  U mħabba din ir-raġuni lanqas nistgħu nħallu fil-ġenb dawk li, wara mewtna, ikabbru l-familja tal-bnedmin għal li ġej.  L-għaqda tal-bnedmin kollha flimkien, li hija fatt veru, mhux biss tagħtina vantaġġi, imma ġġibilna wkoll dmirijiet.

 

KOLLOX  F’POSTU

18. Dan l-iżvilupp tal-bnedmin wieħed wieħed u tal-ġens kollu tal-bnedmin jista’ jisfratta jekk l-ordni tal-ħwejjeġ tajba bejniethom ma jkun stmat skond l-importanza tiegħu.  Billi t-taħbrik tal-bniedem biex jaħseb għal dak li hu meħtieġ għalih hija ħaġa tajba, għalhekk ix-xogħol  stess li bih niksbu dak li hu meħtieġ jinbidel fi dmir: ˝Jekk xi ħadd ma jaħdimx, lanqas ma jiekol˝ [16]. Imma l-akkwist tal-ġid ta’ l-art jista’ jwassal il-bniedem għar-regħba barra mil-qies, għat-tfittxija ta’ għana akbar, għax-xewqa ta’ setgħa  aqwa.  Ix-xeħħa tal-bnedmin, tal-familji u tan-nazzjonijiet tista’ tittieħed mill-fqar u mill-għonja u twassalhom ilkoll għall-materjaliżmu li joħnoq ir-ruħ.

 


 

ŻVILUPP LI  JISTA’ JKOLLU ŻEWĠ EFFETTI

19.   La n-nazzjonijiet u lanqas il-bnedmin wieħed wieħed ma għandhom jgħożżu l-progress fil-ġid materjali bħallikieku  kien l-aħħar fini tagħhom.  Għaliex kull progress jista’ jservi għal żewġ ħwejjeġ: min-naħa waħda hu meħtieġ biex il-bniedem jikber dejjem aktar bħala bniedem, min-naħa l-oħra donnu jżommu il-bniedem ġo ħabs, jekk jiġi mfittex bħala l-aqwa ġid u ma jħalliniex infittxu xi ħaġa aħjar.  U jekk jiġri dan ta’ l-aħħar, il-qlub jibbiesu, ir-ruħ ma jimpurtaha minn ħadd aktar, u l-bnedmin ma jiltaqgħux biex ikabbru l-ħbiberija, imma biex ifittxu l-interessi tagħhom, u mħabba f’dawn, bħallikieku  xejn imorru  kontra xulxin u jinfirdu.  Għalhekk  it-tfittixija biss tal-ġid materjali, mhux biss  tfixkel il-bniedem li jiżviluppa ruħu, imma hija wkoll kuntrarju għall-veru kobor tieghu.   Għaliex sew in-nazzjonijiet sew il-bniedmin li huma mtebbghin bir-regħba juru biċ-ċar  moralita lura.

 

LEJN   KONDIZZJONIJIET   AĦJAR

20. Jekk għall-kobor ta’ l-iżvilupp jeħtieġu nies takniċi b’għadd dejjem akbar,  wisq aktar huma meħtieġa  bnedmin ta’ għerf u ta’ riflessjoni, li jagħtu ruħhom biex ifittxu xi ˝umaniżu˝  ġdid, li bih il-bnedmin tal-lum donnhom isibu lilhom infushom billi jilqgħu fihom il-ġid liema bħalu ta’ l-imħabba, tal-ħbiberija, tat-talb u tal-kontemplazzjoni [17].   Meta dan jirnexxi, ikun jista’ jitwettaq sewwa żvilupp veru, li jikkonsisti f’dan, illi l-bnedmin, sew wieħed wieħed, sew ilkoll, jgħaddu minn kondizzjonijiet li ftit jixirqu lill-bniedem għal oħrajn li aktar jixirqulu.

 

X’INHU   L-AĦJAR  LI   WIEĦED   GĦANDU   JFITTEX

21.  Jinsabu f’kundizzjoni li ftit tixraq lill-bniedem: l-ewwelnett dawk li  huma f’faqar hekk  kbir  li jonqsuhom anke l-iċken ħwejjeġ meħtieġa għall-ħajja, jew li ndebbolew ruħhom b’ċertu faqar morali ġej mill-imħabba żejda tagħhom infushom ;  imbagħad dawk li jsofru mħabba fl-istrutturi ta’ l-istat, ġejjin mill-abbuż tal-proprjeta jew ta’ l-Awtorita, jew mill-qliegħ akkwistat b’qerq mix-xogħol tal-ħaddiema, jew  minn nigozji inġusti.  Għall-kuntrarju sinjal ta’ kundizzjonijiet li aktar jixirqu lill-bniedem  huma: l-ewwelnett il-passaġġ mill-faqar għall-pusses tal-ġid meħtieġ, it-tneħħija tal-flaġelli soċjali, it-tkattir tal-għerf, l-akkwist tal-Kultura; imbagħad l-istima akbar tad-dinjita ta’ l-oħrajn; il-ġibda għall-imħabba tal-faqar [18], il-ħidma ta’ flimkien għall-fidi komuni, ir-rieda tal-paċi; imbagħad il-konoxxenza min-naħa tal-bnedmin ta’ l-aħjar ħwejjeġ  u ta’ Alla innifsu, bidu u fini ta’ dawk il-ħwejjeġ; fl-aħħarnet u l-aqwa, il-fidi, rigal ta’ Alla, milqugħa mil-bnedmin ta’ rieda tajba, u l-għaqda tal-qlub fl-imħabba ta’ Kristu, li jseħulna biex, bħala ulied ikollna sehem mill-ħajja ta’ Alla ħaj, Missier tal-bnedmin kollha.

 

3   --  X’GĦANDU  JSIR

GĦALFEJN GĦANDU JSERVI L-ĠID

22. Sa mill-ewwel faċċata tal-Kotba Mqaddsa naqraw dawn il-kelmiet:  “Imlew l-art u aħkmuha”  [19];  li bihom nitgħallmu lil-ħwejjeġ kollha tad-dinja huma maħluqin għall-bniedem u li lilu ngħata  x-xogħol u bil-qawwa tad-dehen tiegħu juri l-kobor tagħhom u jkomplihom u jipperfezzjonahom bil-ħidma tiegħu u biex jaqdu lilu.  Issa jekk l-art ġiet maħluqa biex tagħti lil kull bniedem dak li jeħtieġ  għall-ħajja u l-mezzi tal-progress, minn hawn jiġri li kull bniedem għandu l-jedd li jieħu minnha dak li jeħtieġlu.  Biex ifakkarna dan il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, għallem mill-ġdid: “Alla id-destina l-art u dak kollu li fiha għall-użu tal-bnedmin u tal-popli kollha. B’manjiera li l-ġid maħluq għandu jmur kif inhu xieraq għandhom ilkoll, skond kif trid il-ġustizzja msieħba ma’ l-imħabba˝ [20].  Il-jeddijiet l-oħra kollha, huma x’inhuma, anke dawk tal-proprejta u tal-kummerċ liberu, għandhom jiġu wara, u mhux biss ma għandhomx ifixklu dik ir-regola, imma għandhom aktar iħaffuha; huwa dmir soċjali importanti u urġenti li dawk il-jeddijiet jitreġġgħu lura għall-fini li kellhom mill-bidu.

 

IL-PROPRJETA’

23.   ˝Jekk wieħed ikollu l-ġid tad-dinja u jara ‘l ħuħ fil-bżonn, u jagħlaq qalbu, kif tibqa’ fih l-imħabba ta’ Alla? [21]. Kulħadd jaf  b’liema qawwa is-Santi Padri tkellmu fuq id-dmirijiet tal-għonja lejn il-fqar.  San  Ambroġ igħid:  ˝M’intix tagħti lill-fqar xi ħaġa minn tieghek, imma troddlu minn dak li hu tieghu.  Għaliex inti qiegħed tuża waħdek dak li hu mogħti għall-użu komuni ta’ kulħadd, mhux tal-għonja˝ [22].   Dan il-kliem ifisser li l-proprejta privat tal-ġid ma tagħti lil ħadd jedd li hu fqir.  Kollox hu mingħajr l-ebda kondizzjoni.  Ħadd ma’ jista’jwarrab għall-kumdita tiegħu privata biss, il-ġid li jibqagħlu żejjed, meta oħrajn huma neqsin minn dak li hu meħtieġ biex jgħixu.   F’kelma waħda, skond it-tagħlim tradizzjonali tal-Padri tal-Knijsa u ta’ Teoloġi kbar, qatt ma għandna nużaw il-jedd tal-proprejta bi ħsara tal-ġid komuni.  Jekk forsi ma jaqblux bejniethom il-jedd akkwistat mill-privat u l-aqwa bżonnijiet tal-komunita ˝huwa dmir ta’l-awtorita pubblika˝ li tħabrek biex dawn il-kwistjonijiet jinħallu bil-kooperazzjoni taċ-ċittadini u tal-għaqdiet soċjali [23]

 

L-UŻU  TAR-RENTA

24. Il-ġid komuni xi drabi jitlob l-esproporjazzjoni, jekk jiġri li xi artijiet ifixklu l-proprejta ta’ ‘lkoll, jew għax ikunu kbar wisq, jew għax ikunu ftit jew xejn maħduma, jew  għax iġibu l-faqar lin-nies tal-post, jew għax jagħmlu ħsara lill-istat.  Il-Konċilju Vatikan II, filwaqt li bla ħabi qal dan [24], jgħallem ukoll ċar illi r-renta li tidħol minn dawn l-artijiet ma għandhiex titħalla biex jagħmlu biha li jridu xi nies,  u li negozzji ta’ qliegħ kbir iżżejjed, magħmulin  biss għall-ġid ta’dak li jkun, għandhom  ikunu projbiti.  Għalhekk bl-ebda mod ma għandu jkun permess illi nies li għanhom renti kbar, ġejjin mill-ġid u mill-ħidma tan-nazzjon, iħaddmu biċċa kbira minnhomn f’pajjiżi barranin, billi jħarsu biss lejn il-vantaġġi tagħhomprivati, mingħajr ma jġibu  quddiem għajnejhom il-patrija tagħhom, li b’dan l-għamil tagħħom ikunu jagħmlulha tort kbir [25].

 

INDUSTRIJALIZAZZJONI

25. L-introduzzjoni ta’ snajja u ta’ industriji, hi ħaġa meħtieġa għall-kobor ekonmiku u għall-progress tal-bnedmin, turi l-iżvilupp u fl-istess ħin iġibu ‘l quddiem.  Għaliex il-bniedem, meta jħaddem il-qawwa tad-dehen tiegħu u l-aqwa ħidma tiegħu, issib bil-mod il-mod il-liġijiet moħbija tan-natura, u jbiddel dak l-għana  tagħha f’użu  li hu ta’ siwi akbar.  Għalhekk il-bniedem, filwaqt li jkun immexxi sewwa l-imġieba tiegħu, fl-istess ħin jitħajjar aktar biex ifittex u jsib ħwejjeġ ġodda, biex jilqa’ s-sogru ta’dak li se jagħmel bil-għaqal, biex ma jaqtax  qalbu mix-xogħol, biex jidħol għal-impiegi kbar, biex ikabbar is-sens tad-dmir.

 

KAPITALIŻMU  LIBERALI

26. Imma minn dawn il-kondizzjonijiet ġodda tas-soċjeta’, ma nafx kif,  nibtu xi opinjonijiet li jżommu il-qliegħ bħala l-aqwa tħajjir għall-progress ekonomiku, il-konkorrenza bla ebda xkiel bħala l-ogħla liġi ta’ l-ekonomija, il-proprejta’  privata tal-għodod bħala jedd assolut li ma għandu l-ebda limiti u lanqas dmirjiet  marbutin miegħu.  Dan ix-xorta ta’ liberaliżmu bla rażan wittiet it-triq għal kull xorta ta’ tirannija, li bir-raġun kienet ikkundanata mill-Papa ta’ qabilna Piju XI, għaliex “minnha jinbiet  l-internazzjonaliżmu jew imperjaliżmu  internazzjonali tal-flus [26]˝  Dawn  l-abbużi  fl-ekonomija qatt ma huma kkundannati biżżejjed, billi l-ekonomija (u fuq dan għandna mill-ġdid inwissu bis-serjeta’) għandha biss isservi lill-bniedem. [27]   Imma jekk hu ta’ min jistqarr li minn xi xorta ta’ kapitaliżmu twieldu tant sofferenzi, tant ħażen, tant ġlied bejn l-aħwa, li l-effetti tagħhom għadna nħossuhom, min-naħa l-oħra jiżbalja min iwaħħal fl-industrijalizzazjoni bħala ħtija ta’ dawn il-ħsarat, illi ġejjin minn dawk l-opinjonijiet ħżiena  dwar l-ekonomija li issieħbu ma’ l-istess industrijalizzazjoni.  Anzi l-ġustizzja titlob li aħna nirrokorru li l-għajnuna meħtieġa biex l-iżvilupp  jitmexxa ‘l quddiem għanha tiġi mhux biss mill-organizzazjoni tax-xogħol imma ukoll mill-progress industriali.

 

IX-XOGĦOL

27. Hekk ukoll, għad li xi drabi jingħata bix-xogħol, xi tifħir barra minn loku, huwa tassew minnu li  x-xogħol huma ikkmandat u mbierek minn Alla.  Il-bniedem maħluq xbiha  ta’ Alla, għandu jagħti sehem fl-opra ta’ Alla li ħalaq kollox, biex jipperfezzjona l-ħolqien, u għandu wkoll jistampa fl-art dik ix-xbiha spiritwali lihi stampata fih [28].  Meta Alla  żejjen  il-bniedem bid-dehen,  bir-raġuni u bis-sensi, tah il-mezzi li bihom qisu jkompli u jipperfezzjona l-opra mibdija minnu.  Għaliex kull min jagħti ruħu għax-xogħol, sew artista sew artiġjan, sew impreditur, sew ħaddiem, sew bidwi, b’xi mod ikun jaħlaq.   Imgħawweġ fuq il-materja, li  tirreżisti għall-isforzi tiegħu, il-bniedem donnu jistampa fiha xi ħjiel tieghu nnifsu, u, fl-istess ħin jipperfezzjona fih stess il-perseveranza, l-inġenjosita’ u l-qawwa ta’ riflessjoni.  Anzi, billi l-istess tama, dwejjaq, xewqat u ferħ, għalhekk jgħaqqad ir-rieda tagħhom, iressaq lejn xulxin l-erwieħ tagħhom, jorbot il-qlub.  Għaliex meta l-bnedmin jaħdmu, jagħarfu li huma aħwa [29].

 

ŻEWĠ  EFFETTI  TAX-XOGĦOL

28. Ix-xogħol jista’jkollu żewġ effetti:  għaliex, min-naħa waħda, billi x-xogħol iwiegħed flus, pjaċiri, setgħa, huwa jħajjar lil x’wħud għall-imħabba żejda tagħhom infushom, u oħrajn għat-tixwix; imma min-naħa l-oħra  jservi wkoll biex jiġu perfezzjonati il-kuxjenza professjonali, il-qdusija tad-dmir u l-imħabba lejn il-proxxmu  għad li l-lum ix-xogħol huwa aktar organizzat, iżda jista’ jkun ta’ ħsara lill-istess dinjita’ tal-bniedem, li donnu jsir lsir tiegħu;  għaliex  ix-xogħol għandu biss jinżamm  bħala ħaġa li tixraq lill-bniedem, jekk ikun ġej mill-intellinġenza u mil-liberta’ tiegħu.  Il-Papa ta’ qabilna, Ġiovanni XXIII, wissa serjament li jeħtieġ tassew li l-ħaddiema jerġgħu jitqegħdu fid-dinjita’ tagħhom u li jkollhom bil-fatti sehem fix-xogħol komuni; is-soċjetajiet tax-xogħol  għandu jkollhom sura ta’ għaqda ta’ bnedmin, li jkollha influwenza fuq ir-relazzjonijiet tal-bnedmin u fuq ix-xogħolijiet u dmir differenti [30].

 

It-tbatija tal-bnedmin imbagħad għandha nobilta’ aktar għolja jekk inħarsu lejha fid-dawl nisrani, billi tfittex ukoll li fuq din l-art tinbena dinja sopranaturali [31], illi ma tkunx mitmuma u perfetta sakemm aħna naslu biex ilkoll flimkien nifformaw dak il-Bniedem, li munnu jitkellem San Pawl b’dan il-kelmiet ˝raġel magħmul fl-aħjar ta’ żmienu˝ [32]

 

MALAJR  U  BIL-GĦAQAL

29. Jeħtieġ inħaffu: għadd wisq kbir ta’ bnedmin qegħdin isofru u qiegħed jikber il-bgħid  bejn dawk li mixjin ‘il quddiem u oħrajn li huma weqfin, anzi sejrin għall-agħar.  Jeħtieġ ukoll li dak li għandu jsir jimxi sewwa u kif jixiraq, biex ma jintilifx l-ekwilibrju hekk meħtieġ.   Riforma tal-biedja mgħaġġla forsi ma tiksibx l-iskop tagħha; u industrijalizzazjoni ta’ malajr iż-żejjed tista’ tħarbat istituzzjonijiet li għadhom meħtieġa u ġġib miżerji soċjali u għalhekk treġġa  lura l-kultura tal-biedem. 

 

TENTAZZJONI  GĦALL-VJOLENZA

30. Hawn bla dubja kondizzjonijiet, illi, billi huma inġusti, jitolbu l-kastig ta’ Alla.  Għaliex billi popli sħaħ, neqsin minn dak li jeħtieġ għall-ħajja, huma tant dependenti minn oħrajn, li ma jistgħux jieħdu inizjattivi minn rajhom, jidħlu għal xogħol   b’resposabbilita’, jitilgħu għal grad ogħla ta’ kultura, jieħdu sehem fil-ħajja soċjali u politika, bħallikieku xejn il-bnedmin  jitħajru li jirreżistu bil-vjolenza għall-offiża magħmula lid-dinjita’ tal-bniedem.

 

RIVULUZZJONI

31. Hi ħaġa magħrufa biżżejjed li t-taħwid u r-rivoluzzjonijiet – barra mill-każ ta’ xi tirannija ċara u twila, li tiċħad il-jeddijiet ewlenin tal-persuna tal-bniedem u li tagħmel ħsara kbira lill-ġid komuni tal-pajjiż – iġibu magħhom inġustizzji ġodda, joħolqu differenzi ġodda, isaħħnu l-bnnedmin għal straġi ġodda.  Deni, li hu tassew deni, ma jistax jitwarrab b’mod li jġib deni akbar.

 

RIFORMA

32.  Nixtiequ  li l-kelma tagħna tiftiehem tajjeb, għal din il-qagħda kif inhi l-lum, jeħtieġ li wieħed jaħseb bil-kuraġġ u li l-inġustizzji, li qiegħda ġġib magħha, għandhom ikunu ikkumbattuti u mirbuħa.   L-iżvilupp jitlob li għandhom isiru tibdiliet serji li bihom il-qagħda tiġġedded għal kollox.  bla telf ta’ żmien  għandu jsir tħabrik biex isiru tibdiliet għall-aħjar fil-ħwejjeġ l-aktar urġenti.  Kulħadd għandu jieħu sehem f’dan ix-xogħol ‘qalb ġeneruża u ħabbrieka, l-aktar dawk li l-aktar jistgħu jgħinuu mħabba l-kultura, ix-xogħol u s-setgħa li għandhom.  Għandhom f’din il-ħaġa  minn tagħhom stess’ , kif għamlu l-isqfijiet ħutna [33].   Hekk huma jkunu jikkorrispondu għal dak li l-bnedmin qegħdin jistennew u jobdu l-Ispirtu s-Santu, għaliex “il-ħmira ta’ l-Evanġelju qajjmet u tqajjem fil-qalb tal-bniedem bżonn li ma jieqafx ta’dinjita”. [34]

 

PROGRAMMI U  PJANI

33. L-inizjattiva ta’ kull wieħed u l-ġlied tal-konkorrenza ma  jwasslux biex jagħtuna l-iżvilupp.  Għaliex ma għandniex nimxu ‘l quddiem b’manjiera li l-ġid u s-setgħa tal-għonja jikbru u l-miżerja tal-foqra tibqa’ fejn hi u l-jasar ta’dawk li huma minn taħt jiħrax.  Għalhekk hemm bżonn  ta’ programmi ta’ dak li għandu jsir, li jinkoraġġixxu, jħajjru, jikkoordinaw, jissostitwixxu u jkomplu [35]  il-ħidma ta’ kull wieħed u ta’ l-istituzzjonijiet li jindaħlu fin-nofs.  Huwa x-xogħol  ta’ l-Awtoritajiet, imbagħad, li  jistabbilixxu u jimponu x’għandu wieħed ifittex,  x’deċiżjonijiet għandhom jittieħdu, il-mezzi li bihom nistgħu naslu; jiġifieri huwa xogħol ta’ l-“Awtoritajiet  iqanqlu l-forzi ta’ dawk kollha li għandhom sehem f’dan ix-xogħol komuni.  Imma għandhom jaħsbu wkoll li  ma dan ix-xogħol jgħaqqdu l-inizjattivi ta’ bnedmin  privati u istituzzjonijiet intermedjari.  Għaliex hekk jaħirbu l-periklu ta’ dawk li jridu jgħaqqdu kollox flimkien u  ta’ dawk li jridu jqassmu l-ekonomija fuq pjani magħmulin minnhom minn  qabel kif ġie ġie; li huma  ħwejjeġ kuntrarji għal-liberta u li jiċħdu l-użu ta’ l-aqwa jeddijiet tal-persuna tal-bniedem.

 

GĦALL-ĠID  TAL-BNIEDEM

34. Ir-raġuni ta’ dak li għidna hija li  kull programm li hu maħsub biex ikabbar il-qliegħ ma għandux  ifittex ħaġ’oħra  ħlief li  jservi lill-persuna tal-bniedem: jiġifieri il-ħsieb tiegħu għandu jkun  li  jitnaqqsu d-differenzi, jitneħħew trattamenti speċjali, li l-bnedmin jeħilsu mill-irbit tal-jasar, u għalhekk ikunu jistgħu huma stess itejjbu l-qagħda tagħhom fil-ħwejjeġ materjali, jiksbu l-progress tagħhom morali, jiżviluppaw il-kwalitajiet tagħhom spiritwali meta nitkellmu fuq żvlupp, jeħtieġ  nifhmu t-tħabrik sew għall-progress  soċjali, sew ghattakbbir tal-qliegħu.  Mhux biżżejjed tinkuraġġixi t-teknika biex l-art issir aktar xierqa biex jgħammar fiha l-bniedem.   Dawk li qegħdin jitħabtu biex jiżviluppaw ruħhom għandhom jitgħallmu mill-iżbalji ta’ dawk ta qabilhom, biex jaħirbu  l-perikoli f’dan il-qasam.  It-‘teknokrazija,’ jiġifieri s-saltna tat-teknika, jekk għalli ġej isseħħ, tista’ ġġib deni mhux inqas ta’ ħsara  mill-ġieb s’issa  dak li jissejjaħ liberaliżmu.  Għaliex ekonomija u teknika ma jfissru xejn, jekk ma jkunux ta’ ġid għal-bniedem, li lilu għandhom jaqdu.  Il-bniedem imbagħad huwa tassew bniedem meta jikkmanda l-għamil tiegħu u jiġġudika fuq il-valur tiegħu u hekk isir tassew l-awtur tal-progress tiegħu; u dan għandu jsir tassew l-awtur tal-progress tiegħu; u dan għandu jsir skond kif jixraq lin-natura li  tah Alla li ħalqu, u li tagħha huwa jieħu f’idejħ il-forzi u l-bżonijiet.

 

ISTRUZZJONI

35.  Jista’ wieħed ukoll jgħid li l-kobor tal-ekonomija huwa marbut l-aktar mal-progress soċjali li hija ġġib u  li l-ewwel eduazzjoni  li  fiha jingħata l-ewwel tagħlim, hija mixtieqa fuq kollox   minn dawk li jridu l-progress.  Il-ġuħ tat-tagħlim mhux inqas aħrax mill-ġuħ tal-ikel, għax min ma jafx jaqra u jikteb qisu wieħed marid b’debbolizza tal-ispirtu;  imma meta wieħed ikun jaf jaqra u jikteb, huwa format biex jagħmel xi xogħol jew jeżerċita  xi uffiċċji, ikollu fiduċja  fih innifsu u jinduna li jista’ jimxi  ‘l quddiem mal-oħrajn.  Kif għall-membri tal-Kunsill, li fil-qosor jissejjaħ ‘Unesco’, li wieħed ikun jaf jikteb huwa għall-bniedem l-ewwel pass li  bih huwa mhux biss jidħol fis-soċjeta imma hu stess isir għani, u huwa wkoll għas-soċjeta għajnuna l-aktar qawwija biex tkabbar l-ekonomija u biex tiżviluppa ruħha’’ [36].  Fuq dan nifirħu għax-xogħol kbir li sar f’dan il-qasam b’inizjattiva ta’ privati, mill-awtorijtajiet u minn organizzazzjonijiet internazzjonali; dawn huma tassew il-ħwejjeġ li  l-aktar iġibu l-iżvilupp, għax  jagħmlu l-bniedmin  kapaċi li jiksbuh bil-qawwa tagħhom stess. 

 

IL-FAMILJA

36. Imma  l-bnedmin mhux għal kollox kif imissu ikun ħlief fis-soċjeta li għalija jappartjeni  u li fiha l-familja għandha  importanza l-aktar kbira u elwenija.  Jekk inħarsu lejn  xi żminjiet  u xi pajjiżi, din l-importanza forsi kienet esaġerata, għaliex  sofrew il-jeddijiet ewlenin tal-liberta tal-persuna.  L-istituzzjonijiet soċjali qodma tal-pajjiżi, li mixjin lejn l-iżvilupp, għandhom għal xi żmien meħtieġa,. Imma l-qawwa tagħhom esaġerata  jeħtieġ titnaqqas bil-mod il-mod.   Imma  l-familja naturali, monogamika u stabbli, kif kienet imwaqqfa  mill-ħsieb ta' Alla [37], "imqaddsa mir-reliġjon nisranija, fejn diversi ġenerazzjonijiet  iltaqgħu u jgħinu  lil xulxin, biex jiksbu għerf akbar u biex iqabblu bi ftehim il-jeddijiet tal-persuna mal-bżonnijiet oħra tal-ħajja soċjali, hija l-pedament tas-soċjeta"  [38].

 

IL-GĦADD TAL-POPOLAZZJONI

37.   Ma għandniex niċħdu  li l-kobor imgħaġġel fil-għadd tat-twelid wisq drabi jżid diffikultajiet għall-problema ta' l-iżvilupp, għax l-għadd tal-bnedmin jiżdied aktar malajr mal-mezzi li hemm lesti,  b'manjiera li t-toroq kollha jidhru magħluqa.  F'dan il-każ  wieħed jasal malajr għall-konklużjoni li jnaqqas il-kobor ta' l-ulied, b'rimedji serjissimi.  Ma hemmx dubju li l-Awtorjitajiet, sa fejn imiss lilhom, jistgħu jindaħlu hawn, billi jgħallmu fuq hekk iċ-ċittadini, u jieħdu diċiżjonijiet addattati, basta dawn ikunu jaqblu ma' dak li trid il-liġi morali u tiġi għal kollox imħarsa l-liberta tal-miżżewġin.  Għax meta jitwarrab il-jedd l-aktar sod taż-żwieġ   u tal-prokreazzjoni, tiġi fix-xejn  id-dinjita tal-bniedem.  Imiss fl-aħħar  lill-ġenituri, wara li jkunu eżaminaw sewwa l-problema, jieħdu deċiżjoni  dwar il-għadd tal-ulied, dmir li huma jieħdu fuq spallejhom quddiem Alla, quddiem is-soċjeta  li lilha jappartjienu, billi jimxu fuq dak li tgħidilhom il-kuxjenza tagħhom, imgħallma mil-liġi ta' Alla, interpretata minn min għandu din is-setgħa u msaħħa mill-fiduċja f'Alla". [39] 

 

ORGANIZZAZZJONIJIET

38.  Fix-xogħol tal-iżvilupp il-bniedem, li, imwieled fil-familja jsib l-aqwa u l-ewwel manjiera tal-ħajja, bosta drabi jiġi megħjun minn organizzazzjonijiet professjonali.  U jekk dawn ikunu twaqqfu, biex ikunu ta' kumdita u ta' ġid  lill-membri tagħhom, għandhom dmir u responsabbilita' kbira dwar l-edukazzjoni li jistgħu u li għandhom iwettqu.  Għaliex  huma meta  jgħallmu u jedukaw il-bnedmin, jiswew ħafna biex igħallmuhom jifhmu l-ġid  komuni u l-obbliigu li għandhom lejn dan il-ġid.

 

SIWI  TA'  ĦAFNA  ORGANIZZAZZJONIJIET

39. Kull ħidma soċjali għandha magħqud magħha xi tagħlim; u n-nisrani għandu jwarrab dak it-tagħlim li hu mibni fuq filosofija ta' materjaliżmu u ta' l-ateiżmu, jiġifieri tagħlim li ma jirrispettax la l-mentalita reliġjuża li tmexxi l-ħajja lejn fini li ma jispiċċa qatt u li hu fuq kollox, l-anqas il-liberta u lanqas id-dinjita tal-bniedem.  Imma jekk dawn il-veritajiet l-aktart nobbli jkunu mħasrsin sewwa, jistgħu jkunu milqugħin ħafna organizzazzjonijiet professjonali u għaqdiet tal-ħadiema, u, b'xi sens, jaqbel li jkunu hemm, jekk bihom titħares il-liberta u tiġi mħeġġa l-ħrara  għal dak li hu tajjeb.  U aħna bil-qalb nagħtu ġieħ lil dawk kollha, li f'dawn l-għaqdiet iħallu fil-ġenb l-interessi tagħhom u bil-ħidma tagħhom iservu lil ħuthom.

 

FORMAZZJONI TA' KULTURA

40. Barra minn dawn l-organizzazzjonjiet professjonali, jinsabu wkoll organizzazzjonijiet li bil-ħidma tagħhom jinkoraġġixxu  l-kultura u x-xogħol tagħhom mhux inqas importanti biex l-iżvilupp  jirnexxi.  Il-Konċilju juża dawn il-kelmiet serji u jgħid: "Il-ġejjieni tad-dinja jkun fil-periklu jekk ma jitfaċċawx nies aktar għorrief" u iżjed:  "Hu wkoll ta' min jiosserva li ħafna nazzjonijiet, aktarx fqar fil-ġid materjali, imma aktar għonja fil-għerf, jistgħu jkunu ta' ġid liema  bħalu għal nazzjonijiet oħra [40].   Kull pajjiż, għani jew fqir, għandu  ċivilta tiegħu ġejja mill-missirijiet: jiġifieri istituzzjonijiet meħtieġa  għall-ħajja ta'  din l-art u ħwejjeġ oħra ta' dehen aktar għolja, għax għandhom  x'jaqsmu mal-arti, mal-għerf u mar-reliġjon.   Meta f'dawn jinsabu ħwejjeg tajba u li jixirqu lil-bniedem, jiżbalja ħafnan min iwarrabhom, imħabba f'dawk ta' l-ewwel; u poplu li jħalli dan jiġri, ikun qed jitlef l-aħjar ħaġa li għandu; u biex jgħix ikun jissagrifika dak li l-aktar jagħti l-ħajja.  Tiswa wkoll għal-popli t-twissija ta' Kristu:  "x'jiswa lill-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha, imma jitlef ruħu? [41]

 


 

TENTAZZJONI   TAL- MATERJALIŻMU

41.  Il-Popli fqar qatt ma jistgħu joqogħdu għassa biżżejjed kontra t-tentazzjoni li jħossu mħabba  popli għonja.  Għaliex dawn, filwaqt li juru kemm irnexxew fil-ħajja bit-teknika u bil-kultura, juru xorta ta' xogħol u ta' industrija li bihom  jiksbu fuq kollox prosperita materjali.  Dan m'aħniex ngħiduh bħallikieku l-ġid materjali huwa minnu nnifsu ta' tfixkil għall-ħidma tar-ruħ; anzi meta l-bnedem ikollu dan il-ġid, "meħlus mill-jasar tal-ħwejjeġ, jista' aktar bil-ħeffa jintrefa' biex jadura u jikkontempla lil Alla, li ħalaq kollox" [42].   Imma għax imħabba ż-żejjed mal-ħwejjeġ tal-art,  bosta drabi tista' tagħmel aktar iebes li wieħed  jersaq lejn Alla [43].  Għalhekk  il-popli li qegħdin ifitttu l-iżvilupp tagħhom għandhom jagħmlu għażla tajba fost il-ħwejjeġ li jqegħduhom  quddiemhom: jikkritikaw u jbegħdu minnhom dawk il-vantaġġi foloz, li bihom l-aħjar  għamla  tal-ħajja tal-bniedem titbaxxa, imma jilqgħu dawk il-ħwejjeġ li huma sbieħ u ta' siwi u jfittxu li  jiżviluppawhom flimkien ma' dak li huma diġa għandhom, skond in-natural tagħhom.

 

GĦELUQ

42. Din hija l-idea ta' umanita perfetta li jeħtieġ li titmexxa 'l quddiem [44];  hija forsi xi ħaġ'oħra ħlief li taħseb għall-iżvilupp tal-bniedem kollu kemm hu u tal-bnedmin kollha?  Idea ta' umanita' imċekkna ġo limiti iżgħar, li ma  jimpurtahiex mill-ġid tar-ruħ u minn Alla, li minnu ġej dak il-ġid, quddiem l-għajnejn biss tista' tkun aqwa.   Tassew li l-bniedem jista' jorganizza l-ġid  tal-art mingħajr ma jaħseb f'Alla, imma "meta Alla jitħalla fil-ġenb, ma jistax jorganizzahom ħlief kontra l-bniedem.   Kultura tal-bniedem li tħalli barra l-ħwejjeġ l-oħra, issir ħaġa  li ma taqbilx  mal-bniedem [45].  Għalhekk l-idea vera tal-umanita mhix ħlief  dik li tħares lejn Alla,  li hu fuq kollox, filwaqt li nagħarfu s-sejħa li għaliha aħna msejħin u li tagħtina l-vera idea tal-ħajja tal-bniedem.  Mela l-bniedem mhux l-aħħar  regola tiegħu nnifsu u jsir dak li jmissu jkun jekk jogħla 'l fuq minnu nnifsu, skond il-kliem, tassew minnu ta' Biagio Paskal: "hi ħaġa tal-għaġeb kemm il-bniedem jogħla aktar mill-bniedem" [46].

 

 

IT-TIENI TAQSIMA

L-IŻVILUPP  FLIMKIEN  TAL-BNEDMIN  KOLLHA

 

DAĦLA

43. L-Ivilupp sħiħ tal-bnedmin wieħed wieħed għandu jkun  magħqud mal-iżvilupp tal-ġens kollu tal-bnedmin,  li għandu jsir bl-isforz ta' kulħadd.   F'Bombay għedna:  "Jeħtieġ li l-bniedem jiltaqa' mal-bniedem u n-nazzjonijiet jiltaqgħu bejniethom bħal aħwa,  bħala wlied Alla.  B'din ir-rieda tajba u b'din il-ħbiberija ta' bejnietna, b'dan il-ftehim imqaddes tal-qlub, aħna wkoll għandna nindaħlu għax-xogħol li nlestu għal li ġej il-prosperita tal-bnedmin kollha [47].  Issuġġerejna wkoll li jitfittxu mezzi ċerti u stabbli li bihom jitwaqqfu organizzazzjonijiet tajba biex jiġi mqassam mal-oħrajn il-ġid  li  hemm u hekk tinħoloq rabta vera bejna in-nazzjonijiet.

 

GĦAQDA  TA' AĦWA  BEJN   IL-POPLI

44.   Dawk  li huma aktar għonja għandhom l-ewwelnett obbligi ġejjin mill-għaqda naturali u sopranaturali ta' aħwa  u li turi tliet aspetti:  l-ewwel  huwa d-dmir ta' solidiarjeta', jiġifieri l-għajnuna li għandha tingħata min-nazzjonijiet għonja lil dawk li għadhom jitħabtu biex jiżviluppaw ruħhom;  imbagħad jiġi d-dmir tal-ġustizzja soċjali,  li tikkonsisti f'dan, li r-relazzjonijiet kummerċjali li hemm bejn popli aktar qawwijin u dawk li huma aktar debboli, jitbiddlu għall-aħjar;  fl-aħħarnett  id-dmir ta' l-imħabba univiersali, li biha tiġi nkorraġġita għal kulħadd parteċipazzjoni aktar xierqa lil bniedem, li fiha  kulħadd ikollu x'jagħti u x'jirċievi, mingħajr ma l-progress ta' wieħed ma jfixkel lill-ieħor.  Dan ix-xogħol huwa importanti, għax minnu tiddependi ċ-ċivilta' tad-dinja fiż-żmien li ġej.

 

TAQBIDA  KONTRA  L-ĠUĦ

45. San  Ġakbu jgħid: "Jekk ħuk jew oħtok ma għandhomx x'jilbsu u jonqoshom l-ikel ta' kuljum, u wieħed minnkom jgħidilhom: "Morru bis-sliem: isħnu u ixbgħu," u ma tagħtuhomx dak li jenħtieġ għall-ġisem, x'jiswa?" [48].   Illum kulħadd imissu jaf li f'xi kontinenti, irġiel u nisai bla għadd  qegħdin ibatu l-ġuħ:  li tfal bla għadd huma morda minħabba n-nuqqas ta' ikel, u hekk mhux ftit minnhom imutu meta  jkunu għadhom qegħdin jibdew il-ħajja; li minħabba f'dan, fost ħafna popli oħra l-iżviluppp tal-ġisem  u tal-menti hu miżmum, u għalhekk popolazzjonijiet ta' pajjiżi sħaħ jinsabu mdejqin u bla qalb.  

X'SAR   ILLUM

46. Sejħat diġa saru b'leħen għoli u mnikket.  Is-sejħa tal-Papa ta' qabilna, Ġiovanni XXIII, kienet milqugħa b'entużjażmu  [49].  Aħna stess ġeddidniha fil-messaġġ tal-Milied tas-sena 1963 [50] u mill-ġdid  fis-sena 1966 biex ngħinu l-Indja [51].   Il-ħidma tal-Kunsill tan-nazzjonijiet kollha biex jaħseb għall-ikel u għax-xogħol tar-raba", imsejjaħ fil-qosor F.A.O., li s-Santa Sede tinkorraġġieh ħafna, ġiet milqugħa b'qalb kbira.  L-organizzazzjoni tagħna li jisimha "Caritas internationalis," kullimkien taħdem, u ħafna kottoliċi, imħajrin mill-Isqfijiet ħutna, bla mistrieħ jisfurzaw biex tingħata għajnuna lill-fqar u bil-mod ikabbru l-għadd ta' dawk li jgħożżu u bħala aħwa.

 

X'GĦANDU   JSIR

47.   Imma dawn il-ħwejjeġ  mhumiex biżżejjed bħalma mhumiex biżżejjed  is-somom ta' flus depożitati  fil-privat jew fil-pubbliku, somom  mogħtija jew mislufin.   Mhux biss kwistjoni ta' tneħħija  ta' ġuħ u ta' tnaqqis ta' faqar.   Mhux biżżejjed  titħabat kontra l-miżerja, għad li din hija ħaġa urġenti u meħtieġ;  għandha titwaqqaf dinja, li fiha kull wieħed, mingħajr differenza ta' razza, ta' reliġjon, ta' nazzjon, jista' jgħix ħajja li tassew tixraq lill-bniedem, meħlusa minn kull jasar li ġej  mill-bnedmin u min-natura mhux imrażża biżżejjed; dinja,  infissru, li  fiha l-liberta mhux isem fieragħ, u li fiha  l-fqir Lazzru, jista' joqgħod fuq il-mejda ma' l-għani [52].  U dan jitlob mill-għani ġenerożita  mhux żgħira, ħafna sagrifiċċji li jidħol għalihom minn rajh,  sforz bla waqfien.  Kull ħadd għand li jidħol għalhom minn rajh, sfora bla waqfien.  Kulħadd għandu jeżamina l-kuxjenza tiegħu li donnha b'leħen ġdid tkellimna f'dawn iż-żminijiet tagħna.  Huwa kull wieħed lest biex jgħin bi flusu l-ħidmiet u l-missjonijiet  organizzati  għall-għajnuna tal-fqar?  Biex iħallas aktar taxxi ħalli l-awtoritiajiet ikunu jistgħu jkabbru l-isforzi tagħhom għall-iżvilupp?  Biex jixtri bil-għoli l-ħwejjeġ importanti minn barra, ħalli min jaħdimhom jista' jirċievi ħlas akbar?  Biex jemigra, jekk hemmm bżonn u hu żgħażugħ, ħalli jgħin in-nazzjonijiet li  jimxu lejn iċ-ċivilta?

 

DMIR  TA'  GĦAQDA

48. Billi d-dmir ta' għaqda bejn il-bnedmin jgħodd ukoll għall-għaqda bejn in-nazzjonijiet, "huwa dmir l-aktar kbir  tan-nazzjonijiet żviluppati li jgħinu lill-popli li għadhom mixjin lejn l-iżvilupp" [53]. Dan it-tagħlim tal-Konċilju għandu jkun imwettaq.  Jekk  ma hemm xejn ħażin li nazzjoni tinqeda qabel l-oħrajn b'dak li Alla taha fil-provvidenza Tieghu qisu qliegħ tax-xogħol tagħna, b'dan kollu l-beda poplu ma għandu jażżarda  jaħżen il-ġid għall-użu tiegħu biss.   Kull poplu għandu jippproduċi xogħolijiet u ħwejjeġ ta' arti, f'għadd akbar u aħjar, biex il-ħajja taċ-ċittadini kollha jkollha dinjita' li tassew tixraq  lill-bniedem, u tingħata għajnuna għall-progress tal-bnedemin li għandu jintlaħaq minn  kulħadd flimkien.  Billi fil-pajjaiżi neqsin mill-kultura, il-faqar jikber, huwa  xieraq li xi stat għani jċedi xi biċċa mill-ġid li  kiseb biex igħin il-bżonnijniet tagħhom, huwa xieraq ukoll li jħejji edukaturi, inġinieri, tekniċi, xjenzati, biex ikunulhom ta' ġid bil-għerf u l-kompetenza tagħhom.

 

IŻ-ŻEJJED

49.   Hu ta' min itenni mill-ġdid dan:  dawk il-ħwejjeġ li jibqgħu żejda fil-pajjiżi għonja, għandhom jiswew għall-pajjiżi fqar.  Ir-regola li  kienet tgħid li għandna ngħinu lil dawk li  huma aktar qrib lejna, il-lum tisiwa għal kollha kemm huma l-fqar li jinsabu fid-dinja, u minn dan l-għonja jkunu minn ta' l-ewwel li jkollhom  vantaġġi.   Imma jekk dawn jostinaw ruħhom fix-xeħħa  tagħhom, iġibu l-kastig ta' Alla u jkebbsu  l-korla tal-foqra, mingħajr ħadd  ma  jista'jgħid x'jista jiġri wara.  Il-pajjiżi li llum jinsabu f'qagħda tajba, imma  li jaħsbu biss fihomin fushom, jitilfu l-ogħla ħwejjeġ li għandhom,  jekk iridu aktar ikabbru l-ġid li għandhom, milli jkunu aktar nobbli u retti.  Bir-raġun tiġi applikata għalihom  il-parabbola ta' dak  ir-raġel għani li mill-għelieqi tiegħu jieħu tant frott,  li ma jafx fejn jaħżnu, "Imma Alla qallu:  'Iblah dal-lejl tkun mitlub  trodd ruħek" [54]

 

PROGRAMMI   STUDJATI

50.  Imma dawn l-isforzi, biex  jitwettqu sewwa,  ma jistgħux jixterdu u jinfirdu minn oħrajn, u wisq anqas imorru kontra xulxin imħabba l-ambizzjoni jew is-setgħa ta' xi wħud.   Għaliex dawn iż-żminijiet  jitolbu metodi maħdumin flimkien ta' dak li għandu jsir, li huma aktar ta' qawwa u aħjar minn dawk  l-għajnuniet li jingħataw skond ir-rieda tajba ta' dak li jkun, meta tinqala' xi  okkażjoni.  Kif għedna aktar 'il fuq,  jeħtieġ li jsiru  studji bir-reqqa, jitfisser sewwa fejn irridu naslu, jissemmew il-mezzi u l-manjieri, jitwettqu ħidmiet flimkien minn nies magħżulin, jintlaħqu l-bżonnijet tal-lum u biex ikunu jista' jitwettaq dak li jidher meħtieġ 'il quddiem.  Anzi dawn il-metodi jwasslu aktar 'il quddiem milli jkabbru l-ekonomija  u l-progress soċjali,  għaliex jagħtu qawwa u importanza lil dak li għandu jsir u, fil-waqt li jgħaqqdu l-bnedmin b'istemazzjoni xierqa, jagħtu wkoll dinjita' u qawwa aktar lill-istess bniedem.

 

FOND  MAD-DINJA  KOLLHA

51.  Jeħtieġ  nimxu aktar 'il quddiem.  Meta konna Bombay waqt il-Kongress Ewkaristiku Internazzjonali, tlabna lill-Kapijiet ta' l-Istati biex jimpjejgaw biċċa minn dawk l-ispejjeż li jonfqu fl-armamenti, ħalli jsir fond universali biex tingħata għajnuna lill-popli fqar [55].   Dak li l-ewwel jiswa biex ibiegħed  il-miżerja, jiswa wkoll biex iġib  'il quddiem il-progress.  Għaliex ħidma mwettqa flimkien mill-popli kollha, li tagħha  dak il-fond universali jkun xbieha u mezz, iġġib magħha dawn iż-żewġ effetti:  minn banda l-waħda jinqatgħu l-piki fiergħa,  u mill-banda l-oħra fost il-popli kollha jibda djalogu ta' ġid u ta' paċi.

 

VANTAĠĠI  TA'  DAN  IL-FOND

52. Ma hemmx dubju li ftehim bejn tnejn jew aktar għandu  jiġi mħares; għax flok il-qagħda ta' sottomissjoni u t-tilwim, li kien iġib miegħu l-kolonjaliżu, dan il-fteħem iġib  rabta ta' ħbiberija li tagħmel il-ġid, mibnija fuq l-uqwaljanza tal-jeddijiet u tal-politika.  U dan il-ftehim,  jekk jingħaqad mar-rieda ġenerali ta' għajnuna li għandha tingħata mill-popli tad-dinja kollha, ma jagħti l-ebda okkażjoni ta' suspett.  Għaliex dawk li jivvantaġġjaw minnn dan il-ftehim għandhom inqas raġun li jitħassbu u jibżgħu li, bl-iskuża  jew ta' għajnuna ta' flus, jew ta' assistenza teknika jkolllhom jissapportu xi xorta ġdida ta' kolonjaliżmu, li bih tonqsilhom il-liberta politika u jiżdidulhom piżijiet finanzjarji, u fl-istess ħin tiġi fuqhom imsaħħa jew imdaħħla s-setgħa ta' ftit.

 

HUWA  URĠENTI

53.   Min ma jarax li, minħabba dan il-fond li semmejna, jkunu jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż li jsiru minħabba xi biża' jew  xi ostinazzjoni?   Filwaqt li tant popli jsofru l-ġuħ, filwaqt li tant familji jinsabu fil-miżerja, filwaqt li tant  bnedmin jinsabu mgħarrqin fid-dlam ta' l-injoranza, filwaqt li hemm tant nuqqas ta' skejjel, ta' sptarijiet, ta' djar, li  jistħoqqilhom jissejħu hekk, kull nefqa pubblika jew privata, tan-nazzjon jew ta' individwi, magħmula għall-frugħa, kull pika, fl-aħħarnett, li ġġib il-faqar, magħmula biex jiżdiedu armamenti; dawn il-ħwejjeġ kollha, ngħidu, jitbiddlu f'delitt infami u intollerabbli.  Ir-responsabbilta' l-aktar  kbira mqegħda fuqna titlob li  ngħidu dan  fil-beraħ.  Jalla dawk li għandhom is-setgħa jagħtuna widen, qabel ma jkun tard wisq.

 

JINBENA  DJALOGU

54.  Minħabba f'dan kollu hemm bżonn kbir li l-popli kollha jaslu għal dak li id-djalogu li b'xewqa kbira  tlabna fl-ewwel Enċiklika  tagħna "Ecclesiam Suam" [56]. Jekk jindena dan id-djalogu bejn dawk li jagħtu  l-għajnuna  u dawk li jgawdu minnha, faċilment  jiġri li l-għanijiet li jingħataw ikunu meqjusin sewwa mhux biss skond il-ġenerożita' u l-hena ta' dawk li jagħtu, imma wkoll skond il-veru bżonn li hemm ta' dik l-għajnuna u skond il-possibilta li dik l-għajnuna  tintuża minn dawk li jirċevuha.  U minn hekk ma jkunx  hemm periklu li l-pajjiżi mixjin  lejn l-iżvilupp jitgħabbew b'dejn li, biex iħallsuh, ikollhom jonfqu l-aqwa qliegħ, tagħhom.  Iż-żewġ naħiet, ċertament, jistgħu jiftehmu dwar l-imgħax u dwar iż-żmien li fih id-dejn għandu  jitħallas, imma b'kondizzjonijiet li jobtu ż-żewġ naħiet, dwar doni mogħtijin b'xejn, flus mislufa bla mgħax, jew imgħax baxx, u s-snin li fihom id-dejn jitħallas bil-ftit il-ftit.  Mingħajr dubju lil dawk li jagħtu l-għajnuna, għandha tingħata garanzija dwar l-użu tal-flus mislufa, biex dan isir skond il-ftehim u bi qliegħ xieraq għaliex ma għandniex ninkuraġġixxu lil min hu għażżien  u lanqas lil min irid igħix minn fuq dahar ħaddieħor.   Dawk imbagħad li jinqdew bl-għajnuna mogħtija jistgħu bir-raġun kollu jitolbu li ħadd ma jindaħal fil-politika tagħhom u jħarbtu l-ordna soċjali tagħhom.  Għaliex meta hemm stati indipendenti, lilhom biss imiss li jmexxu l-affarijiet tagħhom, li jidderterminaw il-politika tagħhom u jagħżlu dik il-forma ta' soċjeta li jixtiequ.  Hawa għalhekk meħtieġ li n-nazzjonijiet jgħinu lil xulxin minn rajhom u mhux imġegħlin u li huma, li għandhom l-istess dinjita' jaħdmu bil-kuntentizza flimkien biex jagħmlu bejniethom għaqda ċivili li tassew tixraq lill-bnedmin.

 

KEMM  HU  MEĦTIEĠ

55. Iżda dak li għedna donnu ma jistax isir f'dawk il-pajjiżi fejn il-ħajja ta' kull jum hija miżmuma mehdija biss dwar il-ħsieb tal-familja, u għalhekk ma jifhmux kif jistgħu jidħlu għal ħidmiet  li bihom il-ħajja għal li ġej issir anqas miżerabbli.  Għalhekk dawn l-irġiel u nisa għandhom ikunu megħjunin b'kull mezz u mħajrin biex huma stess jibdew bil-qalb flimkien it-triq ta' l-iżvilupp tagħhom u fl'istess ħin ifittxu huma stess għalihom infushom il-mezzi meħtieġa għall-progress.  Din il-ħidma ta' lkoll trid bilfors sforz magħqud, bla heda u ħabrieki.  Ilkoll għandhom ikunu konvinti li għandna nfittxu nagħmlu dan bla tnikkir, għaliex hemm fin-nofs il-ħajja tal-popli fqar, il-għaqda ċivili tal-popli mixjin lejn l-iżvillup, anzi l-paċi tad-dinja kollha.

 

 


 

2 --  L-IMĠIEBA   XIERQA

FIR-RELAZZJONIJIET   KUMMERĊJALIA

 

HIJA MEĦTIEĠA

56. Dawn l-isforzi kollha,  mhux  żgħar, li jsiru għall-għajnuna tan-nazzjonijiet mexjin bil-mod lejn l-iżvillup, sew bi flus, sew b'mezzi tekniċi, jsiru għal xejn jekk il-ġid li huma jġibu jintilef mill-logħob tal-lkummerċ  li jsir bejn  popli għonja u foqra.  Għaliex dawn jitilfu kull tama u fiduċja jekk ikollhom għax jibżghu li l-oħrajn  ser iġegħluhom  jagħtu lura dak li kienu tawhom.

 

DIFFERENZI   LI  JIBQGĦU  JIKBRU

57.   In-nazzjonijiet, li huma 'l quddiem fil-għadd u fl-effiċjenza ta' l-industriji, jisportaw aktarx ħwejjeġ maħduma f'pajjiżhom;  imma n-nazzjonijiet inqas żviluppati  ma' għandhomx xi jbiegħu ħlief materji mhux maħduma u frott ta' l-art.  Minħabba l-progress  tekniku x-xogħlijiet ta' dawk ta' l-ewwel malajr jikbru fil-prezz u jinbiegħu bla tbatija.  Imma dawk il-ħwejjeġ mhux  maħduma li jingħataw min-nazzjonijiet inqas żviluppati huma soġġetti għal tibdiliet kbar u f'daqqa u għalhekk  huma 'l bogħod ħafna minn dik l-istima tax-xogħlijiet li dejjem tikber.  Minn hawn jiġu ħafna diffikultajiet għan-nazzjonijiet li huma lura fl-industrijalizzazzjoni, għax it-tama tagħhom  aktar qiegħda fl-esportazzjoni biex iżommu f'lokha l-amministrazzjoni u t-tqassim tal-ġid tagħhom u biex ikomplu l-pjan tagħhom tal-progress  ekonomiku.  Għal din ir-raġuni l-popli mgħakksin mill-faqar jitgħakksu b'faqar akbr, filwaqt li dawk li għandhom kull ġdid jistgħanew b'ġid  akbar.

 

IL-PRINĊIPJI   TAL-LIBERALIŻMU

58.   Jidher ċar għalhekk li l-liġi tal-kummerċ liberu ma għadhiex aktar biżżejjed biex tintuża  waħidha biex tmexxi r-relazzjoniiet pubbliċi tan-nazzjonijiet  kollha.  Hija  żgur tiswa meta bejn iż-żewġ naħiet  ma hemmx differenza kbira fil-ġid tagħhom;  anzi hija tħajjar biex jikber il-progress u bir-raġun tippremja l-isforzi li jsiru.  Għal din ir-raġuni, nazzjonijiet, li mxew 'il quddiem ħafna fl-industriji, f'din il-liġi ta' kummerċ liberu, jaraw li hemm ċerta liġi ta' ġustizzja.   Imma għandna ngħidu xort'oħra  meta l-kondizzjonijiet bejn in-nazzjonijiet ikunu differenti  ż-żejjed  bejniethom, għaliex il-prezzijiet, li fuqhom isir ftehim skond il-patt liberu tal-kummerċjanti jistgħu f'dan il-każ ikollhom  riżultati  ħżiena.   Żgur għandna nistqarru illi f'dawn il-kwistjonijiet il-prinċipju ewlieni ta' dak li jissejjaħ liberaliżmu mhux  żgur ta' min jammettih bħala regola ta' kummerċ.

 

ĠUSTIZZJA  TAL-KUNTRATTI   BEJN   IL-POPLI

59.   It-tagħlim tal-Papa ta' qabilna Ljuni XIII fl-Enċiklika "Rerum Novarum"  jiswa  llum ukoll, jiġifieri l-kunsens taż-żewġ naħat, li huma 'l bogħod  minn xulxin fil-qagħda tagħhom, mhux biżżejjed biex iħares il-ġustizzja tal-kuntratt u li l-liġi tal-kunsens liberu għandha  tiġi regulata mill-liġi naturali [57].   Dak li f'dik l-Enċiklika jingħad dwar is-salarju tal-ħaddiema wieħed wieħed, jista' bir-raġun kollu jingħad għall-kuntratti bejn il-popli tad-dinja:  għaliex ir-regola li għandha tmexxi l-kummerċ ma tistax tikkonsisti biss fil-liġi ta' konkorrenza libera u mingħajr limiti, billi din bosta drabi ġġib magħha dittatura ekonomika.  Għalhekk l-użu liberu tal-kummerċ għandu jissejjaħ ġust biss meta jaqbel ma' dak li trid il-ġustizzja soċjali.

 

XI ĦAĠA   QIEGĦDA  SSIR

60. Ma' dan kollu, in-nazzjonijiet żviluppati din il-ħaġa  fehmuha, għaliex bi ftehim addattat fl-ekonomija tagħhom ifittxu jdaħħlu ċertu sistema xieaq, li l-konkorrena aktar tfixkel, meta kulħadd jimxi kif jaqbillu.   Minn hawn jiġri li dawn in-nazzjonijiet bosta drabi jieħdu ħsieb tax-xogħol tar-raba', permezz ta' sagrifiċċji imposti fuq setturi oħra ta' ekonomija li jagħtu  qliegħ aktar.  Jiġri wkoll li l-istess nazzjonijiet biex ikabbru l-kummerċ bejnithom, l-aktar ġewwa limiti ta' xi suq komuni, jistabbilixxu sistema ta' l-infieq tal-flus, ta' l-amministrazzjoni tat-teżor u tal-ħajja soċjali, b'majiera li lill-industriji  konkerrenti li mhumiex ugwali, jingħataw okkażjonijiet ta' kummerċ tajbin għall-kondizzjoni tagħhom.

 

FTEHIM   INTERNAZZJONALI

61. F'dawn il-ħwejjeġ jeħtieġu miżuri xierqa.  Dak li jiswa fl-amministrazzjoni tal-ġid ta' nazzjon, u dak li hu ammess għal nazzjonijiet żviluppati, l-istess ħaġa għandha tiswa għall-kummerċ bejn nazzjonijiet għonja u nazzjonijiet fqar.   Il-konkorrenza ma għandhiex titneħħa għal kollox mill-kummerċ, imma għandha tinżamm f'ċertu qies, li fih fil-fatt issir ġusta u onesta u għalhekk xierqa lill-bniedem.  Fil-kummerċ, imbagħad, bejn nazzjonijiet aktar għonja u oħrajn aktar foqra, il-kondizzjonijiet huma wisq differenti u l-liberta' mhux indaqs.  In-natura tal-ġustizzja, biex tkun tixraq lill-bniedem u onesta, trid li fil-kummerċ bejn nazzjonijiet diversi tad-dinja, li lil kull naħa tiġi mogħtija kondizzjoni ta' xiri u ta' bejgħ xierqa u  indaqs.  Għad li dian il-kondizzjoni ndaqs  ma tistax tintlaħaq malajr, jeħtieġ li minn issa jkun hemm ugwaljanza fid-diskussjonijiet u fil-ftehim tal-prezzijiet.  F'din il-ħaġa jistgħu jiswew ħafna wkoll it-trattati bejn in-nazzjonijiet, li jidħlu fihom ħafna  popli; għaliex f'dawn it-trattiati jistgħu jsiru regolament ġenerali biex il-prezzijiet jiġu kontrollati, makni ta' produzzjoni inkoraġġiti u xi industriji ġodda  jitmexxew 'il quuddiem .  ma hemmx min ma jarax kemmtiswa, l-għajnunali bi sforz ta' kulħadd biex tinkiseb aktar ġustizzja fir-relazzjonijiet kommerċjali bejn il-popli, tingħata lil nazzjonijiet mexjin lejn l-iżvilupp, għaliex il-ġid tagħha mhuwiex biss ta' issa imma jibqa'  'l quddiem.

 

TFIXKIL  LI  GĦANDU  JITWARRAB

62. Imma hemm ħwejjeġ oħra li ma jħallux is-soċjeta' tal-bnedmin isir aktar ġusta u mibnija aktar fis-sod fuq l-għaqda tal-bnedmin kollha;  u dawn huma:  ir-rabta żejda  man-nazzjon ta' dak li jkun (nazzjonaliżmu) u dik li donnha tidher bħal qima tar-razza (razziżmu).  Kulħadd jaf li l-popli li biss dan l-aħħar kisbu l-indipendenza politika, imma għadhom ma ssaħħux sewwa, huma ġelużi ħafna għall-unita' u li jħarsuha b'ħilithom kollha; hekk ukoll li n-nazzjonijiet li għandhom kultura antika jiftaħru bl-istituzzjonijiet li waslulhom bħal wirt minn missirijiethom.  Imma dawn is-sentimenti, li mhumiex ta' min jikkundannahom, għandhom ikunu perfezzjonati b'dik l-imħabba li tħaddan il-bnedmin kollha kemm huma.  Il-ftaħir tan-nazzjon propja jifred il-popli minn xulxin u jfixkel dak li hu tassew ta' ġid għalihom; u jagħmel ħsara l-aktar fejn, għall-kuntrarju, in-nuqqas tal-ġid tan-nazzjon jitlob li jingħaqdu flimkien kemm l-isforzi, kemm l-informazzjonijiet, kemm l-għajnuniet ta' flus, biex il-programmi ta' żvilupp jitwettqu u r-relazzjonijiet ta'kummerċ u ta' kultura jikbru u jissaħħu.

 

 

IR-RAZZIŻMU

63.  Ir-razziżmu ma jeżistix biss fin-nazzjonijiet li ħadu l-indipendenza dan l-aħħar, fejn jinħeba wara l-mibegħda  jew ta' xi tribu', jew ta' partiti politiċi, u mhux biss ifixklu l-ġustizzja, imma jħeddu wkoll il-paċi tal-pajjiż.  Dan is-sentiment fi żmien il-Kolonjaliżmu bosta drabi qajjem ġlied bejn il-Kapijiet u l-indiġeni, li ma kienx iħalli li l-qlub jingħaqdu għall-ġid u kien ikebbes mibegħda kbira minħabba xi inġustizzji veri.  Ifixkel ħafna li popli neqsin mill-ġid jagħtu bil-fatti għajnuna lil xulxin, u jiżra' fost in-nazzjonijiet firda u ġlied, meta ma jagħtix każ tal-jeddijiet, li ma jistgħux jonqsu, tal-bnedmin, u sew il-bnedmin wieħed wieħed, sew il-familji jaraw ruħhum inċaħħdin inġustament mill-jeddijiet ewlenin taċ-ċittandini l-oħra, minħabba r-razza jew il-lewn.

 

TAMA  TA'  DINJA   AKTAR   MAGĦQUDA

64.  Din il-qagħda billi turi ħafna perikoli għal li ġej, timlielna qalbna bl-imrar u bin-niket.  Imma għandna tama  tajba li s-suspetti tal-popli bejniethom u r-razziżimu esaġerat jiġu megħlubin sew b'mewġa aktar qawwija ta' ħidma ta' flimkien, sew b'koxjenza aktar imħeġġa tar-relazzjonijiet ta' bejniethom.  U nittamaw ukoll li  popli li għadhom lura fl-iżvilupp jitħajjru u jipprofittaw mill-fatt li ma' ġenbhom  hemm popli oħra bħalhom magħqudin magħhom bl-istess art, fejn, b'ħidma ta' flimkien, ilkoll jistgħu jagħmlu ġid kulħadd lil pajjiżu. Nittamaw ukoll li huma jħejju programmi komuni, li jimpjegaw, kif jixraq u bl-ordni, flushom għall-produzzjoni, li jqassmu bil-proporzjon xieraq lil kull wieħed il-ġid li għandu jsir, u li jikkummerċjaw dan il-ġid.  Anzi nittamaw ukoll li xi wħud min-nazzjonijiet jew kważi lkoll jagħmlu għaqdiet bejniethom, u wara li jorganizzaw ruħhom kif jixraq, ifittxu sistemi biex jgħinu l-popli li llum huma fil-bżonn, biex dawn jeħilsu mit-tifxkil kollu, li llum qed iżommuhom, u jsibu t-toroq ta' progress kulturali u soċjali, fil-waqt li kull poplu  jżomm fedelment il-karattru naturali tiegħu.

 

IL-POPLI  KOLLHA  JFASSLU  D-DESTIN  TAGĦHOM

65. Hawn għandna nfittxu naslu.  La jidher li l-popli tad-dinja kollha bir-rieda tagħhom iftttxu kull jum aktar li jingħaqdu flimkien, jeħtieġ li titħalla lill-popli kollha s-setgħa li kull wieħed, biex ngħidu hekk, ifassal id-destin tiegħu, ir-relazzjonijiet tan-nazzjonijiet bejniethom s'issa ħafna drabi kienu jikkonisitu, aktar milli hu xieraq, fil-forza, u dan, jaħasra, kien bħala nota karatteristika taż-żminijiet li għaddew.  Jalla jiġi żmien sabiħ, li fih ir-relazzjonijiet bejn il-popli jkunu magħrufin biss b'dan it-tiżjin, jiġifieri: rispett, ħbiberija, għajnuna lil xulxin, ħidma flimkien b'majiera li l-popli kollha jġibu 'l quddiem progress komuni, fil-waqt li kull wieħed jilqa' b'kuxjenza għolja r-resposnabbilta' u d-dmirijiet tiegħu.  Il-popli li għadhom telgħin u li huma neqsin mill-ġid jistennew li jkunu jistgħu jieħdu sehem determinat fil-formazzjoi ta' dinja aħjar li fija l-jeddijiet u l-ħidma ta' kull wieħed ikunu mħarsin aktar bir-reqqa.  U billi x-xewqa tagħhom hija għal kollox  ġusta, għalhekk kulħadd għandu jismagħha u jilqagħha.

 

 

3  --  L-IMĦABBA

HAWN  NUQQAS  TA'  MĦABBA

66. Is-soċjeta' tal-bnedmin hija marida sewwa, u l-marda ġejja aktar min-nuqqas ta' rabta bejn il-bnedmin u bejn in-nazzjonijiet, milli  għax hemm nuqqas ta' ġid materjali jew għax dawn jinxtaw minn ftit b'regħba kbira.

 

DMIR  LI  NIQGĦU 'L DAWK  LI

67. Qatt ma nieqfu ninsistu li l-obbligu  li nilqgħu l-oħrajn bil-qalb – li huwa fl-istess ħin  

dmir ta' solidarjeta' umana u ta' mħabba nisranija – jaqa' mhux biss fuq il-familja imma wkoll fuq organizzazzjonijiet kulturali li jagħtu ruħhom  għal din il-ħidma.  Jeħtieġ li jiżdiedu  l-familji u d-djar l-aktar biex jiġu milqugħin iż-żgħażagħ.  U dawn għandhom jinbnew l-ewwelnett biex iż-żgħażagħ ma jaqgħux fis-solitudni, fid-disperazzjoni u fid-dwejjaq, li jagħmlulhom ħsara f'saħħithom; imbagħad biex jiġu mbegħda mill-qagħda mħassra ta' ħajja li fiha jinsabu, meta kważi bilfors iħossu  ruħhom imġegħlin inxebbħu l-miżerja kbira ta' pajjiżhom mal-lussu u l-ħala li bihom huma mdwarin; u wkoll biex jiġu  mħarsin minn ħsibijiet  ta' ribelljoni u minn xewqat ta' vjolenza, li jiġuhom f'rashom meta jiftakru f'xorthom fqira u mimlija għawġ [58]; fl-aħħarnett biex, wara li jkunu milqugħin b'imħabba ta' aħwa, huma jkollhom eżempju ta' ħajja sħiħa, li bihom kemm l-imħabba nisranija, sinċiera u bil-fatti, kemm l-ogħla ġid spiritwali jinżammu f'dik l-għożża  li tistħoqqilhom.

 

QAGĦDA  KERA GĦALL-ISTUDENTI

68. Aħna u naħsbu f'dan, inħossu dispjaċir li ħafna żgħażagħ, li jfittxu pajjiżi progrediti biex jitgħallmu xjenzi, arti, kultura, biex, wara li jkunu hekk imgħalmin ikunu jistgħu jagħtu l-aħar ħidma lil pajjiżihom.  Dawn jekk jirċievu formazzjoni għolja, b'dan kollu, bosta drabi ma jibqgħux jgħożżu dak il-ġid l-aktar għoli, li aktarx jinsab fiċ-ċivilta' tal-pajjiż fejn trabbew.

 

ĦADDIEMA   EMIGRANTI

69. Għandhom ukoll ikunu milqugħin sewwa l-ħaddiema emigranti, li bosta drabi jsofru kundizzjonijiet ta' ħajja li ma jixirqux lill-bniedem u jkunu mġegħlin jużaw bl-akbar tqanċiċ il-paga li jaqilgħu, biex iżommu l-familja li baqgħet f'pajjiżhom tbati l-miżerja.

 

SENS  SOĊJALI

70. B'din ir-rakkomandazzjoni tagħna nkellmu wkoll lil dawk li mħabba n-negozju jmoru f'pajjiżi li għadhom kemm bdew jużaw l-industriji,  jiġifieri lill-industrijalisti u kummerċjanti u l-kapijiet u aġenti ta' għaqdiet kbar ta' din ix-xorta.  Jista' jkun li dawn f'pajjiżihom  ikollhom sens soċjali, mela għaliex issa, meta jsibu ruħhom f'pajjiżi anqas żviluppati biex jaħdmu hemm, għandhom jitbaxxew għal sistemi bla qalb biex ifittxu biss l-interessi tagħhom?  Anzi l-prosperita' akbar li jsibu jmissha tħeġġeġhom aktar biex imexxu 'l quddiem il-progress soċjali u l-kultura f'dak il-pajjż fejn in-negozju tagħhom qiegħed iġibilhom qliegħ.  Inżidu wkoll li l-kapaċita tagħhom ta' organizzazzjoni għandha turihom kif jużaw tajjeb il-ħidma ta' l-indiġeni, jifformaw ħadiema tajbin fis-sengħa u fl-esperjenza, iħejju inġineri u kapijieit, jinkoraġġixxu l-ħidma u l-inzjattiva ta' dawn, u jsejħulhom għal xogħiljiet dejjem aktar importanti u hekk fi żmien mhux twil jagħmluhom tajbin li jieħdu sehem fir-responabbila' u d-direzzjoni tax-xogħol.  Ma' tul dan iż-żmien il-ġustizzja għandha dejjem tirregola r-relazzjonijiet li jgħaddu bejn il-kapijiet u l-ħaddiema.   U dawn għandhom  ikunu regoati mill-pattijiet leġittmi li jkunu saru, bid-dmirijiet kollha mkitubin.   Fl-aħħarnett ħadd, hu min hu, ma għandu jkun ilsir tal-kapriċċ ta'  l-oħrajn.

 

MISSJONIJIET  MIBGĦUTA  GĦALL-GĦAJNUNA

71. Wara kollox, hemm għax nifirħu:  għax kull jum qed jikber il-għadd ta' dawk li jinbagħtu  barra bħala esperti minn organizzazzjonijiet kemm ġenituri kemm ta' xi wħud, jew minn għaqdiet privati,  biex iqajmu l-iżvillupp ta' dawk il-pajjiżi.   U dawn għandhom 'iġibu ruħhom mhux ta' sidien, imma ta' assistenti u kooperaturi' [59] għax kull poplu malajr jinduna jekk dawk li jiġu biex jagħtu għajnuna, humiex imħeġġin minn ħsieb ta' mħabba jew le, jekk iridux biss idaħħal it-teknika jew imexxu 'l quddiem il-vera dinjita' tal-bniedem.  U ma hemmx dubju li dik in-nazzjon tirrifjuta l-messaġġ tagħhom, jekk fih ma jidhirx 'l-ispirtu ta' l-imħabba.

 

KIF   GĦĦANDHOM IKUNU   L-ESPERTI

72. Mela, jekk il-kompetenza teknika hija meħtieġa,  għandu jkollha magħha sinjali ta' mħabba tassew.  L-esperti li semmejna, li mhumiex maħkumin iż-żejjed mir-rabta ta'  pajjiżihom u li ma jagħmlux  differenzi inġusti bejn il-popli, għandhom jidraw jgħaqqdu x-xogħol u l-attivita tagħhom ma' kollha kemm huma l-bnedmin u jkunu żguri li ma għandhomx jippretendu l-ebda superjorita' fl-oqsma kollha tal-ħajja minħabba l-għerf u l-kompetenza li għandhom.  Għaliex għad li ċ-ċivilta li fiha trabbew għandha xorta ta' mġieba ta' bnedmin li tista' tiswa kullimkien, b'dan kollu dik il-kultura ma' għandhiex tinżamm bħala l-unika waħda, u lanqas għandha tistmerr kultura oħra, u għalhekk, jekk tiġi  addattata għan-natural tagħhom.  Għalhekk dawk li jieħdu fuq spallejhom dan  ix-xogħol,  għandhom  jieħdu ħsieb li jitgħallmu bi premura l-istorja, in-natural, u l-kutura ta' dak il-pajjiż li fih  huma  milqugħin.  U minn  hawn jiġri li l-kultura ta' bniedem ma' dik ta' l-ieħor u minn dan, kemm wieħed u kemm l-ieħor jipprofittaw ħafna.

 

DJALOGU  BEJN  IĊ-ĊIVILTAJIET

73. Meta bejn il-kulturi ta' popli differenti, kif isir bejn bnedem u ieħor, ikun  hemm djalogu  sinċier, faċilment tinbet għaqda ta' aħwa.  F'dan il-każ il-pjanijiet tal-progress jgħaqqdu bejniethom il-popli biex jaħdmu flimkien dak li għandu jsir, jekk iċ-ċittadini kollha, il-gvernijiet, il-kapijiet li jaħdmu magħhom u l-aktar ħaddiem umli, ikollhom l-imħabba ta' aħwa u jixteiqu bil-ħerqa li titwaqqaf  fid-dinja kollha kultura waħda għal kulħadd,  li tixraq  lill-bniedem.  Imbagħad jibda djalogu mqiegħed fuq il-bniedem u mhux fuq il-frott ta' l-art jew il-qliegħ ta' l-industrija.  U dan iġib ħafna vantaġġi, jekk il-popli, li bejniethom isir dan  id-djalogu, jsiru jafu l-mezzi li bihom jiksbu progress fl-ekonomija u stima spiritwali aktar għolja tagħhom infushom, jekk it-tekniċi jġibu ruħhom ta' edukaturi u ta' għalliema, jekk, fl-aħħarnett,  il-manjiera tat-tagħlim turi ċar li trid toqgħod għal dak li hu spiritwali u morali, u tkabbar mhux biss l-ekonomija, imma wkoll  iċ-ċivilta' tal-bniedem.   Imbagħad l-irbit tar-relazzjonijiet jibqa' sod, anke meta jieqfu l-għajnuna u l-assistenza.  Min ma jarax kemm relazzjoniet bħal dawn akar stretti jiswew biex tinżamm il-paċi fid-dinja?

 

SEJĦA LIŻ-ŻGĦAZAGĦ

74.  Nafu li  ħafna żgħażagħ wieġbu bil-qalb u bl-entużjażmu għall-istedina tal-Papa ta' qabilna Piju XII  li biha ħajjar il-lajċi għal ħidma missjunarja [60].   Nafu wkoll li  żgħażagħ oħra minn rajhom taw isimhom u l-ħidma taghħom lil  organizzazzajoniet li uffiċjalment  jew privatament jagħtu l-għajnuna tagħhom lil popli mixjin lejn l-iżvilupp.  Għalhekk b'ferħ mhux żgħir naraw li f'xi nazzjonijiet is-servizz militari jista' jinbidel ma' servizz ċivili u f'xi parti wkoll ma' xi xogħol ta' qadi.   U aħna nbierku bil-qalb  dawn l-inizjativi  u lil dawn il-bniedmin ta' rieda tajba li jwettquhom.  Jalla dawk kollha li jistqarru li  huma dixxipli ta' Kristu, jobduh meta jitlobhom:  "Għax kont bil-ġuħ, u tmajtuni; kont bil-għatx, u sqejtuni; kont bla dar u lqajtuni; kont għarewien u libbistuni; kont il-ħabs, u ġejtu ħdejja" [61].  Ħadd ma jista' jħares bl-indifferenza lejn il-qagħda ta' ħutu li għadhom isofru tant miżerja, għandhom tant injoranza  u jmutu għax ma għandhom xejn li jibżgħalhom għal ħajjithom.  Ħalli l-qalb ta' kull  nisrani tħoss għal dawn il-miżerji bħalma ħass Kristu li qal: "Nitħassarha din il-ġemgħa" [62]

 

TALB U ĦIDMA

75. Kulħadd, mela,  għandu jitlob bil-ħeġġa lil Alla, il-Missier li jista' kollox, biex il-bnedmin kollha, li jafu b'dawn il-mżerji, jagħtu ruħom  bid-dehen u l-ħila biex jeqirduhom.   Imma  mat-talb  ta' kulħadd għandu jkun hemm  ir-reida soda ta' kull wieħed biex,  sakemm jiflaħ u jista' jikkumbatti n-nuqqas ta' żvilupp tal-popli.  Jalla l-bnedmin wieħed wieħed, u l-gruppi soċjali, u n-nazzjonijiet kollha jingħaqdu flimkien bħal aħwa, u l-qawwijin jgħinu lid-dgħajfin fl-iżvilupp, billi japplikaw  għal dan ix-xogħol il-għerf,  l-attivita u l-imħabba kollha tagħhom, mingħajr ma jfittxu l-vantaġġi tagħom.  Għaliex min hu mqanqal minn imħabba sinċiera, aktar minn kulħadd, iħabbel rasu biex ifittex mnejn ġejja l-miżerja, u biex  isib rimedji ħalli jikkumbattiha u jegħlibha. Bniedem bħal dan, "billi hu kawża ta' paċi, ikompli fit-triq tiegħu, bit-torċa tal-ferħ f'idejh u jxerred id-dawl u l-grazzja fil-qlub tal-bnedmin fid-dinja kollha, u għinhom biex, 'l hemm  minn kull pajjiż, jaraw uċuħ ta' aħwa, uċuħ ta' ħbieb" [63] 

 

L-IŻVILUPP  HUWA L-ISEM ĠDID TAL-PAĊI

X'INHI  L-PAĊI

76.  Id-differenzi barra minn lokhom, li hemm  fl-ekonomija, fil-qagħda soċjali u fil-kultura bejn in-nazzjonijiet, iġib mibegħda u nuqqas ta'  ftehim u jqegħdu l-paċi fil-periklu.  Għalhekk, kif stqarrejna quddiem il-Padri tal-Kunċilju Edumeniku, meta ġejna lura mill-vjaġġ li konna għamilna lejn is-Seda tal-Ġnus Magħquda, minħabba l-paċi, "jeħtieġ inżommu quddiem għajnejna l-kondizzjoni tal-popli li għadhom mexjin lejn l-iżvilupp  jiġifier,  biex nitkellmu aktar ċar, jeħtieġ  li ssir aktar ħabrieka,  qawwija u ġeneruża l-imħabba tagħna lejn il-fqar li hawn fid-dinja u li huma bla għadd" [64].  Għalhekk meta nikkumbattu l-miżerja u neħduha  kontra l-qagħda inġusta,  mhux biss nkunu naħsbu għall-ġid materjali tal-bnedimin, imma  nkunu  niffavorixxu wkoll il-progress tagħhom spiritwali u morali, u għalhekk  il-ġid tal-bnedmin kollha.  Il-paċi mhix biss nuqqas ta' gwerra, bħalikieku hija kenet tikkonsisti f'ċertu ekwilibriju ta' forzi, li qatt mhu sod.  Il-paċi tinħadem bil-ħidma dejjem sejra minn jum għal ieħor, basta jiġi mħares dak l-ordni li ġie stabbilit minn Alla u li  jitlob ġstizzja aktar perfetta bejn il-bnedmin. [65]

 

ĦTIEĠA TA' GĦAQDA

77. Billi kull poplu huwa dak li jagħmel l-iżvilupp tiegħu nnifsu,  huwa biss jerfa'  r-responsabbilta' u l-ħidma meħtiega, iżda  l-popli ma jistgħux jagħmlu dan jekk jgħixu mifrudin minn xulxin.  Għalhekk ftehim bejn popli fqar ta' li stess art dwar għajnuna li għandhom jagħtu lil xulxin, pjani komuni aktar wiesgħa għall-għajnuna u pattijiet  oħra ta' importanza akbar magħmulin ma' oħrajn biex jitħejjew  programmi: dawn huma kollha bħal sinjali ma' tul din it-triq, illi, filwaqt li tgħin l-iżvilupp, twassal għall-paċi.

 

AWTORITA'  EFFIKAĊI   FUQ ID-DINJA  KOLLHA

78.  Din il-ħidma tan-nazzjonijiet bejniethom li tmiss lid-dinja kollha, titlob xi Istituzjonijiet biex iħejjuha, iqassmuha u jmexxuha, sakemm jitwaqqaf ordni ġdid ta' jeddijiet miżmum  bħala tajjeb u sod mill-bnedmin kollha.   Aħna bil-qalb kollha naqblu ma' dawk l-organizzazzjonijiet pubbliċi li diġa qegħdin jieħdu ħsieb biex jintlaħaq il-progess ċivili tal-ġnus, u nixtiequ u nitolbu li huma jiksbu awtorita' akbar.   Fuq dan, meta konna fi New York u kellimna lir-rappreżentanti tal-Ġnus Magħquda, fost ħwejjeġ oħra għidnilhom: "Hu xogħol tagħkom tgħaqqdu flimkien bħal aħwa mhux biss xi poplu jew tnejn, imma lkoll kemm huma...... Għax min ma jarax li jeħtieġ bil-mod naslu biex titwaqqaf awtorita', li jkollha x'taqsam mad-dinja kollha li tkun tista' taġixxi bil-fatti fil-kwistjonijiet ġudizzali u politiċi" [66]

 

TAMA  TA'  DINJA AĦJAR

79. Xi wħud forsi jaħsbu li dawn huma opinjonijiet fiergħa.  Jista' jkun  li d-drawwa tagħhom li jħarsu lejn il-ħwejjeġ kif inhuma għandha xi ħaġa mhix sewwa, għax għadhom ma ndunawx li dan iż-żmien, meta l-bnedmin jixtiequ jgħixu marbutin aktar flimkien bħal aħwa, għad li huma mfixklin mill-injoranza, minn żbalji  u min-nuqqas tagħhom, u xi drabi jerġgħu  lura lejn il-ħajja ħażina  u jitbegħdu mit-triq tas-salvazzjoni, b'dan kollu, bil-mod u mqar mingħajr ma jindunaw, qegħdin jersqu lejn Alla li ħalaqhom.  Din il-mixja lejn ħajja aktar xierqa lill-bniedem titlob tbatija u sagrifiċċji, imma l-istess tbatija, milqugħa għall-imħabba ta' l-aħwa u għall-ġid tagħhom, għandha setgħa kbira li twassal għall-progress tal-ġens kollu tal-bniedem.  Għax l-insara jafu sewwa li meta jingħaqdu mas-sagrifiċċju tas-Salvatur tagħna, ikunu jagħtu sehem kbir għall-kobor tal-Ġisem ta' Kristu [67], jiġifieri biex jikseb il-milja tiegħu  fil-għaqda tal-poplu ta' Alla.

 

ILKOLL   FLIMKIEN

80.  Billi din it-triq għandha tintagħmel bil-ftehim u r-rieda ta' kulħadd, naħsbu li huwa dmir Tagħna li nwissu lil kulħadd dwar l-importanza l-aktar kbira ta' din il-ħaġa u dwar il-ħtieġa l-aktar għoja li dan ix-xogħol isir.  Wasal iż-żmien li xi ħaġa ssir, għax hemm fin-nofs dawn il-kwistjonijiet: jekk għadd hekk kbir ta' tfal innoċenti jibqgħux jgħixu, jekk għadd hekk  kbir ta' familji mgħakksin, fil-faqar jistgħux jilħqu qagħda ta' ħajja li tixraq lill-bniedem, fl-aħħarnett, jekk fid-dinja l-paċi u l-istess ċivilta' jistgħux jinżammu qawwijin u sħaħ.  Għalhekk huwa dmir tal-bnedmin kollha u tal-popli kollha li jerfgħu r-responsabbilta' ta' din il-ħaġa hekk importanti.

 

SEJĦA  TAL-AĦĦAR

KATTOLIĊI

81. Għalhekk din is-sejħa l-ewwel tolqot lil uliedna.  Fil-pajjiżi li mexjin lejn l-iżvilupp, xejn inqas milli fl-oħrajn, jeħtieġ li l-lajċi jħossu li  hu xogħol tagħhom li jtejbu l-ordni temporali. Għaliex, jekk hu dmir tal-Ġerarkija li tgħallem u tfisser bl-awtorita' tagħha l-liġijiet u l-preċetti morali li jobbligaw f'dan il-qasam, huwa dmir tal-lajċi li, bi pjani u inizjattivi liberi tagħhom, mingħajr ma jistennew passivament regolamenti u direttivi minn band'oħra, jaħmu biex jinbnew, b'sens nisrani tal-ħajja, mhux biss il-kostumi u l-mentalita' tal-bnedmin, imma wkoll il-liġijiet u l-istruttura tal-Komunita' Ċivili [68].   Jeħtieġ li xi ħwejjeġ jitbiddlu u l-aktar li l-kondizzjoni tal-ħajja titjieb.  Min jagħmel dan għandu jfittiex fuq kollox li t-tibdil ikun skond l-ispirtu ta' l-Evanġelju.  Nitolbu l-aktar l-irġiel Kattoliċi mill-pajjiżi aktar 'il quddiem, biex jagħtu l-esperjenza u l-ħidma bieżla tagħhom lill-Istutuzzjonijiet pubbliċi jew privati, kemm ċivili, kemm  reliġjużi, li jaħdmu biex jegħelbu d-diffikultajiet tal-popli li għadhom mexjin lejn l-iżvilupp.  Aħna żguri li huma jieħdu pjaċir li jkunu minn ta' l-ewwel fost dawk li  jagħmlu kull ma jistgħu biex fost il-popli kollha jsiru liġijiet ġusti u xierqa skond il-prinċipji morali.

 

INSARA  U  DAWK  LI   JEMMNU

82. Xejn ma niddubitaw li dawk li huma nsara u għalhekk huma ħutna, iridu  jkabbru dejjem aktar il-ħidma komuni ta' kooperazzjoni biex il-bnedmin irażżnu  l-imħabba żejda tagħhom infushom u l-kburija, jeqirdu l-ġlied u l-piki, iwarrbu l-ambizzjoni u l-inġustizzji, ħalli jinfetħu għal kulħad triqat ta' ħajja aktar xierqa lill-bniedem, li fiha lkoll bħal aħwa jkunu maħbunbin u megħjunin mill-aħwa.  Barra minn dan, filwaqt li niftakru bil-ferħ fil-laqgħa li kellna f'Bombay ma' nies ta' reliġjonijiet u komunitajiet mhux insara, mill-ġdid nistiednu lil dawn ħutna biex bil-qawwa kollha tal-qalb u tal-menti tagħhom jaħdmu ħalli jħejju għall-bnedmin kollha kondizzjonijiet ta' ħajja li jixirqu lil ulied ta' Alla.

 

BNEDMIN  TA'  RIEDA  TAJBA

83. Fl-aħħarnett  aħna nduru lejn il-bnedmin kollha ta' tieda tajba, li jafu li ma nistgħux naslu għall-paċi  ħlief permezz ta' l-iżvilupp u tkattir tal-mezzi.  Nixtiequ  għalhekk li intom, sew Delegati f'istituzzjonijiet internazzjonali, sew uffiċjali tal-Gvernijiet,  sew ġurnalisti u edituri, sew fl-aħħarnett edukaturi u għalliema, ilkoll skond il-qagħda ta' kull wieħed tħabirku biex titwaqqaf dinja ġdida.   Aħna, min-naħa tagħna, nitolbu bil-qalb għalikom lil Alla li  jista' kollox biex  jagħtikom id-dawl u jqawwikom,  biex tqajmu l-opinjoni pubblika ħalli kulħadd jagħti każ ta' dawn il-kwistjonijiet u biex  iġegħelu l-popli li jħolluhom.  Għalikom, edukaturi, għandu jkun bħala dmir ċert li tiżirgħu fiż-żgħażagħ l-imħabba lejn il-popli batuti.  Intom ġurnalisti, fittxu li tqegħdulna quddiem għajnejna l-isforzi li  jsiru għall-għajnuna tal-popli bejniethom, id-dehra ta' biki ta' tant miżerji, li l-bnedmin faċilment iwarrbu minn quddiem għajnejhom biex ma jinkwetawx.  Għaliex hemm bżonn għallinqas li l-għonja jkunu  jafu li  hemm  foqra wara  biebhom jistennew il-fdal tal-pranzu tagħhom.

 

NIES  TAL-GVERN

84. Huwa dmir tagħkom,  nies tal-Gvern, li tiġbdu l-popli tagħkom għal rabta aktar  sħiħa mal-bnedmin kollha, u tipperswaduhom li  jħallu li jitteħdilhom xi ftit mill-infieq żejjed tagħhom biex jimxi 'l quddiem  l-iżvilupp tal-popli u titħares il-paċi.  Jiddependi ħafna minnkom, Delegati  f'organizzzazzjonijiet  internazzjonali illi, flok il-piki ta' ħsara u kollha frugħa ta' forzi u ta' armamenti, tidħol il-kooperazzjoni tan-nazzjonijiet kollha, fil-ħbiberija u bir-rieda tal-paċi u mingħajr tfittxija ta' vantaġġi proprji;  kooperazzjoni li tħeġġeġ l-iżvilupp tal-bnedmin flimkien, li bih il-bnedmin kollha jistgħu jippperfezzjonaw ruħhom dejjem aktar.

 


 

BNEDMINN  TAL-ĦSIEB

85. Billi,  imbagħad, kif v jeħtieġ nistqarru, il-bnedmin  bosta drabi jsofru għaliex ma jaħsbux u ma jirriflettux biżżejjed fuq dawn il-ħwejjeġ li semmejna, għalhekk nagħmlu din is-sejħa tagħna lill-bnedmin li jafu jaħsbu u lill-għorrief, Kattoliċi, insara, dawk li jaduraw lil Alla, dawk li jixtiequ l-ogħla verita' u ġustizzja, jiġiferi lill-bnedmin kollha ta' rieda tajba u bil-kliem ta' Ġesu' Kristu nitolbuhom bil-qawwa kollha:  "Fittxu u ssibu" [69]; iftħu t-toroq li bihom il-bnedmin permezz ta' għajnuna mogħtija lil xulxin, permezz ta' tagħlim akbar u permezz ta' mħabba dejjem aktar imxerrda, jaslu għal ħajja aktar xierqa lill-aħwa u hekk l-għaqda tal-bnedmin titqiegħed fuq il-ftehim ta' kulħadd.

 

KULĦADD JAĦDEM

86. Lilkom ilkoll, fl-aħħarnett, li smajtu l-għajta tal-popli neqsin, u li tisfurzaw tgħinuhom fil-ħtieġijiet tagħhom, Aħna nżommukom bħala mexxejja u kważi appostli ta' żvilupp tajjeb u veru, li mhux biss ma jikkonsistix fil-ġid li jiswa għal vantaġġ ta' xi wħud, jew li tiġi mfittex minħabba  fih innifsu, imma anzi għandu  jkun sisitema ta' ekonomija addatatat għal ġid tal-persuna tal-bniedem u ikel ta' kulħadd, li minnu tinbet sabiħa l-imħabba ta' l-aħwa u tidher ċara l-għajnuna tal-Providenza ta' Alla.

 

B A R K A

87. Fl-aħħarnett, fil-waqt li bil-qalb kollha nberkukom, nistiednu l-bnedmin kollha ta' rieda tajba, biex jgħaqqdu l-forzi tagħhom  ma' tagħkom bħal aħwa.  Għaliex,  jekk  illum ħadd ma jiddubita li l-iżvilupp ifisser ilo-paċi, min ma jixtieqx jagħti l-ħsibijiet u l-ħidma tiegħu għal dan l-iżvilupp?   Żgur li ħadd.  Għalhekk inħajrukom ilkoll biex għat-talba mħassba tagħna twieġbu b'ħeġġa kbira fl-isem tal-Mulej.

 

Mogħtija f'Ruma fil-25 ta' Marzu, nhar il-festa tal-Qawmien mill-Mewt ta' Sidna Ġesu' Kristu, fis-sena 1967.

 

 

PAULUS P.P. VI


 

 [1]   Cfr   Acta. Leonis XIII, 1892 p 97-148

 [2]   Cfr   A.A.S. 1931 p 177-223

 [3]   Cfr   A.A.S. 1941 p 195-205; A.A.S. 1943 p 924; A.A.S. 1953 p.402-408;

 [4]   Cfr   A.A.S  1961, p 401-404

 [5]   Cfr   A.A.S.  1963 p 257-304

 [6]   Cfr   A.A.S.  1961 p 446

 [7]   Cfr   A.A.S   Kost. Past Gaudium et Spes n 63

 [8]  A.A.S. 1967 p 27.

 [9] Acts Leonis XIII, 1892, p 98 Int . Ecc. ‘Rerum Novarum’

 [10]  Kost Past ;Gaudium et Spes n 63

 [11]   Cfr  Lq 7,22

 [12] Const, Past.  Gaudium et Speps n 56

 [13] Leonis X”III Enc Immorali Dei, 1885

 [14] Cost Past ‘Gaudium et Spes n,4

 [15]  Cfr L.J.Lebret OP Dynamique concrete du deveoppement

 [16] 2 Tess 3,10

 [17] Cfr e.g. J Maritain,  “Le conditions spirituelles˝ etc

 [18]  Cfr Mt 5,3

 [19]  Gen 1,28

 [20] Cost.Past.’Gaudium et Spes

 [21]  1 Gw 3,17

 [22] De Nabuthe C. 22 n.53

 [23]  Cfr Chronique Socide  1965

 [24] Cost Past ‘Gaudium et Spes

 [25] Cfr ibid n. 65

 [26] Enck. ‘Quadrogesimo Anno’ A..A.S. 1931, p.212

 [27] Cfr. E.g. Colin Clark “The condition of economic progress”

 [28]  Chronique Sociale 1965

 [29]   Cfr e.g.  M.D. Chenu O.P.

 [30] Let Enc “Mater et Magistira’ A.A.S. 1961 p.424

 [31] Cfr e.g. Von Nell Breuning S.J.

 [32] Cfr, 4,13

 [33] Cfr e.g. Em Labrain Ep Talcens “Pastolares Litterae…”

 [34] Cfr.  Cost Past ‘Gaudium et Spes n 26

 [35]  Enċk ‘Mater et Magisitra’  A.A.S. 1961,  p 414

 [36] Os Rom 11 Sett 1965

 [37] Cfr.  Mt 19,6

 [38] Cost Past 'Gaudium et Spes' n/52

 [39] Ibid, n 50-51 cumada, A.A.S. 1966 p 1070-1073, Cfr n 87 p1110

 [40] Ibid n 15

 [41] Mt 16,26

 [42] Kost Past  Gaudium et Spes n 57

 [43] Ibid n 19

 [44] Cfr e.g. J Martain, L_humansme integrad

 [45] Cfr H.Lee Lubac S.J.  Le drame de l-humanisme athee.

 [46] Cfr  Pense'es ed Brunschrieg n, 434 etc

 [47] Cfr.   A.A.S. 1965 p 132

 [48] Ġk 2, 15-16

 [49] Cfr  Mater et Magistra A.A.S. 1961, p 446 et

 [50] Cfr A.A.S. 1964 p 57-58

 [51] Cfr  Enk u Disk ta' Pawlu VI p 132-236

 [52] Lq 2, 19-31

 [53] Kost Past. 'Gaudium et Spes  86

 [54] Lq 12,20

 [55] Cfr A.A.S. 1965 p 135

 [56] Cfr A.A.S. 1964 p 639

 [57] Cfr. Acta Leonis XII 1892 p 131

 [58]  Let.Enik  'Rerum Novarum'

 [59] Churches of the Word oady no 85l A.A.S.1966,58

 [60]  Let Enċik Fidei Donum' A.A.S. 1957 p 246

 [61] Mt 25, 35-26

 [62] Mk 8.2

 [63] Cr.  A.A.S. 1965 p 455

 [64] A.A.S. 1965 p 896

 [65] Enck.  'Pacem in terris'

 [66] A.A.S. 1965 p 886

 [67]   Epp, 2,12  -- A.A.S. 1966 p 17

 [68] Cfr A.A.S. 1966. p 843, 849, 85 6

 [69] Lq 11,9

 

Maqluba għall-Malti mill-E.T. Mons Isqof E.Galea D.D.(1891 – 1974), Isqof Titulari ta’ Tralles u Isqof Awżiljari ta’ Malta